Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Dexdor (dexmedetomidine hydrochloride) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N05CM18

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDexdor
Kodiċi ATCN05CM18
Sustanzadexmedetomidine hydrochloride
ManifatturOrion Corporation

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Dexdor 100 mikrogramma/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull 1 ml ta’ konċentrat fih dexmedetomidine hydrochloride ekwivalenti għal 100 mikrogramma dexmedetomidine.

Kull ampulla ta’ 2 ml fiha 200 mikrogramma ta’ dexmedetomidine.

Kull kunjett ta’ 2 ml fih 200 mikrogramma ta’ dexmedetomidine.

Kull kunjett ta’ 4 ml fih 400 mikrogramma ta’ dexmedetomidine.

Kull kunjett ta’ 10 ml fih 1,000 mikrogramma ta’ dexmedetomidine.

Wara d-dilwizzjoni l-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni finali għandha tkun ta’ 4 mikrogrammi/ml jew 8 mikrogrammi/ml.

Għal-lista sħiħa ta’ eċcipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili).

Il-konċentrat huwa soluzzjoni ċara, bla kulur, pH 4.5 - 7.0

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Għal sedazzjoni ta’ pazjenti adulti fl-ICU (Taqsima ta’ Kura Intensiva) li jeħtieġu livell ta’ sedazzjoni mhux aktar fond minn tqanqil f’rispons għal stimulazzjoni verbali (li jikkorrispondi għal Skala ta’ Aġitazzjoni-Sedazzjoni Richmond (RASS) 0 sa -3).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Għall-użu fi sptar biss. Dexdor għandu jingħata minn professjonisti fil-kura tas-saħħa imħarrġa fl- immaniġġar ta’ pazjenti li jeħtieġu kura intensiva.

Pożoloġija

Pazjenti li jkunu diġà intubati u sedati jistgħu jinqalbu għal dexmedetomidine b’rata ta’ infużjoni tal- bidu ta’ 0.7 μg/kg/h li wara tista’ tiġi aġġustata fi stadji fil-firxa tad-doża ta’ 0.2 sa 1.4 μg/kg/h sabiex jintlaħaq il-livell mixtieq ta’ sedazzjoni, skont ir-rispons tal-pazjent. Għall-pazjenti debboli għandha tiġi kkunsidrata rata ta’ infużjoni tal-bidu aktar baxxa. Dexmedetomidine huwa qawwi ħafna u r-rata ta’ infużjoni tingħata kull siegħa. Wara aġġustament tad-doża, livell ta’ sedazzjoni ġdid fi stat fiss jista’ ma jintlaħaqx għal siegħa.

Doża massima

Id-doża massima ta’ 1.4 μg/kg/h m’għandhiex tinqabeż. Pazjenti li ma jiksbux livell ta’ sedazzjoni adegwat bid-doża massima ta’ dexmedetomidine għandhom jinqalbu għal sustanza sedattiva oħra.

Użu ta’ doża għolja tal-bidu ta’ Dexdor mhux irrakkomandata u hija assoċjata ma’ żjieda fir- reazzjonijiet avversi. Jekk meħtieġ jistgħu jingħataw propofol jew midazolam sakemm l-effetti kliniċi ta’ dexmedetomidine jiġu stabbiliti.

Tul ta’ użu

M’hemmx esperjenza bl-użu ta’ Dexdor għal aktar minn 14-il ġurnata. L-użu ta’ Dexdor għal aktar minn dan il-perijodu għandu jiġi evalwat mill-ġdid b’mod regolari.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Normalment mhux meħtieġ aġġustament fid-doża għal pazjenti anzjani.

Indeboliment renali

Mhux meħtieġ aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment renali.

Indeboliment epatiku

Dexmedetomidine huwa metabolizzat fil-fwied u għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti b’indeboliment epatiku. Tista’ tiġi kkunsidrata doża ta’ manteniment imnaqqsa (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Dexdor fit-tfal ta’ età minn 0 sa 18-il sena għadhom ma ġewx stabbiliti. Dejta disponibbli bħalissa hija deskritta f’sezzjonijiet 4.8, 5.1 u 5.2 iżda ma tista’ ssir l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Dexdor għandu jingħata biss bħala infużjoni dilwita fil-vini bl-użu ta’ apparat għall-infużjoni kkontrollata. Għall-istruzzjonijiet dwar dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara t- taqsima 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe eċċipjent elenkat fit-taqsima 6.1.

Imblokk avanzat tal-qalb (grad 2 jew 3) sakemm il-pazjent ma jkollux pacemaker.

Pressjoni baxxa mhux ikkontrollata.

Kundizzjonijiet ċerebrovaskulari akuti.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Monitoraġġ

Dexdor huwa maħsub għall-użu f’ambjent ta’ kura intensiva u mhux irrakkomandat f’ambjent ieħor. Waqt l-infużjoni ta’ Dexdor, il-pazjenti kollha għandu jkollhom sorveljanza kardijaka kontinwa. F’pazjenti mhux intubati għandha tiġi ssorveljata r-respirazzjoni minħabba r-riskju ta’ depressjoni respiratorja u f’xi każijiet apnea (ara sezzjoni 4.8).

Prekawzjonijiet ġenerali

Peress li Dexdor m’għandux jingħata permezz ta’ doża għolja tal-bidu jew doża bolus, dawk li se jużawh għandhom ikunu lesti li jużaw sedattiv alternattiv għall-kontroll akut ta’ aġitazzjoni jew matul proċeduri, speċjalment matul l-ewwel ftit sigħat ta’ trattament.

Xi pazjenti li jirċievu Dexdor kienu osservati li jistgħu jitqajjmu u jkunu konxji meta jiġu stimulati. Dan waħdu m’għandux jitqies bħala evidenza ta’ nuqqas ta’ effikaċja fin-nuqqas ta’ sinjali u sintomi kliniċi oħra.

Dexdor m’għandux jintuża bħala sustanza ta’ induzzjoni għal intubazzjoni jew biex jipprovdi sedazzjoni waqt l-użu ta’ rilassant tal-muskoli.

Dexmedetomidine m’għandux l-azzjoni kontra l-konvulżjonijiet ta’ xi sedattivi oħrajn u għalhekk mhux se jrażżan l-attività ta’ aċċessjonijiet sottostanti.

Għandu jkun hemm attenzjoni jekk dexmedetomidine jitħallat ma’ sustanzi oħra b’azzjonijiet sedattivi jew kardjovaskulari peress li jistgħu jseħħu effetti addittivi.

Effetti kardjovaskulari u prekawzjonijiet

Dexmedetomidine inaqqas ir-rata tal-qalb u l-pressjoni tad-demm permezz ta’ simpatolisi ċentrali, iżda f’konċentrazzjonijiet ogħla jikkawża tidjiq tal-kanali tad-demm periferali li jwassal għal pressjoni għolja (ara sezzjoni 5.1). Dexmedetomidine normalment ma jikkawżax sedazzjoni profonda u l-pazjenti jkunu jistgħu jiġu mqajjma faċilment. Għalhekk dexmedetomidine mhux adattat għal pazjenti li mhux se jittolleraw dan il-profil ta’ effetti, per eżempju dawk li jeħtieġu sedazzjoni profonda kontinwa jew dawk b’instabilità kardjovaskulari severa.

Għandu jkun hemm attenzjoni meta jingħata dexmedetomidine lill-pazjenti bi bradikardija eżistenti minn qabel. Dejta dwar l-effetti ta’ Dexdor f’pazjenti b’rata tal-qalb ta’ <60 hija limitata ħafna u għandha tittieħed attenzjoni partikolari f’pazjenti bħal dawn. Bradikardija normalment m’għandhiex bżonn kura, iżda rrispondiet b’mod komuni għall-mediċini anti-kolinerġiċi jew għal tnaqqis fid-doża fejn meħtieġ. Pazjenti li għandhom saħħa tal-ġisem għolja u rata tal-qalb baxxa waqt il-mistrieħ jistgħu jkunu partikolarment sensittivi għall-effetti bradikardijaċi ta’ agonisti tar-riċettur alpha-2 u kienu rrappurtati każijiet ta’ arrest temporanju tas-sinus.

L-effetti ipotensivi ta’ dexmedetomidine jistgħu jkunu ta’ sinifikat akbar f’dawk il-pazjenti li diġà għandhom pressjoni baxxa (speċjalment jekk ma jirrispondux għal sustanzi li jikkawżaw tidjiq tal- kanali tad-demm), ipovolemija, pressjoni baxxa kronika jew riserva funzjonali mnaqqsa bħal pazjenti b’disfunzjoni ventrikulari severa u l-anzjani u kura speċjali hija meħtieġa f’dawn il-każijiet (ara sezzjoni 4.3). Pressjoni baxxa normalment ma tkunx teħtieġ kura speċifika iżda, fejn meħtieġ, l-utenti għandhom ikunu lesti biex jintervjenu bi tnaqqis fid-doża, fluwidi u/jew sustanzi li jikkawżaw tidjiq tal-kanali tad-demm.

Pazjenti b’indeboliment fl-attività awtonomika periferali (eż. minħabba korriment fis-sinsla tad-dahar) jista’ jkollhom bidliet ematodinamiċi aktar qawwija wara li jinbeda dexmedetomidine u għalhekk għandhom jiġu kkurata b’attenzjoni.

Pressjoni għolja mhux permanenti kienet osservata primarjament matul doża għolja tal-bidu f’assoċjazzjoni mal-effetti periferali ta’ tidjiq tal-kanali tad-demm ta’ dexmedetomidine u għalhekk doża għolja tal-bidu mhux irrakkomandata. Kura ta’ pressjoni għolja ġeneralment ma kienetx neċessarja, iżda jista’ jiġi rrakkomandat tnaqqis tar-rata tal-infużjoni kontinwa.

Tidjiq tal-kanali tad-demm lokali b’konċentrazzjoni ogħla tista’ tkun ta’ sinifikat akbar f’pazjenti b’marda iskemiku tal-qalb jew mard ċerebrovaskulari sever u dawn għandhom jiġu ssorveljati mill-

viċin. Tnaqqis jew twaqqif tad-doża għandhom jiġu kkunsidrati f’pazjenti li jiżviluppaw sinjali ta’ iskemija mijokardijaka jew ċerebrali.

Pazjenti b’indeboliment epatiku

Għandu jkun hemm attenzjoni f’każijiet ta’ indeboliment epatiku sever peress li dożi eċċessivi jistgħu jżidu r-riskju ta’ reazzjonijiet avversi, sedazzjoni żejda jew effett imtawwal bħala riżultat ta’ tneħħija mnaqqsa ta’ dexmedetomidine.

Pazjenti b’disturbi newroloġiċi

Esperjenza ta’ dexmedetomidine f’disturbi newroloġiċi severi bħall-korriment fir-ras u wara newrokirurġija hija limitat u f’dawn is-sitwazzjonijiet għandu jintuża b’kawtela, speċjalment jekk tkun meħtieġa sedazzjoni profonda. Dexmedetomidine jista’ jnaqqas il-fluss ta’ demm ċerebrali u l- pressjoni fil-kranju u dan għandu jiġi kkunsidrat meta tintgħażel it-terapija.

Oħrajn

Agonisti ta’ alpha-2 rarament kienu assoċjati ma’ reazzjonijiet ta’ rtirar meta jitwaqqfu f’daqqa wara użu fit-tul. Din il-possibbiltà għandha tiġi kkunsidrata jekk il-pazjent jiżviluppa aġitazzjoni u pressjoni għolja ftit wara li jitwaqqaf dexmedetomidine.

Mhux magħruf jekk dexmedetomidine huwiex sigur għall-użu f’individwi sensittivi għall-ipertermija malinna għalhekk mhux irrakkomandat. Kura b’Dexdor għandha titwaqqaf f’każ ta’ deni inspjegabbli sostnut.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss f’adulti.

Għoti ta’ dexmedetomidine flimkien ma’ anestetiċi, sedattivi, ipnotiċi, u opjojdi huwa probabbli li jqawwi l-effetti, inkluż effetti sedattivi, anestetiċi u kardjorespiratorji. Studji speċifiċi kkonfermaw effetti msaħħa b’isoflurane, propofol, alfentanil, u midazolam.

Ma ntwerew l-ebda interazzjonijiet farmakokinetiċi bejn dexmedetomidine u isoflurane, propofol, alfentanil u midazolam. Madankollu, minħabba l-interazzjonijiet farmakodinamiċi possibbli, meta jingħataw flimkien ma’ dexmedetomidine, jista’ jkun hemm bżonn ta’ tnaqqis fid-dożaġġ ta’ dexmedetomidine jew tal-anestetiku, sedattiv, ipnotiku jew opojd mogħti fl-istess waqt.

Inibizzjoni tal-enzimi CYP inkluż CYP2B6 minn dexmedetomidine kienet studjata f’inkubazzjonijiet ta’ mikrosomi tal-fwied uman. Studju in vitro jissuġġerixxi li jeżisti l-potenzjal ta’ interazzjoni in vivo bejn dexmedetomidine u sottostrati b’metaboliżmu ta’ CYP2B6 dominanti.

In vitro kien osservat induzzjoni ta’ dexmedetomidine fuq CYP1A2, CYP2B6, CYP2C8, CYP2C9 u CYP3A4, u induzzjoni in vivo ma tistax tiġi eskluża. Is-sinifikat kliniku mhux magħruf.

Il-possibbiltà ta’ effetti ipotensivi u bradikardijaċi msaħħa għandha titqies f’pazjenti li qed jirċievu prodotti mediċinali oħrajn li jikkawżaw dawn l-effetti, per eżempju imblokkaturi tar-riċetturi beta, għalkemm effetti oħra fi studju ta’ interazzjoni b’esmolol kienu żgħar.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ dexmedetomidine f’nisa tqal.

Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Dexdor mhux rakkomandat waqt it-tqala u f’nisa li jistgħu joħorġu tqal li ma jkunux qed jużaw kontraċezzjoni.

Treddigħ

Dejta disponibbli dwar il-firien uriet eliminazzjoni ta’ dexmedetomidine jew tal-metaboliti fil-ħalib. Ir-riskju għat-trabi mhux eskluż. Għandha tittieħed deċiżjoni jekk jitwaqqafx it-treddigħ jew jekk titwaqqafx it-terapija ta’ dexmedetomidine wara li jiġi kkunsidrat il-benefiċċju tat-treddigħ għat- tarbija u l-benefiċċju tat-terapija għall-mara.

Fertilità

Fl-istudju dwar il-fertilità fuq il-firien, dexmedetomidine ma kellu l-ebda effett fuq il-fertilità maskili jew femminili.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-aktar reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod frekwenti b’dexmedetomidine huma, pressjoni baxxa, pressjoni għolja u bradikardija, li jseħħu f’madwar 25%, 15% u 13% tal-pazjenti rispettivament. Pressjoni baxxa u bradikardija kienu wkoll l-aktar reazzjonijiet avversi serji frekwenti relatati ma’ dexmedetomidine li jseħħu f’1.7% u 0.9% tal-pazjenti randomised fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ICU) rispettivament.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi f’tabella

Ir-reazzjonijiet avversi elenkati f’Tabella 1 kienu akkumulati minn dejta miġbura minn provi kliniċi f’kura intensiva.

Ir-reazzjonijiet avversi huma kklassifikati taħt kategoriji ta’ frekwenza, bl-aktar frekwenti l-ewwel, bl- użu tal-konvenzjoni li ġejja: Komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000).

Tabella 1. Reazzjonijiet avversi

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni:

Ipergliċemija, ipogliċemija

Mhux komuni:

Aċidożi metabolika, ipoalbuminemija

Disturbi psikjatriċi

Komuni:Aġitazzjoni

Mhux komuni: Alluċinazzjoni

Disturbi fil-qalb

 

Komuni ħafna:

Bradikardija*

Komuni:

Iskemija mijokardijaka jew infart, takikardija

Mhux komuni:

Blokk atrijoventrikulari tal-ewwel grad, riżultat kardijaku mnaqqas

Disturbi vaskulari:

Komuni ħafna:

Pressjoni baxxa*, pressjoni għolja*

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Komuni:

Depressjoni respiratorja

Mhux komuni: Qtugħ ta’ nifs, apnea

Disturbi gastro-intestinali

Komuni:Tqalligħ, rimettar, ħalq xott

Mhux komuni: Nefħa addominali

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Komuni:

Sindrome ta’ rtirar tal-mediċina, ipertermija

Mhux komuni:

Mediċina mhux effettiva, għatx

* Ara s-sezzjoni dwar Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Pressjoni baxxa klinikament sinifikanti jew bradikardija għandhom jiġu kkurati kif deskritt f’sezzjoni 4.4.

F’individwi relattivament f’saħħithom mhux fl-ICU ikkurati b’dexmedetomidine, bradikardija ġieli wasslet għall-arrest jew pawża tas-sinus. Is-sintomi rrispondew għall-elevazzjoni tar-riġlejn u anti- kolinerġiċi bħal atropine jew glycopyrrolate. F’każijiet iżolati bradikardija avanzat għal perijodi ta’ asistoli f’pazjenti bi bradikardija eżistenti minn qabel.

Pressjoni għolja kienet assoċjata mal-użu ta’ doża għolja tal-bidu u din ir-reazzjoni tista’ tiġi mnaqqas billi tiġi evitata doża għolja tal-bidu bħal din jew billi titnaqqas ir-rata tal-infużjoni jew id-daqs tad- doża għolja tal-bidu.

Popolazzjoni pedjatrika

Tfal ta’ >1 xahar wara t-twelid, fil-biċċa l-kbira wara operazzjoni, kienu evalwati għal kura sa 24 siegħa fl-ICU u wrew profil ta’ sigurtà simili għal dak fl-adulti. Dejta minn trabi tat-twelid

(28 - 44 ġimgħa ta’ tqala) hija limitata ħafna u ristretta għal dożi ta’ manteniment ta’ ≤0.2 µg/kg/h. Fil-letteratura kien irrappurtat każ wieħed ta’ bradikardija ipotermika f’tarbija tat-twelid.

Rapportar ta’ effetti sekondarji suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati effetti sekondarji suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali elenkata fAppendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Kienu rrappurtati diversi każijiet ta’ doża eċċessiva ta’ dexmedetomidine kemm fil-prova klinika kif ukoll minn dejta ta’ wara t-tqegħid fis-suq. L-ogħla rati ta’ infużjoni ta’ dexmedetomidine irrappurtati f’dawn il-każijiet laħqu sa 60 µg/kg/h għal 36 minuta u 30 µg/kg/h għal 15-il minuta f’tarbija b’età ta’ 20 xahar u f’persuna adulta, rispettivament. L-aktar reazzjonijiet avversi komuni rrappurtati f’konnessjoni ma’ doża eċċessiva f’dawn il-każijiet kienu jinkludu, bradikardija, pressjoni baxxa, sedazzjoni eċċessiva, ngħas u arrest kardijaku.

Immaniġġjar

F’każijiet ta’ doża eċċessiva b’sintomi kliniċi, l-infużjoni ta’ dexmedetomidine għandha titnaqqas jew titwaqqaf. Effetti mistennija huma primarjament kardjovaskulari u għandhom jiġu kkurati kif klinikament indikat (ara sezzjoni 4.4). F’konċentrazzjoni għolja pressjoni għolja tista’ tkun aktar prominenti minn pressjoni baxxa. Fi studji kliniċi, każijiet ta’ arrest tas-sinus reġgħu lura għan-normal

spontanjament jew irrispondew għall-kura b’atropine u glycopyrrolate. Risuxxitazzjoni kienet meħtieġa f’każijiet iżolati ta’ doża eċċessiva severa li rriżultat f’arrest kardijaku.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Psikolettiċi, ipnotiċi u sedattivi oħrajn, kodiċi ATC: N05CM18

Dexmedetomidine huwa agonist selettiv tar-riċettur alpha-2 b’firxa wiesa’ ta’ kwalitajiet farmakoloġiċi. Huwa għandu effett simpatolitiku permezz ta’ tnaqqis tar-rilaxx ta’ noradrenaline fit- truf tan-nervituri simpatetiċi. L-effetti sedattivi huma kkaġunati permezz ta’ tnaqqis ta’ reħa mil-locus coeruleus, in-nukleu noradrinerġiku predominanti, li jinsab fis-sinsla tal-moħħ. Dexmedetomidine għandu effetti analġeżiċi u anastetiċi/tnaqqis fl-użu tal-analġeżiċi. L-effetti kardjovaskulari jiddependu fuq id-doża; b’rati ta’ infużjoni aktar baxxi l-effetti ċentrali jiddominaw u jwasslu għal tnaqqis fir-rata tal-qalb u fil-pressjoni. B’dożi ogħla, l-effetti ta’ tidjiq tal-kanali tad-demm periferali jiddominaw u jwasslu għal żjieda fir-reżistenza sistemika vaskulari u fil-pressjoni tad-demm, filwaqt li l-effett bradikardijaku jiġi enfasizzat aktar. Meta jingħata bħala monoterapija lil individwi f’saħħithom, dexmedetomidine huwa relattivament ħieles minn effetti ta’ depressjoni tar- respirazzjoni.

Fi provi kkontrollati bil-plaċebo f’popolazzjoni fl-ICU wara operazzjoni fejn il-pazjenti kienu intubati u sedati b’midazolam jew propofol qabel, Dexdor naqqas b’mod sinifikanti l-ħtieġa ta’ sedattivi ta’ salvataġġ (midazolam jew propofol) u ta’ opjojdi waqt sedazzjoni għal mhux aktar minn 24 siegħa. Il- biċċa l-kbira tal-pazjenti li kienu qed jingħataw dexmedetomidine ma kellhomx bżonn kura sedattiva addizzjonali. Il-pazjenti setgħu jitneħħew mill-intubazzjoni b’suċċess mingħajr twaqqif tal-infużjoni ta’ Dexdor. Studji minn barra l-ICU kkonfermaw li Dexdor jista’ jingħata b’mod sikur lill-pazjenti mingħajr intubazzjoni endotrakejali jekk ikun hemm sorveljanza adegwata.

Dexmedetomidine kien simili għal midazolam (Proporzjon 1.07; 95% CI 0.971, 1.176) u propofol (Proporzjon 1.00; 95% CI 0.922, 1.075) għall-ħin sal-firxa ta’ sedazzjoni mmirata f’popolazzjoni predominanti medika li kienet teħtieġ sedazzjoni ħafifa sa moderata fit-tul (RASS 0 sa -3) fl-ICU għal perijodu ta’ mhux aktar minn 14-il ġurnata, naqqas it-tul ta’ ventilazzjoni mekkanika meta mqabbel ma’ midazolam u naqqas l-ħin biex jitneħħa l-intubazzjoni meta mqabbel ma’ midazolam u propofol. Meta mqabbel ma’ propofol u midazolam, il-pazjenti setgħu jiġu mqajjma b’faċilità akbar, kienu aktar kooperattivi u aktar kapaċi jikkomunikaw kemm jekk kellhom uġigħ kif ukoll jekk le. Pazjenti kkurati b’dexmedetomidine kellhom pressjoni baxxa u bradikardija aktar frekwenti iżda kellhom inqas takikardija minn dawk li kienu qed jirċievu midazolam, u kellhom takikardija aktar frekwenti u pressjoni baxxa simili għall-pazjenti kkurati bi propofol. Delirju mkejjel bl-iskala CAM-ICU kien imnaqqas fi studju meta mqabbel ma’ midazolam u avvenimenti avversi relatati ma’ delirju kienu iktar baxxi b’dexmedetomidine meta mqabbel ma’ propofol. Dawk il-pazjenti li rtiraw minħabba sedazzjoni insuffiċjenti inqalbu għal propofol jew midazolam. Ir-riskju ta’ sedazzjoni insuffiċjenti żdiedet f’pazjenti li kienu diffiċli biex jiġu sedati b’kura standard immedjatament qabel il-bidla.

Evidenza ta’ effikaċja pedjatrika kienet osservata fi studju fl-ICU b’doża kontrollata f’popolazzjoni fil-biċċa l-kbira wara operazzjoni b’età minn xahar sa ≤17-il sena. Madwar 50% tal-pazjenti kkurati b’dexmedetomidine ma kellhomx bżonn iż-żieda ta’ għajnuna ta’ midazolam matul il-perjodu medjan ta’ kura ta’ 20.3 sigħat, li ma qabisx 24 siegħa. Dejta dwar kura għal >24 siegħa mhux disponibbli. Dejta minn trabi tat-twelid (28 - 44 ġimgħa ta’ tqala) hija limitata ħafna u ristretta għal dożi baxxi (≤0.2 μg/kg/h) (ara sezzjonijiet 5.2 u 4.4). Trabi tat-twelid jistgħu jkunu partikolarment sensittivi għall-effetti ta’ bradikardija ta’ Dexdor fil-preżenza ta’ ipotermja u f’kundizzjonijiet ta’ funzjoni kardijaka dipendenti mir-rata tal-qalb.

Fi studji double blind ikkontrollati b’komparatur fl-ICU l-inċidenza ta’ soppressjoni ta’ cortisol f’pazjenti kkurati b’dexmedetomidine (n=778) kienet ta’ 0.5% meta mqabbel ma’ 0% f’pazjenti

kkurati b’midazolam (n=338) jew propofol (n=275). L-avveniment kien irrappurtat bħala ħafif f’każ wieħed u moderat fi 3 każijiet.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika ta’ dexmedetomidine kienet evalwata wara għoti IV fuq perijodu qasir lill- voluntiera f’saħħithom u infużjoni fuq perijodu twil f’popolazzjoni fl-ICU.

Distribuzzjoni

Dexmedetomidine juri mudell ta’ dispożizzjoni ta’ żewġ kompartimenti. F’voluntiera f’saħħithom

huwa juri fażi ta’ distribuzzjoni rapida bi stima ċentrali ta’ half-life ta’ distribuzzjoni (t1/2α) ta’ madwar 6 minuti. L-istima medja tal-half-life terminali tal-eliminazzjoni (t1/2) hija madwar 1.9 sa

2.5 sigħat (l-inqas 1.35, l-aktar 3.68 siegħa) u l-istima medja tal-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss (Vss) hija madwar 1.16 sa 2.16 l/kg (90 sa 151 litru). It-tneħħija mill-plażma (Cl) għandha valur stmat medju ta’ 0.46 sa 0.73 l/h/kg (35.7 sa 51.1 l/h). Il-piż tal-ġisem medju assoċjat ma’ dawn l-estimi ta’ Vss u Cl kien ta’ 69 kg. Il-farmakokinetika fil-plażma ta’ dexmedetomidine hija simili fil- popolazzjoni tal-ICU wara infużjoni ta’ >24 h. Il-parametri farmakokinetiċi stmati huma: t1/2 ta’ madwar 1.5 sigħat, Vss madwar 93 litru u Cl madwar 43 l/h. Il-farmakokinetika ta’ dexmedetomidine hija lineari fil-firxa ta’ dożaġġ minn 0.2 sa 1.4 µg/kg/h u ma jakkumulax waqt kura li ddum sa 14-il ġurnata. Dexmedetomidine huwa 94% marbut mal-proteini fil-plażma. It-twaħħil mal-proteini fil- plażma huwa kostanti fuq firxa ta’ konċentrazzjoni ta’ 0.85 sa 85 ng/ml. Dexmedetomidine jintrabat kemm mal-albumina kif ukoll mal-glikoproteina Alpha-1-acid tas-serum tal-bniedem bl-albumina tas- serum bħala l-proteina prinċipali li magħha jintrabat dexmedetomidine fil-plażma.

Bijotrasformazzjoni u Eliminazzjoni

Dexmedetomidine huwa eliminat permezz ta’ metaboliżmu estensiv fil-fwied. Hemm tliet tipi ta’ reazzjonijiet metaboliċi inizjali; N-glucuronidation diretta, N-methylation diretta u ossidazzjoni katalizzata miċ-ċitokromju P450. Il-metaboliti l-aktar abbundanti ta’ dexmedetomidine fiċ- ċirkolazzjoni huma ż-żewġ N-glucuronides isomeriċi. Il-metabolit H-1, N-methyl 3-hydroxymethyl dexmedetomidine O-glucuronide ukoll huwa prodott ewlieni fiċ-ċirkolazzjoni tal-bijotrasformazzjoni ta’ dexmedetomidine. Iċ-ċitokromju P-450 jikkatalizza l-formazzjoni ta’ żewġ metaboliti minuri fiċ- ċirkolazzjoni, 3-hydroxymethyl dexmedetomidine magħmul permezz ta’ hydroxylation tal-grupp 3-methyl ta’ dexmedetomidine u H-3 magħmul permezz ta’ ossidazzjoni fiċ-ċirku imidazole. Dejta disponibbli tissuġġerixxi li l-formazzjoni tal-metaboliti ossidati hija medjata minn diversi forom ta’ CYP (CYP2A6, CYP1A2, CYP2E1, CYP2D6 u CYP2C19). Dawn il-metaboliti għandhom attività farmakoloġika negliġibbli.

Wara għoti IV ta’ dexmedetomidine radjutikkettat medja ta’ 95% tar-radjuattività kienet irkuprata fl- awrina u 4% fl-ippurgar wara disat ijiem. Il-metaboliti prinċipali fl-awrina huma ż-żewġ N- glucuronides isomeriċi, li flimkien kienu responsabbli għal madwar 34% tad-doża u N-methyl 3-hydroxymethyl dexmedetomidine O-glucuronide li ammonta għal 14.51% tad-doża. Il-metaboliti minuri dexmedetomidine carboxylic acid, 3-hydroxymethyl dexmedetomidine u O-glucuronide tiegħu individwalment ammontaw għal 1.11 sa 7.66% tad-doża. Inqas minn 1% tal-mediċina oriġinali mhux mibdula kienet irkuprata fl-awrina. Madwar 28% tal-metaboliti fl-awrina huma metaboliti minuri mhux identifikati.

Popolazzjonijiet Speċjali

Ma kienux osservati differenzi farmakokinetiċi maġġuri ibbażati fuq is-sess jew l-età.

Irbit ta’ dexmedetomidine mal-proteina fil-plażma jonqos f’individwi b’indeboliment epatiku meta mqabbla ma’ individwi f’saħħithom. Il-persentaġġ medju ta’ dexmedetomidine mhux marbut fil- plażma varja minn 8.5% f’individwi f’saħħithom sa 17.9% f’individwi b’indeboliment epatiku sever. Individwi bi gradi varji ta’ indeboliment epatiku (Child-Pugh Klassi A, B, jew Ċ) kellhom tneħħija

epatika mnaqqsa ta’ dexmedetomidine u titwil ta’ t1/2 ta’ eliminazzjoni mill-plażma. Il-valuri medji ta’ tneħħija mill-plażma ta’ dexmedetomidine mhux marbut għall-individwi b’indeboliment epatiku ħafif, moderat, u sever kienu ta’ 59%, 51% u 32% ta’ dawk osservati f’individwi normali f’saħħithom, rispettivament. t1/2 medja għall-individwi b’indeboliment epatiku ħafif, moderat jew sever twalet għal 3.9, 5.4, u 7.4 sigħat, rispettivament. Għalkemm dexmedetomidine jingħata sal-effett, jista’ jkun meħtieġ li tiġi kkunsidrata tnaqqis tad-doża tal-bidu/ta’ manteniment f’pazjenti b’indeboliment epatiku skont il-grad ta’ indeboliment u r-rispons.

Il-farmakokinetika ta’ dexmedetomidine f’individwi b’indeboliment renali sever (tneħħija tal- krejatinina <30 ml/min) ma tinbidilx meta mqabbla ma’ individwi f’saħħithom.

Dejta minn trabi tat-twelid (28 - 44 ġimgħa ta’ tqala) u tfal b’età sa 17-il sena hija limitata. Il-half-life ta’ dexmedetomidine fit-tfal (xahar sa 17-il sena) tidher simili għal dik osservata fl-adulti, iżda tidher li hija ogħla fi trabi tat-twelid (età inqas minn xahar). Fil-gruppi ta’ età ta’ xahar sa 6 snin, it-tneħħija mill-plażma aġġustata għall-piż tal-ġisem dehret ogħla iżda naqset fi tfal akbar. It-tneħħija mill- plażma aġġustata għall-piż tal-ġisem (età inqas minn xahar) dehret aktar baxxa (0.9 l/h/kg) milli fil- gruppi ta’ età akbar minħabba immaturità. Id-dejta disponibbli hija miġbura fil-qosor fit-tabella li ġejja;

 

 

Medja (95% CI)

Età

N

Cl (l/h/kg)

t1/2 (h)

Inqas minn xahar

0.93

4.47

(0.76, 1.14)

(3.81, 5.25)

 

 

Xahar sa <6 xhur

1.21

2.05

(0.99, 1.48)

(1.59, 2.65)

 

 

6 sa <12-il xahar

1.11

2.01

(0.94, 1.31)

(1.81, 2.22)

 

 

12 sa <24 xahar

1.06

1.97

(0.87, 1.29)

(1.62, 2.39)

 

 

Sentejn sa <6 snin

1.11

1.75

(1.00, 1.23)

(1.57, 1.96)

 

 

6 sa <17-il sena

0.80

2.03

(0.69, 0.92)

(1.78, 2.31)

 

 

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku bbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi singoli u ripetuti u effett tossiku fuq il-ġeni, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Fl-istudji dwar tossiċità fuq is-sistema riproduttiva, dexmedetomidine ma kellu l-ebda effett fuq il- fertilità maskili jew femminili fil-firien, u ma kienux osservati effetti teratoġeniċi fil-firien jew fniek. Fl-istudju fuq il-fniek għoti fil-vini tad-doża massima, 96 µg/kg/kuljum, wasslet għall-esponimenti li huma simili għal dawk osservati klinikament. Fil-far, għoti taħt il-ġilda ta’ doża massima,

200 µg/kg/kuljum, wasslet għal żjieda fl-imwiet tal-embrijuni u feti u tnaqqis fil-piż tal-ġisem tal-fetu. Dawn l-effetti kienu assoċjati ma’ tossiċità materna ċara. Tnaqqis fil-piż tal-ġisem tal-fetu kien innutat ukoll fl-istudju dwar il-fertilità fil-firien b’doża ta’ 18 µg/kg/kuljum u kien akkumpanjat minn ossifikazzjoni ttardjata b’doża ta’ 54 µg/kg/kuljum. Il-livelli ta’ esponiment osservati fil-far huma taħt il-firxa ta’ esponiment kliniku.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sodium chloride

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

Studji ta’ kompatibilità wrew potenzjal għall-assorbiment ta’ dexmedetomidine minn xi tipi ta’ lastiku naturali. Għalkemm dexmedetomidine huwa ddożat sa effett, huwa rrakkomandat li jintużaw komponenti b’siġilli sintetiċi jew ta’ gomma naturali miksija.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

Wara d-dilwazzjoni

Stabbilità kimika u fiżika waqt l-użu intweriet għal 24 siegħa f’25°C.

Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien u l-kundizzjonijiet ta’ ħażna qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-persuna li qed tużah u normalment ma jkunux itwal minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2° sa 8°C, sakemm id- dilwizzjoni ma tkunx saret f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u validati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna. Żomm l-ampulli jew il-kunjetti fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħżin wara dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara t-taqsima 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Ampulli ta’ 2 ml ta’ ħġieġ Tip I

Kunjetti ta’ 2, 5 jew 10 ml ta’ ħġieġ Tip I (b’volumi li jistgħu jintlew ta’ 2, 4 u 10 ml), għata ta’ lewn griż ta’ lastku bromobutyl b’kisja ta’ fluoropolymer

Daqsijiet tal-pakkett

5 ampulli x 2 ml

25 ampulla x 2 ml

5 kunjetti x 2 ml

4 kunjetti x 4 ml

4 kunjetti x 10 ml

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu jitpoġġew fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal ġestjoni ieħor

Ampulli u kunjetti huma intenzjonati għall-użu ta’ pazjent wieħed biss.

Preparazzjoni tas-soluzzjoni

Dexdor jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ glucose 50 mg/ml (5%), Ringers, mannitol jew sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) biex tinkiseb il-konċentrazzjoni meħtieġa ta’ 4 mikrogrammi/ml jew 8 mikrogrammi/ml qabel l-għoti. Jekk jogħġbok ara taħt it-tabella ta’ volumi meħtieġa biex tiġi ppreparata l-infużjoni.

F’każ li l-konċentrazzjoni meħtieġa hija ta’ 4 mikrogrammi/ml:

Volum ta’ Dexdor

 

 

100 mikrogramma/ml

Volum ta’ dilwent

Volum totali ta’

konċentrat għal soluzzjoni

infużjoni

 

għall-infużjoni

 

 

2 ml

48 ml

50 ml

 

 

 

4 ml

96 ml

100 ml

 

 

 

10 ml

240 ml

250 ml

 

 

 

20 ml

480 ml

500 ml

 

 

 

F’każ li l-konċentrazzjoni meħtieġa hija ta’ 8 mikrogrammi/ml:

Volum ta’ Dexdor

 

 

100 mikrogramma/ml

Volum ta’ dilwent

Volum totali ta’ infużjoni

konċentrat għal soluzzjoni

 

 

għall-infużjoni

 

 

4 ml

46 ml

50 ml

 

 

 

8 ml

92 ml

100 ml

 

 

 

20 ml

230 ml

250 ml

 

 

 

40 ml

460 ml

500 ml

 

 

 

Is-soluzzjoni għandha titħawwad bil-mod biex titħallat sew.

Dexdor għandu jiġi spezzjonat viżwalment għal frak u bidla fil-kulur qabel jingħata.

Dexdor intwera li huwa kompatibbli meta jingħata mal-fluwidi li jistgħu jingħataw fil-vini u mal- prodotti mediċinali li ġejjin:

Lactated Ringers, soluzzjoni ta’ 5% glucose, soluzzjoni għall-inejezzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride, mannitol 200 mg/ml (20%), thiopental sodium, etomidate, vecuronium bromide, pancuronium bromide, succinylcholine, atracurium besylate, mivacurium chloride, rocuronium bromide, glycopyrrolate bromide, phenylephrine HCl, atropine sulfate, dopamine, noradrenaline, dobutamine, midazolam, morphine sulfate, fentanyl citrate, u sostitut tal-plażma.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Orion Corporation

Orionintie 1

FI-02200 Espoo

Il-Finlandja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/11/718/001-002, EU/1/11/718/004, EU/1/11/718/006-007

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 16 ta’ Settembru 2011

Data tal-aħħar tiġdid: 26 ta’ Mejju 2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati