Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Docetaxel Accord (docetaxel) - L01CD02

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDocetaxel Accord
Kodiċi ATCL01CD02
Sustanzadocetaxel
ManifatturAccord Healthcare Ltd

Docetaxel Accord

doketaksel

Dan huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta' Valutazzjoni (EPAR) għal Docetaxel Accord. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r- rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kondizzjonijiet ta' użu għal Docetaxel Accord.

X’inhu Docetaxel Accord?

Docetaxel Accord huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva doketaksel. Jiġi f’konċentrat li jitħallat f’soluzzjoni għall-infużjoni (dripp fil-vina).

Docetaxel Accord huwa ‘medeċina ġenerika’. Dan ifisser li Docetaxel Accord huwa simili għal ‘mediċina ta’ referenza’ li diġà hija awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) bl-isem Taxotere. Għal aktar tagħrif dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument ta’ mistoqsijiet u tweġibiet hawnhekk.

Għal xiex jintuża Docetaxel Accord?

Docetaxel Accord jintuża fil-kura ta’ dawn it-tipi ta’ kanċer:

kanċer fis-sider. Docetaxel Accord jista’ jintuża waħdu wara li kuri oħrajn ma jkunux ħadmu. Jista’ jintuża wkoll ma’ mediċini oħrajn kontra l-kanċer (id-doksorubiċina, iċ-ċiklofosfamide, it- trastużumab jew il-kapeċitabina) fuq pazjenti li ma jkunu għadhom ingħataw l-ebda kura għall- kanċer tagħhom jew wara li kuri oħrajn ma jkunux ħadmu, skont it-tip u l-istadju ta’ kanċer tas- sider li jkun qed jiġi ttrattat;

kanċer fiċ-ċelloli mhux żgħar fil-pulmun. Docetaxel Accord jista’ jintuża waħdu wara li kuri oħrajn ma jkunux ħadmu. Jista’ jintuża wkoll maċ-ċisplatinu (mediċina oħra kontra l-kanċer) fuq pazjenti li ma jkunu għadhom ingħataw l-ebda kura għall-kanċer tagħhom;

kanċer fil-prostata, meta l-kanċer ma jirrispondix għall-kura bl-ormoni. Docetaxel Accord jintuża mal-prednisonu jew mal-prednisolonu (mediċini anti-infjammatorji);

© European Medicines Agency, 2012. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

adenokarċinoma gastriku (tip ta’ kanċer tal-istonku) fuq pazjenti li ma jkunu għadhom ingħataw l- ebda kura għall-kanċer tagħhom. Docetaxel Accord jintuża maċ-ċisplatinu u mal-5-fluorouraċile (mediċini oħrajn ta’ kontra l-kanċer);

kanċer tar-ras u tal-għonq fuq pazjenti li l-kanċer tagħhom ikun lokalment avvanzat (kanċer li jkun kiber iżda ma nfirixx). Docetaxel Accord jintuża maċ-ċisplatinu u mal-5-fluorouraċile.

Għad-dettalji kollha, ara s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott (parti wkoll mill-EPAR).

Il-mediċina tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Kif jintuża Docetaxel Accord?

Docetaxel Accord għandu jintuża fis-swali li jispeċjalizzaw fil-kemjoterapija (bl-użu ta’ mediċini għall- kura tal-kanċer) taħt is-sorveljanza ta’ tabib li jkun ikkwalifikat fl-għoti tal-kemjoterapija.

Docetaxel Accord jingħata f’infużjoni ta’ siegħa kull tliet ġimgħat. Id-doża, it-tul tal-kura u l-mediċini li jintuża magħhom jiddependu mit-tip ta’ kanċer li jkun qed jiġi ttrattat. Docetaxel Accord jintuża biss meta l-għadd ta’ newtrofili (il-livell ta’ tip ta’ ċellola bajda fid-demm) ikun normali (mill-inqas 1,500 ċellola/mm3). Lill-pazjent għandha tingħatalu wkoll mediċina anti-infjammatorja, bħad-deksametasonu, fil-jum ta’ qabel l-infużjoni b’Docetaxel Accord. Għal aktar tagħrif, ara s-sommarju tal-karatteristiċi tal- prodott.

Kif jaħdem Docetaxel Accord?

Is-sustanza attiva f’Docetaxel Accord, id-doketaksel, tappartieni lill-grupp ta’ mediċini ta’ kontra l- kanċer magħrufa bħala tassani. Id-doketaksel timblokka l-abbiltà taċ-ċelloli li jeqirdu l-‘iskeletru’ intern li jippermettilhom jiddividu u jitkattru. Bl-iskeletru f’postu, iċ-ċelloli ma jkunux jistgħu jiddividu u maż- żmien imutu. Id-doketaksel taffettwa wkoll iċ-ċelloli mhux kanċerużi bħaċ-ċelloli tad-demm, u dan jista’ jikkawża xi effetti sekondarji.

Kif ġie studjat Docetaxel Accord?

Il-kumpanija pprovdiet dejta minn dokumentazzjoni ppubblikata dwar id-doketaksel. Il-kumpanija wriet ukoll li s-soluzzjoni Docetaxel Accord għall-infużjoni għandha kwalità komparabbli ma’ dik ta’ Taxotere. L-ebda studju addizzjonali ma kien meħtieġ minħabba li Docetaxel Accord huwa mediċina ġenerika li tingħata b’infużjoni u fiha l-istess sustanza attiva bħall-mediċina ta’ referenza, Taxotere.

X’inhuma l-benefiċċji u r-riskji ta’ Docetaxel Accord?

Minħabba li Docetaxel Accord huwa mediċina ġenerika, il-benefiċċji u r-riskji tiegħu jitqiesu l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Docetaxel Accord?

Is-CHMP ikkonkluda li, f’konformità mar-rekwiżiti tal-UE, intwera li Docetaxel Accord huwa komparabbli ma’ Taxotere. Għaldaqstant, il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Taxotere, il-benefiċċju huwa akbar mir-riskju identifikat. Il-Kumitat irrakkomanda li Docetaxel Accord jingħata awtorizzazzjoni għat- tqegħid fis-suq.

Informazzjoni oħra dwar Docetaxel Accord

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Docetaxel Accord fit-22 ta’ Mejju 2012.

L-EPAR sħiħ ta’ Docetaxel Accord jinsab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Docetaxel Accord, aqra l-fuljett ta' tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ għall-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’04-2012.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati