Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Aerivio Spiromax (salmeterol xinafoate / fluticasone propionate) – Fuljett ta’ tagħrif - R03AK06

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAerivio Spiromax
Kodiċi ATCR03AK06
Sustanzasalmeterol xinafoate / fluticasone propionate
ManifatturTeva B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Aerivio Spiromax 50 mikrogrammi/500 mikrogrammi trab li jittieħed man-nifs salmeterol/fluticasone propionate

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il- ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Aerivio Spiromax u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Aerivio Spiromax

3.Kif għandek tuża Aerivio Spiromax

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Aerivio Spiromax

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Aerivio Spiromax u għalxiex jintuża

Aerivio Spiromax fih żewġ mediċini, salmeterol u fluticasone propionate:

Salmeterol huwa bronkodilatur li jaħdem fit-tul. Bronkodilaturi jgħinu l-passaġġi tan-nifs fil-pulmun biex jibqgħu miftuħa. Dan jagħmilha aktar faċli għall-arja biex tidħol u toħrog. L-effetti jdumu għal mill- inqas 12-il siegħa.

Fluticasone propionate huwa kortikosterojd li jnaqqas in-nefħa u l-irritazzjoni fil-pulmuni.

It-tabib tiegħek ippreskriva din il-mediċina għat-trattament ta’:

Ażżma severa, biex tgħin tipprevjeni attakki ta’ qtugħ ta’ nifs u tħarħir,

jew

Marda kronika ostruttiva tal-pulmun (COPD - chronic obstructive pulmonary disease), biex tnaqqas in- numru ta’ taħrix tas-sintomi.

Għandek tuża Aerivio Spiromax kuljum kif ordnat mit-tabib tiegħek. Dan jiżgura li dan jaħdem sew biex jikkontrolla l-ażżma jew COPD tiegħek.

Aerivio Spiromax jgħin biex iwaqqaf il-bidu ta’ qtugħ ta’ nifs u tħarħir. Madankollu, Aerivio Spiromax m’għandux jintuża biex ittaffi attakk ta’ qtugħ ta’ nifs jew tħarħir. Jekk jiġri dan għandek bżonn tuża inalatur ‘li jtaffi’ (‘ta’ salvataġġ’) li jaħdem malajr, bħal salbutamol. Għandu dejjem ikollok miegħek l-inalatur ‘ta’ salvataġġ’ li jaħdem malajr tiegħek.

Aerivio Spiromax għandu jintuża biss biex jittratta ażżma severa f’adulti ta’ età minn 18-il sena ’l fuq u adulti b’COPD.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Aerivio Spiromax

Tużax Aerivio Spiromax:

-jekk inti allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal salmeterol, fluticasone propionate jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Aerivio Spiromax jekk għandek:

Mard tal-qalb, inkluż taħbit irregolari jew mgħaġġel tal-qalb

Glandola tat-tirojde attiva żżejjed

Pressjoni għolja

Dijabete mellitus (Aerivio Spiromax jista’ jżid iz-zokkor fid-demm tiegħek)

Potassium baxx fid-demm tiegħek

Tuberkulożi (TB - tuberculosis) issa jew kellek fil-passat, jew għandek infezzjonijiet oħra tal-pulmun

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tintuża fi tfal jew adolexxenti ta’ età inqas minn 18- il sena.

Mediċini oħra u Aerivio Spiromax

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini oħra għall-ażżma jew kwalunkwe mediċina li tista’ tikseb mingħajr riċetta. Aerivio Spiromax jista’ ma jkunx adattat biex jittieħed ma’ xi mediċini oħra.

Qabel ma tibda tuża Aerivio Spiromax, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu l-mediċini li ġejjin:

Imblokkaturi tar-riċetturi Beta (bħal atenolol, propranolol u sotalol). Imblokkaturi tar-riċetturi Beta l- biċċa l-kbira jintużaw għal pressjoni għolja jew kondizzjonijiet tal-qalb bħal anġina.

Mediċini biex jittrattaw infezzjonijiet (bħal ritonavir, ketoconazole, itraconazole u erythromycin). Uħud minn dawn il-mediċini jistgħu jżidu l-ammont ta’ salmeterol jew fluticasone propionate fil-ġisem tiegħek. Dan jista’ jżid ir-riskju tiegħek li jkollok effetti sekondarji b’Aerivio Spiromax, inkluż qalb tħabbat b’mod irregolari, jew jista’ jaggrava l-effetti sekondarji.

Kortikosterojdi (mill-ħalq jew permezz ta’ injezzjoni). Użu reċenti ta’ dawn il-mediċini jista’ jżid ir- riskju li Aerivio Spiromax jaffettwa l-glandoli adrenali tiegħek.

Dijuretiċi, magħrufa wkoll bħala ‘pilloli tal-awrina’ użati biex jittrattaw pressjoni għolja.

Bronkodilaturi oħra (bħal salbutamol).

Mediċini xanthine bħal aminophylline u theophylline. Dawn spiss jintużaw biex jittrattaw l-ażżma.

Xi mediċini jistgħu jżidu l-effetti ta Aerivio Spiromax u t-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jissorveljak b'attenzjoni jekk qed tieħu dawn il-mediċini (inklużi xi mediċini għall-HIV: ritonavir, cobicistat).

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal- ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Mhux magħruf jekk din il-mediċina tistax tgħaddi fil-ħalib tas-sider. Jekk qed tredda’, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Aerivio Spiromax x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

Aerivio Spiromax fih lactose

Lactose huwa tip ta’ zokkor li jinsab fil-ħalib. Lactose fih ammonti żgħar ta’ proteina tal-ħalib li tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza jew allerġija għal lactose, għal zokkrijiet oħrajn, jew għal ħalib, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tuża Aerivio Spiromax

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Uża Aerivio Spiromax tiegħek kuljum sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf. Tiħux aktar mid- doża rakkomandata. Iċċekkja mat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Tiqafx tieħu Aerivio Spiromax u tnaqqasx id-doża ta’ Aerivio Spiromax qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.

Aerivio Spiromax għandu jittieħed man-nifs mill-ħalq għal ġol-pulmun.

Id-doża rakkomandata hija:

Ażżma severa f’adulti ta’ età minn 18-il sena ’l fuq

Inalazzjoni waħda darbtejn kuljum

Marda kronika ostruttiva tal-pulmun (COPD - chronic obstructive pulmonary disease)

Inalazzjoni waħda darbtejn kuljum

Jekk qed tuża Aerivio Spiromax għall-ażżma, it-tabib tiegħek se jkun irid jiċċekkja s-sintomi tiegħek b’mod regolari.

It-tabib tiegħek se jgħinek timmaniġġja l-ażżma tiegħek u se jaġġusta d-doża ta’ din il-mediċina għad-doża l- aktar baxxa li tikkontrolla l-ażżma tiegħek. Jekk it-tabib tiegħek iħoss li għandek bżonn doża aktar baxxa minn dik disponibbli minn Aerivio Spiromax tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jippreskrivi inalatur alternattiv li jkun fih l-istess sustanzi attivi bħal Aerivio Spiromax tiegħek iżda b’doża aktar baxxa tal-kortikosterojd. Madankollu, tibdilx in-numru ta’ inalazzjonijiet preskritti mit-tabib tiegħek qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.

Jekk l-ażżma jew it-teħid tan-nifs tiegħek imorru għall-agħar għid lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk tħoss li qed tħarħar aktar, sidrek jinħass mgħafus aktar ta’ spiss jew ikollok bżonn tuża l-mediċina li ‘ttaffi’ li taħdem malajr tiegħek aktar, il-kondizzjoni ta’ sidrek jista’ jkun li tkun sejra għall-agħar u inti tista’ timrad serjament. Għandek tkompli tieħu Aerivio Spiromax iżda żżidx in-numru ta’ nefħiet li tieħu. Ara t-tabib tiegħek minnufih għax jista’ jkollok bżonn trattament addizzjonali.

Istruzzjonijiet dwar l-użu

Taħriġ

It-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek għandhom jagħtuk taħriġ dwar kif tuża l-inalatur tiegħek, inkluż kif tieħu doża effettiva. Dan it-taħriġ huwa importanti biex jiġi żgurat li tirċievi d-doża li għandek bżonn. Jekk ma rċevejtx dan it-taħriġ, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill- ispiżjar tiegħek biex juruk kif tuża l-inalatur tiegħek kif suppost qabel ma tużah għall-ewwel darba.

Minn żmien għall-ieħor it-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek għandhom jiċċekkjaw ukoll kif tuża l- apparat Spiromax tiegħek biex jiżguraw li inti qed tuża l-apparat kif suppost u kif preskritt. Jekk m’intix tuża Aerivio Spiromax sew u/jew m’intix tieħu nifs ’il ġewwa qawwi biżżejjed, dan jista’ jfisser li m’intix qed tieħu biżżejjed mediċina fil-pulmuni tiegħek. Jekk m’intix qed tieħu biżżejjed mediċina fil-pulmuni tiegħek, mhux se jgħin l-ażżma jew COPD tiegħek kif suppost.

Preparazzjoni ta’ Aerivio Spiromax

Qabel ma tuża Aerivio Spiromax tiegħek għall-ewwel darba, għandek bżonn tippreparah għall-użu kif ġej:

Iċċekkja l-indikatur tad-doża biex tara li hemm 60 inalazzjoni fl-inalatur.

Ikteb id-data ta’ meta tiftaħ il-borża tal-fojl fuq it-tikketta fuq l-inalatur.

M’għandekx bżonn tħawwad l-inalatur tiegħek qabel ma tużah

Kif tieħu inalazzjoni

1.Żomm l-inalatur tiegħek bl-għatu tal- parti li titqiegħed fil-ħalq, isfar, semi-trasparenti ’l isfel. Inti m’għandekx bżonn tħawwad l-inalatur tiegħek.

2.Iftaħ l-għatu tal-parti li titqieged fil-ħalq billi tilwih l-isfel sakemm tisma’ klikk waħda qawwija. L- inalatur tiegħek issa huwa lest biex jintuża.

VENT TAL-ARJA

Timblokkax

IFTAĦ

3.Ħu nifs ’il barra bil-mod (sakemm ikun komdu). Tiħux nifs ’il barra minn ġewwa l-inalatur tiegħek.

4.Poġġi l-parti li titqiegħed fil-ħalq bejn snienek. M’għandekx tigdem il- parti li titqiegħed fil-ħalq. Agħlaq xufftejk madwar il- parti li titqiegħed fil-ħalq. Oqgħod attent li ma timblokkax il-ventijiet tal-arja.

Ħu nifs ’il ġewwa minn ħalqek bl-aktar mod fond u qawwi li tista’. Innota li huwa importanti li tieħu nifs qawwi ’l ġewwa.

ĦU N-NIFS

5.Żomm in-nifs tiegħek għal 10 sekondi jew sakemm ikun komdu għalik.

6.Neħħi l-inalatur tiegħek minn ħalqek. Inti tista’ tinnota togħma meta tieħu l-inalazzjoni tiegħek.

7.Imbagħad ħu nifs ’il barra bil-mod (tiħux nifs ’il barra minn ġewwa l-inalatur tiegħek). Agħlaq l- għatu tal- parti li titqiegħed fil-ħalq.

AGĦLAQ

Wara, laħlaħ ħalqek bl-ilma u obżqu, u/jew aħsel snienek. Dan jista’ jgħin biex ma’ jkollokx traxx f’ħalqek u/jew ħanqa.

Tippruvax iżżarma l-inalatur tiegħek, tneħħi jew tgħawweġ l-għatu tal- parti li titqiegħed fil-ħalq. L-għatu tal- parti li titqiegħed fil-ħalq huwa mwaħħal mal-inalatur tiegħek u m’għandux jitneħħa. Tużax l-inalatur tiegħek jekk ikollu l-ħsara jew jekk il- parti li titqiegħed fil-ħalq inqalgħet minn mal-inalatur tiegħek.

M’għandekx tiftaħ u tagħlaq l-għatu tal- parti li titqiegħed fil-ħalq sakemm ma tkunx se tuża l-inalatur tiegħek.

Jekk tiftaħ u tagħlaq il- parti li titqiegħed fil-ħalq mingħajr ma tieħu inalazzjoni d-doża se tinżamm b’mod sikur ġewwa l-inalatur lesta għall-inalazzjoni li jmiss. Huwa impossibbli biex aċċidentalment tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda.

Żomm il- parti li titqiegħed fil-ħalq magħluqa l-ħin kollu sakemm ma tkunx se tuża l-inalatur tiegħek.

Tindif tal-Inalatur tiegħek

Żomm l-inalatur tiegħek xott u nadif.

Jekk ikun meħtieġ tista’ timsaħ il- parti li titqiegħed fil-ħalq tal-inalatur tiegħek wara l-użu b’ċarruta jew tissue niexfa.

Meta għandek tibda tuża Aerivio Spiromax ġdid

L-indikatur tad-doża fin-naħa ta’ wara tal-apparat jgħidlek kemm fadal dożi (inalazzjonijiet) fl-inalatur tiegħek, jibda minn 60 inalazzjoni meta jkun mimli.

L-indikatur tad-doża juri n-numru ta’ inalazzjonijiet li jkun fadal permezz ta’ numri biż-żewġ biss.

Għal inalazzjonijiet li jifdal minn 20 l-isfel sa ‘8’, ‘6’, ‘4’, ‘2’ in-numri huma murija bl-aħmar fuq sfond abjad. Meta n-numri jsiru ħomor fit-tieqa, għandek tmur għand it-tabib tiegħek u tikseb inalatur ġdid.

Nota:

Il-parti li titqiegħed fil-ħalq xorta se ‘tikklikkja’ anke meta l-inalatur tiegħek ikun vojt. Jekk tiftaħ u tagħlaq il-parti li titqiegħed fil-ħalq mingħajr ma tieħu inalazzjoni l-indikatur tad-doża xorta se jirreġistra dan bħala għadd.

Jekk tuża Aerivio Spiromax aktar milli suppost

Huwa importanti li tuża l-inalatur skont l-istruzzjonijiet. Jekk bi żball tieħu aktar dożi milli rakkomandat, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Inti tista’ tinnota li qalbek qed tħabbat b’mod aktar mgħaġġel mis- soltu u li tħossok dgħajjef. Jista’ jkollok ukoll sturdament, uġigħ ta’ ras, dgħjufija fil-muskoli u uġigħ fil- ġogi.

Jekk użajt wisq dożi ta’ Aerivio Spiromax għal żmien twil, għandek tkellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir. Dan għaliex l-użu żejjed ta’ Aerivio Spiromax jista’ jnaqqas l-ammont ta’ ormoni sterojdi magħmula mill-glandoli adrenali tiegħek.

Jekk tinsa tuża Aerivio Spiromax

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Ħu d-doża li jmiss tiegħek fil- ħin tas-soltu.

Jekk tieqaf tuża Aerivio Spiromax

Huwa importanti ħafna li tieħu Aerivio Spiromax tiegħek kuljum kif ordnat. Kompli ħudu sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf. Twaqqafx jew tnaqqas d-doża tiegħek ta’ Aerivio Spiromax f’daqqa. Dan jista’ jaggrava n-nifs tiegħek.

Barra minn hekk, jekk tieqaf tieħu Aerivio Spiromax jew tnaqqas id-doża tiegħek ta’ Aerivio Spiromax f’daqqa dan jista’ (rari ħafna) jikkawżalek problemi bil-glandoli adrenali tiegħek (insuffiċjenza adrenali) li xi kultant jikkawżaw effetti sekondarji.

Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jinkludu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

Uġigħ fl-istonku

Għeja u telf ta’ aptit, tħossok se tirremetti

Rimettar u dijarea

Telf ta’ piż

Uġigħ ta’ ras jew ngħas

Livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm tiegħek

Pressjoni baxxa u aċċessjonijiet

Meta l-ġisem tiegħek ikun taħt tensjoni bħal dik ikkawżata minn deni, trawma (bħal inċident jew korriment), infezzjoni, jew kirurġija, insuffiċjenza adrenali tista’ tmur għall-agħar u jista’ jkollok kwalunkwe wieħed mill-effetti sekondarji elenkati hawn fuq.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Biex jipprevjeni dawn is-sintomi, it-tabib tiegħek jista’ jippreskrivilek aktar kortikosterojdi forma ta’ pilloli (bħal prednisolone).

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Biex jitnaqqas iċ-ċans ta’ effetti sekondarji t-tabib tiegħek se jippreskrivi l-aktar doża baxxa ta’ din il- kombinazzjoni ta’ mediċini biex tiġi kkontrollata l-ażżma jew COPD tiegħek.

Reazzjonijiet allerġiċi: tista’ tinnota li n-nifs tiegħek imur għall-agħar f’daqqa immedjatament wara l- użu ta’ Aerivio Spiromax. Jista’ jkollok ħafna tħarħir u sogħla jew qtugħ ta’ nifs. Tista’ tinnota wkoll ħakk, raxx (urtikarja) u nefħa (normalment tal-wiċċ, xufftejn, ilsien jew gerżuma), jew f’daqqa waħda tista’ tħoss li qalbek qed tħabbat b’mod mgħaġġel ħafna jew tħoss li se jħossok ħażin u sturdut (li jista’ jwassal għal kollass jew li tintilef minn sensik). Jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti jew jekk iseħħu f’daqqa wara l-użu ta’ Aerivio Spiromax, waqqaf l-uża ta’ Aerivio Spiromax u għid lit-tabib tiegħek minnufih. Reazzjonijiet allerġiċi għal Aerivio Spiromax jseħħu b’mod mhux komuni (dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100).

Effetti sekondarji oħra huma elenkati hawn taħt:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

Uġigħ ta’ ras - dan normalment jittaffa kif jitkompla t-trattament.

Żieda fl-għadd ta’ irjiħat kienet irrappurtata f’pazjenti b’marda kronika ostruttiva tal-pulmun (COPD - chronic obstructive pulmonary disease).

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

Traxx (irqajja mqabżin, juġgħu, sofor lewn il-krema) fil-ħalq u l-gerżuma. Jistgħu jseħħu wkoll ilsien juġgħa u vuċi maħnuqa u irritazzjoni fil-gerżuma. Li tlaħlaħ ħalqek bl-ilma u tobżqu immedjatament u/jew li taħsel snienek wara li tieħu kull doża tal-mediċina tiegħek jista’ jkun ta’ għajnuna. It-tabib tiegħek jista’ jippreskrivi mediċina kontra l-fungi biex tittratta t-traxx.

Ġogi juġgħu u minfuħin u uġigħ fil-muskoli.

Bugħawwieġ fil-muskoli.

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati wkoll f’pazjenti b’marda kronika ostruttiva tal-pulmun (COPD

- chronic obstructive pulmonary disease):

Pulmonite u bronkite (infezzjoni fil-pulmun). Għid lit-tabib tiegħek jekk tinnota xi wieħed mis-sintomi li ġejjin waqt li tkun qed tieħu Aerivio Spiromax għax dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ infezzjoni fil- pulmun: deni jew sirdat; żieda fil-produzzjoni tal-mukus, bidliet fil-kulur tal-mukus; żieda fis-sogħla jew aktar diffikultajiet fit-teħid tan-nifs.

Tbenġil u ksur.

Infjammazzjoni tas-sinusis (sinożite, sensazzjoni ta’ tensjoni jew imblokk fl-imnieħer, ħaddejn u wara l- għajnejn, kultant b’uġigħ itektek).

Tnaqqis fl-ammont ta’ potassium fid-demm (jista’ jkollok taħbit tal-qalb irregolari, dgħjufija fil-muskoli, bugħawwieġ).

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Żidiet fl-ammont ta’ zokkor (glucose) fid-demm tiegħek (ipergliċemija). Jekk għandek id-dijabete, jista’ jkun meħtieġ monitoraġġ aktar frekwenti taz-zokkor fid-demm u possibilment aġġustament tat- trattament tas-soltu tad-dijabete tiegħek.

Katarretti (lenti imċajpra fl-għajn).

Taħbit tal-qalb mgħaġġel ħafna (takikardija).

Tħossok dgħajjef (rogħda) u taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari (palpitazzjonijiet) - dawn normalment ma jagħmlux ħsara u jonqsu kif jitkompla t-trattament.

Uġigħ fis-sider.

Tħossok inkwetat (għalkemm dan l-effett iseħħ l-aktar fit-tfal meta jiġu preskritti din il-kombinazzjoni ta’ mediċini iżda f’qawwa aktar baxxa).

Disturbi fl-irqad.

Raxx allerġiku fil-ġilda.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

Diffikultajiet fit-teħid tan-nifs jew tħarħir li jaggrava hekk kif tieħu Aerivio Spiromax. Jekk jiġri dan waqqaf l-użu tal-inalatur Aerivio Spiromax tiegħek. Uża l-inalatur ‘li jtaffi’ li jaħdem malajr biex jgħin it-teħid tan-nifs tiegħek u għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Aerivio Spiromax jista’ jaffettwaw il-produzzjoni normali ta’ ormoni sterojdi fil-ġisem, speċjalment jekk ħadt dożi għoljin għal perjodi twal ta’ żmien. L-effetti jinkludu:

Tkabbir aktar bil-mod fit-tfal u fl-adolexxenti

Traqqiq tal-għadam

Glawkoma

Żieda fil-piż

Wiċċ ittundjat (għamla ta’ qamar) (Sindrome ta’ Cushing)

It-tabib tiegħek se jiċċekkjak b’mod regolari għal kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti sekondarji u se jiżgura li qed tieħu l-aktar doża baxxa ta’ din il-kombinazzjoni ta’ mediċini biex tiġi kkontrollata l- ażżma tiegħek.

Tibdil fl-imġiba, bħal attività aktar mis-soltu u irritabilità (għalkemm dawn l-effetti jseħħu l-aktar fit-tfal meta jiġu preskritti din il-kombinazzjoni ta’ mediċini iżda b’qawwa aktar baxxa).

Taħbit tal-qalb irregolari jew taħbita tal-qalb żejda (arritmija). Għid lit-tabib tiegħek, iżda tieqafx tieħu Aerivio Spiromax sakemm it-tabib ma jgħidlekx biex tieqaf.

Infezzjoni kkawżata minn fungi fl-esofagu (kanal tal-ikel), li tista’ tikkawża diffikultajiet biex tibla’.

Frekwenza mhux magħrufa, iżda jistgħu jseħħu wkoll:

Depressjoni jew aggressjoni (għalkemm dawn l-effetti huma aktar probabbli li jseħħu fit-tfal meta jiġu preskritti din il-kombinazzjoni ta’ mediċini iżda b’qawwa aktar baxxa).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Aerivio Spiromax

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-inalatur tiegħek wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Żomm l-għatu tal- parti li titqiegħed fil-ħalq magħluq wara li tneħħi l-kisja tal-fojl.

Uża fi żmien 3 xhur minn meta tneħħih mill-kisja tal-fojl. Uża t-tikketta fuq l-inalatur biex tikteb id- data meta tfaħt il-borża tal-fojl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Aerivio Spiromax

-Is-sustanzi attivi huma salmeterol u fluticasone propionate. Kull doża mkejla fiha 50 mikrogramma salmeterol (bħala salmeterol xinafoate) u 500 mikrogramma fluticasone propionate. Kull doża mogħtija (id-doża li tħalli l-biċċa tal-ħalq) fiha 45 mikrogramma ta’ salmeterol (bħala salmeterol xinafoate) u 465 mikrogramma ta’ fluticasone propionate.

-Is-sustanza l-oħra hija lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 taħt ‘Aerivio Spiromax fih lactose’).

Kif jidher Aerivio Spiromax u l-kontenut tal-pakkett

Aerivio Spiromax huwa trab li jittieħed man-nifs.

Kull inalatur Aerivio Spiromax fih 60 inalazzjoni u huwa abjad b’għatu tal- parti li titqiegħed fil-ħalq isfar semi-trasparenti.

Pakketti ta’ inalatur wieħed jew 3. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5, 2031 GA Haarlem, L-Olanda

Manifattur

Norton (Waterford) Limited T/A Teva Pharmaceuticals Ireland

Unit 27/35, IDA Industrial Park, Cork Road, Waterford, L-Irlanda

Teva Pharmaceuticals Europe B.V., Swensweg 5, 2031 GA Haarlem, L-Olanda

(For Poland only) Teva Operations Poland Sp. z o.o. Mogilska 80 Str. 31-546 Kraków, Il-Polonja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

Teл: +359 2 489 95 82

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

 

Tel: +353 51 321 740

Deutschland

Nederland

Teva GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 08

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech Eesti

Teva Norway AS

filiaal

Tlf: +47 6677 55 90

Tel: +372 661 0801

 

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97007 0

España

Polska

Teva Pharma S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +33 1 55 91 7800

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: + 385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 6524

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

Vistor

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Simi: +354 535 7000

Tel: +421 2 5726 7911

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

Teva Finland

Tel: +39 028 917 981

Puh /Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +46 42 12 11 00

Τηλ: +30 210 72 79 099

 

Latvija

United Kingdom

Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67 323 666

Tel: +44 1977 628 500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’xahar SSSS.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati