Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Clopidogrel Qualimed (clopidogrel hydrochloride) - B01AC06

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaClopidogrel Qualimed
Kodiċi ATCB01AC06
Sustanzaclopidogrel hydrochloride
ManifatturQualimed
European Medicines Agency
Clopidogrel Qualimed

clopidogrel

Sommarju tal-EPAR għall-pubbliku

Kif jintuża ClopidogrelmediQualimed?

ProdottId-doża s andard ta’ Clopidogrel Qualimed hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg darba kuljum, mal-ikel jew fuq s onku vojt.

Kif jaħdem Clopidogrel Qualimed?

Is-sustanza attiva ta’ Clopidogrel Qualimed, clopidogrel, hu inibitur tal-aggregazzjoni tal-pjastrini. Dan ifisser li jgħin biex jimpedixxi d-demm milli jagħqad. Meta d-demm jagħqad, dan jiġri minħabba ċelloli speċjali fid-demm imsejħa pjastrini jaggregaw (jeħlu ma’ xulxin). Clopidogrel iwaqqaf il- pjastrini milli jaggregaw billi jimblokka sustanza msejħa ADP milli tingħaqad ma’ riċettur speċjali preżenti fuq is-superfiċje tagħhom. Dan iwaqqaf il-pjastrini milli jibdew ‘iweħħlu’, fejn b’hekk jitnaqqas ir-riskju li jiffurmaw l-għaqid tad-demm u jgħin fil-prevenzjoni ta’ attakk tal-qalb ieħor jew ta’ puplesija.

Kif ġie studjat Clopidogrel Qualimed?

Billi Clopidogrel Qualimed huwa mediċina ġenerika, l-istudji ġew limitati għal testitjiet biex jiddeterminaw il-bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina ta’ referenza, Plavix. Iż-żewġ mediċini huma bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli ta’ sustanza attiva fil-ġisem.

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ikkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, Clopidogrel Qualimed wera li għandu kwalità komparabbli ma’ u huwa bijoekwivalenti għal Plavix. Għaldaqstant, il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Plavix, l- benefiċċji huma akbar mir-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Clopidogrel Qualimed jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati