Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Azarga (brinzolamide / timolol maleate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - S01ED51

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaAzarga
Kodiċi ATCS01ED51
Sustanzabrinzolamide / timolol maleate
ManifatturNovartis Europharm Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

AZARGA 10 mg/mL + 5 mg/mL qtar għall-għajnejn, suspensjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Ml ta’ suspensjoni fiha 10 mg brinzolamide u 5 mg timolol (bħala timolol maleate).

Eċċipjent(i) b’effett magħruf:

Ml ta’ suspensjoni fiha 0.10 mg benzalkonium chloride.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Qtar għall-għajnejn, suspensjoni (qtar għall-għajnejn)

Suspensjoni uniformi, bajda sa off-white, pH 7.2 (bejn wieħed u ieħor).

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Tnaqqis tal-pressjoni ta’ ġo l-għajn (IOP) f’pazjenti adulti bi glawkoma tat-tip open-angle jew pressjoni ta’ l-għajnejn għolja li għalihom monoterapija tipprovdi tnaqqis mhux suffiċjenti ta’ l-IOP (ara sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Użu f’adulti, inkluż l-anzjani

Id-doża hija qatra waħda ta’ AZARGA darbtejn kuljum fil-borża konġuntivali tal-għajn(ejn) affettwata(i).

Meta tintuża okklużjoni nasolakrimali jew l-kpiepel tal-għajnejn jingħalqu, l-assorbiment sistemiku jonqos. Dan jista’ jwassal għal tnaqqis fl-effetti sekondarji sistemiċi u għal żjieda fl-attività lokali (ara sezzjoni 4.4).

Jekk tintnesa doża, l-kura għandha titkompla bid-doża li jmiss kif ippjanat. Id-doża m’għandhiex tkun aktar minn qatra waħda fl-għajn(ejn) affettwata(i) darbtejn kuljum.

Meta qed jiġi sostitwit prodott mediċinali ieħor għall-għajnejn kontra l-glawkoma b’AZARGA, il- prodott mediċinali l-ieħor għandu jitwaqqaf u AZARGA għandu jinbeda l-ġurnata ta’ wara.

Popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ AZARGA fit-tfal u l-adolexxenti b’età minn 0 sa 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Indeboliment tal-fwied u tal-kliewi

Ma sarux studji b'AZARGA jew timolol 5 mg/ml qtar għall-għajnejn f’pazjenti b’indeboliment tal- fwied jew tal-kliewi. L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa neċessarju f’pazjenti b’indeboliment tal- fwied jew f’pazjenti b’indeboliment ħafif sa moderat tal-kliewi.

AZARGA ma’ ġiex studjat f’pazjenti b’indeboliment serju tal-kliewi (tneħħija tal-krejatinina ta’ <30 ml/min) jew f’pazjenti li għandhom aċidożi iperklorimika (ara sezzjoni 4.3). Peress li

brinzolamide u l-metabolit prinċipali tiegħu jitneħħew fil-biċċa l-kbira mill-kliewi, AZARGA huwa kontra-indikat f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (ara sezzjoni 4.3).

AZARGA għ andu jintuż a b’attenzjoni f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied (ara sezzjoni 4.4).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu għall-għajnejn.

Il-pazjenti għandhom jiġu mgħarrfa biex iħawwdu il-flixkun sew qabel l-użu. Wara li jitneħħa l-għatu tal-flixkun, jekk iċ-ċirku li juri li għadu ssiġillat u li jinqata’ jkun maħlul, neħħieħ qabel tuża l- prodott.

Biex tevita’ kontaminazzjoni tat-tarf tal-qattara u tas-suspensjoni, għandu jkun hemm attenzjoni biex ma’ jintmissux il-kappell ta’ l-għajnejn, l-erja ta’ madwar l-għajnenjn jew xi superfiċji oħra bit-tarf tal-qattara tal-flixkun. Għarraf lill-pazjenti biex iżommu il-flixkun magħluq sewwa meta ma jkunx qed jintuża.

Jekk ikun qed jintuża aktar minn prodott mediċinali topiku għall-għajnejn wieħed, il-prodotti mediċinali għandhom jingħataw b’intervall ta’ mill-inqas 5 minuti minn xulxin. Ingwent għall- għajnejn għandu jingħata l-aħħar.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanzi attivi jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Sensittività eċċessiva għall-imblokkaturi oħra tar-riċetturi beta.

Sensittività eċċessiva għal sulphonamides (ara sezzjoni 4.4).

Marda reattiva tal-passaġġi tal-arja inkluż ażżma tal-bronki jew passat ta’ ażżma tal-bronki, jew marda severa kronika ostruttiva tal-pulmun.

Sinus bradikardja, sindrome ta’ sinus marid, blokk sino-atrijali, blokk atrijoventrikolari tat-tieni jew tat-tielet grad mhux ikkontrolalt b’pace-maker. Insuffiċjenza kardijaka ċara, xokk kardjoġeniku.

Rinite allerġika severa

Aċidożi iperklorimika (ara sezzjoni 4.2).

Indeboliment sever tal-kliewi.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Effetti sistemiċi

Brinzolamide u timolol huma assorbiti b’mod sistemiku. Minħabba l-komponent imblokkatur beta-adrenerġiku, timolol, jista’ jkun hemm l-istess tipi ta’ reazzjonijiet avversi kardovaskulari, pulmonari u oħrajn osservati b’sustanzi imblokkaturi beta-adrenerġiċi sistemiċi. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi sistemiċi wara għoti topika fl-għajn huwa aktar baxx milli wara għoti sistemiku. Biex jitnaqqas l-assorbiment sistemiku, ara sezzjoni 4.2.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva komuni għ ad-derivattivi ta’ sulphonamide kollha jistgħ u jseħ ħ u f’pazjenti li jkunu qed jirċievu AZARGA peress li jiġi assorbit b’mod sistemiku.

Disturbi fil-qalb

F’pazjenti b’mard kardjovaskulari (eż. mard tal-koronarji tal-qalb, anġina Prinzmetal u insuffiċjenza tal-qalb) u pressjoni baxxa, terapija b’imblokkaturi tar-riċetturi beta għandha tiġi evalwata b’mod kritiku u għandha tiġi kkunsidrata terapija b’sustanzi attivi oħra. Pazjenti b’mard kardjovaskulari għandhom jiġu ssorveljati għal sinjali ta’ deterjorazzjoni ta’ dan il-mard u għal reazzjonijiet avversi.

Minħabba l-effett negattiv tagħhom fuq il-ħin ta’ konduzzjoni, imblokkaturi tar-riċetturi beta għandhom jingħataw biss b’attenzjoni lill-pazjenti bi blokk tal-qalb tal-ewwel grad.

Disturbi vaskulari

Pazjenti bi tfixkil/disturbi severi taċ-ċirkolazzjoni periferali (i.e. forom severi tal-marda ta’ Raynaud jew tas-sindrome ta’ Raynaud) għandhom jiġu kkurati b’attenzjoni.

Ipertirojdiżmu

Imblokkaturi tar-riċetturi beta jistgħu wkoll jgħattu sinjali ta’ ipertirojdiżmu.

Dgħufija fl-muskli

Prodotti mediċinali imblokkaturi beta-adrenerġiċi kienu irrappurtati li jaggravaw dgħufija fil-muskoli konsistenti ma’ ċerti sintomi mijasteniċi (eż. diplopja, ptosi u dgħufija ġeneralizzata).

Disturbi respiratorji

Reazzjonijiet respiratorji, inkluż mewt ikkawżat minn bronkospażmu f’pazjenti b’ażżma kienu rrappurtati wara l-għoti ta’ xi imblokkaturi tar-riċetturi beta għall-għajnejn. AZARGA għandu jintuża b’attenzjoni, f’pazjenti b’marda kronika ostruttiva tal-pulmun (COPD) ħafifa/moderata u biss jekk il- benefiċċju potenzjali jegħleb ir-riskju potenzjali.

Ipogliċemija/dijabete

Imblokkaturi tar-riċetturi beta għandhom jingħataw b’attenzjoni f’pazjenti soġġetti għal ipogliċemija spontanja jew pazjenti b’dijabete mhux stabbli, peress li imblokkaturi tar-riċetturi beta jistgħu jgħattu s-sinjali u sintomi ta’ ipogliċemija akuta.

Disturbi fl-aċidi/bażi

AZARGA fih brinzolamide, sustanza sulphonamide. Ma’ l-għoti topika jistgħu jseħħu l-istess tipi ta’ reazzjonijiet avversi li huma attribwiti lis-sulfonamides. Disturbi fl-aċidi u l-bażi kienu irrapportati b’inibituri ta’ carbonic anhydrase orali. Dan il-prodott mediċinali għ andu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti b’riskju ta’ indeboliment renali minħ abba r-riskju possibbli ta’ aċidożi metabolika. Jekk iseħħu sinjali ta’ reazzjonijiet serji jew sensittività eċċessiva, waqqaf l-użu ta’ dan il-prodott mediċinali.

Viġilanza mentali

Inibituri orali ta’ carbonic anhydrase jistgħu jnaqqsu l-ħila li wieħed iwettaq xogħolijiet li jirrikjedu viġilanza mentali u/jew koordinazzjoni fiżika. AZARGA huwa assorbit b’mod sistemiku u għalhekk dan jista’ jseħħ meta jingħata b’mod topiku.

Reazzjonijiet anafilattiċi

Waqt li qed jieħdu imblokkaturi tar-riċetturi beta, pazjenti b’passat ta’ atopija jew passat ta’ reazzjoni anafilattika severa għal varjetà ta’ allerġeni jistgħu jirreaġixxu aktar għall-esponiment ripetut għall- allerġeni bħal dawn u ma jirrispondux għad-dożi tas-soltu ta’ adrenaline wżati għall-kura ta’ reazzjonijiet anafilattiċi.

Distakk korojdali

Distakk korojdali kien irrappurtat b’għoti ta’ terapija sopressiva akweja (eż. timolol, acetazolamide) wara proċeduri ta’ filtrazzjoni.

Anestesija kirurġika

Preparazzjonijiet imblokkaturi tar-riċetturi beta għall-għajnejn jistgħu jimblokkaw effetti beta-agonisti sistemiċi eż. tal-adrenalina. L-anestetista għandu jiġi nfurmat meta l-pazjent ikun qiegħed jirċievi timolol.

Terapija fl-istess waqt

L-effett fuq il-pressjoni ta’ ġewwa l-għajn jew l-effetti magħrufa ta’ imblokk sistemiku tar-riċetturi beta jistgħu jkunu msaħħa meta timolol jingħata lill-pazjenti li diġà jkunu qed jieħdu sustanza sistemika li timblokka r-riċetturi beta. Ir-rispons ta’ dawn il-pazjenti għandu jiġi ssorveljat mill-viċin. L-użu ta’ żewġ sustanzi mblokkaturi beta-adrenerġiċi topiċi jew ta’ żewġ inibituri ta’ carbonic anhydrase lokali mhux irrakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

F’pazjenti li qed jirċievu inibituri ta’ carbonic anhydrase orali u AZARGA, hemm potenzjal ta’ effett addittiv fuq l-effetti sistemiċi magħrufa tal-inibizzjoni ta’ carbonic anhydrase. L-għoti ta’ AZARGA flimkien ma’ inibituri ta’ carbonic anhydrase orali ma’ ġiex studjat u mhux irrakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Effetti fuq l-għajn

Hemm esperjenza limitata b’AZARGA fil-kura ta’ pazjenti bi glawkoma psewdoeksfoljattiva jew glawkoma kkawżata minn akkumulazzjoni tal-pigment. Għandu jkun hemm attenzjoni meta jiġu kkurati dawn il-pazjenti u hija rrakkomandata sorveljanza mill-qrib ta’ l-IOP.

AZARGA ma’ ġiex studjat f’pazjenti li għandhom glawkoma tat-tip narrow angle u l-użu tiegħu mhux irrakkomandat f’dawn il-pazjenti.

Imblokkaturi tar-riċetturi beta għall-għajnejn jistgħu jwasslu għal nixfa fl-għajnejn. Pazjenti b’mard tal-korneja għandhom jiġu kkurati b’attenzjoni.

Ir-rwol possibli ta’ brinzolamide fuq il-funzjoni ta’ l-endotelju tal-korneja ma’ ġiex investigat f’pazjenti li għandhom il-korneji kompromessi (b’mod partikolari f’pazjenti li għandhom għadd baxx ta’ ċelluli ta’ l-endotelju). Speċifikament, pazjenti li jilbsu l-lentijiet tal-kuntatt ma’ ġewx studjati u huwa rrakkomandat li dawn il-pazjenti jkunu sorveljati tajjeb waqt l-użu ta’ brinzolamide, peress li l- inibituri ta’ carbonic anhydrase jistgħu jaffetwaw l-idratazzjoni tal-korneja. Dan jista’ jwassal għal dikumpens tal-kornea u edima u r-riskju għall-korneja jista’ jiżdied jekk jintlibsu lentijiet tal-kuntatt. Hija rrakkomandata sorveljanza b’attenzjoni ta’ pazjenti b’korneji kompromessi, bħal pazjenti b’dijabete mellitus jew distrofiji tal-korneji.

AZARGA jista’ jintuża waqt li jintlibsu lentijiet tal-kuntatt b’monitoraġg b’attenzjoni (ara isfel taħ t ‘Benzalkonium chloride’).

Benzalkonium chloride

AZARGA fih benzalkonium chloride li jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajn u huwa magħruf li jbiddel il-kulur ta’ lentijiet tal-kuntatt rotob. Kuntatt ma’ lentijiet tal-kuntatt rotob għandu jiġi evitat. Il- pazjenti għandhom jiġu infurmati biex ineħħu l-lentijiet tal-kuntatt qabel l-applikazzjoni ta’ AZARGA u jistennew 15-il minuta wara l-għoti tad-doża qabel jerġgħu jilbsuhom.

Benzalkonium chloride kien irrappurtat ukoll li jikkawza keratopatija bil-ponot u/jew keratopatija ulċerattiva tossika. Sorveljanza mill-viċin hija meħtieġa jekk jintuża b’mod frekwenti jew fit-tul.

Indeboliment tal-fwied

AZARGA għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma sarux studji speċifiċi ta’ interazzjoni b’AZARGA.

AZARGA fih brinzolamide, inibitur ta’ carbonic anhydrase, li għalkemm mogħti b’mod topiku, huwa assorbit b’mod sistemiku. Kienu irrapportati disturbi fl-aċidi u l-bażi b’inibituri ta’ carbonic anhydrase orali. F’pazjenti li qed jirċievu AZARGA għandu jiġi kkunsidrat il-potenzjal ta’ interazzjonijiet.

Hemm potenzjal ta’ effett addittiv fuq l-effetti sistemiċi magħ rufa ta’ inibizzjoni ta’ carbonic anhydrase f’pazjenti li jirċievu inibitur orali ta’ carbonic anhydrase u qtar għ all-għ ajnejn ta’ brinzolamide. L-għoti ta’ qtar għall-għajnejn li fihom brinzolamide flimkien ma’ inibituri orali ta’ carbonic anhydrase mhux irrakkomandat.

L-isożimi taċ-ċitokromju P-450 responsabbli għall-metaboliżmu ta’ brinzolamide jinkludu CYP3A4 (il-prinċipali), CYP2A6, CYP2C8 u CYP2C9. Huwa mistenni li inibituri ta’ CYP3A4 bħal ketoconazole, itraconazole, clortrimazole, ritonavir u troleandomycin jinibixxu il-metaboliżmu ta’ brinzolamide permezz ta’ CYP3A4. Hija rrakkomandata attenzjoni jekk inibituri ta’

CYP3A4 jingħataw fl-istess waqt. Madanakollu, mhux probabbli li jkun hemm akkumulazzjoni ta’ brinzolamide peress li eliminazzjoni mill-kliewi hija r-rotta maġġuri. Brinzolamide mhux inibitur ta’ isożimi taċ-citokromju P-450.

Hemm il-potenzjal għall-effetti addittivi li jirriżultaw fi pressjoni baxxa u/jew bradikardija qawwija meta soluzzjoni ta’ imblokkatur tar-riċetturi beta għall-għajnejn tingħata flimkien ma’ imblokkaturi orali tal-kanali tal-kalċju, sustanżi mblokkaturi beta-adrenerġiċi, anti-arritmiċi (inkluż amiodarone), digitalis glycosides, parasimpatomimetiċi, guanethidine.

Imblokkaturi tar-riċetturi beta jistgħ u jnaqqsu r-rispons għ al adrenaline li jintuża biex jikkura reazzjonijiet anafilattiċi. Għandu jkun hemm attenzjoni speċjali f’pazjenti b’passat ta’ atopija jew anafilassi (ara sezzjoni 4.4).

Ir-reazzjoni ta’ pressjoni għolja minħabba twaqqif f’daqqa ta’ clonidine tista’ tkun imsaħħa meta jittieħdu imblokkaturi tar-riċetturi Beta. Attenzjoni hija rrakkomandata waqt l-użu ta’ dan il-prodott mediċinali flimkien ma’ clonidine.

Imblokk sistemiku imsaħħaħ tar-riċetturi Beta (eż. rata tal-qalb imnaqqsa, depressjoni) kien irrapportat waqt kura kombinata b’inibituri ta’ CYP2D6 (e.ż. quinidine, fluoxetine, paroxetine) u timolol. Attenzjoni hija rrakkomandata.

Imblokkaturi tar-riċetturi Beta jistgħu jżidu l-effett ipogliċemiku ta’ sustanzi kontra d-dijabete. Imblokkaturi tar-riċetturi Beta jistgħu jaħbu s-sinjali u s-sintomi ta’ ipogliċemija (ara sezzjoni 4.4).

Kultant kienet irrappurtata midrijasi kkawżata mill-użu ta’ imblokkaturi tar-riċetturi beta għall- għajnejn flimkien ma’ adrenalina (epinephrine).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta biżżejjed dwar l-użu ta’ brinzolamide għall-għajnejn u timolol f’nisa tqal. Studji fuq l-annimali b’brinzolamide wrew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva wara għoti sistemiku, ara sezzjoni 5.3. AZARGA m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx bżonn ċar. Biex jitnaqqas l- assorbiment sistemiku, ara sezzjoni 4.2.

Studji epidemjoloġiċi ma kixfu l-ebda effetti malformattivi iżda juru riskju ta’ ttardjar tat-tkabbir fl- utru meta imblokkakturi beta jingħataw permezz tar-rotta orali. Barra dan, sinjali u sintomi ta’ imblokk tar-riċetturi beta (eż. bradikardja, pressjoni baxxa, distress respiratorju u ipogliċemija) kienu osservati fi tarbi tat-twelid meta imblokkaturi tar-riċetturi beta ngħataw sal-ħlas. Jekk AZARGA

jingħata sal-ħlas, it-tarbija tat-twelid għandha tiġi mmonitorjata b’attenzjoni waqt l-ewwel jiem tal- ħajja.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk brinzolamide għall-għajnejn jitneħhiex fil-ħalib tas-sider uman. Studji fuq l- annimali wrew li wara għoti orali brinzolamide jitneħħa fil-ħ alib tas-sider, ara sezzjoni 5.3.

Imblokkaturi beta jitneħħew fil-ħalib tas-sider uman. Madankollu, f’dożi terapewtiċi ta’ timolol fi qtar għall-għajnejn mhux mistennija li ammonti suffiċjenti jkunu preżenti fil-ħalib tas-sider biex jipproduċi sintomi kliniċi ta’ imblokk tar-riċetturi beta fit-tarbija. Biex jitnaqqas l-assorbiment sistemiku, ara sezzjoni 4.2.

Madankollu, riskju għat-tarbija li qed tiġi mredda’ ma jistax jiġi eskluż. Għ andha tittieħ ed deċiżjoni jekk jitwaqqafx it-treddigħ jew titwaqqafx it-terapija b’AZARGA, wara li jigi kkunsidrat il- benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l-benefiċċju tat-terapija gћall-mara.

Fertilità

Ma twettqux studji biex jiġi evalwa l-effett tal-għ oti topiku fl-għ ajn ta’ Azarga fuq il-fertilità tal- bniedem.

Dejta mhux klinika ma wriet l-ebda effetti ta’ brinzolamide jew ta’ timolol fuq il-fertilità maskili jew femminili wara dożaġġ orali. L-ebda effetti fuq il-fertilità maskili jew femminili ma huma antiċipati mill-użu ta’ AZARGA.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

AZARGA għ andu effett ż għ ir fuq il-ħ ila biex issuq u tħ addem magni.

Vista temporanjament imċajpra jew disturbi oħra fil-vista jistgħu jaffetwaw il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Jekk ma’ l-applikazzjoni jkun hemm vista mċajpra, il-pazjent għandu jistenna sakemm il-vista tiċċara qabel isuq jew iħaddem magni.

Inibituri ta’ carbonic anhydrase jistgħu jtellfu l-ħila li jitwettqu azzjonijiet li jeħtieġu moħħ ċar u/jew koordinazzjoni fiżika (ara sezzjoni 4.4).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi provi kliniċi, l-aktar reazzjonijiet avversi komuni kienu vista mċajpra, irritazzjoni fl-għ ajnejn u uġigħ fl-għ ajnejn, li jseħ ħ u f’madwar 2% sa 7% tal-pazjenti.

Sommarju tar-reazzjonijiet avversi f’tabella

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin kienu rrappurtati waqt studji kliniċi u fis-sorveljanza ta’ wara t- tqegħid fis-suq b’AZARGA u l-komponenti individwali brinzolamide u timolol. Huma kklassifikati skont il-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1000), rari ħafna (<1/10,000), jew mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżla skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Klassifika tas-Sistemi u

Terminu Ippreferut MedDRA (v. 18.0)

tal-Organi

 

Infezzjonijiet u

Mhux magħruf: nażofarinġite3, farinġite3, sinożite3, rinite3

infestazzjonijiet

 

Disturbi tad-demm u tas-

Mhux komuni: għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm imnaqqas1

sistema limfatika

Mhux magħruf: għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm imnaqqas3,

 

chloride fid-demm miżjud3

Disturbi fis-sistema

Mhux magħruf: anafilassi2, xokk anafilattiku1, reazzjonijiet

immuni

allerġiċi sistemiċi li jinkludu anġjoedima2, raxx lokalizzat u

 

ġeneralizzat2, sensittività eċċessiva1, urtikarja2, ħakk2

Disturbi fil-metaboliżmu u

Mhux magħruf: ipoġliċemija2

n-nutrizzjoni

 

Disturbi psikjatriċiRari: insomnja1

Mhux magħruf: depressjoni1, telf ta’ memorja2, apatija3, burdata depressa3, tnaqqis fil-libido3, ħmar il-lejl2,3, nervi3

Disturbi fis-sistema

Komuni: disġewżja1

nervuża

Mhux magħruf: iskemija ċerebrali2, inċident ċerebrovaskulari2,

 

sinkope2, żieda fis-sinjali u s-sintomi ta’ myasthenia gravis2, ħedla

 

ta’ ngħas3, disfunzjoni motorja3, telf tal-memorja3, tnaqqis tal-

 

memorja3, parasteżija2,3, rogħda3, ipoesteżija3, aġewżja3,

 

sturdament1, uġigħ ta’ ras1

Disturbi fl-għajnejn

Komuni: keratite bil-ponot1, vista mċajpra1, uġigħ fl-għajnejn1,

 

irritazzjoni fl-għajnejn1

 

Mhux komuni: keratite1,2,3, għajn tinħass xotta1, preżenza ta’ tebgħa

 

ta’ żebgħa vitali fil-kornea1, tnixxija mill-għajn1, ħakk fl-għajn1,

 

sensazzjoni ta’ oġġett barrani fl-għajnejn1, iperimija fl-għajn1,

 

iperimija fil-konġuntiva1

 

Rari: tħaffir tal-kornea1, riflessjoni ta’ dawl fil-kompartiment

 

anterjuri1, fotofobija1, żieda fid-dmugħ1, iperimija fl-isklera1,

 

eritema tal-kappell tal-għajn1, qoxra fix-xifer tal-kappell tal-

 

għ ajn1.

 

Mhux magħruf: żieda fil-proporzjon tat-tażża/disk tan-nerv ottiku3,

 

distakk korojdali wara kirurġija ta’ filtrazzjoni2 (ara sezzjoni 4.4

 

Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu), keratopatija3, difett

 

fl-epitelju tal-kornea3, disturb fl-epitelju tal-kornea3, żieda fil-

 

pressjoni ta’ ġewwa l-għajn3, depożitu fl-għajn3, tebgħa fil-kornea3,

 

edima fil-kornea3, tnaqqis fis-sensittività tal-kornea2, konġuntivite3,

 

meibomianitis3, diplopja2, 3, leħħa3, fotopsija3, akutezza tal-vista

 

mnaqqsa3, indeboliment fil-vista1, pteriġjum3, skomdu fl-għajn3,

 

keratokonġuntivite xotta3, ipoestesija tal-għajn3, pigmentazzjoni

 

tal-isklera3, ċeste taħt il-konġuntiva3, disturb fil-vista3, nefħa fl-

 

għajn3, allerġija fl-għajn3, madarosi3, disturb fil-kappell tal-għajn3,

 

edima fil-kappell tal-għajn1, ptosi2

Disturbi fil-widnejn u fis-

Mhux magħruf: vertigo3, żanżin fil-widnejn3

sistema labirintika

 

Disturbi fil-qalb

Komuni: rata tal-qalb imnaqqsa1

 

Mhux magħruf: waqfien tal-qalb2, insuffiċjenza tal-qalb2,

 

insuffiċjenza konġestiva tal-qalb2, blokk atrijoventrikulari2, distress

 

kardjo-respiratorju3, angina pectoris3, bradikardija2,3, rata tal-qalb

 

irregolari3, arritmija2,3, palpitazzjonijiet2,3, takikardija3, rata tal-qalb

 

miżjuda3, uġigħ fis-sider2, edima2

Disturbi vaskulari

Mhux komuni: pressjoni imnaqqsa1

 

Mhux magħruf: pressjoni baxxa2, pressjoni għolja3, żieda fil-

 

pressjoni1, fenomenu ta’ Raynaud2, idejn u saqajn kesħin2

Disturbi respiratorji,

Mhux komuni: sogħla1

toraċiċi u medjastinali

Rari: uġigħ fil-ħalq u fil-farinġi1, rinorea1

 

Mhux magħruf: bronkospażmu2 (l-aktar f’pazjenti li diġa

 

għandhom marda bronkospastika), qtugħ ta’ nifs1, ażżma3,

 

epistassi1, iperattività tal-bronki3, irritazzjoni fil-griżmejn3,

 

konġestjoni fl-imnieħer3, konġestjoni fl-apparat respiratorju ta’

 

fuq3, taqtir wara l-imnieħer3, għatis3, imnieħer xott3

Disturbi gastro-intestinali

Mhux magħruf: rimettar2,3, uġigħ fil-parti ta’ fuq tal-addome1,

 

uġigħ addominali2, dijarea1, ħalq xott1, tqalligħ1, esofaġite3,

 

dispepsja2,3, skomdu addominali3, skomdu fl-istonku3, purgar ta’

 

spiss3, disturb gastro-intestinali3, ipoestesija fil-ħalq3, parestesija

 

fil-ħalq3, gass3

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-

Mhux magħruf: test tal-funzjoni tal-fwied mhux normali3

marrara

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

Mhux magħruf: urtikarja3, raxx makulo-papulari3, ħakk

tessuti ta’ taħt il-ġilda

ġeneralizzat3, ġilda tinħass miġbuda3, dermatite3, alopeċja1, raxx li

 

jixbaħ lil psorajasi jew taħrix tal-psorajasi2, raxx1, eritema1

 

 

Disturbi muskolu-skeletriċi

Mhux magħruf: majalġja1, spażmi fil-muskoli3, artralġja3, uġigħ fid-

u tat-tessuti konnettivi

dahar3, uġigħ fl-estremitajiet3

Disturbi fil-kliewi u fis-

Mhux komuni: preżenza ta’ demm fl-awrina1

sistema urinarja

Mhux magħruf: uġigħ fil-kliewi3, pollakurja3

Disturbi fis-sistema

Mhux magħruf: disfunzjoni erettili3, disfunzjoni sesswali2, libido

riproduttiva u fis-sider

mnaqqas2

Disturbi ġenerali u

Mhux komuni: telqa tal-ġisem1,3

kondizzjonijiet ta’ mnejn

Mhux magħruf: uġigħ fis-sider1, uġigħ3, għeja1, astenja2,3, skomdu

jingħata

fis-sider3, tħossok nervuż3, irritabilità3, edima periferali3, fdal tal-

 

mediċina3

Investigazzjonijiet

Mhux komuni: żieda ta’ potassium fid-demm1, żieda ta’ lactate

 

dehydrogenase fid-demm1

1reazzjonijiet avversi osservati għal Azarga

2reazzjonijiet avversi addizzjonali osservati b’monoterapija ta’ timolol

3reazzjonijiet avversi addizzjonali osservati b’monoterapija ta’ brinzolamide

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Disġewżja (togħma qarsa jew mhux tas-soltu fil-ħalq wara li jitqattar il-qtar) kienet reazzjoni sistemika avversa irrapportata b’mod frekwenti assoċjata ma’ l-użu ta’ AZARGA waqt il-provi kliniċi. X’aktarx li hija kkawżata mill-passaġġ tal-qtar ta’ l-għajnejn fin-nasofarinġi mill-kanal nasolakrimali u hija attribwita għal brinzolamide. Okklużjoni nasolakrimali jew għeluq bil-mod tal- kappell ta’ l-għajn wara li jitqattar il-qtar jista’ jgħin biex inaqqas l-inċidenza ta’ dan l-effett (ara sezzjoni 4.2).

AZARGA fih brinzolamide, inibitur sulphonamide ta’ carbonic anhydrase li huwa assorbit b’mod sistemiku. Effetti gastro-intestinali, tas-sistema nervuża, ematoloġiċi, tal-kliewi u tal-metaboliżmu, ġeneralment huma assoċjati ma’ inibituri sistemiċi ta’ carbonic anhydrase. L-istess tip ta’ reazzjonijiet avversi li huma attribwiti lill-inibituri orali ta’ carbonic anhydrase jistgħu jseħħu ma’ għoti topika.

Timolol jiġi assorbit fiċ-ċirkolazzjoni sistemika. Dan jista’ jikkawża reazzjonijiet avversi simili għal dawk osservati bi prodotti mediċinali sistemiċi li jimblokkaw ir-riċetturi beta. Reazzjonijiet avversi elenkati jinkludu reazzjonijiet li jidhru fil-klassi ta’ imblokkaturi tar-riċetturi beta għall-għajnejn. Reazzjonijiet avversi addizzjonali assoċjati mal-użu tal-komponenti individwali li potenzjalment jistgħu jseħħu b’AZARGA huma nklużi fit-tabella fuq. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi sistemiċi wara għoti topika fl-għajnejn hija aktar baxxa milli wara għoti sistemika. Biex jitnaqqas l-assorbiment sistemiku, ara sezzjoni 4.2.

Popolazzjoni pedjatrika

AZARGA mhux irrakkomandat għall-użu fi tfal u adolexxenti taħt 18-il sena minħabba nuqqas ta’ tagħrif dwar is-sigurtà u l-effikaċja.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*.

4.9Doża eċċessiva

F’każ ta’ inġestjoni aċċidentali, sintomi ta’ doża eċċessiva mill-imblokk tar-riċetturi beta jistgħu jinkludu bradikardija, pressjoni baxxa, insuffiċjenza kardijaka u bronkospażmu.

Jekk iseħħ doża eċċessiva b’AZARGA qtar għall-għajnejn, il-kura għandha tkun sintomatika u ta’ sapport. Minħabba brinzolamide jista’ jkun hemm żbilanċ ta’ l-elettroliti, żvilupp ta’ stat ta’ aċidożi, u possibilment effetti fuq is-sistema nervuża ċentrali. Il-livelli ta’ l-elettroliti fis-serum (speċjalment tal-potassju) u l-livelli tal-pH fid-demm għandhom jiġu sorveljati. Studji wrew li timolol ma jiġix dijalizzat malajr.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Oftalmoloġiċi, Preparazzjoni kontra l-glawkoma u mijotiċi Kodiċi ATC: S01ED51

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

AZARGA fih żewġ sustanzi attiva: brinzolamide u timolol maleate. Dawn iż-żewġ komponenti jnaqqsu l-pressjoni elevata ġewwa l-għajn l-aktar billi jnaqqsu s-sekrezzjoni ta’ l-aqueous humour iżda jagħmlu hekk b’mekkaniżmi ta’ azzjoni differenti. L-effett kombinat ta’ dawn iż-żewġ sustanzi attivi jwassal għal tnaqqis addizzjonali tal-pressjoni ġewwa l-għajn (IOP) meta mqabbel mal-azzjoni ta’ kull komponent waħdu.

Brinzolamide huwa inibitur qawwi ta’ carbonic anhydrase II (CA-II) uman, l-iso-enżima prinċipali fl- għajn. L-inibizzjoni ta’ carbonic anhydrase fil-proċessi ċiljari ta’ l-għajn tnaqqas is-sekrezzjoni ta’ l- aqueous humour, preżumibbilment billi tnaqqas il-formazzjoni ta’ ijoni ta’ bicarbonate bi tnaqqis sussegwenti fit-trasport ta’ sodju u ta’ fluwidu.

Timolol huwa mblokkatur adrinerġiku mhux selettiv li m’għandux attività simpatomimetika intrinsika, attività ta’ depressjoni mijokardijaka diretta jew attività ta’ stabilizzazzjoni tal-membrana. Studji tonografiċi u florofotometriċi fil-bniedem jissuġġerixxu li l-azzjoni predominanti tiegħu hija relata ma’ tnaqqis ta’ formazzjoni tal-aqueous humour u żjieda ħafifa fil-faċilità ta’ tneħħija.

Effetti farmkodinamiċi

Effetti kliniċi:

Fi prova klinika kkontrollata ta’ tnax il-xahar, f’pazjenti bi glawkoma open-angle jew pressjoni għolja ta’ l-għajnejn li fl-opinjoni ta’ l-investigatur setgħu jibbenefikaw minn terapija kombinata, u li kellhom IOP medja fil-linja bażi ta’ 25 sa 27 mmHg, il-medja tal-effett ta’ tnaqqis fl-IOP ta’ AZARGA mogħti darbtejn kuljum kien ta’ 7 sa 9 mmHg. In-nuqqas ta’ inferjorità ta’ AZARGA kif imqabbel ma’ dorzolamide 20 mg/ml + timolol 5 mg/ml fit-tnaqqis medju tal-IOP kien dimostrat tul il-punti ta’ ħin kollha, fil-visti kollha.

Fi studju kliniku kkontrollat ta’ sitt xhur f’pazjenti bi glawkoma open-angle jew pressjoni għolja ta’ l- għajnejn u IOP medja fil-linja bażi ta’ 25 sa 27 mmHg, il-medja tal-effett ta’ tnaqqis fl-IOP ta’ AZARGA mogħti darbtejn kuljum kien ta’ 7 sa 9 mmHg, u kien sa 3 mmHg aktar minn dak ta’ brinzolamide 10 mg/ml mogħti darbtejn kuljum u sa 2 mmHg aktar minn dak ta’ timolol 5 mg/ml

mogħti darbtejn kuljum. Kien osservat tnaqqis statistikament superjuri fl-IOP medja meta mqabbel kemm ma’ brinzolamide kif ukoll ma’ timolol tul il-punti ta’ ħin u l-visti kollha tul l-istudju.

Fi tliet provi kliniċi kkontrollati, l-iskomdu fl-għajn mat-tqattir ta’ AZARGA kien sinifikatament aktar baxx minn dak ta’ dorzolamide 20 mg/ml + timolol 5 mg/ml.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara għoti topika fl-għajn, brinzolamide u timolol huma assorbiti mill-korneja u għal ġewwa ċ- ċirkolazzjoni sistemika. Fi studju farmakokinetiku, individwi b’saħħithom irċevew brinzolamide

(1 mg) orali darbtejn kuljum għal ġimagħtejn biex jitnaqqas il-ħin biex jintlaħaq stat fiss qabel il-bidu ta’ l-għoti ta’ AZARGA. Wara għoti darbtejn kuljum ta’ AZARGA għal 13-il ġimgħa, konċentrazzjonijiet fiċ-ċelluli ħomor tad-demm (RBC) ta’ brinzolamide kellhom medja ta’

18.8 3.29 µM, 18.1 2.68 µM u 18.4 3.01 µM f’ġimgħat 4, 10 u 15, rispettivament, u dan jindika li l-konċentrazzjonijiet fl-RBC fi stat fiss ta’ brinzolamide kienu sostnuti.

Fi stat fiss, wara għoti ta’ AZARGA, Cmax u AUC0-12h medja fil-plażma ta’ timolol

kienu 27% u 28% inqas (Cmax: 0.824 ± 0.453 ng/ml; AUC0-12h: 4.71 ± 4.29 ng h/ml), rispettivament, meta mqabbel ma’ l-għoti ta’ timolol 5 mg/ml

(Cmax: 1.13 ± 0.494 ng/ml; AUC0-12h: 6.58 ± 3.18 ng·h/ml). L-esponiment sistemiku aktar baxx ta’ timolol wara l-għoti ta’ AZARGA mhux klinikament rilevanti. Wara għoti ta’ AZARGA, Cmax medja ta’ timolol intlaħqet fi żmien 0.79 ± 0.45 sigħat.

Distribuzzjoni

It-twaħħil mal-proteini fil-plażma ta’ brinzolamide huwa moderat (madwar 60%). Brinzolamide huwa sekwestrat fl-RBCs minħabba l-affinità għolja tiegħu li jeħel ma’ CA-II u fi kwantità inqas ma’ CA-I. Il-metabolit attiv N-desethyl tiegħu wkoll jakkumula fl-RBCs fejn jeħel primarjament ma’ CA-I. L- affinità ta’ brinzolamide u tal-metaboli għal RBC u CA tat-tessut twassal għall-konċentrazzjonijiet baxxi fil-plażma.

Tagħrif ta’ distribuzzjoni fit-tessut ta’ l-għajn fil-fniek juri li timolol jista’ jitkejjel fl-aqueous humour sa 48 siegħa wara l-għoti ta’ AZARGA. Fi stat fiss, timolol jinstab fil-plażma umana sa 12-il siegħa wara l-għoti ta’ AZARGA.

Bijotrasformazzjoni

Ir-rotot metaboliċi għall-metaboliżmu ta’ brinzolamide jinvolvi N-dealkylation, O-dealkylation u ossidazzjoni tal-katina N-propyl tat-tarf tiegħu. N-desethyl brinzolamide huwa metabolit maġġuri ta’ brinzolamide iffurmat fil-bnedmin, li jeħel ukoll ma’ CA-I fil-preżenza ta’ brinzolamide u jakkumula fl-RBCs. Studji in vitro juru li l-metaboliżmu ta’ brinzolamide jinvolvi prinċipalment lil CYP3A4 kif ukoll ta’ l-inqas erba’ isożimi oħra (CYP2A6, CYP2B6, CYP2C8 u CYP2C9).

Timolol huwa metabolizzat minn żewġ rotot. Rotta minnħom tipproduċi katina tat-tarf ta’ ethanolamine fuq iċ-ċirku thiadiazole u l-oħra tagħti katina tat-tarf etanolika fuq morpholine nitrogen u katina tat-tarf oħra simili bi grupp carbonyl viċin nitrogen. Il-metaboliżmu ta’ timolol huwa medjat primarjament minn CYP2D6.

Eliminazzjoni

Brinzolamide huwa eliminat primarjament minn eskrezzjoni mill-kliewi (madwar 60%). Madwar 20% tad-doża nstabet fl-awrina bħala metabolit. Brinzolamide u N-desethyl-brinzolamide huma l- komponenti predominanti li jinstabu fl-awrina flimkien ma’ livelli traċċa (<1%) tal-metaboliti N-desmethoxypropyl u O-desmethyl.

Timolol u l-metaboliti tiegħu jiġu eliminati fil-biċċa l-kbira mill-kliewi. Madawar 20% tad-doża ta’ timolol tiġi mneħħija mhux mibdula fl-awrina u l-bqija tiġi mneħħija fl-awrina bħala metaboliti. It- t1/2 ta’ timolol fil-plażma hija 4.8 sigħat wara l-għoti ta’ AZARGA.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Brinzolamide

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, u riskju ta’ kanċer, ma juri l-ebda periklu speċjali għall- bnedmin bi brinzolamide.

Studji dwar it-tossiċità fl-iżvilupp fil-fniek b’dożi orali ta’ brinzolamide sa 6 mg/kg/kuljum

(214 darba d-doża klinika rrakkomandata kuljum ta’ 28 µg/kg/kuljum) ma’ wrew l-ebda effett fuq l-iżvilupp tal-fetu minkejja tossiċità sinifikanti għall-omm. Studji simili fil-firien wasslu għal tnaqqis żgħir fl-ossifikazzjoni tal-għadam tar-ras u ta’ l-isternebrae tal-feti ta’ ommijiet li rċevew brinzolamide b’dożi ta’ 18 mg/kg/kuljum (642 darba d-doża klinika rrakkomandata kuljum), iżda mhux b’6 mg/kg/kuljum. Dawn is-sejbiet seħħew b’dożi li kkawżaw aċidożi metabolika bi tnaqqis fiż- żjieda tal-piż tal-ġisem ta’ l-ommijiet u tnaqqis fil-piż tal-fetu. Fi friegħ ta’ ommijiet li rċevew brinzolamide mill-ħalq, kien osservat tnaqqis relatat mad-doża fil-piż tal-fetu li varja minn tnaqqis żgħir (madwar 5-6%) b’doża ta’ 2 mg/kg/kuljum sa kważi 14% b’doża ta’ 18 mg/kg/kuljum. Waqt it- treddigħ, il-livelli ta’ l-ebda effett avvers kien 5 mg/kg/kuljum.

Timolol

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, u riskju ta’ kanċer, ma juri l-ebda periklu speċjali għall- bnedmin b’timolol. Studji dwar it-tossiċità fuq is-sistema riproduttiva b’timolol urew ossifikazzjoni ttardjata tal-fetu fil-firien bl-ebda effetti avversi fuq l-iżvilupp wara t-twelid (b’50 mg/kg/kuljum jew 3500 darba d-doża klinika rrakkomandata kuljum ta’ 14 g /kg/kuljum) u żjieda fl-assorbiment mill- ġdid tal-fetu fil-fniek (b’90 mg/kg/kuljum jew 6400 darba d-doża klinika ta’ kuljum).

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Benzalkonium chloride

Mannitol (E421)

Carbopol 974P

Tyloxapol

Disodium edetate

Sodium chloride

Hydrochloric acid u/jew sodium hydroxide (għall-aġġustament tal-pH)

Ilma ppurifikat

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn.

4 ġimgħat wara li jinfetaħ l-ewwel darba.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Fliexken tal-polyethylene, tondi, opaki, ta’ densità baxxa, ta’ 5 ml, b’tapp għall-għoti u b’għatu bil- kamin abjad tal-polyethylene (DROP-TAINER) li fih 5 ml ta’ suspensjoni.

Pakketti li fihom flixkun jew 3 fliexken. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis- suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/08/482/001-002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 25 ta’ Novembru 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 26 ta’ Awwissu 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati