Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Alli (Orlistat GSK) (orlistat) – Fuljett ta’ tagħrif - A08AB01

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAlli (Orlistat GSK)
Kodiċi ATCA08AB01
Sustanzaorlistat
ManifatturGlaxo Group Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

alli 60 mg kapsuli ibsin

Orlistat

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Dejjem ħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew kif avżak it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun trid aktar tagħrif jew pariri.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

Jekk ma titlifx piż wara li tkun ħadt alli għal 12-il ġimgħa, għandek tkellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek. Għandu mnejn ikollok tieqaf tieħu alli.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu alli u għalxiex jintuża

Ir-riskju li jkollok piż żejjed

Kif jaħdem alli

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu alli

Tieħux alli

Twissijiet u prekawzjonijiet

Mediċini oħra u alli

Meta tieħu alli ma’ l-ikel u max-xorb

Tqala u treddigħ

Sewqan u tħaddim ta’ magni

3.Kif għandek tieħu alli

Preparazzjoni biex titlef il-piż

Għażel data meta se tibda

Iddeċiedi l-mira ta’ telf ta’ piż tiegħek

Stabilixxi il-miri tiegħek ta’ kaloriji u xaħam

Meta tieħu alli

Adulti ta’ 18-il sena jew aktar

Kemm għandi ndum nieħu alli?

Jekk tieħu alli aktar milli suppost

Jekk tinsa tieħu alli

4.Effetti sekondarji possibbli

Effetti sekondarji serji

Effetti sekondarji komuni ħafna

Effetti sekondarji komuni

Effetti osservati fit-testijiet tad-demm

Tgħallem ħu ħsieb l-effetti tal-kura relatati mad-dieta

5.Kif taħżen alli

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih alli

Id-dehra ta’ alli u l-kontenuti tal-pakkett

Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur

Aktar tagħrif ta’ għajnuna

1.X’inhu alli u gћalxiex jintuża

alli jintuża għal telf tal-piż f’adulti b’età minn 18-il sena ’l fuq li għandhom piż żejjed, u li għandhom indiċi tal-massa tal-ġisem (BMI) ta’ 28 jew aktar. alli għandu jintuża flimkien ma’ dieta ta’ kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam.

Il-BMI huwa mezz biex tkun taf jekk il-piż tiegħek hux normali, jew jekk għandekx piż żejjed, għat- tul tiegħek. It-tabella taħt se tgħinek issir taf jekk għandekx piż żejjed u jekk alli hux tajjeb għalik.

Sib it-tul tiegħek fit-tabella. Jekk tiżen inqas mill-piż li jidher għat-tul tiegħek, tieħux alli.

Tul

Piż

 

 

1.50 m

63 kg

1.55 m

67.25 kg

1.60 m

71.75 kg

1.65 m

76.25 kg

1.70 m

81 kg

1.75 m

85.75 kg

1.80 m

90.75 kg

1.85 m

95.75 kg

1.90 m

101 kg

Ir-riskju li jkollok piż żejjed

Li jkollok piż żejjed iżidlek ir-riskju li tiżviluppa diversi problemi serji tas-saħħa bħal dijabete u mard tal-qalb. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu ma jikkawżawx li tħossok ma tiflaħx għalhekk għandek tara lit-tabib tiegħek għall-vista medika ġenerali.

Kif jaħdem alli

Is-sustanza attiva (orlistat) f’alli hija maħsuba biex tattakka x-xaħam fis-sistema diġestiva tiegħek. Hija twaqqaf madwar kwart tax-xaħam fl-ikliet tiegħek milli jiġi assorbit. Dan ix-xaħam se joħroġ mill-ġisem tiegħek fil-purgar. Jista’ jkollok esperjenza ta’ effetti tal-kura relatati mad-dieta (ara sezzjoni 4). Għalhekk huwa importanti li timxi ma’ dieta b’inqas xaħam biex timmaniġġja dawn l- effetti. Jekk tagħmel dan, l-azzjoni tal-kapsuli tgħin l-isforzi tiegħek billi tgħinek titlef aktar piż meta mqabbel ma’ dieta waħedha. Għal kull 2 kg li inti titlef bid-dieta waħedha, alli jista’ jgħinek titlef

1 kg aktar.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu alli

Tiħux alli

Jekk inti allerġiku għal orlistat jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk inti tqila jew qed tredda’.

Jekk qed tieħu ciclosporin, użat wara trapjanti ta’ organi, għal artrite rewmatojda severa u xi kundizzjonijiet severi tal-ġilda.

Jekk qed tieħu warfarin jew xi mediċini oħra wżati biex iraqqu d-demm.

Jekk għandek kolestasi (kundizzjoni fejn in-nixxija tal-bili mill-fwied hija mblukkata).

Jekk għandek problemi biex tassorbi l-ikel (sindrome kronika ta’ assorbiment ħażin) iddijanjostikati minn tabib.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu alli

Jekk għandek dijabete. Għid lit-tabib tiegħek għax għandu mnejn ikollu bżonn jaġġusta l-mediċina tiegħek kontra d-dijabete.

Jekk għandek mard tal-kliewi. Jekk għandek problemi bil-kliewi kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu alli. F’pazjenti li jsofru minn mard kroniku tal-kliewi, l-użu ta’ orlistat jista’ jkun assoċjat ma’ ġebel fil-kliewi.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tittieħed minn tfal u adolexxenti b’età inqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u alli

alli jista’ jkollu effett fuq xi mediċini li għandek tieħu.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Tiħux alli ma’ dawn il-mediċini

Ciclosporin: ciclosporin jintuża wara trapjanti ta’ organi, għall-artrite rewmatojda severa u għal xi kundizzjonijiet severi tal-ġilda.

Warfarin jew mediċini oħra wżati biex iraqqu d-demm.

Il-pillola kontraċettiva orali u alli

Jekk ikollok dijarea severa l-pillola kontraċettiva orali tista’ tkun inqas effettiva. Uża metodu addizzjonali ta’ kontraċezzjoni jekk ikollok dijarea severa.

Multivitamini u alli

Għandek tieħu multivitamina kuljum. alli jista’ jbaxxi l-livelli ta’ xi vitamini assorbiti mill-ġisem tiegħek. Il-multivitamina għandu jkun fiha l-vitamini A, D, E u K. Biex tgħin tassigura li l- vitamini jiġu assorbiti, għandek tieħu l-multivitamina, qabel torqod, meta ma tkunx qed tieħu alli.

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu alli jekk qed tieħu

amiodarone, użat għall-problemi fir-ritmu tal-qalb.

acarbose (mediċina kontra d-dijabete wżata biex tikkura dijabete mellitus tat-tip 2). alli mhux irrakkomandat għall-persuni li jkunu qed jieħdu acarbose.

mediċina għat-tirojde (levothyroxine) peress li jista’ jkun meħtieġ li d-doża tiegħek tiġi aġġustata u li tieħu l-mediċini tiegħek f’ħinijiet differenti tal-ġurnata.

mediċina għall-epilessija peress li kull bidla fil-frekwenza u fis-severità tal-konvulżjonijiet tiegħek għandha tiġi diskussa mat-tabib tiegħek.

mediċini għall-kura tal-HIV. Huwa importanti li tikkonsulta lit-tabib tiegħek qabel tieħu alli jekk qed tirċievi kura għall-HIV.

mediċini għad-depressjoni, disturbi psikjatriċi jew ansjetà.

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek meta qed tieħu alli

Jekk inti qed tieħu mediċina għall-pressjoni għolja tad-demm peress li jista’ jkun hemm bżonn li d-doża tiegħek tiġi aġġustata.

Jekk inti qed tieħu mediċina għall-kolesterol għoli peress li jista’ jkun hemm bżonn li d-doża tiegħek tiġi aġġustata.

alli ma’ ikel u xorb

alli għandu jintuża flimkien ma’ dieta b’kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam. Ipprova ibda din id-dieta qabel tibda l-kura. Għall-informazzjoni dwar kif tissetja l-miri tiegħek ta’ kaloriji u xaħam, ara Aktar tagħrif ta’ għajnuna fil-paġni blu f’sezzjoni 6.

alli jista’ jittieħed immedjatament qabel, waqt ikla jew sa siegħa wara ikla. Il-kapsula għandha tinbela bl-ilma. Dan ifisser kapsula waħda mal-kolazzjon, ma’ l-ikla ta’ nofsinhar u ma’ l-ikla ta’ filgħaxija.

Jekk taqbes ikla, jew l-ikla tiegħek tkun bla xaħam, tieħux kapsula. alli ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm ftit xaħam fl-ikla.

Jekk tiekol ikla b’ħafna xaħam, tieħux aktar mid-doża rrakkomandata. Li tieħu kapsula ma ikla li fiha wisq xaħam jista’ jżid iċ-ċans li jkollok effetti tal-kura relatati mad-dieta (ara sezzjoni 4). Għamel kull sforz biex tevità ikliet b’ħafna xaħam waqt li qed tieħu alli.

Tqala u treddigħ

Tieħux alli jekk inti tqila jew qed tredda’

Sewqan u tħaddim ta’ magni

alli mhux probabbli li jkollu effett fuq il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

3.Kif għandek tieħu alli

Preparazzjoni biex titlef il-piż

1. Għażel data meta se tibda

Għażel il-ġurnata li fiha se tibda tieħu l-kapsuli minn qabel. Ibda d-dieta tiegħek b’kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam qabel tibda tieħu l-kapsuli u agħti ftit ġranet lill-ġisem tiegħek biex jaġġusta għad- drawwiet ġodda ta’ l-ikel tiegħek. Niżżel dak li qed tiekol fi djarju ta’ l-ikel. Djarji ta’ l-ikel huma effettivi, għax jagħmluk konxju ta’ x’qed tiekol, kemm qed tiekol, u jtuk il-bażi biex tagħmel bidliet.

2. Iddeċidi l-mira ta’ telf ta’ piż tiegħek

Aħseb dwar kemm trid titlef piż u wara stabilixxi mira ta’ piż. Mira realistika hija li titlef bejn 5% sa 10% tal-piż tal-bidu tiegħek. L-ammont ta’ piż li titlef jista’ jvarja minn ġimgħa għal ġimgħa. Inti għandek timmira li titlef il-piż b’rata gradwali u kostanti ta’ madwar 0.5 kg kull ġimgħa.

3. Stabilixxi l-miri tiegħek ta’ kaloriji u xaħam

Biex jgħinuk tilħaq il-mira tiegħek ta’ telf ta’ piż, għandek bżonn tistabilixxi żewġ miri ta’ kuljum, waħda għall-kaloriji u oħra għax-xaħam. Għal aktar informazzjoni ara Aktar tagħrif ta’ għajnuna fil- paġni blu f’sezzjoni 6.

Meta tieħu alli

Adulti ta’ 18-il sena jew aktar

Ħu kapsula waħda, tliet darbiet kuljum.

Ħu alli eżatt qabel, waqt jew sa siegħa wara l-ikel. Dan ġeneralment ifisser kapsula waħda mal- kolazzjon, ma’ l-ikla ta’ nofsinhar u ma’ l-ikla ta’ filgħaxija. Kun ċert li t-tliet ikliet prinċipali tiegħek huma bbilanċjati sew, b’kaloriji mnaqqsa, u b’inqas xaħam.

Jekk taqbeż ikla, jew l-ikla tiegħek tkun bla xaħam, tieħux kapsula. alli ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm ftit xaħam fl-ikla.

Ibla’ l-kapsula sħiħa ma’ l-ilma.

Tieħux aktar minn 3 kapsuli kuljum.

Tista’ żżomm id-doża ta’ kuljum tiegħek ta’ alli fil-kontenitur blu biex iġġorr (shuttle) inkluż f’dan il-pakkett.

Kul ikliet b’inqas xaħam biex tnaqqas iċ-ċans li jkollok effetti tal-kura relatati mad-dieta (ara

sezzjoni 4).

Ipprova kun fiżikament aktar attiv qabel tibda tieħu l-kapsuli. Attività fiżika hija parti importanti ta’ programm għal tnaqqis fil-piż. Ftakar biex l-ewwel tiċċekkja mat-tabib tiegħek jekk qatt m’għamilt eżerċizzju qabel.

Kompli kun attiv waqt li qed tieħu alli u wara li tieqaf tieħdu.

Kemm għandi ndum nieħu alli?

alli m’għandux jittieħed għal aktar minn sitt xhur.

Jekk ma titlifx piż wara li tkun ilek tieħu alli għal 12-il ġimgħa, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir. Jista’ jkollok bżonn twaqqaf l-użu ta’ alli.

Telf ta’ piż b’suċċess ma jseħħx jekk tiekol b’mod differenti għal-perijodu qasir ta’ żmien biss u wara terġa lura għad-drawwiet antiki tiegħek. Persuni li tilfu l-piż u żammew dan it-telf jagħmlu bidliet fl-istil ta’ ħajja, li jinkludu bidliet f’dak li jieklu u kemm ikunu attivi.

Jekk tieħu alli aktar milli suppost

Tieħux aktar minn 3 kapsuli kuljum.

Jekk ħadt aktar kapsuli milli suppost, kellem tabib malajr kemm jista’ jkun.

Jekk tinsa tieħu alli

Jekk tinsa tieħu kapsula:

Jekk tkun għaddiet inqas minn siegħa mill-aħħar ikla prinċipali tiegħek, ħu l-kapsula li tkun insejt.

Jekk tkun għaddiet aktar minn siegħa mill-aħħar ikla prinċipali, tieħux il-kapsula li nsejt. Stenna u ħu l-kapsula ma’ l-ikla prinċipali li jmiss tiegħek bħas-soltu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Il-biċċa l-kbira ta’ effetti sekondarji komuni relatati ma’ alli (eżempju, gass, bi jew mingħajr tbajja żejtnin mir-rektum, purgar f’daqqa jew aktar frekwenti u purgar artab) huma kkawżati mill-mod kif jaħdem (ara sezzjoni 1). Kul ikliet b’inqas xaħam biex tgħin timmaniġġja dawn l-effetti tal-kura relatati mad-dieta.

Effetti sekondarji serji

Il-frekwenza ta’ dawn l-effetti sekondarja mhux magħrufa..

Reazzjonijiet allerġiċi severi

Sinjali ta’ reazzjoni allerġika severa jinkludu: diffikultajiet severi biex tieħu n-nifs, għaraq, raxx,

ħakk, nefħa fil-wiċċ, rata ta’ taħbit tal-qalb mgħaġġla, kollass.

Waqqaf it-teħid tal-kapsuli. Staqsi għall-għajnuna medika minnufih.

Effetti sekondarji serji oħra

Fsada mill-passaġġ ta’ wara (rektum)

Divertikulite (infjammazzjoni tal-musrana l-kbira). Sintomi jistgħu jinkludu uġigħ fin-naħa t’isfel ta’ l-istonku (addominali), speċjalment fin-naħa tax-xellug, possibbilment b’deni u stitikezza

Pankrejatite (infjammazzjoni tal-milsa). Sintomi jistgħu jinkludu uġigħ addominali sever li xi

kultant jinfirex lejn id-dahar, possibilment bid-deni, tqalligħ u rimettar

Infafet fil-ġilda (inkluż infafet li jinfaqgħu)

Uġigħ sever fl-istonku kkawżat minn ġebel fil-marrara

Epatite (infjammazzjoni tal-fwied). Sintomi jistgħu jinkludu sfurija tal-ġilda u l-għajnejn, ħakk, awrina skura, uġigħ fl-istonku u tenerezza fil-fwied (indikat minn uġigħ taħt il-parti ta’ quddiem tal-kustilji fuq in-naħa tal-lemin tiegħek), xi kultant b’telf ta’ aptit.

Nefropatija kkawżata minn Oxalate (akkumulazzjoni ta’ calcium oxalate li tista’ twassal għal

ġebel fil-kliewi). Ara sezzjoni 2, twissijiet u prekawzjonijiet.

Waqqaf it-teħid tal-kapsuli. Għid lit-tabib tiegħek jekk tħoss xi wieħed minn dawn.

Effetti sekondarji komuni ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10 li qed jieħdu alli

Gass (gass fl-istonku), bi jew mingħajr tbajja żejtnin mir-rektum

Purgar f’daqqa

Purgar xaħmi jew żejtni

Purgar artab

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jsir sever jew problematiku.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 li qed jieħdu alli

Uġigħ ta’ stonku (addominali)

Inkontinenza (purgar)

Purgar likwidu

Purgar aktar ta’ spiss

Ansjetà

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jsir sever jew problematiku.

Effetti sekondarji osservati fit-testijiet tad-demm

Il-frekwenza ta’ dawn mhux magħrufa

Żjieda fil-livelli ta’ xi enżimi tal-fwied

Effetti fuq it-tagħqid tad-demm f’persuni li jieħdu warfarin jew mediċini oħra li jraqqu d-demm

(mediċini kontra l-koagulazzjoni tad-demm)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu alli meta tagħmel xi test tad-demm.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Tgħallem ħu ħsieb l-effetti tal-kura relatati mad-dieta

L-aktar effetti sekondarji komuni huma kkawżati mill-mod kif jaħdmu l-kapsuli u jirriżultaw minn xi xaħam li jgħaddi barra mill-ġisem tiegħek. Dawn l-effetti tipikament iseħħu fl-ewwel ftit ġimgħat ta’ użu tal-kapsuli, qabel ma tkun tgħallimt tillimita l-ammont ta’ xaħam fid-dieta tiegħek. Effetti tal-kura relatati mad-dieta bħal dawn jistgħu jkunu sinjal li ħadt aktar xaħam milli kellek tieħu.

Tista’ titgħallem tnaqqas l-impatt ta’ l-effetti tal-kura relatati mad-dieta billi ssegwi dawn il-linji gwida:

Ibda d-dieta tiegħek b’inqas xaħam ftit ġranet, jew anki ġimgħa qabel tibda tieħu l-kapsuli.

Tgħallem aktar dwar il-kontenut tipiku ta’ xaħam ta’ l-ikel favorit tiegħek, u d-daqs tal- porzjonijiet tiegħek. Jekk issir familjari mal-porzjonijiet tnaqqas iċ-ċans li bi żball taqbeż il-mira ta’ xaħam tiegħek.

Qassam ix-xaħam li tista’ tieħu b’mod ugwali bejn l-ikliet tal-ġurnata. “Iġġemmax” xaħam u kaloriji mill-ammont li tista’ tieħu biex wara tieħu ikla jew deserta b’ħafna xaħam, kif stajt

għamilt meta segwejt programmi oħra ta’ telf ta’ piż.

Il-biċċa l-kbira ta’ persuni li jkollhom esperjenza ta’ dawn l-effetti jkunu jistgħu

jimmaniġġjawhom u jikkontrollawhom billi jagħmlu xi bidliet fid-dieta tagħhom.

Tinkwetax jekk ma jkollokx esperjenza ta’ dawn il-problemi. Dan ma jfissirx li l-kapsuli mhux qed jaħdmu.

5.Kif taħżen alli

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-flixkun wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Żomm il-kontenitur magħluq sewwa sabiex tilqa’ mill-umdità.

Il-flixkun fih żewġ kontenituri ssiġillati li fihom silica gel biex iżommu l-kapsuli xotti. Żomm il- kontenituri fil-flixkun. Tiblahomx.

Tista’ wkoll iżżomm id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ alli fil-kontenitur blu biex iġġorr (shuttle) inkluż f’dan il-pakkett. Armi l-kapsuli maħżuna fil-kontenitur biex iġġorr għal aktar minn xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih alli

Is-sustanza attiva hi orlistat. Kull kapsula iebsa fiha 60 mg ta’ orlistat.

Is-sustanzi l-oħra huma:

Mili fil-kapsula: microcrystalline cellulose (E460), sodium starch glycolate, povidone (E1201), sodium laurilsulfate, talkum.

Qoxra tal-kapsula: ġelatina, indigo carmine (E132), titanium dioxide (E171), sodium laurilsulfate, sorbitan monolaurate, linka sewda (shellac, iron oxide iswed (E172), propylene glycol).

Faxxa tal-kapsula: ġelatina, polysorbate 80, indigo carmine (E132).

Kif jidher alli u l-kontenut tal-pakkett

Kapsuli alli huma ta’ lewn turkważ, b’għatu turkważ u faxxa blu skura fin-nofs, b’"alli" stampat fuqhom.

alli huwa disponibbli f’daqsijiet tal-pakkett ta’ 42, 60, 84, 90 u 120 kapsula. Jista’ jkun li mhux il- pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu disponibbli fil-pajjiżi kollha.

Kontenitur blu biex iġġorr (shuttle) huwa nkluż f’dan il-pakkett biex iġġorr id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ alli.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Glaxo Group Limited, 980 Great West Road, Brentford, Middlesex, TW8 9GS, Ir-Renju Unit.

Manifattur: Famar S.A, 48 KM Athens-Lamia,190 11 Avlona, Il-Greċja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

Għall-aktar tagħrif dwar il-programm ta’ telf ta’ piż alli, tista’ iżżur is-sit elettroniku ta’ alli speċifika għall-pajjiż tiegħek.

België/Belgique/Belgien

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare s.a./n.v.

Tél/Tel: + 32 10858600

www.alli.be

България

ГлаксоСмитКлайн Консюмър Хелткеър

Teл.: + 359 2 953 10 34

www.alli.bg

Česká republika

GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111 gsk.czmail@gsk.com

www.alli.cz

Danmark

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare A/S Tlf: + 45 80 25 16 27 scanda.consumer-relations @gsk.com

www.alliplan.dk

Deutschland

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare

GmbH & Co. KG,

Tel: 0049 (0) 180 3 63462554

www.alliprogramm.de

Eesti

GlaxoSmithKline Eesti OÜ Tel: + 372 6676 900 estonia@gsk.com

www.alli.gsk.ee

Luxembourg/Luxemburg

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare s.a./n.v.

Belgique/Belgien Tél/Tel: + 32 10858600

www.alli.be

Magyarország

GlaxoSmithKline Kft.

Consumer Healthcare

Tel.: + 36 1 225 5800

www.alliprogram.hu

Malta

GlaxoSmithKline (Malta) Limited

Tel: + 356 21 238131

www.alli.com.mt

Nederland

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare BV Tel: + 31 (0)30 693 8780 info.nlch@gsk.com

www.alli.nl

Norge

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Tlf: + 47 80 05 86 30 scanda.consumer-relations @gsk.com

www.alliplan.no

Österreich

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare GmbH & Co. KG,

Tel: 0049 (0) 180 3 63462554

www.alliprogramm.at

Ελλάδα

Polska

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Sp. z

Λ. Κηφισίας 266, 152 32 Χαλάνδρι

o.o.

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Tel.: + 48 (0)22 576 96 00

www.alli.gr

www.alli.pl

España

Portugal

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare,

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare –

S.A.

Produtos para a Saúde e Higiene, Lda.

Tel: + 34 900 816 705

Tel: 800 784 695

www.alli.com.es

apoio.consumidor@gsk.com

www.alli.pt

 

France

România

GlaxoSmithKline Santé Grand Public

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare S.R.L.

Tél.: + 33 (0)1 39 17 80 00

Tel: + 40 21 302 8 208

www.alliprogramme.fr

www.alli.ro

Hrvatska

Slovenija

GlaxoSmithKline d.o.o.

GSK d.o.o., Ljubljana

Tel:+385 1 6051 999

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

www.alli.com.hr

www.alli.si

Ireland

 

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare

 

(Ireland) Limited

 

Tel: + 353 (0)1 495 5000

 

www.alli.ie

 

Ísland

Slovenská republika

GlaxoSmithKline ehf.

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Sími: + 354 530 3700

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

 

www.alli.sk

Italia

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare

GlaxoSmithKline Oy

S.p.A.

Consumer Healthcare

Tel: + 39 02 38062020

Puh/Tel: 080 077 40 80

www.alli.it

scanda.consumer-relations @gsk.com

www.alliplan.fi

 

Κύπρος

Sverige

C. A. Papaellinas Ltd,

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare

Τ.Θ. 24018, 1700 Λευκωσία

Tel: 020-100579

Tηλ. +357 22 741 741

scanda.consumer-relations @gsk.com

www.alli.com.cy

www.alliplan.se

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)800 171 2014(Freephone)

lv-epasts@gsk.com

customer.relations@gsk.com

www.alli.com.lv

www.alli.co.uk

Lietuva

 

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

 

Tel: + 370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

 

www.alli.lt

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

AKTAR TAGĦRIF TA’ GĦAJNUNA

Ir-riskju li jkollok piż żejjed

Li jkollok piż żejjed ikollu effett fuq is-saħħa tiegħek u jżid ir-riskju tiegħek li tiżviluppa problemi serji tas-saħħa bħal:

Pressjoni tad-demm għolja

Dijabete

Mard tal-qalb

Puplesija

Ċerti forom ta’ kanċer

Osteoartrite

Tkellem mat-tabib tiegħek dwar ir-riskju tiegħek li tiżviluppa dawn il-kundizzjonijiet.

Importanza li titlef il-piż

Li titlef il-piż u żżomm dan it-telf fil-piż, eżempju billi ttejjeb id-dieta u żżid l-attività fiżika tiegħek, jista’ jgħin biex inaqqas ir-riskju ta’ problemi serji ta’ saħħa u jgħin biex itejjeb is-saħħa tiegħek.

Punti ta’ għajnuna dwar id-dieta tiegħek u l-miri tiegħek ta’ kaloriji u xaħam waqt li qed tieħu alli

alli għandu jintuża flimkien ma’ dieta b’kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam. Il-kapsuli jaħdmu billi jwaqqfu xi ftit mix-xaħam li tiekol milli jiġi assorbit, iżda xorta tista’ tiekol ikel mill-gruppi prinċipali kollha ta’ ikel. Għalkemm għandek tiffoka fuq il-kaloriji u x-xaħam li tiekol, huwa mportanti li tiekol dieta bilanċjata. Għandek tagħżel ikliet li fihom firxa ta’ nutrijenti differenti u titgħallem tiekol ikel tajjeb għas-saħħa għal tul ta’ żmien.

Spjegazzjoni ta’ l-importanza tal-miri tal-kaloriji u x-xaħam

Kaloriji huma kejl ta’ l-enerġija li ġismek għandu bżonn. Dawn xi kultant jissejħu kilokaloriji jew kcal. L-enerġija tista’ tiġi mkejjla wkoll f’kilojoules, li wkoll tista’ tosserva fuq tikketti ta’ l-ikel.

Il-mira ta’ kaloriji hija n-numru massimu ta’ kaloriji li se tiekol kuljum. Ara t-tabella aktar l-isfel f’din is-sessjoni.

Il-mira tiegħek ta’ grammi ta’ xaħam hija n-numru massimu ta’ grammi ta’ xaħam li se tiekol f’kull ikla. It-tabella tal-mira ta’ grammi ta’ xaħam issegwi l-informazzjoni taħt dwar kif tistabilixxi l-mira tiegħek ta’ kaloriji.

Li tikkontrolla l-mira tiegħek ta’ xaħam huwa essenzjali minħabba l-mod ta’ kif jaħdmu l-kapsuli. Li tieħu alli jfisser li l-ġisem tiegħek se jgħaddi aktar xaħam, u għalhekk tista’ ssibha diffiċli biex tlaħħaq ma’ l-ammont ta’ xaħam li kont tiekol qabel. Għalhekk billi tilħaq il-mira tiegħek ta’ xaħam, se timmassimizza r-riżultati ta’ telf ta’ piż waqt li tnaqqas ir-riskju ta’ effetti tal-kura relatati mad-dieta.

Inti għandek timmira li titlef il-piż b’rata gradwali u kostanti. Telf ta’ piż ta’ madwar 0.5 kg kull ġimgħa huwa ideali.

Kif tistabilixxi il-mira tiegħek ta’ kaloriji

It-tabella li ġejja nħadmet biex tagħtik mira ta’ kaloriji li hija madwar 500 kalorija kuljum inqas minn dak li l-ġisem tiegħek jeħtieġ biex iżomm il-piż li għandek issa. Dan ifisser 3500 inqas kull ġimgħa, madwar in-numru ta’ kaloriji f’0.5 kg ta’ xaħam.

Il-mira tiegħek ta’ kaloriji waħedha għandha tgħinek titlef il-piż b’rata gradwali u kostanti ta’ madwar 0.5 kg kull ġimgħa, mingħajr ma tħossok frustrat/a jew nieqes/nieqsa mill-ikel.

Teħid ta’ inqas minn 1200 kalorija kuljum mhux irrakkomandat.

Biex tistabilixxi l-miri tiegħek ta’ kaloriji se jkollok bżonn tkun taf il-livell ta’ attività tiegħek. Il-mira tiegħek ta’ kaloriji tiżdied aktar ma tkun attiv/a.

Attività baxxa tfisser li ftit jew xejn timxi, titla’ taraġ, taħdem fil-ġnien, jew tagħmel xi attività fiżika oħra kuljum.

Attività moderata tfisser li taħraq 150 kalorija kuljum permezz ta’ attività fiżika, eżempju, mixja ta’ tliet kilometri (2 mili), xogħol fil-ġnien għal 30 sa 45 minuta, jew ġirja ta’ żewġ kilometri (1.25 mili) fi 15-il minuta. Agħżel il-livell li l-aktar jaqbel mar-rutina tiegħek ta’ kuljum. Jekk m’intix ċert/a f’liema livell taqa’, agħżel Attività baxxa.

Nisa

Attività

Taħt 68.1 kg

 

1200 kalorija

 

baxxa

68.1 kg sa 74.7 kg

 

1400 kalorija

 

 

74.8 kg sa 83.9 kg

 

1600 kalorija

 

 

84.0 kg u aktar

 

1800 kalorija

 

Attività

Taħt 61.2 kg

 

1400 kalorija

 

moderata

61.3 kg sa 65.7 kg

 

1600 kalorija

 

 

65.8 kg u aktar

 

1800 kalorija

 

Irġiel

 

 

 

 

Attività

Taħt 65.7 kg

 

1400 kalorija

 

baxxa

65.8 kg sa 70.2 kg

 

1600 kalorija

 

 

70.3 kg u aktar

 

1800 kalorija

 

Attività

 

 

 

 

moderata

59.0 kg u aktar

 

1800 kalorija

 

Kif tistabilixxi il-mira tiegħek ta’ xaħam

It-tabella li ġejja turi kif għandek tistabilixxi l-mira tiegħek ta’ xaħam ibbażat fuq l-ammont ta’ kaloriji li tista’ tieħu kuljum. Għandek tippjana li tieħu tliet ikliet kuljum. Bħala eżempju, jekk stabilixxejt

mira ta’ 1400 kuljum, l-ammont massimu ta’ xaħam li tista’ tieħu f’kull ikla se jkun 15 g. Biex ma taqbisx il-mira tiegħek ta’ xaħam ta’ kuljum, ikliet ħfief (snacks) m’għandhomx ikollhom aktar minn 3 g ta’ xaħam.

Ammont ta’ kaloriji

Ammont massimu

Ammont

li tista’ tiekol

ta’ xaħam li tista’

massimu ta’

kuljum

tieħu f’kull ikla

xaħam li tista’

 

 

tieħu minn ikliet

 

 

ħfief (snacks)

 

 

kuljum

12 g

3 g

15 g

3 g

17 g

3 g

19 g

3 g

Ftakar

Żomm miri ta’ kaloriji u xaħam realistiċi għax dan huwa mod tajjeb biex iżżom il-piż li tkun tlift għal tul ta’ żmien.

Ikteb dak li tiekol, inkluż il-kontenut ta’ kaloriji u xaħam, fi djarju ta’ l-ikel.

Qabel tibda tieħu l-kapsuli pprova kun aktar attiv/a fiżikament. Attività fiżika hija parti mportanti ta’ programm ta’ telf ta’ piż. Ftakar biex l-ewwel tiċċekkja mat-tabib tiegħek jekk qatt m’għamilt eżerċizzju qabel.

Ibqa’ attiv waqt li tkun qed tieħu alli u wara li tieqaf tieħdu.

Il-programm ta’ telf ta’ piż alli jgħaqqad il-kapsuli ma’ pjan ta’ dak li tiekol u firxa wiesa’ ta’ riżorsi biex jgħinuk tifhem kif tiekol dieta b’kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam u linji gwida biex issir aktar attiv/a.

Is-sit elettronika ta’ alli (jekk jogħġbok irreferi għas-sit elettronika speċifika għall-pajjiż tiegħek fil- lista ta’ rappreżentanti lokali fuq) tipprovdilek firxa ta’ għodod interattivi, riċetta b’inqas xaħam, punti ta’ għajnuna dwar attività fiżika u tagħrif utli ieħor biex jgħinuk tgħix ħajja b’saħħtek u jtuk sapport biex tilħaq il-miri tiegħek ta’ telf ta’ piż.

Żur www.alli.com.mt

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

alli 27 mg pilloli li tomgħodhom

Orlistat

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Dejjem ħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew kif avżak it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun trid aktar tagħrif jew pariri.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

-Jekk ma titlifx piż wara li tkun ħadt alli għal 12-il ġimgħa, għandek tkellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek. Għandu mnejn ikollok tieqaf tieħu alli.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu alli u għalxiex jintuża

-Ir-riskju li jkollok piż żejjed

-Kif jaħdem alli

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu alli

-Tieħux alli

-Twissijiet u prekawzjonijiet

-Mediċini oħra u alli

-Meta tieħu alli ma’ l-ikel u max-xorb

-Tqala u treddigħ

-Sewqan u tħaddim ta’ magni

-Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ alli

3.Kif għandek tieħu alli

-Preparazzjoni biex titlef il-piż

-Għażel data meta se tibda

-Iddeċiedi l-mira ta’ telf ta’ piż tiegħek

-Stabilixxi il-miri tiegħek ta’ kaloriji u xaħam

-Meta tieħu alli

-Adulti ta’ 18-il sena jew aktar

-Kemm għandi ndum nieħu alli?

-Jekk tieħu alli aktar milli suppost

-Jekk tinsa tieħu alli

4.Effetti sekondarji possibbli

-Effetti sekondarji serji

-Effetti sekondarji komuni ħafna

-Effetti sekondarji komuni

-Effetti osservati fit-testijiet tad-demm

-Tgħallem ħu ħsieb l-effetti tal-kura relatati mad-dieta

5.Kif taħżen alli

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

-X’fih alli

-Id-dehra ta’ alli u l-kontenuti tal-pakkett

-Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur

-Aktar tagħrif ta’ għajnuna

1. X’inhu alli u gћalxiex jintuża

alli jintuża għal telf tal-piż f’adulti b’età minn 18-il sena ’l fuq li għandhom piż żejjed, u li għandhom indiċi tal-massa tal-ġisem (BMI) ta’ 28 jew aktar. alli għandu jintuża flimkien ma’ dieta ta’ kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam.

Il-BMI huwa mezz biex tkun taf jekk il-piż tiegħek hux normali, jew jekk għandekx piż żejjed, għat- tul tiegħek. It-tabella taħt se tgħinek issir taf jekk għandekx piż żejjed u jekk alli hux tajjeb għalik.

Sib it-tul tiegħek fit-tabella. Jekk tiżen inqas mill-piż li jidher għat-tul tiegħek, tieħux alli.

Tul

Piż

 

 

1.50 m

63 kg

1.55 m

67.25 kg

1.60 m

71.75 kg

1.65 m

76.25 kg

1.70 m

81 kg

1.75 m

85.75 kg

1.80 m

90.75 kg

1.85 m

95.75 kg

1.90 m

101 kg

Ir-riskju li jkollok piż żejjed

Li jkollok piż żejjed iżidlek ir-riskju li tiżviluppa diversi problemi serji tas-saħħa bħal dijabete u mard tal-qalb. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu ma jikkawżawx li tħossok ma tiflaħx għalhekk għandek tara lit-tabib tiegħek għall-vista medika ġenerali.

Kif jaħdem alli

Is-sustanza attiva (orlistat) f’alli hija maħsuba biex tattakka x-xaħam fis-sistema diġestiva tiegħek. Hija twaqqaf madwar kwart tax-xaħam fl-ikliet tiegħek milli jiġi assorbit. Dan ix-xaħam se joħroġ mill-ġisem tiegħek fil-purgar. Jista’ jkollok esperjenza ta’ effetti tal-kura relatati mad-dieta (ara sezzjoni 4). Għalhekk huwa importanti li timxi ma’ dieta b’inqas xaħam biex timmaniġġja dawn l- effetti. Jekk tagħmel dan, l-azzjoni tal-pilloli tgħin l-isforzi tiegħek billi tgħinek titlef aktar piż meta mqabbel ma’ dieta waħedha.

Kull pillola fiha ingredjenti li jgħinu lil alli jaħdem b’mod effiċjenti fis-sistema diġestiva tiegħek u meta tomgħod il-pillola dawn is-sustanzi jintreħew malajr. Għalhekk għal kull 2 kg (4 lb) li inti titlef bid-dieta waħedha, alli pilloli li tomgħodhom jista’ jgħinek titlef 1 kg (2 lb) aktar.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu alli

Tiħux alli

-Jekk inti allerġiku għal orlistat jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-Jekk inti tqila jew qed tredda’.

-Jekk qed tieħu ciclosporin, użat wara trapjanti ta’ organi, għal artrite rewmatojda severa u xi kundizzjonijiet severi tal-ġilda.

-Jekk qed tieħu warfarin jew xi mediċini oħra wżati biex iraqqu d-demm.

-Jekk għandek kolestasi (kundizzjoni fejn in-nixxija tal-bili mill-fwied hija mblukkata).

-Jekk għandek problemi biex tassorbi l-ikel (sindrome kronika ta’ assorbiment ħażin) iddijanjostikati minn tabib.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu alli

Jekk għandek dijabete. Għid lit-tabib tiegħek għax għandu mnejn ikollu bżonn jaġġusta l-mediċina tiegħek kontra d-dijabete.

Jekk għandek mard tal-kliewi. Jekk għandek problemi bil-kliewi kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu alli. F’pazjenti li jsofru minn mard kroniku tal-kliewi, l-użu ta’ orlistat jista’ jkun assoċjat ma’ ġebel fil-kliewi.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tittieħed minn tfal u adolexxenti b’età inqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u alli

alli jista’ jkollu effett fuq xi mediċini li għandek tieħu.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Tiħux alli ma’ dawn il-mediċini

-Ciclosporin: ciclosporin jintuża wara trapjanti ta’ organi, għall-artrite rewmatojda severa u għal xi kundizzjonijiet severi tal-ġilda.

-Warfarin jew mediċini oħra wżati biex iraqqu d-demm.

Il-pillola kontraċettiva orali u alli

-Jekk ikollok dijarea severa l-pillola kontraċettiva orali tista’ tkun inqas effettiva. Uża metodu addizzjonali ta’ kontraċezzjoni jekk ikollok dijarea severa.

Multivitamini u alli

-Għandek tieħu multivitamina kuljum. alli jista’ jbaxxi l-livelli ta’ xi vitamini assorbiti mill- ġisem tiegħek. Il-multivitamina għandu jkun fiha l-vitamini A, D, E u K. Biex tgħin tassigura li l-vitamini jiġu assorbiti, għandek tieħu l-multivitamina, qabel torqod, meta ma tkunx qed tieħu alli.

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu alli jekk qed tieħu

-amiodarone, użat għall-problemi fir-ritmu tal-qalb.

-acarbose (mediċina kontra d-dijabete wżata biex tikkura dijabete mellitus tat-tip 2). alli mhux irrakkomandat għall-persuni li jkunu qed jieħdu acarbose.

-mediċina għat-tirojde (levothyroxine) peress li jista’ jkun meħtieġ li d-doża tiegħek tiġi aġġustata u li tieħu l-mediċini tiegħek f’ħinijiet differenti tal-ġurnata.

-mediċina għall-epilessija peress li kull bidla fil-frekwenza u fis-severità tal-konvulżjonijiet tiegħek għandha tiġi diskussa mat-tabib tiegħek.

-mediċini għall-kura tal-HIV. Huwa importanti li tikkonsulta lit-tabib tiegħek qabel tieħu alli jekk qed tirċievi kura għall-HIV.

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek meta qed tieħu alli

-Jekk inti qed tieħu mediċina għall-pressjoni għolja tad-demm peress li jista’ jkun hemm bżonn li d-doża tiegħek tiġi aġġustata.

-Jekk inti qed tieħu mediċina għall-kolesterol għoli peress li jista’ jkun hemm bżonn li d-doża tiegħek tiġi aġġustata.

alli ma’ ikel u xorb

alli għandu jintuża flimkien ma’ dieta b’kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam. Ipprova ibda din id-dieta qabel tibda l-kura. Għall-informazzjoni dwar kif tissetja l-miri tiegħek ta’ kaloriji u xaħam, ara Aktar tagħrif ta’ għajnuna fil-paġni blu f’sezzjoni 6.

alli jista’ jittieħed immedjatament qabel, waqt ikla jew sa siegħa wara ikla. Il-pillola għandha tintmagħad. Dan ifisser pillola waħda mal-kolazzjon, ma’ l-ikla ta’ nofsinhar u ma’ l-ikla ta’ filgħaxija. Jekk taqbes ikla, jew l-ikla tiegħek tkun bla xaħam, tieħux pillola. alli ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm ftit xaħam fl-ikla.

Jekk tiekol ikla b’ħafna xaħam, tieħux aktar mid-doża rrakkomandata. Li tieħu pillola ma ikla li fiha wisq xaħam jista’ jżid iċ-ċans li jkollok effetti tal-kura relatati mad-dieta (ara sezzjoni 4). Għamel kull sforz biex tevità ikliet b’ħafna xaħam waqt li qed tieħu alli.

Tqala u treddigħ

Tieħux alli jekk inti tqila jew qed tredda’

Sewqan u tħaddim ta’ magni

alli mhux probabbli li jkollu effett fuq il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

alli fih lactose u sucrose

Jekk ġejt mgħarraf mit-tabib tiegħek li għandek intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina

3. Kif għandek tieħu alli

Preparazzjoni biex titlef il-piż

1. Għażel data meta se tibda

Għażel il-ġurnata li fiha se tibda tieħu l-pilloli minn qabel. Ibda d-dieta tiegħek b’kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam qabel tibda tieħu l-pilloli u agħti ftit ġranet lill-ġisem tiegħek biex jaġġusta għad- drawwiet ġodda ta’ l-ikel tiegħek. Niżżel dak li qed tiekol fi djarju ta’ l-ikel. Djarji ta’ l-ikel huma effettivi, għax jagħmluk konxju ta’ x’qed tiekol, kemm qed tiekol, u jtuk il-bażi biex tagħmel bidliet.

2. Iddeċidi l-mira ta’ telf ta’ piż tiegħek

Aħseb dwar kemm trid titlef piż u wara stabilixxi mira ta’ piż. Mira realistika hija li titlef bejn 5% sa 10% tal-piż tal-bidu tiegħek. L-ammont ta’ piż li titlef jista’ jvarja minn ġimgħa għal ġimgħa. Inti għandek timmira li titlef il-piż b’rata gradwali u kostanti ta’ madwar 0.5 kg kull ġimgħa.

3. Stabilixxi l-miri tiegħek ta’ kaloriji u xaħam

Biex jgħinuk tilħaq il-mira tiegħek ta’ telf ta’ piż, għandek bżonn tistabilixxi żewġ miri ta’ kuljum, waħda għall-kaloriji u oħra għax-xaħam. Għal aktar informazzjoni ara Aktar tagħrif ta’ għajnuna fil- paġni blu f’sezzjoni 6.

Meta tieħu alli

Adulti ta’ 18-il sena jew aktar

-Omgħod pillola waħda, tliet darbiet kuljum.

-Ħu alli eżatt qabel, waqt jew sa siegħa wara l-ikel. Dan ġeneralment ifisser pillola waħda mal- kolazzjon, ma’ l-ikla ta’ nofsinhar u ma’ l-ikla ta’ filgħaxija. Kun ċert li t-tliet ikliet prinċipali tiegħek huma bbilanċjati sew, b’kaloriji mnaqqsa, u b’inqas xaħam.

-Jekk taqbeż ikla, jew l-ikla tiegħek tkun bla xaħam, tieħux pillola. alli ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm ftit xaħam fl-ikla.

-Ħu biss pillola waħda kull darba.

-Tieħux aktar minn 3 pilloli kuljum.

-Tista’ żżomm id-doża ta’ kuljum tiegħek ta’ alli fil-kontenitur blu biex iġġorr (shuttle) inkluż f’dan il-pakkett.

-Kul ikliet b’inqas xaħam biex tnaqqas iċ-ċans li jkollok effetti tal-kura relatati mad-dieta (ara sezzjoni 4).

-Ipprova kun fiżikament aktar attiv qabel tibda tieħu l-pilloli. Attività fiżika hija parti importanti

ta’ programm għal tnaqqis fil-piż. Ftakar biex l-ewwel tiċċekkja mat-tabib tiegħek jekk qatt m’għamilt eżerċizzju qabel.

-Kompli kun attiv waqt li qed tieħu alli u wara li tieqaf tieħdu.

Kemm għandi ndum nieħu alli?

-alli m’għandux jittieħed għal aktar minn sitt xhur.

-Jekk ma titlifx piż wara li tkun ilek tieħu alli għal 12-il ġimgħa, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir. Jista’ jkollok bżonn twaqqaf l-użu ta’ alli.

-Telf ta’ piż b’suċċess ma jseħħx jekk tiekol b’mod differenti għal-perijodu qasir ta’ żmien biss u wara terġa lura għad-drawwiet antiki tiegħek. Persuni li tilfu l-piż u żammew dan it-telf jagħmlu bidliet fl-istil ta’ ħajja, li jinkludu bidliet f’dak li jieklu u kemm ikunu attivi.

Jekk tieħu alli aktar milli suppost

Tieħux aktar minn 3 pilloli kuljum.

Jekk ħadt aktar pilloli milli suppost, kellem tabib malajr kemm jista’ jkun.

Jekk tinsa tieħu alli

Jekk tinsa tieħu pillola:

-Jekk tkun għaddiet inqas minn siegħa mill-aħħar ikla prinċipali tiegħek, ħu l-pillola li tkun insejt.

-Jekk tkun għaddiet aktar minn siegħa mill-aħħar ikla prinċipali, tieħux il-kapsula li nsejt. Stenna u ħu l-pillola ma’ l-ikla prinċipali li jmiss tiegħek bħas-soltu.

-M’għandekx tieħu 2 pilloli fl-istess ħin biex tpatti għal pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Il-biċċa l-kbira ta’ effetti sekondarji komuni relatati ma’ alli (eżempju, gass, bi jew mingħajr tbajja żejtnin mir-rektum, purgar f’daqqa jew aktar frekwenti u purgar artab) huma kkawżati mill-mod kif jaħdem (ara sezzjoni 1). Kul ikliet b’inqas xaħam biex tgħin timmaniġġja dawn l-effetti tal-kura relatati mad-dieta.

Effetti sekondarji serji

Il-frekwenza ta’ dawn l-effetti sekondarja mhux magħrufa..

Reazzjonijiet allerġiċi severi

-Sinjali ta’ reazzjoni allerġika severa jinkludu: diffikultajiet severi biex tieħu n-nifs, għaraq,

raxx, ħakk, nefħa fil-wiċċ, rata ta’ taħbit tal-qalb mgħaġġla, kollass. Waqqaf it-teħid tal-pilloli. Staqsi għall-għajnuna medika minnufih.

Effetti sekondarji serji oħra

-Fsada mill-passaġġ ta’ wara (rektum)

-Divertikulite (infjammazzjoni tal-musrana l-kbira). Sintomi jistgħu jinkludu uġigħ fin-naħa t’isfel ta’ l-istonku (addominali), speċjalment fin-naħa tax-xellug, possibbilment b’deni u stitikezza

-Pankrejatite (infjammazzjoni tal-milsa). Sintomi jistgħu jinkludu uġigħ addominali sever li xi kultant jinfirex lejn id-dahar, possibilment bid-deni, tqalligħ u rimettar

-Infafet fil-ġilda (inkluż infafet li jinfaqgħu)

-Uġigħ sever fl-istonku kkawżat minn ġebel fil-marrara

-Epatite (infjammazzjoni tal-fwied). Sintomi jistgħu jinkludu sfurija tal-ġilda u l-għajnejn, ħakk, awrina skura, uġigħ fl-istonku u tenerezza fil-fwied (indikat minn uġigħ taħt il-parti ta’ quddiem tal-kustilji fuq in-naħa tal-lemin tiegħek), xi kultant b’telf ta’ aptit.

-Nefropatija kkawżata minn Oxalate (akkumulazzjoni ta’ calcium oxalate li tista’ twassal għal ġebel fil-kliewi). Ara sezzjoni 2, twissijiet u prekawzjonijiet.

Waqqaf it-teħid tal-pilloli. Għid lit-tabib tiegħek jekk tħoss xi wieħed minn dawn.

Effetti sekondarji komuni ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10 li qed jieħdu alli

-Gass (gass fl-istonku), bi jew mingħajr tbajja żejtnin mir-rektum

-Purgar f’daqqa

-Purgar xaħmi jew żejtni

-Purgar artab

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jsir sever jew problematiku.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 li qed jieħdu alli

-Uġigħ ta’ stonku (addominali)

-Inkontinenza (purgar)

-Purgar likwidu

-Purgar aktar ta’ spiss

-Ansjetà

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jsir sever jew problematiku.

Effetti sekondarji osservati fit-testijiet tad-demm

Il-frekwenza ta’ dawn mhux magħrufa

-Żjieda fil-livelli ta’ xi enżimi tal-fwied

-Effetti fuq it-tagħqid tad-demm f’persuni li jieħdu warfarin jew mediċini oħra li jraqqu d-demm

(mediċini kontra l-koagulazzjoni tad-demm)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu alli meta tagħmel xi test tad-demm.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Tgħallem ħu ħsieb l-effetti tal-kura relatati mad-dieta

L-aktar effetti sekondarji komuni huma kkawżati mill-mod kif jaħdmu l-pilloli u jirriżultaw minn xi xaħam li jgħaddi barra mill-ġisem tiegħek. Dawn l-effetti tipikament iseħħu fl-ewwel ftit ġimgħat ta’ użu tal-pilloli, qabel ma tkun tgħallimt tillimita l-ammont ta’ xaħam fid-dieta tiegħek. Effetti tal-kura relatati mad-dieta bħal dawn jistgħu jkunu sinjal li ħadt aktar xaħam milli kellek tieħu.

Tista’ titgħallem tnaqqas l-impatt ta’ l-effetti tal-kura relatati mad-dieta billi ssegwi dawn il-linji gwida:

-Ibda d-dieta tiegħek b’inqas xaħam ftit ġranet, jew anki ġimgħa qabel tibda tieħu l-pilloli.

-Tgħallem aktar dwar il-kontenut tipiku ta’ xaħam ta’ l-ikel favorit tiegħek, u d-daqs tal- porzjonijiet tiegħek. Jekk issir familjari mal-porzjonijiet tnaqqas iċ-ċans li bi żball taqbeż il- mira ta’ xaħam tiegħek.

-Qassam ix-xaħam li tista’ tieħu b’mod ugwali bejn l-ikliet tal-ġurnata. “Iġġemmax” xaħam u kaloriji mill-ammont li tista’ tieħu biex wara tieħu ikla jew deserta b’ħafna xaħam, kif stajt għamilt meta segwejt programmi oħra ta’ telf ta’ piż.

-Il-biċċa l-kbira ta’ persuni li jkollhom esperjenza ta’ dawn l-effetti jkunu jistgħu jimmaniġġjawhom u jikkontrollawhom billi jagħmlu xi bidliet fid-dieta tagħhom.

Tinkwetax jekk ma jkollokx esperjenza ta’ dawn il-problemi. Dan ma jfissirx li l-pilloli mhux qed jaħdmu.

5. Kif taħżen alli

-Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

-Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-flixkun wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

-Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

-Żomm il-kontenitur magħluq sewwa sabiex tilqa’ mill-umdità.

-Il-flixkun fih żewġ kontenituri ssiġillati li fihom silica gel biex iżommu l-pilloli xotti. Żomm il- kontenituri fil-flixkun. Tiblahomx.

-Tista’ wkoll iżżomm id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ alli fil-kontenitur blu biex iġġorr (shuttle) inkluż f’dan il-pakkett. Armi l-pilloli maħżuna fil-kontenitur biex iġġorr għal aktar minn xahar.

-Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih alli

-Is-sustanza attiva hi orlistat. Kull pillola li tomgħodha fiha 27 mg ta’ orlistat.

-Is-sustanzi l-oħra huma mannitol (E421), xylitol (E967), anhydrous lactose, sodium starch glycolate, microcrystalline cellulose (E460), povidone (E1201), glycerol dibehenate (E471), sucrose monopalmitate (E473), sodium stearyl fumarate, macrogol stearate (E431).

Kif jidher alli u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli li tomgħodhom huma ta’ lewn abjad sa abjad maħmuġ, b’diversi uċuħ, b’forma trijangulari, b’“alli” imnaqqxa fuqhom.

alli huwa disponibbli f’daqsijiet tal-pakkett ta’ 42, 60, 84, 90 u 120 pillola. Jista’ jkun li mhux il- pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu disponibbli fil-pajjiżi kollha.

Kontenitur blu biex iġġorr (shuttle) huwa nkluż f’dan il-pakkett biex iġġorr id-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ alli.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Glaxo Group Limited, 980 Great West Road, Brentford, Middlesex, TW8 9GS, Ir-Renju Unit.

Manifattur: Famar S.A, 49 KM Athens-Lamia, 190 11 Avlona, Il-Greċja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

Għall-aktar tagħrif dwar il-programm ta’ telf ta’ piż alli, tista’ iżżur is-sit elettroniku ta’ alli speċifika għall-pajjiż tiegħek.

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare

s.a./n.v.

s.a./n.v.

Tél/Tel: + 32 10858600

Belgique/Belgien

 

www.alli.be

България

ГлаксоСмитКлайн Консюмър Хелткеър

Teл.: + 359 2 953 10 34

www.alli.bg

Česká republika

GlaxoSmithKline s.r.o. Tel: + 420 222 001 111 gsk.czmail@gsk.com

www.alli.cz

Danmark

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare A/S Tlf: + 45 80 25 16 27 scanda.consumer-relations @gsk.com

www.alliplan.dk

Deutschland

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare

GmbH & Co. KG,

Tel: 0049 (0) 180 3 63462554

www.alliprogramm.de

Eesti

GlaxoSmithKline Eesti OÜ Tel: + 372 6676 900 estonia@gsk.com

www.alli.gsk.ee

Ελλάδα

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

Λ. Κηφισίας 266, 152 32 Χαλάνδρι Τηλ: + 30 210 68 82 100

www.alli.gr

España

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare,

S.A.

Tel: + 34 900 816 705

www.alli.com.es

Tél/Tel: + 32 10858600

www.alli.be

Magyarország

GlaxoSmithKline Kft.

Consumer Healthcare

Tel.: + 36 1 225 5800

www.alliprogram.hu

Malta

GlaxoSmithKline (Malta) Limited

Tel: + 356 21 238131

www.alli.com.mt

Nederland

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare BV Tel: + 31 (0)30 693 8780 info.nlch@gsk.com

www.alli.nl

Norge

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Tlf: + 47 80 05 86 30 scanda.consumer-relations @gsk.com

www.alliplan.no

Österreich

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare GmbH & Co. KG,

Tel: 0049 (0) 180 3 63462554

www.alliprogramm.at

Polska

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Sp. z o.o.

Tel.: + 48 (0)22 576 96 00

www.alli.pl

Portugal

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare – Produtos para a Saúde e Higiene, Lda. Tel: 800 784 695 apoio.consumidor@gsk.com

www.alli.pt

France

GlaxoSmithKline Santé Grand Public

Tél.: + 33 (0)1 39 17 80 00

www.alliprogramme.fr

Hrvatska

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel:+385 1 6051 999

www.alli.com.hr

Ireland

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare

(Ireland) Limited

Tel: + 353 (0)1 495 5000

www.alli.ie

Ísland

GlaxoSmithKline ehf. Sími: + 354 530 3700

Italia

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare

S.p.A.

Tel: + 39 02 38062020

www.alli.it

Κύπρος

C. A. Papaellinas Ltd,

Τ.Θ. 24018, 1700 Λευκωσία Tηλ. +357 22 741 741

www.alli.com.cy

Latvija

GlaxoSmithKline Latvia SIA Tel: + 371 67312687 lv-epasts@gsk.com

www.alli.com.lv

Lietuva

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

Tel: + 370 5 264 90 00

România

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare S.R.L.

Tel: + 40 21 302 8 208

www.alli.ro

Slovenija

GSK d.o.o., Ljubljana

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

www.alli.si

Slovenská republika

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o. Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11 recepcia.sk@gsk.com

www.alli.sk

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline Oy

Consumer Healthcare

Puh/Tel: 080 077 40 80 scanda.consumer-relations @gsk.com

www.alliplan.fi

Sverige

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Tel: 020-100579 scanda.consumer-relations @gsk.com

www.alliplan.se

United Kingdom

GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Tel: + 44 (0)800 171 2014(Freephone) customer.relations@gsk.com

www.alli.co.uk

info.lt@gsk.com

www.alli.lt

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

AKTAR TAGĦRIF TA’ GĦAJNUNA

Ir-riskju li jkollok piż żejjed

Li jkollok piż żejjed ikollu effett fuq is-saħħa tiegħek u jżid ir-riskju tiegħek li tiżviluppa problemi serji tas-saħħa bħal:

-Pressjoni tad-demm għolja

-Dijabete

-Mard tal-qalb

-Puplesija

-Ċerti forom ta’ kanċer

-Osteoartrite

Tkellem mat-tabib tiegħek dwar ir-riskju tiegħek li tiżviluppa dawn il-kundizzjonijiet.

Importanza li titlef il-piż

Li titlef il-piż u żżomm dan it-telf fil-piż, eżempju billi ttejjeb id-dieta u żżid l-attività fiżika tiegħek, jista’ jgħin biex inaqqas ir-riskju ta’ problemi serji ta’ saħħa u jgħin biex itejjeb is-saħħa tiegħek.

Punti ta’ għajnuna dwar id-dieta tiegħek u l-miri tiegħek ta’ kaloriji u xaħam waqt li qed tieħu alli

alli għandu jintuża flimkien ma’ dieta b’kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam. Il-pilloli jaħdmu billi jwaqqfu xi ftit mix-xaħam li tiekol milli jiġi assorbit, iżda xorta tista’ tiekol ikel mill-gruppi prinċipali kollha ta’ ikel. Għalkemm għandek tiffoka fuq il-kaloriji u x-xaħam li tiekol, huwa mportanti li tiekol dieta bilanċjata. Għandek tagħżel ikliet li fihom firxa ta’ nutrijenti differenti u titgħallem tiekol ikel tajjeb għas-saħħa għal tul ta’ żmien.

Spjegazzjoni ta’ l-importanza tal-miri tal-kaloriji u x-xaħam

Kaloriji huma kejl ta’ l-enerġija li ġismek għandu bżonn. Dawn xi kultant jissejħu kilokaloriji jew kcal. L-enerġija tista’ tiġi mkejjla wkoll f’kilojoules, li wkoll tista’ tosserva fuq tikketti ta’ l-ikel.

-Il-mira ta’ kaloriji hija n-numru massimu ta’ kaloriji li se tiekol kuljum. Ara t-tabella aktar l- isfel f’din is-sessjoni.

-Il-mira tiegħek ta’ grammi ta’ xaħam hija n-numru massimu ta’ grammi ta’ xaħam li se tiekol f’kull ikla. It-tabella tal-mira ta’ grammi ta’ xaħam issegwi l-informazzjoni taħt dwar kif tistabilixxi l-mira tiegħek ta’ kaloriji.

-Li tikkontrolla l-mira tiegħek ta’ xaħam huwa essenzjali minħabba l-mod ta’ kif jaħdmu l- pilloli. Li tieħu alli jfisser li l-ġisem tiegħek se jgħaddi aktar xaħam, u għalhekk tista’ ssibha diffiċli biex tlaħħaq ma’ l-ammont ta’ xaħam li kont tiekol qabel. Għalhekk billi tilħaq il-mira tiegħek ta’ xaħam, se timmassimizza r-riżultati ta’ telf ta’ piż waqt li tnaqqas ir-riskju ta’ effetti tal-kura relatati mad-dieta.

-Inti għandek timmira li titlef il-piż b’rata gradwali u kostanti. Telf ta’ piż ta’ madwar 0.5 kg kull ġimgħa huwa ideali.

Kif tistabilixxi il-mira tiegħek ta’ kaloriji

It-tabella li ġejja nħadmet biex tagħtik mira ta’ kaloriji li hija madwar 500 kalorija kuljum inqas minn dak li l-ġisem tiegħek jeħtieġ biex iżomm il-piż li għandek issa. Dan ifisser 3500 inqas kull ġimgħa, madwar in-numru ta’ kaloriji f’0.5 kg ta’ xaħam.

Il-mira tiegħek ta’ kaloriji waħedha għandha tgħinek titlef il-piż b’rata gradwali u kostanti ta’ madwar 0.5 kg kull ġimgħa, mingħajr ma tħossok frustrat/a jew nieqes/nieqsa mill-ikel.

Teħid ta’ inqas minn 1200 kalorija kuljum mhux irrakkomandat.

Biex tistabilixxi l-miri tiegħek ta’ kaloriji se jkollok bżonn tkun taf il-livell ta’ attività tiegħek. Il-mira tiegħek ta’ kaloriji tiżdied aktar ma tkun attiv/a.

-Attività baxxa tfisser li ftit jew xejn timxi, titla’ taraġ, taħdem fil-ġnien, jew tagħmel xi attività fiżika oħra kuljum.

-Attività moderata tfisser li taħraq 150 kalorija kuljum permezz ta’ attività fiżika, eżempju, mixja ta’ tliet kilometri (2 mili), xogħol fil-ġnien għal 30 sa 45 minuta, jew ġirja ta’ żewġ kilometri

(1.25 mili) fi 15-il minuta. Agħżel il-livell li l-aktar jaqbel mar-rutina tiegħek ta’ kuljum. Jekk m’intix ċert/a f’liema livell taqa’, agħżel Attività Baxxa.

Nisa

Attività

Taħt 68.1 kg

 

1200 kalorija

 

baxxa

 

 

 

 

68.1 kg sa 74.7 kg

 

1400 kalorija

 

 

74.8 kg sa 83.9 kg

 

1600 kalorija

 

 

84.0 kg u aktar

 

1800 kalorija

 

Attività

Taħt 61.2 kg

 

1400 kalorija

 

moderata

61.3 kg sa 65.7 kg

 

1600 kalorija

 

 

65.8 kg u aktar

 

1800 kalorija

 

Irġiel

 

 

 

 

Attività

Taħt 65.7 kg

 

1400 kalorija

 

baxxa

65.8 kg sa 70.2 kg

 

1600 kalorija

 

 

70.3 kg u aktar

 

1800 kalorija

 

Attività

 

 

 

 

moderata

59.0 kg u aktar

 

1800 kalorija

 

Kif tistabilixxi il-mira tiegħek ta’ xaħam

It-tabella li ġejja turi kif għandek tistabilixxi l-mira tiegħek ta’ xaħam ibbażat fuq l-ammont ta’ kaloriji li tista’ tieħu kuljum. Għandek tippjana li tieħu tliet ikliet kuljum. Bħala eżempju, jekk stabilixxejt mira ta’ 1400 kuljum, l-ammont massimu ta’ xaħam li tista’ tieħu f’kull ikla se jkun 15 g. Biex ma taqbisx il-mira tiegħek ta’ xaħam ta’ kuljum, ikliet ħfief (snacks) m’għandhomx ikollhom aktar minn 3 g ta’ xaħam.

Ammont ta’ kaloriji

Ammont massimu

Ammont

li tista’ tiekol

ta’ xaħam li tista’

massimu ta’

kuljum

tieħu f’kull ikla

xaħam li tista’

 

 

tieħu minn ikliet

 

 

ħfief (snacks)

 

 

kuljum

12 g

3 g

15 g

3 g

17 g

3 g

19 g

3 g

Ftakar

-Żomm miri ta’ kaloriji u xaħam realistiċi għax dan huwa mod tajjeb biex iżżom il-piż li tkun tlift għal tul ta’ żmien.

-Ikteb dak li tiekol, inkluż il-kontenut ta’ kaloriji u xaħam, fi djarju ta’ l-ikel.

-Qabel tibda tieħu l-pilloli pprova kun aktar attiv/a fiżikament. Attività fiżika hija parti mportanti ta’ programm ta’ telf ta’ piż. Ftakar biex l-ewwel tiċċekkja mat-tabib tiegħek jekk qatt m’għamilt eżerċizzju qabel.

-Ibqa’ attiv waqt li tkun qed tieħu alli u wara li tieqaf tieħdu.

Il-programm ta’ telf ta’ piż alli jgħaqqad il-pilloli ma’ pjan ta’ dak li tiekol u firxa wiesa’ ta’ riżorsi biex jgħinuk tifhem kif tiekol dieta b’kaloriji mnaqqsa u b’inqas xaħam u linji gwida biex issir aktar attiv/a.

Is-sit elettronika ta’ alli (jekk jogħġbok irreferi għas-sit elettronika speċifika għall-pajjiż tiegħek fil- lista ta’ rappreżentanti lokali fuq) tipprovdilek firxa ta’ għodod interattivi, riċetta b’inqas xaħam, punti ta’ għajnuna dwar attività fiżika u tagħrif utli ieħor biex jgħinuk tgħix ħajja b’saħħtek u jtuk sapport biex tilħaq il-miri tiegħek ta’ telf ta’ piż.

Żur www.alli.com.mt

Anness IV

Konklużjonijiet xjentifiċi u raġunijiet li jirrakkomandaw il-varjazzjoni għat-termini tal-Awtorizzazzjonijiet għat-Tqegħid fis-Suq

alli 60 mg kapsuli iebsa Orlistat

Konklużjonijiet xjentifiċi

Meta jiġi kkunsidrat ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-PRAC dwar il-PSUR għal orlistat, il- konklużjonijiet xjentifiċi tas-CHMP huma kif ġej:

Abbażi ta’ analiżi kumulattivi kienu irrappurtati total ta’ 7 każijiet li juru interazzjoni probabbli bejn orlistat u benzodiazepines. Din id-dejta hija biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li teżisti interazzjoni u l-informazzjoni tal-prodott kienet aġġornata skont dan.

Barra dan, total ta’ 169 każ ġew assoċjati ma’ sustanza kontra d-depressjoni u 27 każ ma’ antipsikotiċi, 48.5% u 55.5% rispettivament, irrappurtaw nuqqas ta’ effikaċja waqt li kienu qed jieħdu orlistat 60 mg flimkien ma’ antidepressanti, antipsikotiċi u lithium. Din id-dejta hija biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li teżisti interazzjoni. Din l-interazzjoni ġà hija elenkata għal orlistat 120 mg madankollu mhux għal orlistat 60 mg, għalhekk l-informazzjoni tal-prodott għal orlistat 60 mg ġiet aġġornata skont dan.

Għalhekk, b’kunsiderazzjoni tad-dejta disponibbli dwar orlistat, il-PRAC qies li l-bidliet fl- informazzjoni tal-prodott kienu ġġustifikati.

Is-CHMP jaqbel mal-konklużjonijiet xjentifiċi magħmula mill-PRAC.

Raġunijiet li jirrakkomandaw il-varjazzjoni għat-termini tal-Awtorizzazzjoni(jiet) għat-Tqegħid fis-Suq

Abbażi ta’ konklużjonijiet xjentifiċi għal orlistat is-CHMP huwa tal-opinjoni li l-bilanċ bejn benefiċċju u riskju ta’ prodott(i) mediċinali li fihom orlistat huwa favorevoli soġġett għall-bidliet proposti lill-informazzjoni tal-prodott.

Is-CHMP jirrakkomanda li t-termini għall-Awtorizzazzjoni(jiet) għat-Tqegħid fis-Suq għandhom ikunu varjati.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati