Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Conbriza (bazedoxifene) – Fuljett ta’ tagħrif - G03XC02

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaConbriza
Kodiċi ATCG03XC02
Sustanzabazedoxifene
ManifatturPfizer Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

CONBRIZA 20 mg pilloli miksija b’rita

Bazedoxifene

Aqra sew dan il-fuljett qabel tibda tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi, lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi kull effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu CONBRIZA u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu CONBRIZA

3.Kif għandek tieħu CONBRIZA

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen CONBRIZA

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu CONBRIZA u għalxiex jintuża

CONBRIZA fiha s-sustanza attiva bazedoxifene, u hija mediċina li tappartjeni għal grupp ta’ mediċini mhux ormonali msejħa Modulaturi Silettivi tar-Riċettaturi tal-Estroġen (SERMs). Hija tintuża għal trattament ta’ osteoporożi f’nisa wara l-menopawsa meta huma jkunu f’riskju ogħla ta’ ksur. Hija taħdem billi tnaqqas jew twaqqaf l-għadam milli jkompli jirqaq f’dawn in-nisa. Din il-mediċina ma għandhiex tintuża għall-kura tal-osteoporożi fl-irġiel.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu CONBRIZA

Tiħux CONBRIZA

jekk inti allerġiku/a għal bazedoxifene jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

jekk għandek jew kellek embolu tad-demm (pereżempju, fil-vini jew fl-arterji ta’ riġlejk, tal- pulmun jew t’għajnejk).

jekk inti tqila jew għadek tista’ tinqabad tqila. Din il-mediċina tista’ tkun ta’ ħsara lit-tarbija mhux imwielda tiegħek jekk tittieħed waqt it-tqala.

jekk għandek emorraġija vaġinali li ma tistax tispjegaha. Din trid tiġi mistħarrġa mit-tabib tiegħek.

jekk għandek kanċer tal-utru attiv.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu CONBRIZA

peress li tista’ tgħolli r-riskju li jkollok emboli tad-demm. Filwaqt li mhumiex frekwenti ħafna, dawn l-emboli jistgħu jikkawżaw problemi mediċi serji, diżabilità jew mewt. Kellem lit-tabib tiegħek biex tara jekk intix f’riskju ogħla għal emboli tad-demm.

jekk inti immobbli (ma tistax tiċċaqlaq) għal xi żmien, bħal jekk ikollok toqgħod f’siġġu tar- roti, tpoġġi bilqegħda għal perijodu ta’ żmien itwal jew ikollok toqgħod fis-sodda waqt li tirkupra minn xi intervent kirurġiku jew mard. Jekk qed tivvjaġġa fit-tul, inti għandek timxi jew tagħmel eżerċizzju f’riġlejk u saqajk f’intervalli regolari. Dan peress li jekk toqgħod bilqegħda għal perijodu ta’ żmien twil jista’ jimpedixxi ċirkolazzjoni tad-demm tajba u jista’ jżid ir-riskju tiegħek ta’ emboli. Jekk ikollok bżonn tibqa’ immobbli għal perijodu ta’ żmien itwal jew ser ikollok xi intervent kirurġiku, huwa importanti li tkellem lit-tabib tiegħek dwar modi ta’ kif tista’ tnaqqas ir-riskju ta’ emboli.

jekk għadek fi żmien ta’ qabel il-menopawsa. CONBRIZA ġiet studjata biss f’nisa li waslu fil- menopawsa u għalhekk mhux rakkomandat.

jekk fil-passat kellek żieda fil-livelli ta’ trigliċeridi (tip ta’ xaħam li jinstab fid-demm tiegħek).

jekk għandek problemi severi fil-kliewi jew fil-fwied.

jekk ikollok emorraġija vaġinali waqt li qed tieħu CONBRIZA, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

jekk qed tbati minn kanċer tas-sider, peress li għad mhemmx biżżejjed esperjenza bl-użu ta’ din il-mediċina f’nisa b’din il-marda.

Dawn t’hawn fuq huma xi raġunijiet għalfejn dan il-prodott jista’ ma jkunx adattat għalik. Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, għarraf lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu l-mediċina.

Mediċini oħra u CONBRIZA

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra.

Tqala u treddigħ

CONBRIZA għandha tintuża biss min-nisa wara l-menopawsa. M’għandhiex tittieħed min-nisa li huma tqal jew li għad jista’ jkollhom tarbija. Tieħux din il-mediċina jekk qed tredda’, peress li mhux magħruf jekk tgħaddix għal ħalib tal-omm.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tħossok mħeddla wara li tieħu din il-mediċina, inti m’għandekx issuq jew tħaddem magni.

Waqt li qed tieħu din il-mediċina, inti tista’ tinnota problemi bil-vista tiegħek bħal vista mċajpra, Jekk jiġri dan, m’għandekx issuq jew tħaddem magni sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek li m’hemmx periklu jekk tagħmel dan.

CONBRIZA fiha lactose

Din il-mediċina fiha lactose (tip ta’ zokkor). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib qabel ma’ tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu CONBRIZA

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem aċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Għandek tibqa’ tieħu din il- mediċina sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek mod ieħor. Sabiex din il-mediċina tittratta l-osteoporożi, trid tittieħed kuljum.

Id-doża rrakkomandata hi ta’ pillola waħda mill-ħalq kuljum. Li tieħu aktar minn pillola waħda kulljum mhux aktar effettiv u jista’ jwassal għal riskji oħra.

Tista’ tieħu l-pillola fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata, mal-ikel jew mingħajru.

Din il-mediċina għandha tittieħed ma’ ammont xieraq ta’ kalċju u vitamina D. Ikkonsulta mat- tabib tiegħek sabiex jara jekk intix tieħu biżżejjed kalċju u vitamina D fid-dieta u jekk għandekx

bżonn ta’ supplimenti tal-kalċju u tal-vitamina D. Jekk tieħu kalċju u/jew vitamina D bħala supplimenti, dawn jistgħu jittieħdu fl-istess ħin ma’ din il-mediċina.

Jekk tieħu CONBRIZA aktar milli suppost

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk aċċidentalment tieħu aktar CONBRIZA milli suppost.

Jekk tinsa tieħu CONBRIZA

Jekk inti tinsa tieħu l-pillola, ħudha malli tiftakar. Madankollu, jekk ikun wasal il-ħin biex tittieħed id-doża li jmiss ta’ din il-mediċina, aqbeż id-doża li ma ħadtx u ħu biss id-doża skedata li jmissek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu CONBRIZA

Għandek l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek jekk tiddeċiedi li tieqaf tieħu din il-mediċina qabel tlesti l- kors tat-trattament kif preskritt mit-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina jew dwar kif tieqaf tieħu din il- mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji – Tiħux aktar CONBRIZA u ara tabib immedjatament

Mhux komuni (jistgħu jaffetwaw sa persuna 1 minn kull 100):

Jekk għandek xi sinjali ta’ embolu fid-demm fir-riġlejn jew fil-pulmun, bħal nefħa bl-uġigħ u ħmura fis-saqajn, uġigħ fis-sider f’daqqa; jew diffikultà biex tieħu n-nifs;

Jekk għandek xi sinjali ta’ embolu fid-demm fl-għajnejn (vina retinali), bħal disturb fil-vista jew indeboliment fil-vista jew vista mċajpra jew telf tal-vista minn għajn waħda.

Jekk ikollok xi problemi minn dawk elenkati fis-sezzjoniTieħux CONBRIZA

Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

Jekk għandek affarijiet oħrajn li jaffettwaw l-għajnejn u/jew il-vista (tara sparks jew leħħiet, tidjieq tal-kamp viżiv, u nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn)

Effetti sekondarji oħra

Xi pazjenti esperjenzaw dawn l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu CONBRIZA:

Komuni ħafna (jistgħu jaffetwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

Spażmi muskolari (li jinkludu bugħawwieġ fir-riġlejn)

Fwawar

Nefħa fl-idejn, is-saqajn u r-riġlejn (edema periferali)

Komuni (jistgħu jaffetwaw sa persuna 1 minn kull 10)

Reazzjoni allerġika (li jinkludi sensittivita’ eċċessiva u urtikarja)

Raxx, ħakk

Ħalq xott

Żieda ta’ trigliċeridi fid-demm (grass f’demmek)

Żieda fl-enżimi tal-fwied

Ħedla

Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)

Palpitazzjonijiet (tkun konxju/a tat-taħbit tal-qalb tiegħek)

Għajn xotta, uġigħ fl-għajnejn, akutezza viżiva mnaqqsa, indeboliment viżiv, blefarospażmu (teptip jew spażmu tal-kpiepel tal-għajnejn b’mod mhux normali u involontarju).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen CONBRIZA

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25 C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih CONBRIZA

Is-sustanza attiva hi bazedoxifene. Kull pillola miksija b’rita fiha bazedoxifene acetate ekwivalenti għal 20 mg bazedoxifene.

Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 “CONBRIZA fih lactose”), microcrystalline cellulose, pre-gelatinised starch (qamħirrun), sodium starch glycolate, sodium lauryl sulfate, colloidal anhydrous silica, magnesium stearate, ascorbic acid, hypromellose, titanium dioxide (E171) u macrogol 400.

Kif jidher CONBRIZA u l-kontenut tal-pakkett

CONBRIZA tiġi bħala pillola miksija b’rita f’għamla ta’ kapsula ta lewn bajdani jew ofwajt, b’kull pillola tkun immarkata b’ “WY20”. Hija tiġi ppakjata f’folji tal-PVC/Aclar u tiġi f’pakketti ta’ 7, 28, 30, 84 jew 90 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Pfizer Limited, Ramsgate Road, Sandwich, Kent CT13 9NJ, Ir-Renju Unit.

Manifattur: Pfizer Ireland Pharmaceuticals, Little Connell Newbridge, County Kildare, L-Irlanda.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A./N.V.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 4333

Česká Republika

Pfizer s.r.o.

Tel: +420-283-004-111

Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 201 100

Deutschland

Pfizer Pharma PFE GmbH

Tel: +49 (0) 800 8535555

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel.: +372 666 7500

Ελλάδα

Pfizer Hellas A.E. Τηλ.: +30 210 6785 800

España

Pfizer GEP, S.L.

Télf: +34914909900

France

Pfizer PFE France

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o.

Tel: + 385 1 3908 777

Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (toll free) +44 (0)1304 616161

Latvijā

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel.: + 371 670 35 775

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tel. + 370 52 51 4000

Magyarország

Pfizer Kft

Tel: +36 1 488 3700

Malta

Vivian Corporation Ltd.

Tel: +35621 344610

Nederland

Pfizer BV

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 526 100

Österreich

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o.

Tel:+48 22 335 61 00

Portugal

Pfizer Biofarmacêutica, Sociedade

Unipessoal Lda

Tel: +351 21 423 5500

România

Pfizer Romania S.R.L

Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana Tel.: + 386 (0) 1 52 11 400

Ísland

Slovenská Republika

Icepharma hf

Pfizer Luxembourg SARL,

Simi: +354 540 8000

organizačná zložka

 

Tel: + 421 2 3355 5500

Italia

Suomi/Finland

Pfizer Italia S.r.l.

Pfizer Oy

Tel: +39 06 33 18 21

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040

Kύπρος

Sverige

Pfizer Hellas (Cyprus Branch) A.E.

Pfizer AB

Τηλ: +357 22 817690

Tel:+46 (0)8 550 520 00

 

United Kingdom

 

Pfizer Limited,

 

Tel: +44 (0) 1304 616161

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati