Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ambirix (hepatitis-A virus (inactivated) / hepatitis-B...) – Fuljett ta’ tagħrif - J07BC20

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAmbirix
Kodiċi ATCJ07BC20
Sustanzahepatitis-A virus (inactivated) / hepatitis-B surface antigen
ManifatturGlaxoSmithKline Biologicals S.A.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Ambirix suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Vaċċin (adsorbit) ta’ l-epatite A (inattivat) u l-epatite B (rDNA) (HBV)

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma inti/ibnek/bintek tibdew tirċievu dan il-vaċċin - peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din it-tilqima ġiet mogħtija lilek/lill-ibnek/lill-bintek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra.

Jekk inti/ibnek/bintek ikolkhom xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-infermier jew lill- ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

Dan il-fuljett inkiteb bis-suppożizzjoni li l-persuna li qed tirċievi l-vaċċin qed taqrah, imma jista’ jingħata lill-adolexxenti u lit-tfal allura tista’ tkun qed taqrah lit-tifel jew lit-tifla tiegħek.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Ambirix u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel inti tirċievi Ambirix

3.Kif jingħata Ambirix

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Ambirix

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Ambirix u gћalxiex jintuża

Ambirix huwa vaċċin li jintuża fit-trabi, tfal u persuni żgħażagħ mill-età ta’ sena sa 15-il sena, ta' l- aħħar inkluża. Jintuża biex jipprevjeni żewġ mardiet: l-epatite A u l-epatite B.

L-epatite A: Infezzjoni bil-virus tal-epatite A jista’ jikkawża nefħa (infjammazzjoni) fil-fwied. Il- virusnormalment jittieħed mill-ikel jew mix-xorb li jkun fihom il-virus. Madankollu kultant

jittieħed b’modi oħra wkoll, bħal b’għawm f’ilma li fih id-dranaġġ jew minn persuna infettata oħra. Il-virus jinstab fil-fluwidi tal-ġisem bħall-ippurgar, serum jew bżieq.

Sintomi jibdew minn 3 sa 6 ġimgħat wara l-infezzjoni. Xi persuni jħossuhom imdardrin, ikollhom deni u weġgħat u wġigħ. Wara ftit ġranet jistgħu jkunu għajjiena ħafna, u jkollhom awrina skura, purgar ċar, il-ġilda jew l-għajnejn safranin (suffejra). Il-qawwa u t-tip ta’ sintomi jistgħu jvarjaw.

Tfal żgħar għandhom mnejn ma jkollhomx is-sintomi kollha. Il-biċċa l-kbira tat-tfal ifiequ kompletament iżda normalment il-marda hi kiefra biżżejjed li tikkawża li t-tfal ikunu morda għal madwar xahar.

L-epatite B: Infezzjoni bil-virus ta' l-epatite B tista’ ġġiegħel il-fwied jintefaħ (jifjamma). Il-virus

ġeneralment jittieħed minn persuna infettata oħra. Huwa jinstab f'likwidi tal-ġisem bħad-demm, semen, tnixxijiet tal-vaġina, jew bżieq. Is-sintomi jistgħu jdumu ma jidhru minn 6 ġimgħat sa 6 xhur wara l-infezzjoni. Nies infettati mhux dejjem ikunu jidhru jew iħossuhom mhux f'sikkithom.

Xi persuni jħossuhom imdardrin, ikollhom id-deni u weġgħat u wġigħ. Madankollu, oħrajn jistgħu jimirdu sew. Huma jistgħu jkunu għajjenin ħafna, u jkollhom l-awrina skura, wiċċhom pallidu, il- ġilda jew l-abjad t’għajnejhom safranin (suffejra). Xi persuni jista’ jkollhom bżonn jittieħdu l- isptar.

Il-biċċa l-kbira tal-adulti jfiequ kompletament minn din il-marda, iżda xi persuni (speċjalment tfal) li seta’ ma kellhom l-ebda sintomi jistgħu jibqgħu infettati. Dawn jissejħu “ġarriera” tal-epatite B u xorta jistgħu jinfettaw persuni oħra tul ħajjithom kollha. Ġarriera huma wkoll fil-periklu ta' problemi serji tal-fwied, bħal ċikatriċi (ċirrożi) jew kanċer tal-fwied.

Kif jaħdem Ambirix

Ambirix jgħin lill-ġisem jipproduċi l-protezzjoni tiegħu stess (antikorpi) kontra dan il-mard. Il- vaċċin ma fihx il-virus ħaj (ara sezzjoni 6 għall-kontenut tal-vaċċin) u għalhekk ma jistax jikkawża infezzjonijiet tal-epatite A jew B.

Bħal b’kull vaċċin ieħor, xi persuni jirrispondu inqas tajjeb għall-vaċċin minn oħrajn.

Ambirix jista’ ma jipproteġix lilek milli timrad jekk inti diġà ħadt l-epatite A jew B.

Ambirix jista’ biss jgħin biex jipproteġi lilek kontra l-virus tal-epatite A jew B. Ma jistax jipproteġi kontra infezzjonijiet oħra li jistgħu jaffettwaw il-fwied – anki jekk dawn l- infezzjonijiet jista’ jkollhom sinjali li jixbħu lil dawk ikkawżati mill-virus tal-epatite A jew B.

Mhux magħruf eżatt kemm iddum il-protezzjoni kontra infezzjoni mill-virusis tal-epatite A u B, għalkemm protezzjoni kontra l-virus tal-epatite A probabbilment idum madwar 10 snin. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek wara dan il-perijodu ta’ żmien.

2.X’għandek tkun taf qabel inti tirċievi Ambirix

Ambirix m'għandux jingħata jekk:

inti allerġiku/a għal Ambirix, jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-vaċċin (elenkati fis-sezzjoni 6). Sinjali ta' reazzjoni allerġika jistgħu jinkludu raxx bil-ħakk tal-ġilda, qtugħ ta' nifs u nefħa fil-wiċċ jew fl-ilsien tiegħek.

inti fil-passat kellek xi reazzjoni allerġika għal xi vaċċin kontra l-mard tal-epatite A jew l- epatite B.

inti għandek xi infezzjoni qawwija b’deni għoli. Il-vaċċin jista’ jingħata wara li tkun irkuprajt. Infezzjoni żgħira bħal riħ m’għandhiex tkun problema, biss dejjem kellem lit-tabib tiegħek l- ewwel.

Ambirix m’għandux jingħata jekk xi waħda minn ta’ fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert, kellem lit- tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar qabel ma tieħu Ambirix.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-infermier jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Ambirix jekk:

inti għandek bżonn tkunu protetti għal kollox kontra infezzjoni tal-epatite A u B waqt is-6 xhur li ġejjin – it-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda vaċċin differenti.

inti għandek problema ta’ fsada jew jekk titbenġlu malajr - l-injezzjoni tista’ tingħata eżatt taħt il-ġilda minflok ġo muskolu biex jitnaqqas l-ammont ta’ fsada jew tbenġil.

int għandek problemi fis-sistema immuni (bħal minħabba xi marda, kura jew dijaliżi) - il-vaċċin jista’ ma jaħdimx għal kollox. Dan ifisser li inti/ibnek/bintek jista’ ma tiġux protetti kontra wieħed jew iż-żewġ viruses tal-epatite A u B. It-tabib tiegħek se jagħmel testijiet tad-demm

biex jara jekk humiex meħtieġa aktar injezzjonijiet biex jgħinu lilek/lill-ibnek/lill-bintek tkunu protetti aħjar.

inti kellek ħass ħażin qabel jew waqt injezzjoni preċedenti – f’każ li dan jerġa’ jiġri. Ħass ħażin jista’ jseħħ (l-aktar fl-adoloxxenti) wara, jew saħansitra qabel, kwalunkwe injezzjoni b’labra.

Jekk xi waħda minn ta’ fuq tapplika għalik (jew jekk m’intix ċert), kellem lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Ambirix.

Mediċini oħra u Ambirix

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini jew vaċċini oħra. Dan jinkludi mediċini li ksibt mingħajr riċetta u mediċini mill-ħxejjex. Staqsi lit-tabib, lill- infermier jew lill-ispiżjar tiegħek jekk m’intix fiż-żgur.

Jekk inti/ibnek/bintek qegħdin tieħdu mediċini li jaffettwaw ir-rispons immuni tal-ġisem tiegħek, xorta tistgħu tieħdu Ambirix jekk dan hu maħsub li hu neċessarju. Madankollu, il-vaċċin jista’ ma jaħdimx għal kollox. Dan ifisser li tistgħu ma tkunux protetti kontra wieħed jew iż-żewġ viruses tal- epatitie A u B. It-tabib tiegħek se jagħmel testijiet tad-demm biex jara jekk humiex meħtieġa aktar injezzjonijiet biex jgħinukom tkunu protetti aħjar

Ambirix jista’ jeħtieġ li jingħata fl-istess żmien ma’ vaċċini oħra għall-ħożba, ġidri, rubella difterite, tetnu, sogħla konvulsiva (pertussis), poljomelite, Haemophilus influenzae tat-tip b jew xi tipi ta’ kura għall-infezzjonijiet tal-epatite imsejħa “immunoglobulini”. It-tabib tiegħek se jiżguraw li l-vaċċini jiġu njettati f’partijiet differenti tal-ġisem tiegħek.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li inti tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib, tal-infermier jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu dan il-vaċċin. Ambirix normalment ma jingħatax lin-nisa tqal jew li qed ireddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Inti tista’ tħossok imħeddel jew sturdut wara t-teħid ta’Ambirix. Jekk dan iseħħ, issuqx u tużax rota, għodda jew magni.

Ambirix fih neomycin u sodium

Dan il-vaċċin fih neomycin (antibijotiku). Ambirix m’għandux jingħata jekk inti allerġiku/a għal neomycin.

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (9 mg) f’kull doża, i.e. essenzjalment

‘mingħajr sodium’.

3. Kif jingħata Ambirix

Kif tingħata l-injezzjoni

It-tabib jew infermier se jagħtuk Ambirix bħala injezzjoni ġewwa muskolu. Dan normalment iseħħ fil-parti ta’ fuq tad-driegħ.

Huma se jieħdu ħsieb li Ambirix ma jingħatax ġo vina.

Fi tfal żgħar ħafna, l-injezzjoni tista’ tingħata fil-muskolu tal-koxxa.

Kemm jingħata

Int normalment tingħata żewġ injezzjonijiet. Kull waħda tingħata fi żjara separat.

L-injezzjonijiet se jingħataw fi żmien 12-il xahar:

-L-ewwel injezzjoni - f'ġurnata miftiehma mat-tabib tiegħek.

-It-tieni injezzjoni - bejn 6 u 12-il xahar wara l-ewwel injezzjoni.

Meta tinsa tieħu doża

Jekk int titlef It-tieni injezzjoni, kellem lit-tabib u għamel arranġament għal vista oħra kemm jista’ jkun malajr.

Kun żgur li tispiċċa l-kors sħiħ ta’ żewġ injezzjonijiet. Jekk le, għandu mnejn ma tkunux protetti kontra l-mard.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, dan il-vaċċin jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi effett sekondarju serju minn dawn li ġejjin - jista’ jkollok bżonn kura medika urġenti:

reazzjonijiet allerġiċi u anafilattiċi - is-sinjali jistgħu jinkludu raxx li jista’ jkun bil-ħakk jew b’infafet, nefħa fl-għajnejn u l-wiċċ, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, tnaqqis f’daqqa fil-pressjoni tad-demm u telf ta’ koxjenza.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota kwalunkwe wieħed mill-effetti sekondarji serji elenkati fuq.

Effetti sekondarji li seħħew waqt provi kliniċi b’Ambirix kienu kif ġej:

Komuni ħafna (Dawn jistgħu jseħħu b’aktar minn doża 1 minn kull 10 dożi tal-vaċċin)

uġigħ ta’ ras

nuqqas t’aptit

tħossok għajjien u irritabbli

uġigħ u ħmura fejn ingħatat l-injezzjoni

Komuni (Dawn jistgħu jseħħu f’sa doża 1 minn kull 10 dożi tal-vaċċin)

deni

tħossok imħeddel

problemi fl-istonku u fis-sistema diġestiva

nefħa fejn ingħatat l-injezzjoni.

Xi effetti sekondarji oħra li ġew irrapurtati waqt provi kliniċi b’tilqim ieħor mħallat tal-epatite A u l-epatite B li jixxiebah ħafna, jinkludu:

Komuni (Dawn jistgħu jseħħu f’sa doża 1 minn kull 10 dożi tal-vaċċin)

tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

dijarea, tħossok imdardar (tqalligħ)

reazzjonijiet fejn ingħatat l-injezzjoni

Mhux komuni (Dawn jistgħu jseħħu f’sa doża 1 minn kull 100 doża tal-vaċċin)

tħossok stordut

uġigħ fl-istonku

rimettar

infezzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-apparat tan-nifs

uġigħ fil-muskoli (majalġja)

Rari (Dawn jistgħu jseħħu f’sa doża 1 minn kull 1,000 doża tal-vaċċin)

pressjoni baxxa

uġigħ fil-ġogi (artralġja)

ħakk (prurite), raxx

tingiż (paresteżija)

glandoli minfuħin fl-għonq, taħt l-abt jew fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa (limfadenopatija)

sintomi bħal tal-influwenza, bħal deni għoli, griżmejn misluħin, imnieħer inixxi, sogħla u tkexkix ta’ bard

Rari ħafna (Dawn jistgħu jseħħu f’sa doża 1 minn kull 10,000 doża tal-vaċċin)

ħorriqija (urtikarja)

Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk ikollok effetti sekondarji simili.

Effetti sekondarji li seħħew waqt użu normali ta’ Ambirix kienu kif ġej:

ħass ħażin

telf ta’ sensittività tal-ġilda għal uġigħ jew ħass (ipoestesija)

Effetti sekondarji oħra li seħħew waqt użu normali ta’ tilqim jixxiebah ħafna tal-epatite A jew l- epatite B imħallat jew individwali kienu kif ġej:

sklerożi multipla

nefħa tan-nervaturi tas-sinsla tad-dahar (majelite)

riżultati mhux normali ta’ testijiet relatati mal-fwied

nefħa jew infezzjoni tal-moħħ (enċefalite)

infjammazzjoni ta’ xi kanali tad-demm (vaskulite)

marda deġenerattiva tal-moħħ (enċefalopatija)

nefħa fil-wiċċ, ħalq u griżmejn (edima anġjonewrotika)

uġigħ ta’ ras qawwi b’ebusija fl-għonq u sensittività għad-dawl (meninġite)

infjammazzjoni temporanja tan-nervaturi, li tikkawża uġigħ, dgħufija, u paraliżi fid- dirgħajn u r-riġlejn u li ħafna drabi tinfirex għas-sider u l-wiċċ (sindrome ta’ Guillain- Barré)

aċċessjonijiet jew attakki

infjammazzjoni tan-nervaturi (nevrite)

marda tan-nervaturi tal-għajnejn (nevrite tal-għajnejn)

tnemnim/titrix jew dgħufija fid-dirgħajn u r-riġlejn (newropatija)

uġigħ, tingiż u sensazzjoni ta’ ħruq fis-sit immedjat tal-injezzjoni

paraliżi, tebqet l-għajn titbaxxa u muskoli fuq naħa waħda tal-wiċċ jiddendlu (paraliżi fil- wiċċ)

marda li taffettwa l-aktar il-ġogi b’uġigħ u nefħa (artrite), dgħufija fil-muskoli

ponot vjola jew ħomor fil-vjola mqabbżin fil-ġilda (lichen planus), raxx serju fil-ġilda

(eritema multiforme)

tnaqqis fil-plejtlits tad-demm, li jżid ir-riskju ta’ fsada jew tbenġil (tromboċitopenija), ponot vjola jew ħomor fil-kannella li jidrhu minn ġol-ġilda (purpura tromboċitopenika)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk inti jkollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Ambirix

Żomm dan il-vaċċin fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal

Tużax dan il-vaċċin wara d-data ta’ meta jiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta jiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C sa 8°C). Tagħmlux fil-friża. L-iffriżar jeqred il-vaċċin.

Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ambirix

 

Is-sustanzi attivi huma:

 

- Virus ta' l-epatite A (inattivat) 1,2

720 Unitajiet ELISA

- Antiġen tal-wiċċ ta' l-epatite B3,4

20 mikrogramma

1Magħmul fuq ċelluli diplojdi (MRC-5) umani

 

2Adsorbit fuq aluminium hydroxide, idratat

0.05 milligrammi Al3+

3Magħmul f’ċelluli tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae) b’teknoloġija rikombinanti

tad-DNA

 

4Adsorbit fuq aluminium phosphate,

0.4 milligrammi Al3+

Is-sustanzi l-oħra ta’ Ambirix huma: sodium chloride u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Ambirix u l-kontenut tal-pakkett

Suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest.

Ambirix huwa likwidu abjad, qisu ħalib ippreżentat f’siringa mimlija għal-lest tal-ħġieġ ta’ 1 ml.

Ambirix huwa disponibbli f’pakketti b’siringa waħda mimlija għal-lest u b’10 siringi mimlija għal-lest (b’labar jew mingħajr labar) u f’daqsijiet ta’ pakkett ta’ 50 siringa mimlija għal-lest mingħajr labar.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-Suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

GlaxoSmithKline Biologicals s.a.

Rue de l’Institut 89

B-1330 Rixensart

Il-Belġju

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

Tél/Tel: + 32 10 85 52 00

Tel. +370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

България

Luxembourg/Luxemburg

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

Тел.: + 359 2 953 10 34

Tél/Tel: + 32 10 85 52 00

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline s.r.o.

GlaxoSmithKline Kft.

Tel: + 420 2 22 00 11 11

Tel.: + 36-1-2255300

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Malta

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline (Malta) Ltd

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 356 21 238131

dk-info@gsk.com

 

Deutschland

Nederland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG

GlaxoSmithKline BV

Tel: + 49 (0)89 360448701

Tel: + 31 (0)30 69 38 100

produkt.info@gsk.com

nlinfo@gsk.com

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline AS

Tel: +372 667 6900

Tlf: + 47 22 70 20 00

estonia@gsk.com

firmapost@gsk.no

Ελλάδα

Österreich

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GlaxoSmithKline Pharma GmbH.

Tηλ: + 30 210 68 82 100

 

at.info@gsk.com

España

Polska

GlaxoSmithKline, S.A.

GSK Services Sp. z o.o.

Tel: + 34 902 202 700

Tel.: + 48 (22) 576 9000

es-ci@gsk.com

 

France

Portugal

Laboratoire GlaxoSmithKline

Smith Kline & French Portuguesa - Produtos

Tél: + 33 (0) 1 39 17 84 44

Farmacêuticos, Lda.

diam@gsk.com

Tel: + 351 21 412 95 00

 

FI.PT@gsk.com

Hrvatska

România

GlaxoSmithKline d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) SRL

Tel.: + 385 (0)1 6051999

Tel: + 40 (0)21 3028 208

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Ltd

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 495 5000

Tel: + 386 (0) 1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline S.p.A.

GlaxoSmithKline Oy

Tel: + 39 04 59 21 81 11

Puh/Tel: + 358 10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

GlaxoSmithKline UK

Tel: + 371 67312687

Tel: +44 (0)800 221 441

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Meta jinħażen, jista’ jiġi osservat depożitu abjad fin b’saff likwidu ċar bla kulur fuq.

Il-vaċċin għandu jerġa’ jsir f’suspensjoni mill-ġdid qabel l-użu. Meta jerġa’ jsir f’suspensjoni mill- ġdid, il-vaċċin ikollu dehra bajda mċajpra uniformi.

Suspensjoni mill-ġdid tal-vaċċin sabiex tinkiseb suspensjoni bajda mċajpra uniformi

Il-vaċċin jista’ jerġa’ jsir f’suspensjoni mill-ġdid meta wieħed isegwi l-passi ta’ hawn taħt.

1.Żomm is-siringa ’l fuq f’id magħluqa.

2.Ħawwad is-siringa billi taqlibha rasha ’l isfel u lura.

3.Irrepeti din l-azzjoni bis-saħħa għal mill-anqas 15-il sekonda.

4.Erġa’ spezzjona l-vaċċin:

a.Jekk il-vaċċin jidher bħala suspensjoni bajda mċajpra uniformi, huwa lest għall-użuid-dehra m’għandhiex tkun ċara.

b.Jekk il-vaċċin ikun għadu ma jidhirx bħala suspensjoni bajda mċajpra uniformi – aqilbu rasu l-isfel u lura għal mill-anqas 15-il sekonda oħra – imbagħad erġa’ spezzjona.

Il-vaċċin għandu jiġi spezzjonat viżwalment għal xi frak barrani u/jew għal dehra fiżika mhux normali qabel jingħata. F’każ li tiġi osservata xi waħda minn dawn it-tnejn, tagħtix il-vaċċin.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati