Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Busulfan Fresenius Kabi (busulfan) – Fuljett ta’ tagħrif - L01AB01

Updated on site: 05-Oct-2017

Isem tal-MediċinaBusulfan Fresenius Kabi
Kodiċi ATCL01AB01
Sustanzabusulfan
ManifatturFresenius Kabi Oncology Plc.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Busulfan Fresenius Kabi 6 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

busulfan

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

-Jekk ikollok xi effetti sekondarji kellem lit-tabib tiegħek. Dawn jinkludu xi effetti sekondarji possibbli li m’humiex elenkati f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4

X’ fih dan il-fuljett:

1.X’inhu Busulfan Fresenius Kabi u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Busulfan Fresenius Kabi

3.Kif għandek tuża Busulfan Fresenius Kabi

4.Effetti sekondarji possibbli

5 Kif taħżen Busulfan Fresenius Kabi

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Busulfan Fresenius Kabi u gћalxiex jintuża

Din il-mediċina fiha s-sustanza attiva busulfan, li tappartjeni għall-grupp ta’ mediċini msejħa aġenti alkilatini. Busulfan Fresenius Kabi ikisser il-mudullun oriġinali qabel it-trapjant.

Busulfan Fresenius Kabi jintuża f’adulti, tfal li għadhom kemm twieldu, tfal u adolexxenti bħala trattament qabel it-trapjant.

Fl-adulti Busulfan Fresenius Kabi jintuża flimkien ma’ cyclosphosphamide jew fludarabine.

Fit-trabi li għadhom kemm jitwieldu, fit-tfal u fl-adolexxenti, din il-mediċina tintuża flimkien ma’ cyclosphosphamide jew ma’ melphalan.

Int ser tirċievi din il-mediċina preparattiva qabel ma tirċievi t-trapjant tal-mudulun tal-għadma jew ta’ ċelluli ematopojetiċi proġenitriċi.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Busulfan Fresenius Kabi

Tużax Busulfan Fresenius Kabi:

jekk inti allerġiku għal busulfan jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

jekk int tqila, jew taħseb li tista’ tkun tqila

Twissijiet u prekawzjonijiet

Busulfan Fresenius Kabi hi mediċina citotossika qawwija li tikkaġuna tnaqqis sostanzjali taċ-ċelluli tad-demm. Meta tingħata d-doża rrakkomandata, dan hu l-effett mixtieq. Għalhekk ser isir monitoraġġ bir-reqqa.

Jista’ jiġri li l-użu tal-Busulfan Fresenius Kabi għandu mnejn iżid ir-riskju li int tbati minn malinnjità oħra fil-futur. Int għandek tinforma lit-tabib tiegħek:

jekk int għandek problema tal-fwied, tal-kilwa, tal-qalb jew tal-pulmun,

jekk għandek passat ta’ puplessiji,

jekk bħalissa qed tieħu mediċini oħra.

Mediċini oħra u Busulfan Fresenius Kabi

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra anki dawk mingħajr riċetta. Busulfan Fresenius Kabi jista’ jirreaġixxi ma’ mediċini oħra.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari jekk inti tagħmel użu minn itraconazol (użat għal ċerti tipi ta’ infezzjonijiet) jew ketobemidone (użat għall-fejqan tal-uġigħ), għax dan jista’ jżid il-probabilità tal- effetti mhux mixtieqa.

L-użu ta’ paracetamol 72 siegħa qabel it-teħid jew ma’ Busulfan Fresenius Kabi għandu jsir b’attenzjoni kbira.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel ma tirċievi kura bil-Busulfan Fresenius Kabi. In-nisa m’għandhomx isiru tqal matul it-trattament b’Busulfan Fresenius Kabi u sa 6 xhur wara l-kura.

In-nisa għandhom jieqfu jreddgħu qabel ma jibdew it-trattament b’ Busulfan Fresenius Kabi.

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet bil-kontraċettivi meta is-sieħeb jew is-sieħba jkunu qed jieħdu Busulfan Fresenius Kabi.

Jista’ ma jkunx aktar possibbli għalik li tinqabad tqila (infertilità) wara l-kura b’Busulfan Fresenius Kabi. Jekk inti mħassba dwar li jkollok it-tfal, għandek tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek qabel il-kura. Busulfan Fresenius Kabi jista 'wkoll jipproduċi sintomi ta’ menopawża u f’tfajliet pre-adolexxenti jista’ jipprevjenji l-bidu tal-pubertà.

Irġiel ikkurati b’Busulfan Fresenius Kabi huma avżati biex ma jsirux missirijiet matul u sa 6 xhur wara l- kura.

3.Kif gћandek tuża Busulfan Fresenius Kabi

Doża u għoti:

Id-doża ta’ Busulfan Fresenius Kabi se tiġi kkalkulata skont il-piż ta’ ġismek.

Fl-adulti:

Busulfan Fresenius Kabi flimkien ma’ cyclophosphamide:

Id-doża rakkomandata ta’ Busulfan Fresenius Kabi hi ta’ 0.8 mg/kg

Kull infużjoni se ddum sagħtejn

Busulfan Fresenius Kabi se jingħata kull 6 sigħat matul erbat ijiem konsekuttivi qabel it-trapjant.

Busulfan Fresenius Kabi flimkien ma’ ludarabine

Id-doża rakkomandata ta’ Busulfan Fresenius Kabi hi ta’ 3.2 mg/kg

Kull infużjoni se ddum 3 sigħat

Busulfan Fresenius Kabi se jingħata darba kuljum matul 2 jew 3 ijiem konsekuttivi qabel it- trapjant.

Fi trabi li għandhom kemm twieldu, tfal u adolexxenti (minn 0 sa 17-il sena)

Id-doża rakkomandata ta’ Busulfan Fresenius Kabi b’kombinazzjoni ma’ cyclosphosphamidei jew melphalan hi bbażata fuq il-piż ta’ġismek li tvarja bejn 0.8 u 1.2 mg/kg.

L-Għoti:

Kull infużjoni ser iddum sagħtejn.

Busulfan Fresenius Kabi ser jingħata kull 6 sigħat matul 4 ġranet konsekuttivi qabel it-trapjant.

Mediċini qabel ma tibda tirċievi l-Busulfan Fresenius Kabi:

Qabel ma tibda tieħu l-Busulfan Fresenius Kabi int ser tingħata l-mediċini li ġejjin:

mediċini antikonvulsivi biex jimpedixxu puplesiji (phenytoin jew benzodiazepines) u

mediċini antemetiċi biex jimpedixxu r-ramettar.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Busulfan Fresenius Kabi tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji:

L-aktar effetti oħra serji tat-terapija busulfan jew tal-proċedura tat-trapjant għandhom mnejn jinkludu tnaqqis fil-għadd taċ-ċelluli tad-demm li jkunu qed jiċċirkulaw (l-effett intiż tal-mediċina biex jippreparak għall-infużjoni tiegħek tat-trapjant), infezzjoni, mard tal-fwied inkluż l-imblokkar tal-vina tal-fwied, marda tat-trapjant kontra r-riċevitur (it-trapjant jattakka l-ġismek) u komplikazzjonijiet pulmonari. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok is-sintomi li ġejjin. It-tabib tiegħek ser jimmonitorja il-għadd tiegħek tad-demm u l-enżimi tiegħek tal-fwied regolarment biex josserva u jimmaniġġja dawn il-każi.

Effetti sekondarji oħra jistgħu jinkludu:

Komuni ħafna (jista’ jolqot iktar minn 1 f’10 persuni)

Demm: tnaqqis fiċ-ċelluli tad-demm li jkunu qed jiċċirkulaw (ħomor u bojod) u pjastrini.

Infezzjonijiet. Sistema nervuża:

insomnja, ansjetà, stordament, u dipressjoni. Nutriment: nuqqas ta’ aptit, tnaqqis fil-manjesju, kalċju, potassju, fosfat, albumina fid-demm, u żjieda taz-zokkor fid- demm. Kardijaku: żjieda fir- rata tal-qalb, żjieda jew tnaqqis fil-pressjoni tad-demm, vażodilatatazzjoni (stat ta’ kalibru ogħla fil-vini/arterji tad-demm) u każi fejn jagħqad id-demm. Respiratorji: qtugħ ta’ nifs, tnixxija mill- imnieħer (rinite), mard tal-gerżuma, sogħla, sulluzzu, ħruġ ta’ demm mill-imnieħer, ħsejjes annormali tan-nifs. Gastrointestinali: dardir, infjammazzjoni tal-mukoża tal-ħalq, rammettar, uġigħ abdominali, dijarea, xedda, ħruq ta’ stonku, uġigħ fit-toqba tas-sorm, likwidu fiż-żaqq. Epatiku: fwied imkabbar, suffejra , l-imblukkar ta’ vina fil-fwied. Ġilda: raxx, ħakk, jaqagħlek ix-xaghar. Muskoli u għadam: uġigħ fid-dahar, fil-muskoli u fil-ġogi. Renali: żjieda fit-tkeċċija tal-kreatinina, tħossok skomdu meta tagħmel l-awrina, u tnaqqis fil- kwantità ta’ awrina u demm fl-awrina. Ġenerali: deni, uġigħ ta’ ras, debbolezza, tkexkix tal-bard, uġigħ, reazzjoni allerġika, oedema, uġigħ ġenerali jew infjammazzjoni fis-sit fejn issir l-injazzjoni, uġigħ fis-sider, infjammazzjoni tal-mukoża. Investigazzjonijiet: enżimi elevati tal-fwied u tnaqqis fil-piż

Komuni (jista’ jolqot sa 1 f’10 persuna):

Sistema nervuża: konfużjoni, disturbi fis-sistema nervuża. Nutriment: sodjum baxx fid-demm Kardijaku: tibdil u annormalitajiet fir-ritmu tal-qalb, żamma tal-fluwidu jew infjammazzjoni madwar il-qalb, tnaqqis fil-produzzjoni tal-qalb. Respiratorji: żjieda fir-ritmu tan-nifs, falliment respiratorju, emoraġiji alveolari, ażma, kollass ta’ parti żgħira tal-pulmun, fluwidu madwar il-pulmun. Gastro- intestinali: infjammazzjoni tal- mukoża tal-esofagu, paraliżi tal-imsaren, rammettar tad-demm. Ġilda: Mard tal-kulur tal-ġilda, ħmura tal-ġilda, tqaxxir tal-ġilda Renali: żjieda fl-ammont ta’ komponimenti ta' nitroġenu fid-demm, insuffiċjenza moderata renali, disturb renali.

Mhux komuni (jista’ jolqot sa 1 f’100 persuna):

Sistema nervuża: delirjum, nervożità, alluċinazzjoni, aġitazzjoni, funzjoni annormali tal-moħħ, emoraġija ċerebrali, u puplessija. Kardijaku: sadd tal-arterja femorali, taħbit ekstra tal-qalb, tnaqqis fir-rata tal-qalb, tqattir diffuż tal-fluwidu mill-kapillari (vini żgħar tad-demm) Respiratorji: tnaqqis fl-ossiġenu fid-demm Gastrointestinali: ħruġ ta' demm fl-istonku u/jew l-imsaren.

Mhux magħruf (frekwenza ma tistax tinħadem mid-dejta disponibbli)

Taħsir ta’ funzjoni tal-glandoli sesswali.

Disturbi fil-lenti li jinkludu ċpar fil-lenti tal-għajnejn (katarretti), u viżjoni mċajpra (traqqiq fil-kornea) Sintomi ta’ menopawża u infertilità fin-nisa

Axxess tal-moħħ, Infjammazzjoni tal-ġilda, infezzjoni ġeneralizzata. Disturbi fil-fwied.

Żieda ta’ lactate dehydrogenase fid-demm. Żieda tal-uric acid u tal-urea fid-demm.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib tiegħek. Dawn jinkludu xi effetti sekondarji possibbli li m’humiex elenkati f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Busulfan Fresenius Kabi

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kunjett u l-kartuna wara JIS.

Kunjetti mhux miftuħa:

Aħżen fi friġġ (2 C – 8 C).

Soluzzjoni dilwita:

Stabilita kimika u fiżika stabbilita wara d-dilwizzjoni ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ glucose 5% jew klorur tas-sodju 9 mg/ml (0.9%) ġiet murija għal 8 sigħat (inkluż il-ħin tal-infużjoni) wara d-

dilwizzjoni meta maħżuna f’temperaturi ta’ 25 °C 2 °C jew 12-il siegħa wara d-dilwizzjoni meta maħżuna f’temperaturi bejn 2 °C-8 °C segwiti bi ħżin ta’ tliet sigħat f’temperaturi ta’ bejn 25 °C

2 °C (inkluż il-ħin tal-infużjoni). Tagħmlux fil-friża.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Busulfan Fresenius Kabi

Is-sustanza attiva hi busulfan. Millilitru wieħed ta’ konċnetrat fih 6 mg busulfan (60 mg fil- kunjett). Wara dilwazzjoni: ml wieħed ta’ soluzzjoni jkollu bejn wieħed u ieħor 0.5 mg ta’ busulfan.

-Is-sustanzi l-oħra huma dimethylacetamide u macrogol 400.

Kif jidher Busulfan Fresenius Kabi u l-kontenut tal-pakkett

Busulfan Fresenius Kabi huwa konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni u jingħata f’kunjetti tal-ħġieġ, b’kull kunjett li jkun fih 60 mg ta’ busulfan.

Kull kunjett fih 10 ml ta’ konċentrat.

Meta jkun dilwit, Busulfan Fresenius Kabi ikun ċar, viskuż u mingħajr kulur.

Daqs tal-pakkett

Pakketti multipli li fihom 8 kunjetti (8 kartuni ta’ kunjett 1).

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u Manifattur

Fresenius Kabi Oncology Plc.

Lion Court, Farnham Road, Bordon

Hampshire, GU35 0NF

Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.:

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu

<-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku

GWIDA TA’ PREPARAZZJONI

Busulfan Fresenius Kabi 6 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Busulfan

Aqra din il-gwida qabel ma tipprepara u tagħti l-Busulfan Fresenius Kabi.

1.PREŻENTAZZJONI

Busulfan Fresenius Kabi huwa fornut bħala soluzzjoni ċara, viskuża u bla kulur f’kunjetti ċari u bla kulur tal-ħġieġ ta’ 10 ml (tip I). Busulfan Fresenius Kabi irid jiġi dilwit qabel ma jingħata.

2. RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR L-IMMANIĠĠJAR MINGĦAJR PERIKLU

Il-proċeduri għall-immaniġġjar sew u r-rimi ta’ prodotti mediċinali li jaġixxu kontra l-kanċer għandhom ikunu meqjusa.

Il-proċeduri kollha ta’ trasferiment jirrikjedu osservanza stretta ta' tekniċi asettiċi, preferabbilment barnuża tas-sigurtà vertikali bi fluss laminari.

L-istess bħal fil-każ ta' taħlit ċitotossoku ieħor, wieħed għandu joqgħod attent meta jkun qed jimmaniġġja u jipprepara s-soluzzjoni ta’ busulfan:

-L-użu tal-ingwanti u ħwejjeġ protettivi hu rrakkomandat.

-Jekk il-konċentrat jew is-soluzzjoni dilwita ta’ busulfan tmiss mal-ġilda jew il-mukoża, aħsilhom sewwa bl-ilma immedjatament.

Kalkulazzjoni tal-kwantità ta’ Busulfan Fresenius Kabi li għandha tkun dilwita u tad-diluwent

Busulfan Fresenius Kabi għandu jiġi dilwit qabel ma jintuża jew b’soluzzjoni tal-klorid tas-sodju ta’9 mg/ml (0.9%) għall-injezzjoni jew soluzzjoni tal-glukows ta’ 5% għall-injezzjoni. Il-kwantità ta’ diluwent irid ikun 10 darbiet il-volum tal-Busulfan Fresenius Kabi u wieħed irid jara li l-konċentrazzjoni finali tal-busulfan tibqa' madwar 0.5 mg/ml.

L-ammont ta’ Busulfan Fresenius Kabi u d-diluwent li ser jingħata għandu jkun ikkalkulat kif ġej: għal pazjent li għandu piż tal-ġisem Y kg:

Kwantità ta’ Busulfan Fresenius Kabi:

Y (kg) x D (mg/kg)

= A ml ta’ Busulfan Fresenius Kabi li għandu jkun dilwit

6(mg/ml)

Y:piż tal-ġisem tal-pazjent f’kg

D:id-doża ta’ busulfan (ara SPC sezzjoni 4.2)

Kwantità ta’ diluwent:

( A ml ta’ Busulfan Fresenius Kabi) x (10) = B ml tad-dilwent

Biex tipprepara s-soluzzjoni finali għall-infużjoni, żid (A) ml ta' Busulfan Fresenius Kabi ma' (B) ml tad-diluwent (soluzzjoni ta’ klorid tas-sodju ta’ 9 mg/ml (0.9%) għall-injezzjoni jew is-soluzzjoni tal-glukows għall-injezzjoni ta’ 5%)

Preparazzjoni tas-soluzzjoni għall-infużjoni

Busulfan Fresenius Kabi għandu jitħejja minn professjonist fil-qasam tas-saħħa bl-użu ta’ tekniċi sterili għat- trasferiment

Uża sirinġa polikarbonata iffittjata b’labra:

-il-volum ikkalkulat tal-Busulfan Fresenius Kabi għandu jitneħħa mill-kunjett.

-is-sustanza tas-siringa għandu jiġi żvojtat f'borża li tintuża għal ġol-vini (jew siringa) li diġà fiha l-ammont ikkalkulat tad-dilwent magħżul. Il-Busulfan Fresenius Kabi għandu dejjem jiżdied mad-dilwent, mhux id-dilwent ma' Busulfan Fresenius Kabi. Il-Busulfan Fresenius Kabi m’għandux jitpoġġa ġo borza li tintuża għal ġol-vini li ma fihiex soluzzjoni ta’ klorid tas-sodju ta’ 9 mg/ml (0.9%) għall-injezzjoni jew soluzzjoni ta’ glukows ta’ 5% għall-injezzjoni.

Is-soluzzjoni dilwita għandha titħallat sewwa billi taqleb ta’ taħt fuq diversi drabi. Wara d-dilwazzjoni, 1 ml tas-soluzzjoni għall-infużjoni ikun fih 0.5 mg ta’ busulfan.

Busulfan Fresenius Kabi dilwit huwa soluzzjoni ċara bla kulur.

Istruzzjonijiet għall-użu

Qabel u wara kull infużjoni, ifflaxxja il-linja tal-kateter li suppost jinżamm fil-pazjent għal żmien twil b’madwar 5 ml ta’ soluzzjoni ta’ klorid tas-sodju ta’ 9 mg/ml (0.9%) għall- injezzjoni jew soluzzjoni tal-glukows (5%) għall-injezzjoni.

Il-mediċina li tibqa’ fit-tubi tal-amministrazzjoni m’għandiex tiġi fflaxxjata fit-tubi ta’ amministrazzjoni peress li infużjoni rapida ta’ busulfan ma ġietx ittestjata u mhux irrakkomandat.

Id-doża kollha preskritta tal-busulfan għandha tingħata fuq firxa ta’ sagħtejn jew tliet sigħat skont il-kors kondizzjonarju.

Volumi żgħar għandhom mnejn jingħataw fuq firxa ta’ 2 sigħat permezz tal-użu ta’ sirinġi tal- elettriku. F'dan il-każ infużjoni issettjata bi spazju minimali pprajmjat għandha tintuża (i.e.0.3- 0.6 ml), ippramjat b'soluzzjoni tal-prodott mediċinali qabel il-bidu tal-infużjoni attwali ta’ busulfan u mbagħad tkun ifflaxxjata b’soluzzjoni tal-klorid tas-sodju ta’ 9 mg/ml (0.9%) għall- injezzjoni jew soluzzjoni

tal-glukows (5%) għall-injezzjoni.

Busulfan m’għandux jiġi infużat konkomitament ma’ taħlit likwidi ieħor minn ġol- vini. Is-

sirinġi tal-polycarbonate m’għandhomx jintużaw ma’ busulfan.

Użahom darba waħda biss. Soluzzjoni ċara biss għandha tintuża mingħajr fdal.

Kondizzjonijiet għal

ħażna Kunjetti mhux miftuħa: Aħżen fi friġġ (2 C – 8 C).

Soluzzjoni dilwita:

Stabbilità kimika u fiżika wara d-dilwizzjoni f’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ glukosju 5% jew klorid tas-sodju 9 mg/ml (0.9%) ġiet murija għal 8 sigħat (inkluż il-ħin tal-infużjoni)

wara d-dilwizzjoni meta maħżuna f’temperaturi ta’ 25 °C 2 °C jew 12-il siegħa wara d- dilwizzjoni meta maħżuna f’temperaturi bejn 2 °C - 8 °C segwiti bi ħżin ta’ 3 sigħat

f’temperaturi ta’ bejn 25 °C 2 °C (inkluż il-ħin tal-infużjoni).

Mil-lat mikrobijoloġiku, għajr meta, il-prodott għandu jintuża minnufih wara d-dilwazzjoni.

Jekk ma jintużax minnufih, il-ħinijiet ta’ ħażna waqt l-użu u l-kondizzjonijiet qabel l-użu huma r-responsabilità tal-utent u ġeneralment m’għandhomx ikunu itwal mill-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq meta d-dilwazzjoni tkun saret f’kondizzjonijiet ikkontrollati u asettiċi vvalidati

M’għandekx tiffriża s-soluzzjoni dilwita

3.PROĊEDURI GĦAR-RIMI KIF SUPPOST

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa' wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali dwar prodotti mediċinali ċitotossiċi.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati