Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Alecensa (alectinib hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XE

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAlecensa
Kodiċi ATCL01XE
Sustanzaalectinib hydrochloride
ManifatturRoche Registration Limited

Alectinib

1.3.1 Combined Labelling, Clean-

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

approved

 

Alecensa 150 mg kapsuli iebsin

 

alectinib

 

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Alecensa u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Alecensa

3.Kif għandek tieħu Alecensa

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Alecensa

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Alecensa u għalxiex jintuża

X’inhu Alecensa

Alecensa huwa mediċina għall-kanċer li fih is-sustanza attiva alectinib.

Għalxiex jintuża Alecensa

Alecensa jintuża biex jittratta adulti li għandhom tip ta’ kanċer tal-pulmun li jissejjaħ ‘kanċer tal- pulmun taċ-ċelluli mhux żgħar’ (‘NSCLC - non-small cell lung cancer’). Jintuża jekk il-kanċer tal- pulmun tiegħek:

huwa ‘pożittiv għal ALK’ - dan ifisser li ċ-ċelluli tal-kanċer tiegħek għandhom difett f’ġene li tagħmel enzima li tissejjaħ ALK (‘anaplastic lymphoma kinase’), ara ‘Kif jaħdem Alecensa’, hawn taħt

u huwa avanzat

u kien ittrattat qabel b’mediċina li tissejjaħ ‘crizotinib’.

Kif jaħdem Alecensa

Alecensa jimblokka l-azzjoni ta’ enzima li tissejjaħ ‘ALK tyrosine kinase’. Forom mhux normali ta’ din l-enzima (ikkawżati minn difett fil-ġene li tagħmilha) jgħinu jinkoraġixxu t-tkabbir taċ-ċelluli tal- kanċer. Alecensa jista’ jnaqqas jew iwaqqaf it-tkabbir tal-kanċer tiegħek. Jista’ wkoll jgħin biex iċekken il-kanċer tiegħek.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif jaħdem Alecensa jew għaliex din il-mediċina ġiet preskritta għalik, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

 

Alectinib

 

1.3.1 Combined Labelling, Clean-

2.

X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Alecensa

approved

 

Tiħux Alecensa:

● jekk inti allerġiku għal alectinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6). Jekk m’intix ċert, kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Alecensa.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Alecensa:

● jekk għandek problema li tintiret li tissejjaħ ‘intolleranza għal galactose’, ‘defiċjenza konġenitali ta’ lactase’ jew ‘assorbiment ħażin ta’ glucose-galactose’.

Jekk m’intix ċert, kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Alecensa.

Alecensa jista’ jikkawża effetti sekondarji li jeħtieġ li tgħid lit-tabib tiegħek dwarhom minnufih. Dawn jinkludu:

ħsara fil-fwied (epatotossiċità). It-tabib tiegħek se jieħu testijiet tad-demm qabel tibda t-trattament, imbagħad kull ġimagħtejn għall-ewwel 3 xhur tat-trattament tiegħek u wara dan inqas ta’ spiss. Dan biex jiċċekkja li m’għandekx problemi fil-fwied waqt li tkun qed tieħu Alecensa. Għid lit- tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed mis-sinjali li ġejjin: sfurija tal-ġilda tiegħek jew tal- abjad ta’ għajnejk, uġigħ fin-naħa tal-lemin tal-istonku tiegħek, awrina skura, ħakk fil-ġilda, tħossok inqas bil-ġuħ mis-soltu, dardir jew rimettar , tħossok għajjien, fsada jew titbenġel aktar malajr mis-soltu.

rata ta’ taħbit tal-qalb baxxa (bradikardija).

infjammazzjoni tal-pulmun (pulmonite). Alecensa jista’ jikkawża nefħa (infjammazzjoni) severa jew ta’ periklu għall-ħajja tal-pulmuni waqt it-trattament. Is-sinjali jistgħu jkunu simili għal dawk ikkawżati mill-kanċer tal-pulmun tiegħek. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi sinjali ġodda jew li qed jaggravaw inklużi diffikultà fit-teħid tan-nifs, qtugħ ta’ nifs, jew sogħla bi jew mingħajr bili, jew deni.

uġigħ sever fil-muskoli, sensittività, u dgħjufija (majalġja). It-tabib tiegħek se jagħmel testijiet tad- demm tal-inqas kull ġimagħtejn għall-ewwel xahar u kif meħtieġ waqt it-trattament b’Alecensa. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok sinjali ġodda jew li qed jaggravaw ta’ problemi fil- muskoli, inkluż uġigħ fil-muskoli li ma jistax jiġi spjegat jew uġigħ fil-muskoli li ma jgħaddix, sensittività, jew dgħjufija.

Oqgħod attent għal dawn waqt li tkun qed tieħu Alecensa. Ara ‘Effetti sekondarji’ fis-sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni.

Sensittività għad-dawl tax-xemx

Tesponix lilek innifsek għax-xemx għalperjodu twil ta’ ħin waqt li tkun qed tieħu Alecensa u għal 7 ijiem wara li tieqaf tieħdu. Jeħtieġ li tapplika krema ta’ protezzjoni mix-xemx u balzmu għax- xufftejn b’Fattur ta’ Protezzjoni mix-Xemx ta’ 50 jew ogħla biex tgħin tevita ħruq mix-xemx.

Tfal u adolexxenti

Alecensa ma ġiex studjat fi tfal jew adolexxenti. M’għandekx tagħti din il-mediċina lil tfal jew adolexxenti ta’ età inqas minn 18-il sena.

Testijiet u kontrolli

Meta tieħu Alecensa t-tabib tiegħek se jagħmel testijiet tad-demm qabel tibda t-trattament, imbagħad kull ġimagħtejn għall-ewwel 3 xhur tat-trattament tiegħek u wara dan inqas ta’ spiss. Dan biex jiċċekkja li m’għandekx problemi fil-fwied jew muskoli waqt li tkun qed tieħu Alecensa.

Mediċini oħra u Alecensa

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini li tista’ tikseb mingħajr riċetta, u mediċini mill-ħxejjex. Dan għaliex Alecensa jista’ jaffettwa l-mod kif jaħdmu xi mediċini oħra. Barra dan xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il- mod kif jaħdem Alecensa.

Alectinib

1.3.1 Combined Labelling, Clean-

B’mod partikulari għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini li approved ġejjin:

digoxin, mediċina li tintuża biex tikkura problemi tal-qalb

dabigatran etexilate, mediċina li tintuża biex tikkura emboli tad-demm

methotrexate, mediċina li tintuża biex tikkura ċerti tipi ta’ kanċer jew biex tikkura mard awtoimmuni (eż. artrite rewmatika)

nilotinib, mediċina li tintuża biex tikkura ċerti tipi ta’ kanċer

lapatinib, mediċina li tintuża biex tikkura ċerti tipi ta’ kanċer tas-sider

mitoxantrone, mediċina li tintuża biex tikkura ċerti tipi ta’ kanċer jew mard awtoimmuni (eż. sklerożi multipla)

everolimus, mediċina li tintuża biex tikkura ċerti tipi ta’ kanċer jew biex tipprevjeni s-sistema immunitarja tal-ġisem milli tirrifjuta kilwa, qalb jew fwied trapjantati

sirolimus, mediċina li tintuża biex tipprevjeni s-sistema immunitarja tal-ġisem milli tirrifjuta kilwa, qalb jew fwied trapjantati

topotecan, mediċina li tintuża biex tikkura ċerti tipi ta’ kanċer

mediċini li jintużaw biex jikkuraw l-AIDS/HIV (eż. ritonavir, saquinavir)

mediċini li jintużaw biex jikkuraw infezzjonijiet. Dawn jinkludu mediċini li jikkuraw infezzjonijiet ikkawżati mill-fungi (sustanzi kontra l-fungi bħal ketoconazole, itraconazole, voriconazole, posaconazole) u mediċini li jikkuraw ċerti tipi ta’ infezzjonijiet ikkawżati mill-batterja (antibijotiċi bħal telithromycin)

St.John’s Wort, mediċina tal-ħxejjex li tintuża biex tikkura d-depressjoni

mediċini li jintużaw biex iwaqqfu aċċessjonijiet (anti-epilettiċi bħal phenytoin, carbamazepine, jew phenobarbital)

mediċini li jintużaw biex jikkuraw it-tuberkulożi (eż. rifampicin, rifabutin)

nefazodone, mediċina li tintuża biex tikkura d-depressjoni

Kontraċettivi orali

Jekk tieħu Alecensa waqt li tkun qed tuża kontraċettivi orali, il-kontraċettivi orali jistgħu jkunu inqas effettivi.

Alecensa ma’ ikel u xorb

Għandek toqgħoq attent meta tixrob meraq tal-grejpfrut jew tiekol grejpfrut jew larinġ tal-bakkaljaw waqt li tkun fuq trattament b’Alecensa għax dawn jistgħu jibdlu l-ammont ta’ Alecensa fil-ġisem tiegħek.

Kontraċezzjoni, tqala, u treddigħ - informazzjoni għan-nisa

Kontraċezzjoni - informazzjoni għan-nisa

M’għandekx toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina. Jekk tista’ toħroġ tqila, għandek tuża kontraċezzjoni effettiva ħafna waqt it-trattament u għal mill-inqas 3 xhur wara li twaqqaf it-trattament. Kellem lit-tabib tiegħek dwar il-metodi ta’ kontraċezzjoni li huma tajbin għalik u għas-sieħeb tiegħek. Jekk tieħu Alecensa waqt li tkun qed tuża kontraċettivi orali, il- kontraċettivi orali jistgħu jkunu inqas effettivi.

Tqala

Tiħux Alecensa jekk inti tqila. Dan għaliex jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek.

Jekk toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu l-mediċina jew matul it-3 xhur wara li tieħu l-aħħar doża tiegħek, għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Treddigħ

Treddax waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina. Dan għaliex mhux magħruf jekk Alecensa jistgħax jgħaddi fil-ħalib tas-sider u għalhekk jekk jistax jagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Oqgħod attent ħafna meta ssuq u tħaddem magni peress li tista’ tiżviluppa problemi bil-vista jew rata ta’ taħbit tal-qalb aktar bil-mod jew pressjoni baxxa li jistgħu jwasslu għal ħass ħażin jew sturdament waqt li tkun qed tieħu Alecensa.

33
1.3.1 Combined Labelling, Clean- approved

Alecensa fih lactose

Alecensa fih lactose (tip ta’ zokkor). Jekk it-tabib tiegħek qallek li ma tistax tittollera jew tiddiġerixxi xi zokkrijiet, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Alecensa fih sodium

Id-doża rakkomandata ta’ kuljum ta’ Alecensa (1200 mg) fiha 48 mg ta’ sodium. Jekk jogħġbok ħu dan l-ammont f’konsiderazzjoni jekk qiegħed fuq dieta ta’ sodium ikkontrollat.

3.Kif għandek tieħu Alecensa

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

Id-doża rakkomandata hija 4 kapsuli (600 mg) darbtejn kuljum.

Dan ifisser li inti tieħu total ta’ 8 kapsuli (1200 mg) kuljum.

Kultant it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża tiegħek, iwaqqaf it-trattament tiegħek għal żmien qasir jew iwaqqaf it-trattament tiegħek kompletament jekk tħossok ma tiflaħx.

Kif għandek tieħu

Alecensa jittieħed mill-ħalq. Ibla’ kull kapsula sħieħa. Tiftaħx u tħollx il-kapsuli.

Għandek tieħu Alecensa mal-ikel.

Jekk tirremetti wara li tieħu Alecensa

Jekk tirremetti wara li tieħu doża ta’ Alecensa, tiħux doża żejda, ħu biss id-doża li jmissek fil-ħin tas- soltu.

Jekk tieħu Alecensa aktar milli suppost

Jekk tieħu Alecensa aktar milli suppost, kellem lit-tabib jew mur l-isptar minnufih. Ħu l-pakkett tal- mediċina u dan il-fuljett miegħek.

Jekk tinsa tieħu Alecensa

Jekk ikun fadal aktar minn 6 sigħat għad-doża li jmiss tiegħek, ħu d-doża maqbuża malli tiftakar.

Jekk ikun fadal inqas minn 6 sigħat għad-doża li jmiss tiegħek, tiħux id-doża maqbuża. Imbagħad ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Alecensa

Tieqafx tieħu din il-mediċina qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek. Huwa importanti li tieħu Alecensa darbtejn kuljum sakemm jippreskrivihulek it-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu b’din il-mediċina.

Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin. It-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża tiegħek, iwaqqaf it-trattament tiegħek għal żmien qasir jew iwaqqaf it- trattament tiegħek għall-kollox:

Sfurija tal-ġilda tiegħek jew tal-abjad ta’ għajnejk, uġigħ fin-naħa tal-lemin tal-istonku tiegħek, awrina skura, ħakk fil-ġilda, tħossok inqas bil-ġuħ mis-soltu, dardir jew rimettar, tħossok għajjien, fsada jew titbenġel aktar malajr mis-soltu (sinjali potenzjali ta’ problemi fil-fwied)

Alectinib

1.3.1 Combined Labelling, Clean-

Sinjali ġodda jew li qed jaggravaw ta’ problemi fil-muskoli, inkluż uġigħ fil-muskoli li maapproved jistax jiġi spjegat jew uġigħ fil-muskoli li ma jgħaddix, sensittività, jew dgħjufija (sinjali potenzjali ta’ problemi fil-muskoli).

Ħass ħażin, sturdament u pressjoni baxxa (sinjali potenzjali ta’ rata ta’ taħbit tal-qalb baxxa)

Sinjali ġodda jew li qed jaggravaw inklużi diffikultà fit-teħid tan-nifs, qtugħ ta’ nifs, jew sogħla bi jew mingħajr bili, jew deni - is-sinjali jistgħu jkunu simili għal dawk ikkawżati mill-kanċer tal-pulmun tiegħek (sinjali potenzjali ta’ infjammazzjoni tal-pulmun – pulmonite). Alecensa jista’ jikkawża infjammazzjoni severa jew ta’ periklu għall-ħajja tal-pulmuni waqt it-trattament.

Effetti sekondarji oħra

Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

riżultati mhux normali ta’ testijiet tad-demm biex tiċċekkja għal problemi fil-fwied (livelli għoljin ta’ alanine aminotransferase, aspartate aminotransferase u bilirubina)

jista’ jħossok għajjien, dgħajjef jew bla nifs minħabba tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli ħomor tad- demm, magħruf bħala anemija

vista mċajpra, telf tal-vista, tikek suwed jew tikek bojod fil-vista tiegħek, u tara doppju (problemi f’għajnejk)

rimettar - jekk tirremetti wara li tieħu doża ta’ Alecensa, tiħux doża oħra, ħu biss id-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu

stitikezza

dijarea

dardir

raxx

sensittività għad-dawl tax-xemx - tesponix lilek innifsek għax-xemx għal perjodu twil ta’ ħin waqt li tkun qed tieħu Alecensa u għal 7 ijiem wara li tieqaf tieħdu. Jeħtieġ li tapplika krema ta’ protezzjoni mix-xemx u balzmu għax-xufftejn b’Fattur ta’ Protezzjoni mix-Xemx ta’ 50 jew ogħla biex tgħin tevita ħruq mix-xemx.

nefħa kkawżata minn akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-ġisem (edima).

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

riżultati mhux normali ta’ testijiet tad-demm biex tiġi ċċekkjata l-funzjoni tal-kliewi (livell għoli ta’ krejatinina)

riżultati mhux normali ta’ testijiet tad-demm biex jiġi ċċekkjat jekk hemmx mard tal-fwied jew disturbi fl-għadam (livell għoli ta’ alkaline phosphatase).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Alecensa

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.

 

Alectinib

 

1.3.1 Combined Labelling, Clean-

6.

Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

approved

 

X’fih Alecensa

Is-sustanza attiva hi alectinib. Kull kapsula iebsa fiha alectinib hydrochloride ekwivalenti għal 150 mg alectinib.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma:

Kontenut tal-kapsula: lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 ‘Alecensa fih lactose’), hydroxypropylcellulose, sodium laurilsulfate (ara sezzjoni 2 ‘Alecensa fih sodium’), magnesium stearate u carmellose calcium

Qoxra tal-kapsula: hypromellose, carrageenan, potassium chloride, titanium dioxide (E171), maize starch u carnauba wax

Linka għall-istampar: iron oxide aħmar (E172), iron oxide isfar (E172), indigo carmine aluminium lake (E132), carnauba wax, shellac abjad u glyceryl monooleate.

Kif jidher Alecensa u l-kontenut tal-pakkett

Alecensa kapsuli ibsin huma bojod, b’‘ALE’ stampat b’linka sewda fuq l-għatu u ‘150 mg’ stampat b’linka sewda fuq il-parti l-oħra tal-kapsula.

Il-kapsuli huma pprovduti f’folji u huma disponibbli f’kartun li fihom 224 kapsula iebsa (4 pakketti ta’ 56).

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Roche Registration Limited 6 Falcon Way

Shire Park

Welwyn Garden City AL7 1TW

Ir-Renju Unit

Manifattur

Roche Pharma AG

Emil-Barell-Strasse 1

D-79639 Grenzach-Wyhlen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

N.V. Roche S.A.

UAB “Roche Lietuva”

Tél/Tel: +32 (0) 2 525 82 11

Tel: +370 5 2546799

България

Luxembourg/Luxemburg

Рош България ЕООД

(Voir/siehe Belgique/Belgien)

Тел: +359 2 818 44 44

 

Česká republika

Magyarország

Roche s. r. o.

Roche (Magyarország) Kft.

Tel: +420 - 2 20382111

Tel: +36 - 23 446 800

Alectinib

 

1.3.1 Combined Labelling, Clean-

Danmark

Malta

approved

 

Roche a/s

(Ara Renju Unit)

 

Tlf: +45 - 36 39 99 99

 

 

Deutschland

Nederland

 

Roche Pharma AG

Roche Nederland B.V.

 

Tel: +49 (0) 7624 140

Tel: +31 (0) 348 438050

 

Eesti

Norge

 

Roche Eesti OÜ

Roche Norge AS

 

Tel: + 372 - 6 177 380

Tlf: +47 - 22 78 90 00

 

Ελλάδα

Österreich

 

Roche (Hellas) A.E.

Roche Austria GmbH

 

Τηλ: +30 210 61 66 100

Tel: +43 (0) 1 27739

 

España

Polska

 

Roche Farma S.A.

Roche Polska Sp.z o.o.

 

Tel: +34 - 91 324 81 00

Tel: +48 - 22 345 18 88

 

France

Portugal

 

Roche

Roche Farmacêutica Química, Lda

 

Tél: +33 (0) 1 47 61 40 00

Tel: +351 - 21 425 70 00

 

Hrvatska

România

 

Roche d.o.o.

Roche România S.R.L.

 

Tel: +385 1 4722 333

Tel: +40 21 206 47 01

 

Ireland

Slovenija

 

Roche Products (Ireland) Ltd.

Roche farmacevtska družba d.o.o.

 

Tel: +353 (0) 1 469 0700

Tel: +386 - 1 360 26 00

 

Ísland

Slovenská republika

 

Roche a/s

Roche Slovensko, s.r.o.

 

c/o Icepharma hf

Tel: +421 - 2 52638201

 

Sími: +354 540 8000

 

 

Italia

Suomi/Finland

 

Roche S.p.A.

Roche Oy

 

Tel: +39 - 039 2471

Puh/Tel: +358 (0) 10 554 500

 

Kύπρος

Sverige

 

Γ.Α.Σταμάτης & Σια Λτδ.

Roche AB

 

Τηλ: +357 - 22 76 62 76

Tel: +46 (0) 8 726 1200

 

Latvija

United Kingdom

 

Roche Latvija SIA

Roche Products Ltd.

 

Tel: +371 - 6 7039831

Tel: +44 (0) 1707 366000

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Din il-mediċina ngħatat ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li għad trid tingħata aktar evidenza dwar din il-mediċina.

Alectinib

1.3.1 Combined Labelling, Clean-

approved

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi l-informazzjoni l-ġdida dwar din il-mediċina mill- anqas kull sena u ser taġġorna dan il-fuljett kif meħtieġ.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati