Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Cometriq (cabozantinib) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XE

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaCometriq
Kodiċi ATCL01XE
Sustanzacabozantinib
ManifatturIpsen Pharma

Fuljett ta’ tagħrif Informazzjoni għall-pazjent

COMETRIQ 20 mg kapsuli ibsin

COMETRIQ 80 mg kapsuli ibsin

Cabozantinib (S)-malate

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta

kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu COMETRIQ u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu COMETRIQ

3.Kif għandek tieħu COMETRIQ

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen COMETRIQ

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu COMETRIQ u għalxiex jintuża

COMETRIQ huwa mediċina li jintuża biex jikkura l-kanċer medullari tat-tirojdi, tip rari ta’ kanċer tat- tirojdi, li ma jistax jitneħħa bil-kirurġija jew li jkun infirexx f’partijiet oħra tal-ġisem.

COMETRIQ jista’ jnaqqas jew iwaqqaf l-iżvilupp tal-kanċer medullari tat-tirojdi. Jista’ jgħin biex it-tumuri jinxtorbu meta assoċjati ma’ dan it-tip ta’ kanċer.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu COMETRIQ

Tiħux COMETRIQ

-jekk inti allerġiku għal cabozantinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu COMETRIQ jekk:

-għandek pressjoni tad-demm għolja

-għandek dijarea

-għandek storja medika riċenti li d-demm joħroġ mas-sogħla jew emorraġija sinifikanti

-kellek intervent mediku fl-aħħar xahar (jew jekk interventi mediċi huma ppjanati) li jinkludu proċeduri dentali

-kellek radjoterapija fl-aħħar 3 xhur

-kellek mard tal-imsaren infjammatorju (pereżempju mard ta’ Crohn jew kolite ulċerattiva jew divertikulite)

-qalulek li għandek kanċer li jkun infirexx fil-passaġġ tal-arja jew fil-griżmejn

-għandek storja medika riċenti ta’ emboli ta’ demm fir-riġel, puplesija jew attakk ta’ qalb

-qed tieħu mediċini biex tikkontrolla r-ritmu tal-qalb tiegħek, għandek qalbek tħabbat bil- mod, għandek problemi b’qalbek jew għandek problemi bil-livelli ta’ kalċju, potassju jew manjesju fid-demm tiegħek

-għandhom mard tal-fwied jew tal-kliewi sever.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk xi wieħed minn dawn jaffettwak. Għandu mnejn ikollok bżonn terapija, jew inkella t-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jibdel id-doża tiegħek ta’ COMETRIQ, jew iwaqqaf il-kura għal kollox. Ara wkoll sezzjoni 4 "Effetti sekondarji possibbli".

Għandek ukoll tgħarraf lid-dentst tiegħek li qed tieħu COMETRIQ. Huwa importanti li tippratika kura tajba ta’ ħalqek waqt it-trattament b’COMETRIQ.

Tfal u adolexxenti

COMETRIQ mhux rakkomandat fi tfal jew adolexxenti. L-effetti ta’ COMETRIQ f’persuni li għadhom m’għalqux it-18-il sena mhumiex magħruga.

Mediċini oħra u COMETRIQ

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra li jinkludu mediċini miksuba mingħajr riċetta ta’ tabib. Dan minħabba li COMETRIQ jista’ jaffettwa l- mod kif jaħdmu. Ukoll, xi mediċini jista’ jaffettwa l-mod kif COMETRIQ jaħdem. Dan ikun ifisser li t-tabib tiegħek jeħtieġ li jibdel id-doż(a/i) li qed tieħu.

-Mediċini li jikkuraw infezzjonijiet tal-moffa, bħal itraconazole, ketoconazole u posaconazole

-Mediċini użati biex jikkuraw infezzjonijiet batteriċi (antibijotiċi) bħal erythromycin, clarithromycin u rifampicin

-Mediċini tal-allerġija bħal fexofenadine u ranolazine

-Sterojdi użati biex inaqqsu l-infjammazzjoni jew biex jikkuraw għadd differenti ta’ mard marbut mas-sistema immuni

-Mediċini użati għall-kura ta’ epilessija jew ħmar il-lejl bħal phenytoin, carbamazepine u phenobarbital

-Preparazzjonijiet bi ħxejjex li jkun fihom St John’s Wort (Hypericum perforatum), li xi kultant jintuża biex jikkura d-depressjoni jew kondizzjonijiet marbuta mad-depressjoni bħal ansjetà

-Mediċini użati biex iraqqu d-demm, bħal warfarina

-Mediċini użati fil-kura tal-pressjoni għolja tad-demm jew kondizzjonijiet oħra tal-qalb, bħal aliskiren, ambrisentan, dabigatran etexilate, digoxin, talinolol u tolvaptan

-Mediċini użati għad-dijabete, bħal saxagliptin u sitagliptin

-Mediċini użati għall-kura ta’ gotta, bħal colchicine

-Mediċini użati biex jikkuraw HIV jew AIDS, bħal ritonavir, maraviroc u emtricitabine

-Mediċini użati għall-kura ta’ infezzjonijiet virali bħal efavirenz

-Mediċini użati biex jipprevjenu r-riġetazzjoni ta’ trapjanti (cyclosporine) i programmi ta’ kura bażati fuq cyclosporine f’artrite rewmatika u psorjasi

Kontraċettivi orali

Jekk qed tieħu COMETRIQ waqt li qed tuża kontraċettivi orali, il-kontraċettivi orali jistgħu ma jkunux effettivi. Għandek tuża kontraċettiv tal-barriera (eż. kondoms jew dijaframma) waqt li qed tieħu COMETRIQ u għal tal-anqas 4 xhur wara li t-trattament ikun intemm.

COMETRIQ ma’ ikel

M’għandekx tieħu COMETRIQ ma’ ikel. M’għandek tiekol xejn għal tal-anqas sagħtejn qabel ma tieħu COMETRIQ u għal siegħa wara li tieħu l-mediċina. Evita li tikkonsma prodotti li jkun fihom grejpfrut kemm iddum tuża din il-mediċina, peress li dan jista’ jgħolli l-livelli ta’ COMETRIQ fid- demm tiegħek.

Tqala, treddigħ u fertilità

Evita li tinqabad tqila waqt li qed tkun ikkurata b’COMETRIQ. Jekk inti jew is-sieħba tiegħek tista’ tinqabad tqila, uża kontraċezzjoni adegwata waqt it-trattament u għal tal-anqas 4 xhur wara li jkun intemm it-trattament. Kellem lit-tabib tiegħek dwar liema metodi ta’ kontraċezzjoni huma xierqa għalik waqt li qed tieħu COMETRIQ. Ara sezzjoni 2.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk inti jew is-sieħba tiegħek tinqabad tqila, jew qed tippjanaw li tinqabad tqila waqt li int qed tiġi kkurata b’COMETRIQ.

Kellem lit-tabib tiegħek QABEL tieħu COMETRIQ jekk inti jew is-sieħba tiegħek qed tikkonsidraw jew qed tippjanaw li jkollkom tarbija waqt li t-trattament tiegħek ikun intemm. Hemm possibilità li l-fertilità tiegħek tista’ tiġi affettwata bil-kura tiegħek b’COMETRIQ.

Nisa li jkunu qed jieħdu COMETRIQ m’għandhomx ireddgħu waqt it-trattament u għal tal-anqas 4 xhur wara li tkun intemmet il-kura, peress li cabozantinib u/jew il-metaboliti tiegħu jistgħu jiġu eliminati fil-ħalib tas-sider u jkun ta’ ħsara għall-wild tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Uża l-kawtela meta ssuq jew tħaddem magni. Żomm f’rasek li t-trattament b’COMETRIQ jista’ jagħmlek tħossok għajjien jew dgħajjef.

3.Kif għandek tieħu COMETRIQ

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Inti għandek tibqa’ tieħu din il-mediċina sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek twaqqaf it-trattament. Jekk tesperjenza effetti sekondarji serji, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jibdel id-doża tiegħek jew iwaqqaf it-trattament aktar kmieni minn dak maħsub oriġinarjament. It-tabib tiegħek ser jistabilixxi jekk għandekx bżonn li jkollok id-doża tiegħek aġġustata, partikolarment fl-ewwel tmien ġimgħat ta’ terapija b’COMETRIQ.

COMETRIQ għandu jittieħed darba kuljum. Skont id-doża li inti ġejt preskritt, l-għadd ta’ kapsuli li għandhom jittieħdu huma kif ġejjin.

140 mg (kapsula oranġjo 1 ta’ 80 mg u 3 kasuli griżi ta’ 20 mg )

100 mg (kapsula oranġjo 1 ta’ 80 mg u kapsula griża 1 ta’ 20 mg)

60 mg (3 kapsuli griżi ta’ 20 mg)

It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi liema hija l-aħjar doża għalik.

Il-kapsuli tiegħek ser jiġu f’kartuna b’folja organizzati skont id-doża preskritta. Kull kartuna b’folja għandha biżżejjed kapsuli biex idumu għal sebat ijiem (ġimgħa) ta’ dożi. Il-kapsuli tiegħek huma disponibbli wkoll bħala pakkett ta' 28 jum li fih biżżejjed kapsuli għal 28 jum, f’kartun b’4 folji

b’7 ijiem ta’ kapsuli f’kull kartuna.

Kull jum, ħu l-kapsuli kollha li hemm tul ir-ringiela. Aktar tagħrif dwar il-folji fil-kartuni li jinkludi kemm kapsuli għandek tieħu u kemm hemm kapsuli b’kollox f’kull folja fil-kartuna huma deskritti

hawn isfel f’sezzjoni 6. Biex tibqa’ tiftakar id-dożi tiegħek, ikteb id-data ta’ meta ħadt l-ewwel doża fl-ispazju qrib il-kapsuli. Biex tneħħi l-kapsuli għad-doża tiegħek:

1.Imbotta ’l ġewwa fuq in- nuffata

2.Qaxxar il-karta ta’ fuq wara

3.Imbotta l-kapsula minn ġol-fojl

COMETRIQ m’għandux jittieħed ma’ ikel. M’għandek tiekol xejn għal tal-anqas sagħtejn qabel ma tieħu COMETRIQ u għal siegħa wara li tieħu l-mediċina. Ibla’ l-kapsuli waħda kul darba mal-ilma. Tiftaħhomx.

Jekk tieħu aktar COMETRIQ milli suppost

Jekk inti ħadt aktar COMETRIQ milli suppost ħadt, kellem tabib jew inkella mur l-isptar bil-kapsuli u l-fuljett minnufih.

Jekk tinsa tieħu COMETRIQ

-Jekk ikun għad fadal 12-il siegħa jew aktar għad-doża li jkun imissek allura ħu d-doża li ma ħadtx hekk kif tiftakar. Ħu d-doża li jkun imissek wara fil-ħin normali.

-Jekk ikun għad fadal anqas minn 12-il siegħa għad-doża li jkun imissek allura tieħux id-doża li ma ħadtx. Ħu d-doża li jkun imissek wara fil-ħin normali.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Jekk ikollok effetti sekondarji, it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu COMETRIQ f’doża aktar baxxa. It-tabib tiegħek jista’ wkoll jordnalek mediċini oħra sabiex jgħinuk tikkontrolla l-effetti sekondarji.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinduna b’xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin - għandu mnejn ikollok bżonn trattament mediku urġenti.

Is-sintomi jinkludu uġigħ fiż-żaqq, tqalligħ, remettar, stitikezza jew deni. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ perforazzjoni gastrointestinali, toqba li tiżviluppa fl-istonku tiegħek jew l-imsaren li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja.

Nefħa, uġigħ fl-idejn u s-saqajn, jew nifsijiet qosra.

Ġerħa li ma tfieqx.

Remettar u s-sogħla bid-demm, li jista’ jkun aħmar ileqq jew jidher bħal kafe mitħun.

Uġigħ fil-ħalq, is-snien u/jew ix-xedaq, nefħa jew ulċeri fil-ħalq, tnemnim jew tħoss ix-xedaq tqil, jew snienek jillaxxkaw. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fix-xedaq (osteonekrosi).

Attakki pupletiċi, uġigħ ta’ ras, konfużjoni jew isibha diffiċli tikkonċentra. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kondizzjoni li tissejjaħ sindromu ta lewkoenċefalopatija posterjuri riversibbli (RPLS reverse posterior leucoencephalopathy syndrome) RPLS mhux komuni (jaffettwa inqas minn persuna 1 f’100).

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10)

Stonku mqalla’, li jinkludi dijarea, tqalligħ, remettar, stitikezza, indiġestjoni, u uġigħ addominali

Nuffata, uġigħ fl-idejn jew fil-pala tas-sieq, raxx jew ħmura fil-ġilda, ġilda xotta

Tnaqqis fl-aptit, telf fil-piż, togħma mibdula ta’ togħma

Għeja, dgħufija, uġigħ ta’ ras, sturdament

Bidliet fil-kulur tax-xagħar (jiċċara), telf ta’ xagħar

Pressjoni għolja (żieda fil-pressjoni tad-demm)

Ħmura, nefħa jew uġigħ fil-ħalq jew il-griżmejn, diffikultà biex titħaddet, maħnuq/a

Bidliet fil-valuri tat-testijiet tad-demm użati biex jimmonitoraw is-saħħa ġenerali u l-fwied, livelli baxxi ta’ elettroliti, (bħal manjesju, kalċju jew potassju)

Uġigħ fil-ġogi, spażmi muskolari

Glandoli limfatiċi minfuħa

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10)

Ansjetà, depressjoni, stat konfuż

Uġigħ ġeneralizzat, uġigħ fis-sider jew fil-muskolu, uġigħ fil-widnejn, ċenċil fil-widnejn

Dgħufija u sensazzjoni mnaqqsa jew tnemnim tad-dirgħajn jew ir-riġlejn

Sirdat, rogħda

Deidrazzjoni

Infjammazzjoni tal-addome jew il-frixa

Infjammazzjoni tax-xufftejn u l-irkejjen tal-ħalq

Infjammazzjoni fl-għerq ta’ xagħrek, akne, nfafet (f’partijiet ta’ġismek li mhumiex idejk jew riġlejk)

Nefħa fil-wiċċ u f’partijiet oħra tal-ġisem

Nuqqas ta’ togħma

Pressjoni baxxa (tnaqqis fil-pressjoni tad-demm)

Fibrilazzjoni atrijali (qalb tħabbat bil-qawwa jew b’mod erratiku)

Ġilda li tiċċara, il-ġilda titqaxxar, ġilda li tisfar b’mod insolitu

Xagħar li jikber mhux normali

Murliti

Pnewmonja

Uġigħ fil-ħalq, is-snien u/jew ix-xedaq, nefħa jew ulċeri ġol-ħalq, tnemnim jew tħoss ix-xedaq tqil, jew xi sinna tillaxka

Attività tat-tirojdi mnaqqsa: sintomi jistgħu jinkludu: għeja, żieda fil-piż, stitikezza, tħossok kiesaħ u ġilda xotta

Tiċrita jew toqba jew emorraġija fl-istonku jew l-imsaren tiegħek, infjammazzjoni jew tiċrita fl-anus, emboli tad-demm fil-pulmun jew it-trakea, (passaġġ tal-arja)

Konnessjoni abnormali tat-tessut fit-trakea (passaġġ tal-arja), l-esofagu, jew il-pulmun

Axxess (ġabra ta’ materja, b’nefħa u infjammazzjoni) fiż-żaqq jew l-parti tal-ġenbejn jew fi snienek/ħanek

Emboli tad-demm fil-vini

Infezzjoni tal-moffa li tista’ tkun fil-ġilda, il-ħalq jew fil-parti ġenitali

Ġrieħi li għandhom diffikultà biex ifiequ

Proteina jew demm fl-awrina, ħaġar fil-marrara, tgħaddi l-awrina bl-uġigħ

Vista mċajpra

Żieda fil-livell ta’ bilirubina fid-demm tiegħek (li jista’ jirriżulta f’suffejra/sfurija tal-ġilda/l- għajnejn)

Tnaqqis fil-livelli ta’ proteina fid-demm tiegħek

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100)

Infjammazzjoni tal-esofagu, sintomi li jistgħu jinkludu ħruq ta’ stonku, uġigħ fis-sider, tħossok ma tiflaħx, bidla fit-togħma, nefħa, tfewwieq u indiġestjoni

Tiċrita jew konnessjoni abnormali tat-tessut fis-sistema diġestiva: sintomi jistgħu jinkludu uġigħ fl-istonku sever jew persistenti

Infezzjoni u infjammazzjoni tal-pulmun; il-pulmun jikkolassa

Ulċeri tal-ġilda, ċisti, dbabar ħomor fil-wiċċ jew il-koxox

Uġigħ fil-wiċċ

Bidliet fil-valuri ta’ riżultati ta’ testijiet li jkejlu t-taqgħid tad-demm jew ta’ ċelluli tad-demm

Nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-muskoli tiegħek, ħsara lil muskoli skeletriċi

Nuqqas t’attenzjoni, nuqqas ta’ koxjenza, tibdil fid-diskors, delirju, ħolm mhux normali

Attakk pupletiku ħafif, attakk tal-qalb, qalb tħabbat b’mod mgħaġġel

Ħsara fil-fwied, falliment kardijaku

Smigħ indebolit

Infjammazzjoni tal-għajnejn, kataretti

Waqfien tal-menstruazzjoni, emorraġija vaġinali

Kundizzjoni li tissejjaħ sindromu ta’ enċefalopatija riversibbli posterjuri (PRES - posterior reversible encephalopathy syndrome) jew sindromu ta’ lewkoenċefalopatija posterjuri riversibbli (RPLS - reversible posterior leucoencephalopathy syndrome), li għandom sintomi bħal attakki ta’ puplesija, uġigħ ta’ ras, konfużjoni, jew issibha diffiċli biex tikkonċentra

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen COMETRIQ

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja tal-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25ºC. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tipproteġi mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih COMETRIQ

Is-sustanza attiva hi cabozantinib (S)-malate.

Il-kapsuli f’COMETRIQ 20 mg fihom cabozantinab (S)-malate ekwivalenti għal 20 mg cabozantinib. Il-kapsuli f’COMETRIQ 80 mg fihom cabozantinab (S)-malate ekwivalenti għal 80 mg ta’ cabozantinib.

Is-sustanzi l-oħra huma:

-Kontenut tal-kapsuli: microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, sodium starch glycolate, silica colloidal anhydrous, u stearic acid

-Qoxra tal-kapsula: gelatin u titanium oxide (E171)

-Il-kapsuli ta’ 20 mg fihom ukoll black iron oxide (E172)

-Il-kapsuli ta’ 80 mg fihom ukoll red iron oxide (E172)

-Linka tal-istampar: shellac glaze, black iron oxide (E172), u propylene glycol

Kif jidher COMETRIQ u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli ta’ COMETRIQ 20 mg huma griżi u għandhom "XL184 20mg" stampat fuq naħa minnhom. Il-kapsuli ta’ COMETRIQ 80 mg huma oranġjo u għandhom "XL184 80mg" stampat fuq naħa minnhom.

Il-kapsuli COMETRIQ huma ppakkettati f’folji fil-kartuni organizzati bid-doża preskritta. Kull folja fil-kartuna fiha biżżejjed mediċina għal 7 ijiem. F’kull ringiela tal-folja fil-kartuna hemm id-doża ta’ kuljum.

Il-folja fil-kartuna bid-doża ta’ 60 mg fiha wieħed u għoxrin kapsula ta’ 20 mg bħala 7 dożi ta’ kuljum b’kollox. Kull doża ta’ kuljum tingħata f’ringiela waħda u fiha 3 kapsuli ta’ 20 mg.

= 60 mg

tliet kapsuli griżi ta’ 20 mg

Il-folja fil-kartuna bid-doża ta’ 100 mg fiha seba’ kapsuli ta’ 80 mg u seba’ kapsuli ta’ 20 mg bħala 7 dożi ta’ kuljum b’kollox. Kull doża ta’ kuljum hija provduta f’ringiela waħda u fiha kapsula waħda ta’ 80 mg u kapsula waħda ta’ 20 mg.

= 100 mg

kapsula oranġjo ta’ 80 mg + kapsula griża ta’ 20 mg

Il-folja fil-kartuna bid-doża ta’ 140 mg fiha seba’ kapsuli ta’ 80 mg u wieħed u għoxrin kapsula ta’ 20 mg bħala 7 dożi ta’ kuljum b’kollox. Kull doża ta’ kuljum hija provduta ringiela waħda u fiha kapsula waħda ta’ 80 mg u tliet kapsuli ta’ 20 mg.

kapsula oranġjo ta’ 80 mg + tliet kapsuli griża ta’ 20 mg

Il-kapsuli COMETRIQ jiġu wjoll f'pakketti ta' 28 jum:

84 kapsula (kartun b’4 folji ta’: 21 x 20 mg) (doża ta’ 60 mg/jum)

56 kapsula (kartun b’4 folji ta’: 7 x 20 u 7 x 80 mg) (doża ta’ 100 mg/jum)

112-il kapsula (kartun b’4 folji ta’: 21 x 20 mg u 7 x 80 mg) (doża ta’ 140 mg/jum)

Kull pakkett ta' 28 jum fih biżżejjed mediċina għal 28 jum.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Ipsen Pharma

65 quai Georges Gorse

92100 Boulogne-Billancourt

Franza

Manifattur

Catalent UK Packaging Limited

Lancaster Way

Wingates Industrial Park

Westhoughton

Bolton

Lancashire

BL5 3XX

Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien, Luxembourg/Luxemburg

Ipsen NV Guldensporenpark 87

B-9820 Merelbeke

België /Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 - 9 - 243 96 00

България, România

Ipsen Pharma

Str. Grigore Alexandrescu nr. 59, clădirea HQ Victoriei, Sector 1, 010626, Bucureşti

Tel: + 40 (021) 231 27 20

Česká republika

Ipsen Pharma, o.s. Evropská 136/810 CZ-160 00 Praha 6

Tel: + 420 242 481 821

Danmark, Norge, Suomi/Finland, Sverige, Ísland

Institut Produits Synthèse (IPSEN) AB

Kista Science Tower

Färögatan 33

SE- 164 51 Kista

Sverige/Ruotsi/Svíþjóð

Tlf/Puh/Tel/Sími: +46 8 451 60 00

Italia

Ipsen SpA

Via del Bosco Rinnovato n. 6 Milanofiori Nord Palazzo U7 20090 Assago (Mi)

Tel: + 39 - 02 - 39 22 41

Latvija

Ipsen Pharma representative office

Riga

LV 1046

Tel: +371 67622233

Lietuva

Ipsen Pharma SAS Lietuvos filialas

Jonavos g. 43a, LT-44131 Kaunas

Tel. + 370 37 337854

Magyarország

Ipsen Pharma SAS Magyarországi Kereskedelmi Képviselet

Árbóc utca 6.

H- 1133 Budapest Tel.: +36-1-555-5930

Deutschland, Österreich

Nederland

Ipsen Pharma GmbH

Ipsen Farmaceutica B.V.

Willy-Brandt-Str. 3

Taurusavenue 33b

D-76275 Ettlingen

2132 LS Hoofddorp

Tel.: +49 7243 184-80

Tel: + 31 (0) 23 554 1600

Eesti

Polska

ESTOBIIN OÜ

Ipsen Poland Sp. z o.o. Al. Jana Pawła II 29

00-867 Warszawa

EE-11913 Tallinn

Tel.: + 48 (0) 22 653 68 00

Tel: +372 51 55 810

 

Ελλάδα, Κύπρος, Malta

Portugal

Ipsen EΠΕ

Ipsen Portugal - Produtos Farmacêuticos S.A.

 

Alameda Fernão Lopes, n° 16-11°

Αγ. Δημητρίοσ 63 Άλιμος

Miraflores P-1495 - 190 Algés

GR-17456 Αθήνα Ελλάδα

Portugal

Τηλ: + 30 - 210 - 984 3324

Tel: + 351 - 21 - 412 3550

España

Slovenská republika

Ipsen Pharma, S.A.

Liek s.r.o.

Torre Realia, Plaza de Europa, 41-43

Hviezdoslavova 19

08908 L‟Hospitalet de Llobregat

SK-90301 Senec

Barcelona

Slovenská republika

Tel: + 34 - 936 - 858 100

Tel: + 421 253 412 018

France, Hrvatska, Slovenija

United Kingdom

Ipsen Pharma

Ipsen Ltd.

65 quai Georges Gorse

190 Bath Road

92100 Boulogne-Billancourt

Slough, Berkshire SL1 3XE

France

United Kingdom

Tél: + 33 1 58 33 50 00

Tel: + 44 (0)1753 - 62 77 00

Ireland

 

Ipsen Pharmaceuticals Ltd.

 

Blanchardstown Industrial Park

 

Blanchardstown

 

IRL-Dublin 15

 

Tel: +353-1-809-8256

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Din il-mediċina ngħatat ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li għad trid tingħata aktar evidenza dwar din il-mediċina.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi l-informazzjoni l-ġdida dwar din il-mediċina mill- anqas kull sena u ser taġġorna dan il-fuljett kif meħtieġ.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati