Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

DaTSCAN (ioflupane (123l)) – Fuljett ta’ tagħrif - V09AB03

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDaTSCAN
Kodiċi ATCV09AB03
Sustanzaioflupane (123l)
ManifatturGE Healthcare Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għal min qed jagħmel użu minnha

DaTSCAN 74 MBq soluzzjoni għall-injezzjoni

Ioflupane (123I)

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek tal-mediċina nukleari li se jissorvelja lproċedura tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tal-mediċina nukleari tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu DaTSCAN u għalxiex jintuża

2.Xgħandek tkun taf qabel jintuża DaTSCAN

3.Kif għandek tuża DaTSCAN

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen DaTSCAN

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu DaTSCAN u għalxiex jintuża

DatSCAN fih is-sustanza attiva ioflupane (123I) li jintuża biex jidentifika (jiddijanjostika) kundizzjonijiet fil-moħħ. Huwa jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa “radjofarmaċewtiċi”, li fihom ammont żgħir ta’ radjuattività.

Meta prodott radjufarmaċewtiku jiġi injettat, huwa jinġabar f’organu jew erja speċifika tal- ġisem għal ftit żmien.

Peress li fih ammont żgħir ta' radjoattività jista' jiġi osservat minn barra ġiseml- permezz ta’ kameras speċjali.

Jista’ jittieħed ritratt li jissejjaħ skan. Dan liskan- juri eżatt fejn tinsab ir-radjoattività fl-organu u l-ġisem. Dan jista' jagħti lit-tabib informazzjoni prezzjuża dwar l-istruttura u kif l-organu qed jaħdem

Meta DaTSCAN jiġi njettat ġo persuna adulta, jinġarr madwar il-ġisem fid-demm u jinġema. Hu jinġema' f'parti żgħira tal-moħħ. Bidliet f’din l-erja tal-moħħ tinsab fi:

Il-Parkinsoniżmu (li jinkludi l-marda ta’ Parkinson) u id-dimenzja bil-korpi ta’ Lewy.

Skan ser tagħti lit-tabib informazzjoni dwar bidliet li setgħu seħħew f'din il-parti tal-moħħ. It-tabib tiegħek jista' jħoss li l-informazzjoni li l-iskan tkun tista’ tgħin aktar dwar

il-kondizzjoni tiegħek u biex tittieħed deċiżjoni dwar it-trattament possibbli.

Meta jintuża DaTSCAN, inti tkun espost għal ammonti żgħar ta’ radjuattività. Din l-espożizzjoni hi

inqas milli minn f’xi tipi ta’ investigazzjonijiet b’X-ray. It-tabib tiegħek u t-tabib tal-mediċina nukleari ikkunsidraw il-benefiċċji kliniċi ta’ din il-proċedura bilprodott radjofarmaċewtiku jegħleb ir-riskju li

tiġi espost/a għal dawn l-ammonti żgħar ta’ radjazzjoni.

Din il-mediċina tintuża biss għal użu dijanjostiku. Tiġi wżata biex tidentifika l-mard.

2.X'għandek tkun taf qabeljintuża DaTSCAN

Tużax DaTSCAN

jekk inti allerġiku għal ioflupane jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

jekk int tqila

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tal-mediċina nukleari qabel tingħata DaTSCAN jekk għandek problemi moderati jew serji fil-kliewi jew il-fwied tagħhom.

Tfal u adolexxenti

DaTSCAN mhuwiex rakkommandat għal: tfal li jkollhom minn 0 sa 18-il sena.

Mediċini oħra u DaTSCAN

Għid lit-tabib tiegħek tal-mediċina nukleari jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra.

Xi medicini u sustanzi jistgħu jaffettwaw kif jaħdem DaTSCAN. Dawn jinkludu:

buproprion (jintuża biex jikkura d-dipressjoni (dwejjaq))

benzatropine (jintuża għall-kura tal-marda ta’ Parkinson)

mazindol (inaqqas l-aptit, bħala mezz biex jikkura ħxuna żejda)

sertraline (jintuża biex jikkura d-dipressjoni (dwejjaq))

methylphenidate (jintuża biex jikkura iperattività fit-tfal u narkolepsija, (irqad eċċessiv))

phentermine (inaqqas l-aptit, bħala mezz biex jikkura ħxuna żejda)

amfetamine (jintuża għall-kura ta’ iperattività fit-tfal narkolepsija, (irqad eċċessiv)); jista’ wkoll isir abbuż minn din il-mediċina)

kokaina (xi kultant tintuża bħala anestetiku għal operazzjoni fl-imnieħer; jista’ wkollisir abbuż minn din il-mediċina)

Xi mediċini jistgħu jnaqqsu l-kwalità tar-ritratt miksub. It-tabib jista’ jistaqsik biex tieqaf teħodhom għal perijodu qasir qabel ma tirċievi DaTSCAN.

Tqala u Treddigħ

Tużax DatSCAN jekk inti tqila jew taħseb li possibilment inti tqila. Dan minħabba liwild- jista’ jirċievi xi ftit mir-radjoattività. Għarraf lit-tabib tal-mediċina nukleari tiegħek jekk taħseb li inti tqila. Tekniċi alternattivi li ma jinvolvux radjuattività għandhom jiġu kkunsidrati.

Jekk qed tredda’, it-tabib tiegħek il-mediċina nukleari għandu mnejn jittardja l-użu ta’ DaTSCAN, jew jitolbok biex tieqaf tredda’. Mhux magħruf jekk ioflupane (123I) jgħaddiex fil-ħalib ta’ l-omm.

M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek sa 3 ijiem wara li jingħatalhek id-DaTSCAN.

Minflok uża l-ħalib tat-trabi għat-tifel/tifla tiegħek. Għaddi l-ħalib tiegħek b’mod regolari u armi l-ħalib tas-sider li tkun għaddejt.

Għandek mnejn ikollok tibqa’ tagħmel hekk għal 3 ijiem, sakemm ir-radjoattività ma tibqax aktar f’ġismek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

DaTSCAN m’għandu l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

DaTSCAN fih l-alkoħol (ethanol) 5% skont il-volum. Kull doża fiha sa 197 mg ta’ alkoħol. Dan hu ekwivalenti għal 5 ml ta’ birra jew 2 ml inbid. Dan hu ta’ ħsara għal dawk li jbatu mill-alkoħoliżmu u

jeħtieġ jiġi kkunsidrat f’nisa tqal jew li jkunu qed ireddgħu, tfal u gruppi li qegħdin f’riskju għoli bħal pazjenti b’mard tal-fwied jew l-epilessija. Għid lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik.

3.Kif għandek tuża DaTSCAN

Hemm liġijiet strettidwar l-użu, l-immaniġġjar u r-rimi ta’ radjuattività. DaTSCAN dejjem ser jintuża fi sptar jew f’post simili. Ser jiġi mmaniġġjat ujingħatalek biss minn nies li huma mħarrġa u kkwalifikati biex jużawh b’mod sigur. Huma għandhom jgħidulek kwalunkwe ħaġa li jkollok bżonn tagħmel biex din il-mediċina tintuża b’mod sigur. It-tabib tal-mediċina nukleari ser jiddeċiedi liema doża hija l-aħjar għalik.

Qabel ma tieħu DaTSCAN, it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieħu pilloli jew likwidu li jkun fih il-jodju.

Dawn iwaqqfu r-radjoattività milli takkumula fil-glandola tat-tirojde. Huwa importanti li tieħu l-pilloli jew il-likwidu kif jgħidlek it-tabib.

DaTSCAN tingħatalek bħala injezzjoni, ġeneralment f’xi vina fi driegħek. Ir-radjuattività rakkomandata mogħtija permezz ta’ injezzjoni hi bejn 111 sa 185 MBq (megabequerel jew MBq hi

unità li tintuża biex tkejjel ir-radjuattività). Injezzjoni waħda hija biżżejjed. Ir-ritratti tal-kamera ġeneralment jittieħdu bejn 3 u 6 sigħat wara l-injezzjoni ta' DaTSCAN.

Jekk tingħata DaTSCAN aktar milli suppost:

Billi DaTSCAN jingħata mit-tabib f'kondizzjonijiet ikkontrollati, qajla hemm ċans li tingħata xi doża eċċessiva. It-tabib tiegħek ser jissuġerixxilek li tixrob ħafna fluwidi biex iħaffef l-eliminazzjoni tal-

mediċina minn ġismek. Għandek toqgħod attent bl-ilma (l-awrina) li tgħaddi – it-tabib tiegħek ser jgħidlek x’għandek tagħmel. Din hija prattika normali b’mediċini bħal DaTSCAN. Jekk jibqa'

ioflupane (123I) f'ġismek dan jitlef ir-radjoattivita` tiegħu b'mod naturali.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta' din il-mediċina, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib talmediċina nukleari tiegħek li jissorvelja l-proċedura.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, DaTSCAN jista’jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji hi:

Komuni: jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10 - Uġigħ ta’ ras

Mhux komuni: jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 100

-Żieda fl-aptit

-Sturdament

-Disturbi fit-togħma

-Dardir

-ħalq xott

-Sensazzjoni irritanti bħal qisu hemm in-nemel miexi fuq il-ġilda tiegħek formikazzjoni)

-Uġigħ qawwi meta tingħata l-injezzjoni. Dan kien irrappurtat fost pazjenti li kienu qed jirċievu DaTSCAN ġo vina żgħira

Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli. - Sensittività eċċessiva (allerġiċi)

L-ammont ta' radjoattività fil-ġisem minn DaTSCAN huwa żgħir ħafna. Huwa jiġi eliminat mill-ġisem wara ftit jiem mingħajr il-bżonn li int tieħu xi prekawzjonijiet speċjali.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tal-mediċina nukleari tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen DaTSCAN

Inti mhux se jkollok bżonn taħżen din il-mediċina. Din il-mediċina tinħażen taħt ir- responsabbiltà talispeċjalista f’post adattat. Il-ħażna tar-radjufarmaċewtiċi ssir skont ir-

regolamenti nazzjonali dwar materjali radjuattivi.

It-tagħrif li jmiss huwa maħsub għall-ispeċjalista biss:

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Taħżinx f'temperatura 'l fuq minn 25 °C. Tagħmlux fil-friża.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.L-istaff tal-isptar jaċcertaw li l-prodott

jinħażen u jintrema sew u li ma jintużax wara-data ta' skadenza dikjarata fuq it-tikketta.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih DaTSCAN

Is-sustanza attiva hi ioflupane (123I). Kull ml ta’ soluzzjoni fih ioflupane (123I) 74 fil-ħin ta’ riferiment (minn 0.07 sa 0.13 μg/ml ta’ ioflupane).

Is-sustanzi l-oħra huma acetic acid, sodium acetate, ethanol u ilma għall-injezzjonijiet.

Id-dehra tal-prodott u d-daqs tal-pakkett:

DaTSCAN hu soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 2.5 jew 5 ml, bla kulur, fornut f’kunjett wieħed tal-ħġieġ bla kulur ta’ 10 ml, issiġillat b’tapp tal-lastku u overseal tal-metall.

Sid l-Awtorizazzjoni għall-kummerċ u l-Manifattur:

Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ:

GE Healthcare Limited

Little Chalfont

Bucks HP7 9NA

Renju Unit

Manifattur:

GE Healthcare B.V.

Den Dolech 2

NL-5612 AZ, Eindhoven

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok għamel kuntatt mar-rappreżentant lokali tas-Sid ta’ l-Awtorizzazzjoni għall-Kummerċ.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

GE Healthcare BVBA

General Electric International Inc.

Tél/Tel: +32 (0) 2 719 7410

Tel.: +370 68 726 753

България

Luxembourg/Luxemburg

GE Healthcare Bulgaria EOOD

GE Healthcare BVBA

Teл/Fax: + 359 2 9712561

België/Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: +32 (0) 2 719 7410

 

Česká republika

Magyarország

M.G.P. spol. s r.o.

Radizone Diagnost-X Kft.

Tel.: +420 577 212 140

Tel: +36 1 787-5720

Danmark

Malta

GE Healthcare A/S

Pharma-Cos Ltd.

Tlf: +45 70 2222 03

Tel: +356 21441 870

Deutschland

Nederland

GE Healthcare Buchler GmbH & Co. KG

GE Healthcare B.V.

Tel: +49 (0) 5 307 93 00

Tel: +31 (0) 40 299 10 00

Eesti

Norge

GE Healthcare Estonia OÜ

GE Healthcare AS

Tel: +372 6260 061

Tlf: + 47 23 18 50 50

Ελλάδα

Österreich

GE Healthcare A.E.

GE Healthcare Handels GmbH

Τηλ: +30 210 8930600

España

Polska

GE Healthcare Bio-Sciences, S.A.U

GE Medical Systems Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 663 25 00

Tel: + 4822 330 83 00

France

Portugal

GE Healthcare SAS

Satis – GE Healthcare

Tél: +33 1 34 49 54 54

Tel: + 351 214251352

Ireland

Slovenija

GE Healthcare Limited

Biomedis M.B. trgovina d.o.o.

UK

Tel: + 386 2 4716300

Tel: +44 (0) 1494 54 40 00

 

Ísland

Slovenská republika

Icepharma

MGP, spol. s r. o.

Sími: + 354 540 8000

Tel: +421 2 5465 4841

Italia

Suomi/Finland

GE Healthcare S.r.l.

Oy GE Healthcare Bio-Sciences Ab

Tel: +39 02 26001 111

Puh/Tel: +358 10 39411

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

GE Healthcare AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46 (0) 8 559 504 00

Latvija

United Kingdom

General Electric International Inc.

GE Healthcare Limited

Tel: +371 6780 7086

Tel: +44 (0) 1494 54 40 00

Latvija

United Kingdom

General Electric International Inc.

GE Healthcare Limited

Tel: +371 6780 7086

Tel: +44 (0) 1494 54 40 00

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati