Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

DepoCyte (cytarabine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01BC01

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDepoCyte
Kodiċi ATCL01BC01
Sustanzacytarabine
ManifatturPacira Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

DepoCyte 50 mg suspensjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Millilitru ta’ suspensjoni fih 10 mg cytarabine

Kull kunjett ta’ 5 ml fih 50 mg ta’ cytarabine

Għallista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni għall-injezzjoni

Suspensjoni bajda għal offwajt.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Trattament ġot-teka ta’ meninġite limfomatuża. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti trattament bħal dan ikun parti minn taffija sintomatika tal-marda.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

DepoCyte għandu jingħata biss taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fl-użu ta’ mediċini kimoterapewtiċi tal-kanċer.

Pożoloġija

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u effikaċja fit-tfal li għadhom m’għalqux it-18-il sena ma ġewx determinati s’issa (ara sezzjoni 5.1). Dejta disponibbli attwalment hi deskritta fis-sezzjoni 5.1 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il- pożoloġija ma tista’ tingħata. DepoCyte mhux irrakkomandat għall-użu fi tfal u adoloxxenti sakemm aktar tagħrif ikun disponibbli

Adulti u l-anzjani

Għat-trattament ta’ meninġite limfomatuża, id-doża għall-adulti hi ta’ 50 mg (kunjett wieħed) mogħti minn ġot-teka (tneħħija tal-likwidu mill-bażi tas-sinsla permezz ta’ labra tas-siringa jew intraventrikularment permezz tal-ħażna ta’ Ommaya). Il-kors tal-bidu, tal-konsolidazzjoni u tal- manteniment tat-terapija li jidher hawn taħt hu rakkomandat:

Terapija tal-bidu: 50 mg mogħtija kull 14-il jum għal 2 dożi (ġimgħa 1 u 3).

Terapija ta’ konsolidazzjoni: 50 mg mogħtija kull 14-il jum għal 3 dożi (ġimgħat 5, 7 u 9) segwiti minn doża addizzjonali ta’ 50 mg f’ġimgħa 13.

Terapija ta’ manteniment: 50 mg mogħtija kull 28 jum għal 4 dożi (ġimgħat 17, 21, 25 u 29).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

DepoCyte għandu jingħata b’injezzjoni bil-mod fuq perjodu ta’ 1-5 minuti direttament fil- fluwidu ċerebrospinali (CSF) jew permezz ta’ ħażna intraventrikulari jew b’injezzjoni diretta ġor-rita tal-bażi tas- sinsla. Wara l-għoti b’titqiba fil-bażi tas-sinsla, huwa rakkomandat li l-pazjent għandu jingħata struzzjonijiet biex jimtedd għal siegħa. Il-pazjenti kollha għandhom jinbdew fuq 4 mg ta’ dexamethasone darbtejn kuljum jew mill-ħalq jew minn ġol-vina għal 5 ijiem li jibdew fil-jum

tal-injezzjoni ta’ DepoCyte.

DepoCyte m’għandux jingħata minn xi post ieħor ta’ l-għoti.

DepoCyte għandu jintuża kif ipprovdut; m’għandux jiġi dilwit (ara sezzjoni 6.2).

Il-pazjenti għandhom ikunu osservati mit-tabib għal reazzjonijiet tossiċi immedjati.

Jekk tiżviluppa newrotossiċità, id-doża għandha titnaqqas għal 25 mg. Jekk tippersisti, it-trattament b’DepoCyte għandu jitwaqqaf.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għalkwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Pazjenti b’infezzjoni meninġeali attiva.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Pazjenti li qed jirċievu DepoCyte għandhom ikunu ttrattati fl-istess ħin bil-kortikosterojdi. (eż. dexamethasone) biex jittaffew is-sintomi ta’ l-araknojdite (ara sezzjoni 4.8), li hi reazzjoni avversa komuni ħafna.

L-araknojdite hi sindrome li tintwera primarjament permezz tad-dardir, rimettar, uġigħ ta’ ras u deni. Jekk ma tiġix ittrattata, l-araknojdite kimika tista’ tkun fatali.

Il-pazjenti għandhom ikunu infurmati dwar ir-reazzjonijiet avversi mistennija ta’ uġigħ ta’ ras, dardir, rimettar u deni, u dwar is-sinjali bikrija u s-sintomi tan-newrotossiċità. L-importanza ta’ l-għoti flimkien ma’ dexamethasone għandha tkun enfasizzata fil-bidu ta’ kull ċiklu ta’ trattament b’DepoCyte. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jitolbu għajnuna medika jekk sinjali jew sintomi ta’ newrotossiċità jiżviluppaw, jew jekk dexamethasone li jittieħed mill-ħalq ma jkunx ittollerat sew.

Cytarabine, meta mogħti minn ġot-teka, kien assoċjat ma’ dardir, rimettar, u tossiċità serja tas-sistema nervuża ċentrali li tista’ twassal għal defiċjenzi permanenti, li jinkludu għama, mijelopatija u tossiċità newroloġika.

L-għoti flimkien ta’ DepoCyte ma’ mediċini kimoterapewtiċi newrotossiċi oħrajn jew ma’ irradjazzjoni kranjali/tas-sinsla tad-dahar jista’ jżid ir-riskju ta’ newrotossiċità.

Meninġite infettiva tista’ tkun assoċjata ma’ l-għoti ġot-teka. L-idroċefalu kien irrappurtat ukoll, possibbilment ikkawżat mill-araknojdite.

L-imblukkar jew it-tnaqqis fit-tnixxija ta’ CSF jista’ jirriżulta f’żieda f’konċentrazzjonijiet ta’ cytarabine ħieles fis-CSF b’riskju miżjud ta’ newrotossiċità. Għalhekk, bħal fil-każ ta’ kull terapija intratekali ċitotossika, wieħed għandu jikkunsidra l-ħtieġa ta’ analiżi tal-influss ta’ CSF qabel ma tinbeda l-kura.

Għalkemm espożizzjoni sistemika sinifikantib’mod sinifikattiv għal cytarabine ħieles ma tkunx mistennija wara trattament ġot-teka, xi effetti fuq il-funzjoni tal-mudullun ma jistgħux ikunu esklużi. Tossiċità sistemika minħabba l-għoti minn ġol-vina ta’ cytarabine tikkonsisti primarjament mit-trażżin tal-mudullun bil-lewkopenja, tromboċitopenja u anemija. Għalhekk il-monitoraġġ tas-sistema emopojetika huwa meħtieġ.

Reazzjonijiet anafilattiċi wara l-għoti minn ġol-vina ta’ cytarabine libera rarament kienu rrappurtati.

Billi l-partikuli ta’ DepoCyte huma simili fid-daqs u fid-dehra għaċ-ċelluli bojod tad-demm, attenzjoni għandha tingħata fl-interpretazzjoni tal-eżami tas-CSF wara l-għoti.

4.5Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-ebda interazzjonijiet definiti bejn DepoCyte mogħti minn ġot-teka u prodotti mediċinali oħrajn ma kienu stabbiliti.

L-għoti flimkien ta’ DepoCyte ma’ mediċini anti-neoplastiċi oħrajn mogħtija minn ġot-teka ma kienx studjat.

L-għoti ġot-teka ta’ cytarabine flimkien ma’ mediċini ċitotossiċi oħrajn jista’ jżid ir-riskju ta’ newrotossiċità.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa li jista’jkollhomit-tfal/Kontraċezzjoni fl-irġiel u n-nisa

Minkejja r-riskju apparenti nisa li potenzjalment jista’ jkollhom it-tfal m’għandhomx jingħataw din il- kura sakemm it-tqala tkun eskluża u għandhom jingħataw il-parir biex jużaw metodu ta’ kontraċezzjoni li tista’ torbot fuqu.

Billi cytarabine għandha potenzjal mutaġeniku li jista jikkaġuna ħsara fil-kromosomi fl-isperma umana, irġiel li qed jirċievu t-trattament b’DepoCyte u s-sieħba tagħhom għandhom jingħataw il-parir biex jużaw metodu ta’ kontraċezzjoni li tista’ torbot fuqu.

Tqala

Studji dwar it-teratoloġija fl-annimali ma sarux b’DepoCyte u m’hemmx studji adegwati u kkontrollati tajjeb f’nisa tqal.

Cytarabine, is-sustanza attiva f’DepoCyte, jista’ jikkaġuna ħsara lill-fetu meta jingħata b’mod sistemiku waqt it-tqala, prinċipalment fl-ewwel tlitt xhur.. Madanakollu, it-tħassib dwar ħsara lill-fetu wara l-għoti intratekali ta’ DepoCyte, huwa baxx peress li l-espożizzjoni sistemika għal cytarabine hija negliġibbli.

Minkejja r-riskju apparenti nisa li potenzjalment jista’ jkollhom it-tfal m’għandhomx jingħataw din il- kura sakemm it-tqala tkun eskluża u għandhom jingħataw il-parir biex jużaw metodu ta’ kontraċezzjoni li tista’ torbot fuqu.

Treddigħ

Mhuwiex magħruf jekk cytarabine joħroġhix imneħħija fil-ħalib tal-bniedem wara l-għoti ġot-teka. L- espożizzjoni sistemika għal cytarabine ħieles wara trattament ġot-teka b’DepoCyte kienet negliġibbli. Minħabba t-tneħħija possibbli fil-ħalib uman u minħabba l-potenzjal għal reazzjonijiet avversi serji fit- trabi li jkunu qed jerdgħu, l-użu ta’ DepoCyte mhuwiex rakkomandat f’nisa li qed ireddgħu.

Fertilità

Studji dwar it-tossiċità DepoCyte waqt it-tqala ma sarux. Minħabba li l-espożizzjoni sistemika għal cytarabine liberu wara trattament intratekali b’DopoCyte hu neġliġibbli, ir-riskju ta’ fertilità indebolita mistenni jkun baxx (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma kien hemm l-ebda rapporti li espliċitament għamlu konnessjoni bejn l-effetti tat-trattament b’DepoCyte u l-ħila biex issuq u tħaddem il-magni. Madankollu, fuq il-bażi ta’ reazzjonijiet avversi rrappurtati, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jsuqux u ma jużawx magni waqt it- trattament.

4.8Effetti mhux mixtieqa

F’4 studji ta’ Fażi 1 l-aktar reazzjonijiet avversi komuni rrapportati assoċjati ma’ DepoCyte kienu l-uġigħ ta’ ras, (23%) araknojdite (16%), deni (14%), dgħufija (13%), dardir (13%), remettar (12%), konfużjoni (11%), tromboċitopenija (10%) u għeja (6%).

F’4 studji ta’ Fażi I f’pazjenti b’meninġite limfomatosi li ngħataw jew DepoCyte jew cytarabine, ir- reazzjonijiet avversi huma elenkati skont is-sistema tal-klassifika tal-organi MedDRA u bil-frekwenza (komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 to <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000)) f’ Tabella I hawn taħt. Fi ħdan kull frekwenza, l- effetti mhux mixtieqa huma ppreżentati b’ordni fejn tal-ewwel huma l-aktar serji.

Tabella 1. Reazzjonijiet avversi li jseħħu f’aktar minn > 10% ta’ ċikli f’xi wieħed mill-gruppi ta’ trattament f’pazjenti f’4 studji ta’ fażi 1 b’meninġite limfomatosi li qed jingħataw DepoCyte

50 mg (n = 151 ċiklu) jew cytarabine (n = 99 ċiklu)

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

 

DepoCyte

Komuni ħafna: Thromboċitopenija

Cytarabine

Komuni ħafna: Thromboċitopenija

Disturbi fis-sistema nervuża

 

DepoCyte

Komuni ħafna: araknojdite, konfużjoni, uġigħ ta’

Cytarabine

ras

Komuni ħafna: araknojdite, uġigħ ta’ ras

 

Komuni: konfużjoni

Disturbi gastrointestinali

 

DepoCyte

Komuni ħafna: dijarea, remettar, dardir

Cytarabine

Komuni ħafna: dijarea, remettar, dardir

Disturbi ġenerali u kundizzjonijiet ta’ mnejn

 

jingħata

 

DepoCyte

Komuni ħafna: dgħufija, deni

Cytarabine

Komuni: deni

Komuni ħafna: dgħufija, deni, għeja

*It-tul taċ-ċikli ta’ Induzzjoni u ta’ Manteniment kienu ġimagħtejn u 4 ġimgħat, rispettivament, li matulhom il-pazjent ingħata jew doża waħda ta’ DepoCyte jew 4 dożi ta’ cytarabine. Il-pazjenti fuq cytarabine li ma temmewx l-4 dożi kollha fi ħdan ċiklu, jgħoddu bħala ċiklu li tlesta.

Disturbi fis-Sistema Nervuża

DepoCyte għandu l-potenzjal li jipproduċi tossiċità newroloġika serja.

L-għoti intratekali ta’ cytarabine jista’ jikkaġuna majelopatija u tossiċitajiet newroloġiċi oħra li xi kultant jistgħu jwasslu għal defiċit newroloġiku permanenti. Wara l-għoti intratekali ta’ DepoCyte, tossiċità serja tas-sistema nervuża ċentrali, li tinkludi konvulżjonijiet persistenti (7%), ħedla estrema (3%), emipleġija (1%), disturbi viżwali li jinkludu għama (1%), truxija (3%), u indeboliment tal-

imsaren (3%) u fil-kontroll tal-bużżieqa tal-awrina (inkontinenza)(1%) ġew osservati wkoll u f’xi każijiet din il-kombinazzjoni ta’ sinjali u sintomi newroloġiċi ġew irrapportati bħala s-sindromu cauda equina (3%).

Reazzjonijiet avversi li possibilment jirriflettu n-newrotossiċità huma elenkati f’Tabella 2 skont is- sistema tal-klassifika tal-organi MedDRA u l-frekwenza: komuni ħafna ( ≥1/10); komuni (≥1/100 sa < 1/10); u mhux komuni (≥ 1/1,000 to < 1/100). Fi ħdan kull ragruppament ta’ frekwenzi, l-effetti mhux mixtieqa huma ppreżentati bl-aktar serji jingħataw l-ewwel.

Tabella 2: Reazzjonijiet avversi li possibilment jirriflettu n-newrotossiċita` f’pazjenti li jkunu f’Fażi II, III, u IV li qed jirċievu DepoCyte 50 mg (n = 99 ċiklu) jew cytarabine ( n = 84 ċiklu)

Disturbi psikjatriċi

 

DepoCyte

Komuni: ħedla

Cytarabine

Komuni: ħedla

Disturbi fis-sistema nervuża

 

DepoCyte

Komuni: sindromu ta’ cauda equina,

 

konvulżjonijiet, puplesija ta’ xi nerv kranjali,

 

ipoestesija, majelopatija, parestesija, emipleġja,

Cytarabine

tirżiħ

Komuni: sindromu ta’ cauda equina,

 

konvulżjonijiet, puplesija tan-nerv kranjali,

 

ipoestesija, majelopatija, parestesija, hemipleġja,

 

tirżiħ

Disturbi fl-għajnejn

 

DepoCyte

Komuni: disturbi viżwali, għama

Cytarabine

Komuni: disturbi viżwali, għama

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema labirintika

 

DepoCyte

Komuni: truxija

Cytarabine

Komuni truxija

Disturbi gastrointestinali

 

DepoCyte

Komuni: nuqqas ta’ kontroll tal-musrana

Cytarabine

Common: nuqqas ta’ kontroll tal-musrana

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

 

DepoCyte

Komuni: inkontinenza tal-awrina

Cytarabine

Komuni: inkontinenza tal-awrina

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

jingħata

 

DepoCyte

Komuni ħafna: dgħufija

Cytarabine

Komuni: uġigħ

Komuni ħafna: dgħufija

 

Komuni: uġigħ

Il-pazjenti kollha li qed jirċievu DepoCyte għandhom ikunu ttrattati fl-istess ħin b’dexamethasone biex is- sintomi ta’ l-araknojdite jittaffew. Effetti tossiċi jistgħu jkunu marbuta ma’ doża waħda jew ma’

dożi kumulattivi. Minħabba li effetti tossiċi jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin waqt it-terapija

(għalkemm li x’aktarx li jseħħu l-aktar sa 5 ijiem mill-għoti), pazjenti li qed jirċievu t-terapija b’DepoCyte għandhom ikunu mmonitorjati l-ħin kollu għall-iżvilupp ta’ newrotossiċità. Jekk il- pazjenti jiżviluppaw newrotossiċità, dożi sussegwenti ta’ DepoCyte għandhom jitnaqqsu, u DepoCyte għandu jitwaqqaf jekk it- tossiċità tippersisti.

L-araknojdite, reazzjoni avversa komuni ħafna assoċjata ma’ DepoCyte, huwa sindromu b’diversi reazzjonijiet avversi. L-inċidenza ta’ dawn ir-reazzjonijiet avversi, li possibilment jirriflettu irritazzjoni meninġeali, jinkludu uġigħ ta’ ras (24%), dardir (18%), rimettar (17%), deni (12%), ebusija tal-għonq (3%), uġigħ tal-għonq (4%), uġigħ tad-dahar (7%), meninġiżmu (<1%),

konvulżjonijiet (6%), idroċefalu (2%), u plewċitożi tas-CSF, bi jew mingħajr stat mibdul ta’ konoxxenza (1%), It-Tabella 3 hawn isfel telenka dawn ir-reazzjonijiet f’pazjenti ttrattati b’DepoCyte, u kif ukoll f’pazjenti kkurati b’methotrexate u cytarabine wkoll.

Reazzjonijiet avversi huma elenkati skont is-sistema tal-klassifika tal-organi MedDRA u l-frekwenza: komuni ħafna ( ≥1/10); komuni (≥1/100 sa < 1/10); u mhux komuni (≥ 1/1,000 to < 1/100). Fi ħdan kull ragruppament ta’ frekwenzi, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla bl-aktar serji jingħataw

l-ewwel.

Table 3: Reazzjonijiet avversi li possibilment jirriflettu irritazzjoni meninġeali f’pazjenti f’Fażi

II, III, u IV

Disturbi fis-sistema nervuża

 

DepoCyte (n = 929 ċiklu)

Komuni ħafna: uġigħ ta’ ras

 

Komuni: konvulżjonijiet, idroċefalu miksub,

 

pleoċitosi fil-fluwidu ċerebro-spinali

Methotrexate (n = 258 ċiklu)

Mhux komuni: meningiżmu

Komuni ħafna: uġigħ ta’ ras

 

Komuni: konvulżjonijiet, idroċefali miksub,

Cytarabine (n = 99 ċiklu)

meninġiżmu

Komuni ħafna: uġigħ ta’ ras

 

Komuni: konvulżjonijiet, meninġiżmu

Disturbi gastrointestinali

 

DepoCyte (n = 929 ċiklu)

Komuni ħafna: remettar, dardir

Methotrexate (n = 258 ċiklu)

Komuni ħafna: remettar, dardir

Cytarabine (n = 99 ċiklu)

Komuni ħafna: remettar, dardir

Disturbi muskoluskeletriku u tat-tessuti

 

konnettivi

 

DepoCyte (n = 929 ċiklu)

Komuni: uġigħ fid-dahar, uġigħ fl-għonq, ebusija

Methotrexate (n = 258 ċiklu)

tal-għonq

Komuni: uġigħ fid-dahar, uġigħ fl-għonq

Cytarabine (n = 99 ċiklu)

Mhux komuni: ebusija tal-għonq

Komuni: uġigħ fid-dahar, uġigħ fl-għonq, ebusija

 

tal-għonq

Disturbi ġenerali u kundizzjonijiet ta’ mnejn

 

jingħata

 

DepoCyte (n = 929 ċiklu)

Mhux komuni: deni

Methotrexate (n = 258 ċiklu)

Komuni: deni

Cytarabine (n = 99 ċiklu)

Komuni ħafna: deni

*It-tul taċ-ċiklu kien ta’ sentejn meta l-pazjent ikun irċieva jew doża waħda ta’ DepoCyte jew 4 dożi ta’ cytarabine jew methotrexate. Pazjenti fuq cytarabine u methotrexate li ma jtemmux l-4 dożi huma kkonsidrati bħala parti miċ-ċiklu.

Stħarriġ

Żieda mhux permanenti fil-proteini fis-CSF u ċ-ċelluli bojod tad-demm ġew osservati f’pazjenti wara l- għoti ta’ DepoCyte, u ġew innotati wara kura ġot-teka b’methotrexate jew cytarabine. Dawn ir-reazzjonijiet ġew irrapportati prinċipalment minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq b’DepoCyte bħala rapporti spontanji tal-każ. Minħabba li dawn ir-reazzjonijiet huma rrapportati minn popolazzjoni ta’ daqs inċert, mhux possibbli li tiġi stmata l-frekwenza tagħhom.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-ebda każ ta’ doża eċċessiva b’DepoCyte ma ġie rrapurtat. Doża eċċessiva b’DepoCyte tista’ tkun assoċjata ma’ araknojdite serja li tinkludi l-enċefalopatija.

Fi studju bikri mhux ikkontrollat mingħajr profilassi ta’ dexamethasone, dożi waħidhom sa 125 mg kienu mogħtija. Pazjent wieħed fil-livell tad-doża ta’ 125 mg miet bl-enċefalopatija 36 siegħa wara li rċieva DepoCyte intraventrikularment. Madankollu, dan il-pazjent kien qed jirċievi wkoll irradjazzjoni tal-moħħ kollu fl-istess ħin, u qabel kien irċieva methotrexate intraventrikulari.

M’hemm l-ebda antidot għal DepoCyte mogħti ġot-teka jew għal cytarabine li mhux f’kapsuli li tintreħa minn DepoCyte. Il-bdil ta’ fluwidu ċerebrospinali ma’ likwidu li fih soluzzjoni ta’ sodium chloride isotoniku sar f’każ ta’ doża eċċessiva ta’ cytarabine ħieles ġot-teka, u proċedura bħal din tista’ tkun ikkunsidrata f’każ ta’ doża eċċessiva ta’ DepoCyte. L-immaniġġjar ta’ doża eċċessiva għandu jkun immirat biex imantni l-funzjonijiet vitali.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antimetaboliti, analogi tal-pyrimidine, Kodiċi ATC: L01BC01

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

DepoCyte huwa formulazzjoni ta’ cytarabine li terħi l-mediċina b’mod sostnut, magħmul għall-għoti dirett ġol-fluwidu ċerebrospinali (CSF).

Cytarabine hi mediċina anti-neoplastika speċifika tal-fażi taċ-ċiklu taċ-ċellula, li taffettwa liċ-ċelluli biss waqt il-fażi S tad-diviżjoni taċ-ċellula. Fiċ-ċelluli, cytarabine tinbidel f’cytarabine-5’-triphosphate (ara- CTP), li huwa l-metabolit attiv. Il-mekkaniżmu ta’ l-azzjoni mhuwiex mifhum għal kollox, iżda jidher li ara-CTP jaġixxi primarjament permezz ta’ l-inibizzjoni tas-sintesi ta’ DNA. L- inkorporazzjoni f’DNA u RNA tista’ wkoll tikkontribwixxi għaċ-ċitotossiċità ta’ cytarabine. Cytarabine hu ċitotossiċiku għal varjetà wiesgħa ta’ ċelluli mammiferi li jkunu qed jikbru b’mod mgħaġġel fil-koltura.

Għal antimetaboliti speċifiċi tal-fażi taċ-ċiklu taċ-ċellula, it-tul ta’ l-espożizzjoni taċ-ċelluli neoplastiċi għal konċentrazzjonijiet ċitossiċi hu determinazzjoni importanti tal-effikaċja.

Effetti farmakodinamiċi

Studji in vitro, li eżaminaw aktar minn 60 razza ta’ ċelluli, urew li l-medjan tal-konċentrazzjoni ta’ cytarabine li irriżulta f’inibizzjoni tat-tkabbir ta’ 50% (IC50) kien ta’ madwar 10 µM (2.4 µg/ml) għal

jumejn ta’ espożizzjoni, u ta’ 0.1 µM (0.024 µg/ml) għal 6 ijiem ta’ espożizzjoni. L-istudji wrew ukoll suxxettibbilità ta’ ħafna razez ta’ ċelluli ta’ tumur solidu għal cytarabine, partikularment wara perijodi itwal ta’ espożizzjoni għal cytarabine.

Effikaċja klinika u sigurtà

Fi studju kliniku open label, ikkontrollat attivatament, u multiċentriku, 35 pazjent b’meninġite limfomatuża (b’ċelluli malinni misjuba fiċ-ċitoloġija tas-CSF) kienu magħżula bl-addoċċ għat-terapija ġot-teka b’DepoCyte (n=18) jew b’cytarabine li mhux f’kapsuli (n=17). Matul ix-xahar tal-fażi tat- Trattament tal-Bidu, DepoCyte kien mogħti minn ġot-teka bħal 50 mg kull ġimgħatejn, u cytarabine li mhux f’kapsuli bħal 50 mg darbtejn kull ġimgħa. Pazjenti li ma rrispondewx waqqfu t-trattament tal- protokoll wara 4 ġimgħat. Pazjenti li rnexxielhom jirrispondu (ir-respons kien definit bħala l-ikklirjar tas-CSF ta’ ċelluli malinni fin-nuqqas ta’ progressjoni ta’ sintomi newroloġiċi) komplew it-trattament u rċivew it-Terapija ta’ Konsolidazzjoni u ta’ Manteniment sa 29 ġimgħa.

Responsi kienu osservati fi 13/18 (72%, 95% intervalli ta’ kunfidenza: 47, 90) ta’ pazjenti fuq DepoCyte kontra 3/17 (18% tal-pazjenti, 95% intervalli ta’ kunfidenza: 4, 43) fil-parti ta’ l-istudju b’cytarabine li mhux f’kapsuli. Assoċjazzjoni statistikament sinifikanti bejn it-trattament u r-respons kienet osservata (il- valur p tat-test eżatt ta’ Fisher = 0.002). Il-maġġoranza tal-pazjenti fuq DepoCyte komplew it-trattament wara l-Fażi tal-Bidu u rċivew terapija addizzjonali. Pazjenti fuq DepoCyte irċivew medjan ta’ 5 ċikli (dożi) kull pazjent (medda ta’ 1 sa 10 dożi) bi żmien medjan fuq it-terapija ta’ 90 jum (medda ta’ 1 sa 207 jiem).

L-ebda differenzi statistikament sinifikanti ma kienu nnutati f’endpoints sekondarji bħat-tul tar- respons, is-sopravivenza mingħajr progressjoni, is-sinjali u sintomi newroloġiċi, l-istat tal-prestazzjoni ta’ Karnofsky, il-kwalità tal-ħajja u sopravivenza totali. Il-medjan tas-sopravivenza mingħajr progressjoni (definit bħala ż-żmien għall-progressjoni newroloġika jew il-mewt) għall-pazjenti kollha ttrattati kien ta’ 77 kontra 48 jum għal DepoCyte kontra cytarabine li mhux f’kapsuli, rispettivament.

Il-proporzjon ta’ pazjenti ħajjin wara 12-il xahar kien ta’ 24% għal DepoCyte kontra 19% għal cytarabine li mhux f’kapsuli.

Popolazzjoni pedjatrika

Fi studju eskalat open-label dwar doża mhux komparattiv fuq 18-il pazjent pedjatriku (bejn 4 sa 19-il sena) li kellhom il-meninġite lewkemika jew meninġite neoplastika minħabba tumur primarju fil- moħħ, doża ġot-teka ta’ 35 mg kinet identifikata bħala d-doża massima ttolerata.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Analiżi tat-tagħrif farmakokinetiku disponsibbli turi li wara l-għoti ta’ DepoCyte ġot-teka fil-pazjenti, jew minn ġor-rita tal-bażi tas-sinsla jew minn ġol-ħażna intraventrikulari, l-ogħla ammonti ta’ cytarabine ħieles kienu osservati sa 5 sigħat kemm fil-ventriklu u kemm fir-rita tal-bażi tas-sinsla. Dawn l-ogħla ammonti kienu segwiti minn profil ta’ eliminazzjoni bifażika li tikkonsisti fi tnaqqis qawwi inizjali u tnaqqis sussegwenti bil-mod b’half-life tal-fażi terminali ta’ 100 sa 263 siegħa fuq medda ta’ doża ta’ 12.5 mg sa 75 mg. B'kuntrast, l-għoti ġot-teka ta’ 30 mg ta’ cytarabine ħieles wera profil ta’ konċentrazzjoni bifażiku tas-CSF b’half-life tal-fażi terminali ta’ madwar 3.4 sigħat.

Il-parametri farmakokinetiċi ta’ DepoCyte (75 mg) f’pazjenti b’meninġite neoplastika li ngħataw il- prodott mediċinali intraventrikularment jew b’titqiba fil-bażi tas-sinsla, jissuġġerixxu li l-espożizzjoni għas-sustanza attiva fl-ispazji ventrikulari jew fil-bażi tas-sinsla hi simili mingħajr ma wieħed jagħti kas minn fejn jingħata. Flimkien ma’ dan, meta mqabbla ma’ cytarabine ħieles, il- formulazzjoni żżid il-half-life bijoloġika b’fattur ta’ 27 sa 71, li jiddependi fuq minn fejn jingħata u l- kumpartiment li minnu jittieħed il-kampjun. Konċentrazzjonijiet ta’ cytarabine inkapsulat u l-għadd

tal-partikuli tal-lipidi li fihom cytarabine hu inkapsulat, segwew mod ta’ distribuzzjoni simili. L-AUCs ta’ cytarabine ħieles u inkapsulat wara injezzjoni ventrikulari ta’ DepoCyte dehru li żdiedu b’mod lineari ma’ żjieda fid-doża, li jindika li l-ħruġ ta’ cytarabine minn DepoCyte u l-farmakokinetiċità ta’ cytarabine huma lineari fis-CSF uman.

Distribuzzjoni

Ir-rata ta’ trasferiment ta’ cytarabine mis-CSF għall-plażma hi bil-mod u l-bidla għal uracil arabinoside (ara-U), il-metabolit inattiv, fil-plażma hi mgħaġġla. Kien iddeterminat li l-espożizzjoni sistemika għal cytarabine hi negliġibbli wara l-għoti ġot-teka ta’ 50 mg u 75 mg ta’ DepoCyte.

Bijotrasformazzjoni

Ir-rotta primarja ta’ l-eliminazzjoni ta’ cytarabine hi l-metaboliżmu għall-kompost inattiv ara-U, (1-β- D- arabinofuranosyluracil jew uracil arabinoside) segwit minn eskrezzjoni fl-awrina ta’ ara-U. B’kuntrast ma’ cytarabine mogħti sistemikament li hu metabolizzat malajr għal ara-U, il-bidla għal

ara-U fis-CSF hi negliġibbli wara l-għoti ġot-teka minħabba l-attività mnaqqsa sinifikanti ta’ cytidine

deaminase fit-tessuti tas-CNS u s-CSF. Ir-rata ta’ tneħħija tas-CSF ta’ cytarabine hi simili għar-rata tat-tnixxija totali tas-CSF ta’ 0.24 ml/min.

Eliminazzjoni

Id-distribuzzjoni u t-tneħħija ta’ cytarabine u tal-komponent fosfolipidu predominanti tal-partikula tal- lipidu (DOPC) wara l-għoti ġot-teka ta’ DepoCyte kien evalwat f’annimali gerriema. Radiolabels għal cytarabine u DOPC kienu distribwiti malajr f’kull parti tan-newroassi. Iktar minn 90% ta’ cytarabine tneħħa mil-ġisem sar-4 jum u 2.7% addizzjonali sal-21 jum. Ir-riżultati jissuġġerixxu li l-komponenti tal- lipidi jġarrbu idrolisi u fil-parti l-kbira jkunu inkorporati fit-tessuti wara t-tkissir tagħhom fl-ispazju intratekali.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Reviżjoni tat-tagħrif tossikoloġiku disponibbli għal-lipidi kostitwenti (DOPC u DPPG) jew fosfolipidi simili għal dawk f’DepoCyte tindika li lipidi bħal dawn huma ttollerati tajjeb fi speċi ta’ annimali differenti anki meta jingħataw għall-perijodi twal ta’ żmien f’dożi fil-medda ta’ g/kg.

Ir-riżultati ta’ studji dwar tossiċità akuta u subakuta li saru fuq ix-xadini ssuġġerixxew li DepoCyte ġot- teka kien ittolerat sa doża ta’ 10 mg (komparabbli ma’ doża fil-bniedem ta’ 100 mg). Infjammazzjoni ħafifa sa moderata tal-meninġe fin-nerv qawwi li jgħaddi minn ġos-sinsla u fil-moħħ u/jew attivazzjoni astroċitika kienu osservati f’annimali li kienu qed jirċievu DepoCyte ġot-teka. Huwa maħsub li dawn it- tibdiliet huma konsistenti ma’ l-effetti tossiċi ta’ sustanzi oħra mogħtija ġot-

teka bħal cytarabine li mhux inkapsulat. Tibdiliet simili (ġeneralment deskritti bħala minimali sa ħfief) kienu osservati wkoll f’xi annimali li kienu qed jirċievu DepoFoam waħdu (bżieżaq żgħar ta’ DepoCyte mingħajr cytarabine) imma mhux f’annimali tal-kontroll b’soluzzjoni ta’ sodium chloride.

Studji fil-ġrieden, firien u klieb urew li cytarabine ħieles huwa tossikua b’mod qawwi għas-sistema emopojetika.

Ma saru l-ebda studji b’DepoCyte dwar il-karċinoġeneċità, il-mutaġeniċità jew il-ħsara fil-fertilità. L- ingredjent attiv, cytarabine, kien mutaġeniku f’testijiet in vitro u kien klastoġeniku in vitro (aberrazzjonijiet tal-kromosomi u skambju tal-kromatid-oħt f’lewkoċiti umani) u in vivo (aberrazzjonijiet tal-kromosomi u assay ta’ l-iskambju tal-kromatid-oħt fil-mudullun ta’ annimali gerriema, assay mikronuklejari tal-ġrieden). Cytarabine ikkawżat it-trasformazzjoni taċ-ċelluli

tal-embriju tal-ħamster u taċ-ċelluli H43 tal-firien in vitro. Cytarabine kien klastoġeniku għal ċelluli mejotiċi; żjieda li tiddependi mid-doża, ta’ anormalitajiet fl-irjus ta’ l-isperma u aberrazzjonijiet tal- kromosomi seħħet fil-ġrieden li ngħataw cytarabine intraperitoneali (i.p.). M’hemm l-ebda studji disponibbli fil-letteratura li jassessjaw l-impatt ta’ cytarabine fuq il-fertilità. Minħabba li l- espożizzjoni sistemika għal cytarabine ħieles wara trattament ġot-teka b’DepoCyte kienet negliġibbli,

ir-riskju ta’ ħsara fil-fertilità aktarx li jkun baxx.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Cholesterol

Triolein

Dioleoylphosphatidylcholine (DOPC)

Dipalmitoylphosphatidylglycerol (DPPG)

Sodium chloride

Ilma ghall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Ma saru l-ebda evalwazzjonijiet formali dwar il-farmakokinetiċità ta’ interazzjonijiet bejn DepoCyte u mediċini oħrajn. DepoCyte m’għandux ikun dilwit jew imħallat ma’ l-ebda prodott mediċinali ieħor, għax kwalunkwe bidla fil-konċentrazzjoni jew pH tista’ taffettwa l-istabilità tal-mikropartikuli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

18-il xahar.

Wara li tiftħu l-ewwel darba: mil-lat mikrobijoloġiku, il-prodott irid jintuża minnufih. Jekk ma jintużax minnufih, kemm idum maħżun u l-kundizzjonijiet qabel l-użu huma r-responsabilità tal-utent u dan m’għandux ikun aktar minn 4 sigħat f’temperatura ta’ bejn 18 u 22°C.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2oC - 8oC).

Tagħmlux fil-friża.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett tal-ħġieġ ta’ Tip I magħluq b’tapp tal-gomma butyl b’wiċċ ta’ fluororesin issiġillat b’siġill li jinqala’ tal-aluminju li fih 50 mg cytarabine f’suspensjoni ta’ 5 ml.

DepoCyte hu fornut f’kartun individwali li kull waħda jkun fiha kunjett wieħed ta’ doża waħda.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Preparazzjoni ta' DepoCyte

Minħabba n-natura tossika tiegħu, prekawzjonijiet speċjali għandhom jittieħdu meta tuża DepoCyte. Ara ‘Prekawzjonijiet dwar l-immaniġġjar u r-rimi ta’ DepoCyte’ hawn taħt.

Il-kunjetti għandhom jitħallew jisħnu sat-temperatura tal-kamra (18°C - 22°C) għal mill-inqas

30 minuta u għandhom jinqalbu bil-mod biex il-partikuli jerġgħu jiffurmaw suspensjoni immedjatament qabel il-ġbid mill-kunjett. Evita li tħallat b’mod vigoruż. L-ebda rikostituzzjoni

addizzjonali jew dilwizzjoni ma huma meħtieġa.

L-għoti ta’ DepoCyte

DepoCyte għandu jingħata biss minn ġot-teka.

DepoCyte għandu jinġibed mill-kunjett immedjatament qabel l-għoti. Billi DepoCyte huwa kunjett li jintuża darba u ma fih l-ebda preservattiv, il-prodott mediċinali għandu jintuża sa 4 sigħat mill-ġbid mill- kunjett. Il-prodott mediċinali li ma jintużax m’għandux jintuża sussegwentement. Tħallatx DepoCyte ma’ xi prodotti mediċinali oħra (ara sezzjoni 6.2). M’għandekx tiddilwi s-suspensjoni.

Il-filtri in-line m’għandhomx jintużaw waqt l-għoti ta’ DepoCyte. DepoCyte jingħata direttament ġos- CSF mill-ħażna intraventrikulari jew b’injezzjoni diretta ġor-rita tal-bażi tas-sinsla. DepoCyte għandu jkun injettat bil-mod matul perijodu ta’ 1-5 minuti. Wara l-għoti b’titqiba fil-bażi tas-sinsla, il-pazjent għandu jingħata istruzzjonijiet biex jimtedd għal siegħa. Il-pazjenti għandhom ikunu osservati mit- tabib għal reazzjonijiet tossiċi immedjati.

Il-pazjenti kollha għandhom jinbdew fuq dexamethasone 4 mg darbtejn kuljum mill-ħalq jew ġol-vina għal 5 ijiem li jibdew fil-jum ta’ l-injezzjoni ta’ DepoCyte.

Prekawzjonijiet dwar l-immaniġġjar u r-rimi ta’DepoCyte

Dawn ir-rakkommandazzjonijiet protettivi li ġejjin qed jingħataw minħabba n-natura tossika ta’ din is- sustanza:

il-personal għandu jkun imħarreġ biex ikollu teknika tajba biex juża mediċini ta’ kontra l-kanċer;

ħaddiema rġiel u nisa li qed jippruvaw li jkollhom tarbija u ħaddiema nisa li huma tqal għandhom ikunu esklużi milli jaħdmu b’din is-sustanza;

il-personal irid jilbes ilbies protettiv: gogil, gawn, ingwanti u maskri li jintremew wara li jintużaw;

żona speċifika għandha tkun definita għall-preparazzjoni (preferibbilment taħt sistema ta’ tnixxija laminari). Il-wiċċ fejn qed isir ix-xogħol għandu jkun protett minn karta li tassorbi u li jkun fiha dahar tal-plastik, li tintrema wara li tintuża;

l-oġġetti kollha li jintużaw waqt l-għoti jew it-tindif, għandhom jitpoġġew f’boroż għar-rimi ta’ skart ta’ riskju għoli, biex jinħarqu f’temperatura għolja fl-inċineratur;

f’każ ta’ kuntatt aċċidentali mal-ġilda, il-partijiet esposti għandhom jinħaslu immedjatament bis- sapun u bl-ilma;

f’każ ta’ kuntatt aċċidentali mal-membrani mukużi, il-partijiet esposti għandhom ikunu ttratati immedjatament b’ħasil bi kwantitajiet kbar ta’ ilma; għandha tintalab attenzjoni medika.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Pacira Limited

Wessex House

Marlow Road

Bourne End

Buckinghamshire

SL8 5SP

Ir-Renju Unit

8.NUMRU TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/187/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 11 ta’ Lulju, 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 11 ta’ Lulju, 2011

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati