Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Atazanavir Mylan (atazanavir sulfate) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AE08

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAtazanavir Mylan
Kodiċi ATCJ05AE08
Sustanzaatazanavir sulfate
ManifatturMYLAN S.A.S.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Atazanavir Mylan 150 mg kapsuli ibsin

Atazanavir Mylan 200 mg kapsuli ibsin

Atazanavir Mylan 300 mg kapsuli ibsin

atazanavir

Aqra l-fuljett ta’ tagħrif kollu bir-reqqa qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Atazanavir Mylan u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Atazanavir Mylan

3.Kif għandek tieħu Atazanavir Mylan

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Atazanavir Mylan

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Atazanavir Mylan u għalxiex jintuża

Atazanavir Mylan huwa mediċina antivirali (jew antiretrovirali). Huwa wieħed mill-grupp magħruf bħala inibituri tal-proteas. Dawn il-mediċini jikkontrollaw l-infezzjoni tal-Human Immunodeficiency Virus (HIV) billi jwaqqfu proteina li l-HIV għandu bżonn biex ikun jista’ jimmultiplika. Huma jaħdmu billi jnaqqsu l-ammont ta’ HIV f’ġismek u dan, min-naħa tiegħu jsaħħaħ is-sistema ta’ immunità. B’hekk Atazanavir Mylan inaqqas ir-riskju li tiżviluppa mard assoċjat mal- infezzjoni ta’ l-HIV.

Il-kapsuli Atazanavir Mylan jistgħu jintużaw minn adulti u tfal li mhumiex iżgħar minn 6 snin. It-tabib tiegħek kitiblek ir-riċetta għal Atazanavir Mylan għax int infettat bl-HIV li jikkawża Acquired Immunodeficiency Syndrome (AIDS). Normalment jintuża flimkien ma’ mediċini oħra li jaħdmu kontra l-HIV. It-tabib jiddiskuti miegħek x’mediċini flimkien ma’ Atazanavir Mylan huma l-aħjar għalik.

2 X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Atazanavir Mylan

Tiħux Atazanavir Mylan

jekk inti allerġiku għal atazanavir jew għal xi ingredjenti oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla f’taqsima 6)

jekk għandek problemi tal-fwied moderati għal serji. It-tabib tiegħek sejjer jevalwa kif inhi l- marda tal-fwied tiegħek qabel ma jiddeċiedi tistax tieħu Atazanavir Mylan

jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini aqra wkoll: Mediċini oħra u Atazanavir Mylan

-rifampicin, antibijotiku li jintuża kontra t-tuberkulosi

-astemizole jew terfenadine (jintuza ħafna kontra sintomi ta’ allerġija, dawn il-mediċini jistgħu jingħataw mingħajr riċetta); cisapride (jintuża kontra rifluss gastriku, xi kultant imsejjaħ ħruq ta’ stonku); primozide (jintuża għall-iskizofrenija); quinidine jew bepridil

(jintuża biex jikkoreġi r-ritmu tal-qalb); ergotamine, dihydroergotamine, ergonovine,

methylergonovine (jintużaw għal uġigħ ta’ ras); u alfuzosin (użat biex jikkura glandola prostatika minfuħa).

quetiapine (użat biex jikkura skizofrenja, disturb bipolari u disturb dipressiv maġġuri).

mediċini li fihom St. John’s wort (Hypericum perforatum, preparazzjoni tal-ħxejjex).

triazolam u midazolam orali (tittieħed mill-ħalq) (użat biex igħin wieħed jorqod/itaffi l- ansjetà).

simvastatin u lovastatin (biex ibaxxu l-kolesterol fid-demm).

Tiħux sildenafil ma’ Atazanavir Mylan meta sildenafil jintuża għall-kura ta’ pressjoni għolja arterjali pulmonari. Sildenafil jintuża wkoll għall-kura ta’ disfunzjoni erettili. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża sildenafil għall-kura ta’ disfunzjoni erettili.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk xi punt minn dawn japplika għalik.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Atazanavir Mylan mhux fejqan għall-infezzjoni b’HIV. Jista’ jibqa’ jkollok infezzjonijiet u mard ieħor li għandhom x’jaqsmu mal-HIV. Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il- mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il- prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra.

Xi drabi xi pazjenti jridu joqgħodu attenti ħafna qabel jew meta jieħdu Atazanavir Mylan. Kellem lit- tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Atazanavir Mylan u kun żgur li t-tabib tiegħek ikun jaf jekk:

għandek epatite B jew C

jekk tiżviluppa sinjali jew sintomi ta’ ġebel fil-marrara (uġigħ fin-naħa tal-lemin tal-istonku tiegħek)

għandek emofilja tip A jew B

jekk teħtieġ l-emodijalisi

Ġebel fil-kliewi ġew irrapportati f’pazjenti li kienu qegħdin jieħdu atazanavir. Jekk tiżviluppa sinjali jew sintomi ta’ ġebel fil-kliewi (uġigħ fil-ġnub tiegħek, demm fl-awrina, ugigħ meta tgħaddi l-awrina) jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek minnufih.

F’xi pazjenti b’infezzjoni HIV fi stat avvanzat (AIDS) u passat ta’ infezzjoni opportunistika, jista’ jkun hemm sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni minn infezzjonijiet ta’ qabel, ftit wara li tibda l-kura kontra l-HIV. Hu maħsub li dawn s-sintomi jiġru minħabba titjib fir-rispons immunitarju tal-ġisem, li jagħtu s-setgħa lill-ġisem li jiġġieled infezzjonijiet li setgħu kienu preżenti mingħajr sintomi ovvji. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek fil-pront. Flimkien mal- infezzjonijiet opportunistiċi, disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessut b’saħħtu tal-ġisem) jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal- infezzjoni tiegħek bl-HIV. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-kura. Jekk tinnota kwalunkwe sintomu ta’ infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal dgħufija fil-muskoli, dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li tinfirex ’il fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek immedjatament biex tfittex il-kura meħtieġa.

Xi pazjenti li jieħdu terapija antiretrovirali mħallta jistgħu jiżviluppaw marda ta’ l-għadam imsejħa osteonecrosis (il-mewt tat-tessuti ta’ l-għadam ikkawżata minn telf ta’ forniment ta’ demm lill- għadam). It-tul tat-terapija antiretrovirali mħallta, użu ta’ corticosteroid, konsum ta’ alkoħol, immunosoppressjoni gravi, indiċi tal-massa tal-ġisem ogħla, fost oħrajn, jistgħu jkunu xi wħud mill- ħafna fatturi ta’ riskju għall-iżvillup ta’ din il-marda. Sinjali ta’ osteonecrosis huma ebusija fil-ġogi, uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, rkuptejn u spalel) u diffikulta biex tiċċaqlaq. Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.

Hyperbilirubinaemia (żieda fil-livell tal-bilirubina fid-demm) seħħet f’pazjenti li kienu qegħdin jirċievu atazanavir. Is-sinjali jistgħu jkunu sfurija tal-ġilda jew ta’ l-għajnejn. Jekk tinnota xi sintomi minn dawn, jekk jogħġbok avża lit-tabib tiegħek.

Raxx serju tal-ġilda, inkluż is-Sindromu ta’ Stevens-Johnson, ġie rrapportat f’pazjenti li kienu qegħdin jieħdu atazanavir. Jekk tiżviluppa raxx, informa lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk tinnota bidla fil-mod kif tħabbat qalbek (bidla fir-rittmu tal-qalb), jekk jogħġbok avża lit-tabib tiegħek.

Tfal

Tagħtix din il-mediċina lil tfal li għandhom inqas minn 3 xhur u li jiżnu inqas minn 5 kg. L-użu ta’ atazanavir fi tfal li għandhom inqas minn 3 xhur u li jiżnu inqas minn 5 kg ma ġiex studjat minħabba r-riskju ta’ kumplikazzjonijiet serji.

Mediċini oħra u Atazanavir Mylan

M’għandekx tieħu Atazanavir Mylan ma’ ċerti mediċini. Dawn huma elenkati taħt Tieħux Atazanavir Mylan, fil-bidu ta’ Sezzjoni 2.

Hemm xi mediċini oħra li ma tistax tħallat ma’ Atazanavir Mylan. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Huwa ferm importanti li dawn li ġejjin jissemmgħu:

mediċini oħra għal kura ta’ l-infezzjoni ta’ l-HIV (eż. indinavir, nevirapine u efavirenz)

boceprevir (użat għall-kura tal-epatite Ċ)

sildenafil, vardenafil, jew tadalafil (jintuża mill-irgiel kontra l-impotenza (anormalità erettili))

jekk qed tieħu kontraċettiv orali (“Il-Pill”) ma’ Atazanavir Mylan biex tiġi evitata tqala, aċċerta ruħek li teħodha eżatt kif ikun tak parir it-tabib tiegħek u tinsa tieħu l-ebda doża

kull mediċina użata biex tikkura mard relatat mal-aċidu fl-istonku (eż. antaċidi li għandhom jittieħdu siegħa qabel Atazanavir Mylan jew sagħtejn wara li tieħu Atazanavir Mylan, imblokkaturi ta’ H2 bħal famotidine u inibituri proton pump bħal omeprazole)

mediċini biex ibaxxu l-pressjoni, ir-rata tat-taħbit tal-qalb, jew biex jirranġaw ir-ritmu tal-qalb (amiodarone, diltiazem, lidocaine sistemiku, verapamil)

atorvastatin, pravastatin, u fluvastatin (biex ibaxxu l-livell tal-kolesterol fid-demm)

salmeterol (użat għall-kura tal-ażżma)

cyclosporine, tacrolimus, u sirolimus (mediċini biex inaqqsu l-effetti tas-sistema ta’ l-immunità tal- ġisem)

xi antibijotiċi (rifabutin, clarithromycin)

ketoconazole, itraconazole, u voriconazole (antifungali)

warfarin (antikoagulanti użat biex irattab id-demm)

carbamazepine, phenytoin, phenobarbiral, lamotrigine (antiepilettiċi)

irinotecan (użat fil-kura tal-kanċer)

mediċini li jikkalmaw (eż. midazolam mogħti b’injezzjoni)

buprenorphine (użat biex jittratta dipendenza fuq l-opjojde u uġigħ).

Xi mediċini jista’ jkollhom reazzjoni ma’ ritonavir, mediċina li tittieħed ma’ Atazanavir Mylan. Hu importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu fluticasone jew budesonide (mogħti mill-imnieħer jew man-nifs kontra sintomi ta’ allerġija jew ażżma).

Atazanavir Mylan ma’ ikel u xorb

Importanti li tieħu Atazanavir Mylan mal-ikel (ikla jew ikla ħafifa imma sostanzjali) għax dan jgħin lill-ġisem jassorbi l-mediċina.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Atazanavir, is-sustanza attiva ta' Atazanavir Mylan, tiġi eliminata fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Il-pazjenti m’għandhomx ireddgħu meta jkunu qegħdin jieħdu Atazanavir Mylan. Jekk l-omm hija nfettata bl-HIV aħjar ma treddgħax għax il-virus jista’ jgħaddi lit-tarbija mill-ħalib tal-omm.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tħossok stordut jew mhux f’postok, ma għandekx issuq jew tħaddem magni u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Atazanavir Mylan fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li inti għandek intolleranza għal xi zokkor (eż. lactose), ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Atazanavir Mylan

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jekk m’intix ċert. B’hekk il-mediċina tkunlek effettiva u jonqos ir-riskju li l-virus jiżviluppa reżistenza għall-kura.

Id-doża rakkomandata għall-adulti tal-kapsuli ta’ Atazanavir Mylan hija normalment ta’ 300 mg ma’ 100 mg ritonavir darba kuljum li jittieħdu mal-ikel, flimkien ma’ mediċini oħra ta’

kontra l-HIV. It-tabib tiegħek jista’ jbiddel id-doża ta’ Atazanavir Mylan skont it-terapija ta’ kontra l- HIV li qed tieħu.

Għat-tfal (minn 6 snin sa 18-il sena), it-tabib tat-tifel/tifla tiegħek ser jiddeċiedi l-aħjar doża skont il-piż tat-tifel/tifla tiegħek. Id-doża tal-kapsuli ta’ Atazanavir Mylan għat-tfal hi kkalkulata skont il-piż tal-ġisem u tittieħed darba kuljum mal-ikel u 100 mg ta’ ritonavir kif muri hawn isfel:

Piż tal-Ġisem

Atazanavir Mylan Doża darba

Ritonavir Doża* darba kuljum

(kg)

kuljum

(mg)

 

(mg)

 

minn 15 sa inqas minn 35

Mill-inqas 35

*Kapsuli, pilloli jew s-soluzzjoni orali ta’ ritonavir jistgħu jintużaw.

Formulazzjonijiet oħra ta ' din il-mediċina tista tkun disponibbli għal pazjenti pedjatriċi li għandhom tal-inqas 3 xhur u li jiżnu tal-inqas 5 kg. Il-qlib għall-kapsuli minn formulazzjonijiet alternattivi huwa mħeġġeġ malli l-pazjenti jkunu jistgħu jibilgħu l-kapsuli b’mod konsistenti.

Jista’ jkun hemm tibdil fid-doża meta taqleb bejn formulazzjonijiet alternattivi u l-kapsuli. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi d-doża t-tajba skont il-piż tat-tifel/tifla tiegħek.

Mhemmx rakkomandazzjonijiet ta’ dożaġġ għal Atazanavir Mylan f’pazjenti pejatriċi li għadhom m’għalqux 3 xhur.

Ħu l-kapsuli ta’ Atazanavir Mylan mal-ikel (ikla jew ikla ħafifa imma sostanzjali). Ibla’ l-kapsuli sħaħ. Tiftaħx il-kapsuli.

Jekk tieħu Atazanavir Mylan aktar milli suppost

Sfurija tal-ġilda u/jew l-għajnejn (suffejra) u rata ta’ taħbit tal-qalb irregolari (titwil fil-QTc) jistgħu jseħħu jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek jieħdu wisq Atazanavir Mylan. Jekk tieħu kapsuli ta’ Atazanavir Mylan aktar milli għandek tieħu, kellem lit-tabib tiegħek jew mur l-isptar għal parir.

Jekk tinsa tieħu Atazanavir Mylan

Jekk taqbeż doża, ħu d-doża li qbiżt malajr kemm jista’ jkun mal-ikel u mbagħad ħu d-doża li jmiss l- oħra fil-ħin regolari tagħha. Jekk ikun kważi sar il-ħin biex tieħu d-doża li jmiss tiħux id-doża li tkun qbiżt. Stenna u ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari tagħha. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Atazanavir Mylan

Tieqafx tieħu Atazanavir Mylan qabel tkellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. Waqt il-kura ta’ l-infezzjoni tal-HIV, mhux dejjem faċli tagħraf liema effetti mhux mixtieqa huma kkawżati minn atazanavir, minn mediċini oħra li qed tieħu, jew minħabba l-infezzjoni tal-HIV nfisha. Għid lit-tabib tiegħek jekk tinnota xi ħaġa mhux tas-soltu dwar saħħtek.

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il- bidliet.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin:

Ġie rrapportat raxx tal-ġilda, b’ħakk li xi drabi jista’ jkun sever. Ir-raxx ġeneralment jgħaddi fi żmien ġimagħtejn mingħajr ebda tibdil fil-kura tiegħek b’Atazanavir Mylan. Jista’ jiżviluppa raxx sever b’rabta ma’ sintomi oħrajn li jistgħu jkunu serji. Tibqax tieħu Atazanavir Mylan u kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa raxx sever jew raxx b’sintomi qishom tal-influwenza, infafet, deni, ulċeri fil-ħalq, uġigħ fil-muskoli jew il-ġogi, nefħa fil-wiċċ, infjammazzjoni tal-għajn li tikkawża ħmura (konġuntivite), għoqiedi b’uġigħ, sħan jew ħomor

(noduli).

Sfurija tal-ġilda tiegħek jew il-parti l-bajda tal-għajnejn tiegħek ikkawżata minn livelli għoljin ta’ bilirubina fid-demm tiegħek ġiet irrapportata b’mod komuni. Dan l-effett sekondarju ġeneralment mhuwiex ta’ periklu fl-adulti u t-trabi li għandhom iktar minn 3 xhur; iżda jaf ikun sintomu ta’ problema serja. Jekk il-ġilda tiegħek jew il-parti l-bajda tal-għajnejn tiegħek isiru sofor, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

X drabi jista’ jseħħ tibdil fil-mod kif tħabbat qalbek (tibdil fir-ritmu tal-qalb). Kellem lit-tabib tiegħek immedjament jekk tistordi, tħossok stordut/a jew iħossok ħażin f’daqqa. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ problema serja fil-qalb.

Problemi fil-fwied jistgħu jseħħu b’mod mhux komuni. It-tabib tiegħek għandu jagħmilek testijiet tad-demm qabel tibda din il-medicina u matul il-kura. Jekk għandek problemi fil-fwied, inkluż infezzjoni tal-epatite B jew Ċ, tista’ tesperjenza aggravar tal-problemi fil-fwied tiegħek. Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok awrina skura (kulur it-tè), ħakk, sfurija tal- ġilda tiegħek jew il-parti l-bajda tal-għajnejn, uġigħ madwar l-istonku, ippurgar kulur ċar jew nawsja.

Problemi fil-marrara jseħħu b’mod mhux komuni f’persuni li jieħdu atazanavir. Sintomi ta’ problemi fil-marrara jistgħu jinkludu uġigħ fin-naħa tal-lemin jew tan-nofs tal-parti ta’ fuq tal- istonku, nawsja, rimettar, deni jew sfurija tal-ġilda tiegħek jew il-parti l-bajda tal-għajnejn tiegħek.

Ġebel fil-kliewi jseħħu b’mod mhux komuni f’persuni li jieħdu atazanavir. Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok sintomi ta’ ġebel fil-kliewi li jistgħu jinkludu, uġigħ fin- naħa t’isfel tad-dahar jew fil-parti t’isfel tal-istonku, demm fl-awrina jew uġigħ meta tgħaddi l- awrina.

Effetti sekondarji oħrajn irrapportati għal pazjenti ttrattati b’atazanavir huma li ġejjin:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

uġigħ ta’ ras

rimettar, dijarea, uġigħ addominali (uġigħ ta’ żaqq ta’ skumditа), nawseja, dispepsja (indiġestjoni)

għeja (għeja tremenda)

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

newropatija periferali (truxija, dgħjufija, tagħrix jew uġigħ fid-dirgħajn u fis-saqajn)

sensittività eċċessiva (reazzjoni allerġika)

astenja (għeja jew dgħjufija mhux normali)

tnaqqis fil-piż, żieda fil-piż, anoreksja (telf ta’ l-aptit), żieda fl-aptit

dipressjoni, ansjetа, disturbi fl-irqad

disorjentazzjoni, amnesija (telf ta’ memorja), sturdament, ngħas (ħelda), ħolm mhux normali

sinkope (ħass ħażin), ipertensjoni (pressjoni tad-demm għolja)

dispnea (qtugħ ta’ nifs)

pankreatite (infjammazzjoni tal-pancreas), gastrite (infjammazzjoni ta’ l-istonku), stomatitis aphtous (ulċeri tal-ħalq u ponot tad-deni), disgweżja (indeboliment tas-sens tat-togħma), gass , ħalq xott, distensjoni addominali

anġjoedema (nefħa severa tal-ġilda u tessut ieħor, l-iktar ta’ spiss tax-xufftejn jew tal-għajnejn)

alopeċja (waqa’ tax-xagħar mhux normali jew tħaffif tax-xagħar), prurite (ħakk)

muskolotrofija (tnaqqis fil-volum tal-muskoli), artralġja (uġigħ fil-ġogi), mijalġja (uġigħ fil- muskoli)

nefrite interstizjali (infjammazzjoni tal-kliewi), ematurja (demm fl-awrina), proteinurja (eċċess ta’ proteina fl-awrina), pollakjurja (żieda fil-frekwenza ta’ tibwil)

ginektomastja (tkabbir tas-sider fl-irġiel)

uġigħ fis-sider, malaise (kundizzjoni ġenerali ħażina), deni

insonnja (diffikultà fl-irqad)

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

disturbi fil-qagħda (mod stramb ta’ kif wieħed jimxi)

edema (nefħa) ħepatosplenomegalija (tkabbir tal-fwied u tal-milsa)

miopatija (uġigħ fil-muskoli, sensittivitа fil-muskoli kkawżata minn dgħjufija, mhux minn eżerċizzju)

uġigħ fil-kliewi

Rapportar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Atazanavir Mylan

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta il-kartuna jew fuq il-folji. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen f’temperatura ta’ inqas minn 25ºC. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

Għall-fliexken: La darba jinfetaħ, uża fi żmien 90 jum.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Atazanavir Mylan

Atazanavir Mylan 150 mg kapsuli ibsin

-Is-sustanza attiva hi atazanavir. Kull kapsula iebsa fiha 150 mg ta’ atazanavir (bħala sulphate).

-Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate (ara sezzjoni 2, “Atazanavir Mylan fih il-lactose”), crospovidone, magnesium stearate. Il-qoxra tal-kapsula u l-linka tal-istampar fiha iron oxide red (E172), titanium dioxide (E171), patent blue V (E131), gelatin, shellac, propylene glycol, concentrated ammonia solution, iron oxide black (E172), potassium hydroxide.

Atazanavir Mylan 200 mg kapsuli ibsin

-Is-sustanza attiva hi atazanavir. Kull kapsula iebsa fiha 200 mg ta’ atazanavir (bħala sulphate).

-Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate (ara sezzjoni 2, “Atazanavir Mylan fih il-lactose”), crospovidone, magnesium stearate. Il-qoxra tal-kapsula u l-linka tal-istampar fihom titanium dioxide (E171), indigo carmine (E132), iron oxide red (E172), patent blue V (E131), gelatin, shellac, propylene glycol, soluzzjoni ta 'ammonja kkonċentrata, iron oxide black (E172), potassium hydroxide.

Atazanavir Mylan 300 mg kapsuli ibsin

-Is-sustanza attiva hi atazanavir. Kull kapsula iebsa fiha 300 mg ta’ atazanavir (bħala sulphate).

-Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, crospovidone, magnesium stearate. Il-qoxra tal- kapsula u l-linka tal-istampar fihom iron oxide yellow (E172), iron oxide red (E172), titanium dioxide (E171), patent blue V (E131), gelatin, shellac, propylene glycol, soluzzjoni ta 'ammonja kkonċentrata, iron oxide black (E172), soluzzjoni ta' idrossidu tal-potassju, iron oxide black (E172), idrossidu tal-potassju.

Kif jidher Atazanavir Mylan u l-kontenut tal-pakkett

Atazanavir Mylan 150 mg kapsuli ibsin huma kapsuli opaki ta’ lewn aħdar-blu u blu, b’’MYLAN’ fuq ‘AR150’ stampati b’linka sewda fuq l-għatu u l-korp.

Atazanavir Mylan 200 mg kapsuli ibsin huma kapsuli opaki ta’ lewn blu u aħdar-blu, b’’MYLAN’ fuq ‘AR200’ stampati b’linka sewda fuq l-għatu u l-korp.

Atazanavir Mylan 300 mg kapsuli ibsin huma kapsuli opaki ta’ lewn aħmar u aħdar-blu, b’’MYLAN’ fuq ‘AR300’ stampati b’linka sewda fuq l-għatu u l-korp.

Atazanavir Mylan 150 mg u 200 mg kapsuli ibsin

Din il-mediċina tiġi f’pakketti bil-folji li jkun fihom 60 jew 60 x 1 (doża waħda) kapsula jew fi fliexken li jkun fihom 60 kapsula iebsa.

Atazanavir Mylan 300 mg kapsuli ibsin

Din il-mediċina tiġi f’pakketti bil-folji li jkun fihom 30 jew 30 x 1 (doża waħda) kapsula jew fi fliexken li jkun fihom 30 jew 90 kapsula iebsa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Mylan S.A.S., 117 Allee des Parcs, Saint-Priest, 69800, Franza

Manifattur

McDermott Laboratories trading as Gerard Laboratories, 35/36 Baldoyle Industrial Estate, Grange Road, Dublin 13, l-Irlanda

Mylan Hungary Kft, Mylan utca 1, Komárom, H-2900 L-Ungerija

Mylan B.V., Dieselweg 25, 3752 LB Bunschoten, L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Mylan bvba/sprl

BGP Products UAB

Tél/Tel: +32 02 658 61 00

Tel: +370 5 205 1288

България

Luxembourg/Luxemburg

Майлан ЕООД

Mylan bvba/sprl

Тел: +359 2 44 55 400

Tel: +32 02 658 61 00

 

(Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

Mylan Pharmaceuticals.s.r.o.

Mylan EPD Kft

Tel: + 420 222 004 400

Tel: + 36 1 465 2100

Danmark

Malta

Mylan AB

V.J. Salomone Pharma Ltd

Tlf: +46 855 522 750

Tel: + 356 21 22 01 74

(Sverige)

 

Deutschland

Nederland

Mylan dura GmbH

Mylan B.V.

Tel: +49-(0) 6151 9512 0

Tel: +31 33 299 7080

Eesti

Norge

BGP Products Switzerland GmbH Eesti

Mylan AB

filiaal

Tel: +46 855 522 750

Tel: + 372 6363 052

(Sverige)

Ελλάδα

Österreich

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ

Arcana Arzneimittel GmbH

Τηλ: +30 210 993 6410

Tel: +43 1 416 2418

España

Polska

Mylan Pharmaceuticals, S.L.

Mylan Sp. z o.o.

Tel: +34 900 102 712

Tel: +48 22 564 64 00

France

Portugal

Mylan S.A.S.

Mylan, Lda.

Tél: +33 4 37 25 75 00

Tel: +351 21 412 72 56

Hrvatska

România

Mylan EPD d.o.o.

A&G Med Trading SRL

Tel: +385 1 23 50 599

Tel: +4021 332 49 91

Ireland

Slovenija

Generics [UK] Ltd.

GSP Proizvodi d.o.o.

Tel: +44 1707 853000

Tel: +386 1 236 31 85

(United Kingdom)

 

Ísland

Slovenská republika

Mylan AB

Mylan s r. o

Tel: +46 855 522 750

Tel: +421 2 326 04 910 / +421 917 206 274

(Svíþjóð)

 

Italia

Suomi/Finland

Mylan S.p.A

Mylan OY

Tel: +39 02 612 46921

Puh/Tel: + 358 9-46 60 03

Κύπρος

Sverige

Pharmaceutical Trading Co. Ltd.

Mylan AB

Τηλ: + 357 99403969

Tel: + 46 855 522 750

Latvija

United Kingdom

BGP Products SIA

Generics [UK] Ltd

Tel: +371 676 055 80

Tel: +44 1707 853000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati