Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Clopidogrel Apotex (Clopidogrel Mylan Pharma) (clopidogrel besilate) – Fuljett ta’ tagħrif - B01AC04

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaClopidogrel Apotex (Clopidogrel Mylan Pharma)
Kodiċi ATCB01AC04
Sustanzaclopidogrel besilate
ManifatturApotex Europe B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Clopidogrel Apotex 75 mg pilloli miksija b’rita clopidogrel

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina giet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju li jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Clopidogrel Apotex u għal xiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Clopidogrel Apotex

3.Kif għandek tieħu Clopidogrel Apotex

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Clopidogrel Apotex

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Clopidogrel Apotex u gћalxiex jintuża

Clopidogrel Apotex fih clopidogrel u jifforma parti minn grupp ta’ mediċini msejħa prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets. Il-plejtlets huma strutturi ċkejkin fid-demm li jingħaqdu flimkien matul it-tagħqid tad- demm. Il-prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets jilqgħu għal dan u jnaqqsu l- possibbiltajiet li jiffurmaw ċapep tad-demm (proċess imsejjaħ trombożi).

Clopidogrel Apotex jittieħed mill-adulti biex inaqqas ir-riskju li ċapep tad-demm (trombi) jifformaw fl- arterji mwebbsin (arterji), proċess imsejjaħ aterotrombosi, li jista’ jwassal għal konsegwenzi aterotrombotiċi (bħal puplesija, attakk tal-qalb, jew mewt).

Ingħatajt Clopidogrel Apotex biex inaqqas ir-riskju ta’ ċapep tad-demm u l-konsegwenzi severi tagħhom għaliex:

-Għandek kundizzjoni fejn l-arterji tiegħek qegħdin jibbiesu (magħrufa wkoll bħala aterosklerożi), u

-Kellek attakk tal-qalb, puplesija jew kundizzjoni magħrufa bħala mard periferali arterjali, jew

-kellek uġigħ sever f’sidrek magħruf bħala anġina mhux stabbli jew infart mijokardijaku (attakk ta’ qalb). Għat-trattament ta’ din il-kundizzjoni t-tabib tiegħek seta’ poġġa stent fl-arterja li nstaddet jew li djieqet biex iċ-ċirkolazzjoni effettiva tad-demm tiġi restawrata. Inti trid tingħata wkoll mit- tabib tiegħek acetylsalicylic acid (sustanza li tinsab f’ħafna mediċini u li tintuża biex ittaffi l-uġigħ u tniżżel id-deni kif ukoll biex tippreveni li jifformaw ċapep ta’ demm).

-Għandek il-qalb li qiegħda tħabbat b’mod irregolari, kundizzjoni li tissejjaħ ‘fibrillazzjoni atrijali’ u ma tistax tieħu mediċini magħrufa bħala ‘antikoagulanti orali’ (mediċini li jaħdmu kontra l-vitamina K), li ma jħallux li jifformaw ċapep ġodda tad-demm u ma jħallux capep tad- demm li diġà fformaw milli jikbru. Għandhom ikunu qalulek li għal din il-kundizzjoni ‘l- antikoagulanti orali’ huma aktar effettivi milli acetylsalicylic acid jew mit-teħid flimkien ta’ Clopidogrel Apotex u acetylsalicylic acid. It-tabib tiegħek għandu jkun għamillek riċetta għal Clopidogrel Apotex u acetylsalicylic acid jekk ma tkunx tista’ tieħu ‘l-antikoagulanti orali’. u m’għandekx riskju ta’ fsada maġġura.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Clopidogrel Apotex

Tieħux Clopidogrel Apotex:

- Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal clopidogrel jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6);

-Jekk tbati minn kundizzjoni medika li fil-preżent qiegħda tikkawża fsada, bħal ulċera fl-istonku jew fsada ġewwa l-moħħ;

-Jekk tbati minn mard sever tal-fwied.

Jekk taħseb li xi waħda minn dawn tgħodd għalik, jew jekk għandek xi dubju, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Clopidogrel Apotex.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk xi sitwazzjoni msemmija hawn taħt tgħodd għalik, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Clopidogrel Apotex:

Qabel ma tieħu din il-mediċina, ikkonsulta lit-tabib tiegħek

jekk għandek riskju ta’ fsada bħal

-kundizzjoni medika li tpoġġik f’riskju ta’ fsada interna (bħal ulċera fl-istonku).

-disturb tad-demm li jagħmlek suġġett għal fsada interna (dmija f’xi tessuti, organi jew ġogi ta’ ġismek).

-korriment gravi reċenti.

-operazzjoni riċenti (anki tas-snien).

-operazzjoni li ser issirlek (anki tas-snien) fis-sebat ijiem li ġejjin.

jekk fl-aħħar sebat ijiem kellek ċappa ta' demm f'arterja f'moħħok (puplesija iskemika).

jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied.

jekk kellek xi allerġija jew reazzjoni għal kwalunkwe mediċina użata fil-kura tal-marda tiegħek.

Waqt li qiegħed/qiegħda tieħu Clopidogrel Apotex:

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk għandek xi operazzjoni ppjanata (anki tas-snien).

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa kundizzjoni medika (magħrufa wkoll bħala Purpura Trombotika Tromboċitopenika jew TTP) li tinkludi deni u tbenġil taħt il-ġilda li jidher bħal tikek ħomor irqaq, flimkien ma' jew mingħajr għeja kbira mhux spjegata, konfużjoni, sfurija tal-ġilda jew ta' l-għajnejn (suffejra) (ara sezzjoni 4 'Effetti sekondarji possibbli').

Jekk taqta' x'imkien jew tweġġa', id-demm jista' jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan minħabba l- mod ta' kif taħdem il-mediċina tiegħek billi ma tħallix li jiffurmaw iċ-ċapep tad-demm. Għal qtugħ u feriti żgħar eż. meta taqta' x'imkien, meta tqaxxar, normalment m'hemmx għax tinkwieta. Madanakollu, jekk id-demm li ħiereġ jinkwetak, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 4 'Effetti sekondarji possibbli'').

It-tabib tiegħek jista' jordnalek testijiet tad-demm.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lit-tfal għax ma taħdimx.

Mediċini oħra u Clopidogrel Apotex

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Xi mediċini oħra jistgħu jeffettwaw l-użu ta’ Clopidogrel Apotex u viċe-versa.

Għandek speċifikament tgħid lit-tabib tiegħek jekk tieħu

-mediċini li jistgħu jżidu r-riskju li inti jkollok xi fsada bħal:

osustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq, mediċini użati biex iraqqu d-demm,

omediċina anti-infjammatorja li mhijiex sterojde, normalment użata biex jiġi ittrattat l- uġigħ u/jew kundizzjonijiet infjammatorji tal- muskoli jew tal-ġogi,,

o l-eparina jew xi mediċina oħra li tiġi injettata biex tnaqqas il-koagulazzjoni tad-demm, o ticlopidine, sustanza oħra kontra l-plejtlits,

oinibitur selettiv tal-ġbir mill-ġdid ta’ serotonin (li jinkludi iżda mhux limitat għal fluoxetine jew fluvoxamine), mediċini li ssoltu jintużaw fil-kura tad-dipressjoni,

-omeprazole jew esomeprazole, mediċini għat-taqlib tal-istonku

-fluconazole jew voriconazole, mediċini li jittrattaw infezzjonijiet tal-fungu,

-efavirenz, mediċina għat-trattament tal-infezzjonijiet mill-HIV (virus tal-immunodefiċjenza umana),

-carbamazepine, mediċina għat-trattament ta’ xi forom tal-epilessija,

-moclobemide, mediċina għat-trattament tad-dipressjoni,

-repaglinide, mediċina għat-trattament tad-dijabete,

-paclitaxel, mediċina għat-trattament tal-kanċer.

Jekk ħassejt uġigħ qawwi f’sidrek (anġina mhux stabbli jew attakk tal-qalb), jista’ jingħatalek Clopidogrel - Apotex flimkien ma’ acetylsalicylic acid, sustanza inkorporata f’ħafna mediċini użati biex itaffu l-uġigħ u jnaqqsu d-deni. L-użu ta’ kultant ta’ acetylsalicylic acid (ta’ mhux aktar minn 1,000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment m’għandux joħloq problema, iżda l-użu fit-tul f’ċirkostanzi oħrajn għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.

Clopidogrel Apotex ma’ ikel u xorb

Clopidogrel Apotex jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.

Tqala u treddigħ

Huwa preferibbli li ma tiħux din il-mediċina waqt it-tqala.

Qabel ma tibda tieħu Clopidogrel Apotex, għandek tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar/a tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt li qiegħda tieħu Clopidogrel Apotex, għarraf minnufih lit-tabib tiegħek billi huwa rrakkomandat li ma tieħux clopidrogrel waqt it-tqala.

M’għandekx tredda’ waqt li qiegħda tuża din il-mediċina.

Jekk qiegħda tredda’ jew qiegħda taħseb biex tredda’, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Clopidogrel Apotex m’għandux jaffettwa is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.

Clopidogrel Apotex fih lactose:

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor (e.ż. lactose), ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif gћandek tieћu Clopidogrel Apotex

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata, li tinkludi pazjenti b’kondizzjoni msejjħa ‘fibrillazzjoni atrijali’ (batuta tal-qalb irregolari), hi pillola waħda ta’ 75 mg ta’ Clopidrogel Apotex kuljum li trid tittieħed mill-ħalq bi jew mingħajr ikel, u fl-istess ħin kuljum.

Jekk kellek uġigħ sever f’sidrek (anġina instabbli jew attakk tal-qalb), it-tabib jista’ jagħtik 300 mg ta’ Clopidogrel - Apotex (4 pilloli ta’ 75 mg) darba fil-bidu tal-kura. Wara, id-doża rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg Clopidogrel - Apotex kuljum kif deskritt fuq.

Għandek tieħu Clopidogrel Apotex sakemm it-tabib jibqa’ jagħmillek ir-riċetta.

Jekk tieħu Clopidogrel Apotex aktar milli suppost

Għarraf lit-tabib jew mur fl dipartiment tal-emerġenza ta’ l-eqreb sptar minħabba r-riskju ogħla ta’ fsada.

Jekk tinsa tieħu Clopidogrel Apotex

Jekk tinsa tieħu xi doża ta’ Clopidogrel Apotex, iżda tiftakar fit-12-il siegħa ta’ wara, ħu l-pillola mill- 30

ewwel, imbagħad ħu l-pillola li jkun imiss fil-ħin tas-soltu.

Jekk tinsa tieħu Clopidogrel Apotex għal aktar minn 12-il siegħa, sempliċiment ħu d-doża waħda li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Tiħux doża doppja biex tagħmel tajjeb għall pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Clopidogrel Apotex

Twaqqafx il-kura mingħajr ma jgħidlek it-tabib tiegħek. Informa lit-tabib jew l-ispizjar tiegħek qabel twaqqaf il-kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk:

-jitlagħlek id-deni, ikollok sinjali ta’ infezzjoni jew ħafna għeja. Dawn jista’ jkunu minħabba tnaqqis rari ta’ xi ċelluli tad-demm.

-sinjali ta’ mard tal-fwied bħal sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-għajnejn (suffejra), kemm jekk dan huwa assoċjat jew le ma’ emoraġija li tidher taħt il-ġilda bħala tikek ħomor irqaq u/jew konfużjoni (ara sezzjoni 2 'Twissijiet u prekawzjonijiet’).

-nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxxijiet u ħakk, infafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta' reazzjoni allerġika.

L-iżjed effett komuni rrappurtat bi Clopidogrel Apotex hija l-fsada. Din tista' sseħħ bħala fsada fl- istonku jew fl-imsaren, tbenġil, ematoma (fsada jew tbenġil mhux tas-soltu taħt il-ġilda), tinfaraġ, demm fl-awrina. F’numru żgħir ta’ każijiet oħra ġew irrappurtati fsada fl-għajn, fir-ras, fil-pulmun jew fil-ġogi.

Jekk tbati minn fsada għal perjodu twil waqt li qed tieħu Clopidogrel Apotex

Jekk taqta’ xi mkien minn ġismek jew tkorri, aktarx li d-demm idum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan huwa marbut mal-mod kif qiegħda taħdem il-mediċina tiegħek billi timpedixxi li jiffurmaw ċapep tad- demm. Għall-qtugħ u korrimenti żgħar eż. meta taqta’ xi mkien minn ġismek jew meta tqaxxar, dan ma għandux iqajjem tħassib. Madankollu, jekk tinsak inkwetat bil-fsada tiegħek, għandek tikkuntattja mill- ewwel lit-tabib tiegħek (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’).

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

Dijarrea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew qrusa tal-istonku.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

Uġigħ ta’ ras, ulċera fl-istonku, rimettar, nawżea, stitikezza, gass eċċessiv fl-istonku jew fl-imsaren, raxxijiet, ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna):

Vertigo, sdieri akbar fl-irġiel.

(Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

suffejra, uġigħ addominali severi bi jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet biex tieħu n-nifs assoċjati ma’ tħarħir; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati (pereżempju, sensazzjoni ta’ sħana ma’ ġismek kollu b’skonfort ġenerali f’daqqa sakemm tħossok ħażin), nefħa fil-ħalq, nfafet fuq il-ġilda; allerġiji fuq il- ġilda; uġigħ fil-ħalq (stomatite) tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ tal- għadam; uġigħ muskolari, tibdiliet fil-mod fit-togħma tal-ikel.

Effetti sekondarji b’frekwenza mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli): Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva b’uġigħ fis-sider jew fl-addome.

Barra minn hekk, it-tabib tiegħek jista’ jidentifika bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew tal-awrina tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Clopidogrel Apotex

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa u fuq il-folja, wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Irreferi fuq il-kaxxa għall-kundizzjonijiet ta’ kif jinħażen.

Jekk Clopidogrel Apotexhuwa fornut ġo folji tal-PVC/PE/PVDC/Aluminju, aħżen f’temperatura taħt 25°C.

Jekk Clopidogrel Apotexhuwa fornut ġo folji kollha kemm huma ta’ l-aluminju, din m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi sinjali visibli ta’ deterjorament.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Clopidogrel Apotex

Is-sustanza attiva hija clopidogrel. Kull pillola fiha 75 mg ta’ clopidogrel (bħala besilat [besilate]).

L-ingredjenti l-oħra huma (ara sezzjoni 2 ‘Clopidogrel Apotex fih il-lactose’):

-Qalba tal-pillola: idrossipropilċelluloża (E463), mannitol (E421), crospovidone (type A), aċidu ċitriku monoidrat, ċelluloża mikrokristallina, macrogol 6000, aċidu steariku, talc

-Rita tal-pillola: lactose monohydrate (iz-zokkor li jinsab fil-ħalib), hypromellose (E464), triacetin (E1518), iron oxide aħmar (E172) u titanium dioxide (E171),

Kif jidher Clopidogrel Apotex u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli ta’ Clopidogrel Apotex 75 mg huma roża, tondi, konvessi miż-żewġ naħat.

Huma fornuti fi folji tal-PVC/PE/PVDC/Alu jew PA/ALL/PVC-Alu ppakkjati f’kartuni li fihom 7, 14, 28, 30, 50, 56, 84, 90 jew 100 pillola miksija b’rita.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakketti jistgħu jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Apotex Europe BV

Darwinweg 20

2333 CR, Leiden

L-Olanda

l-Manifatturi: Pharmathen S.A., 6 Dervenakion 15351 Pallini Attiki Il-Greċja

Jew

Pharmathen International S.A

Industrial Park Sapes

Rodopi Prefecture, Block No 5

Rodopi 69300

Il-Greċja

Jew

Apotex Nederland B.V.

Archimedesweg 2

2333 CN Leiden

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il- mediċina, jekk jogħġbok, ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

NV Apotex SA

NV Apotex SA

Tél/Tel:+32 475.35.40.

Tel: +32 475.35.40

България

Magyarország

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: +31 71. 565.77. 77

Tel: +31 71. 565.77. 77

Česká republika

Malta

Apotex (ČR) s.r.o.

Apotex Europe B.V.

Tel:+ 420 234.705.700

Tel:+31 71. 565.77. 77

Danmark

Nederland

Apotex Europe B.V.

Apotex Nederland B.V.

Tlf:+31 71. 565.77. 77

Tel:+31 71. 52.43.100

Deutschland

Norge

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel:+31 71. 565.77. 77

Tlf:+31 71. 565.77. 77

Eesti

Österreich

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel: +31 71. 565.77. 77

Tel: +31 71. 565.77. 77

Ελλάδα

Polska

NEXUS MEDICALS S.A.

Apotex Polska Sp. z o.o.

Τηλ:+30 210 60.43.706-716

Polsce

 

Tel:+48 22.311.20.00

 

España

Portugal

APOTEX ESPAÑA S.L.

Apotex Europe B.V.

Tel:+34 91.486.15.65

Tel:+31 71. 565.77. 77

France

România

NV APOTEX SA

Apotex Europe B.V.

Tel:+32 475.35.40

Tel:+31 71. 565.77. 77

Ireland

Slovenija

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel:+31 71. 565.77. 77

Tel:+31 71. 565.77. 77

Ísland

Slovenská republika

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Sími:+31 71. 565.77. 77

Tel:+31 71. 565.77. 77

Italia

Suomi/Finland

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel:+31 71. 565.77. 77

Puh/Tel:+31 71. 565.77. 77

Κύπρος

Sverige

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Τηλ:+31 71. 565.77. 77

Tel:+31 71. 565.77. 77

Latvija

United Kingdom

Apotex Europe B.V.

Apotex Europe B.V.

Tel:+31 71. 565.77. 77

Tel:+31 71. 565.77. 77

Lietuva

 

Apotex Europe B.V.

 

Tel:+31 71. 565.77. 77

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi <Xahar SSSS>.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati