Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Docetaxel Teva (docetaxel) - L01CD02

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDocetaxel Teva
Kodiċi ATCL01CD02
Sustanzadocetaxel
ManifatturTeva B.V.  

Docetaxel Teva

docetaxel

Dan huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew ta’ valutazzjoni (EPAR) għal Docetaxel Teva. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r- rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kondizzjonijiet ta' użu għal Docetaxel Teva.

X’inhu Docetaxel Teva?

Docetaxel Teva huwa konċentrat u solvent li jsiru soluzzjoni għal infużjoni (dripp) ġol-vina. Fih is- sustanza attiva docetaxel.

Docetaxel Teva huwa “mediċina ġenerika”. Dan ifisser li Docetaxel Teva huwa simili għall-‘mediċina ta’ referenza’ diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) li jisimha Taxotere. Għal aktar informazzjoni dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument mistoqsijiet-u-tweġibiet hawnhekk.

Għal xiex jintuża Docetaxel Teva?

Docetaxel Teva huwa mediċina kontra l-kanċer. Huwa jintuża fit-tipi ta’ kanċer li ġejjin:

kanċer fis-sider. Docetaxel Teva jista’ jintuża waħdu wara li trattamenti oħra ma jkunux ħadmu. Jista’ jintuża wkoll ma’ mediċini oħra kontra l-kanċer (id-doksorubiċina, iċ- ċiklofosfamide, it-trastużumab jew il-kapeċitabina), fuq pazjenti li jkunu għadhom ma rċevew l- ebda trattament għall-kanċer tagħhom jew wara li jkunu ħadu trattamenti oħra li ma jkunux ħadmu. Dan jiddependi mit-tip u l-istadju tal-kanċer fis-sider li jkun qed jiġi trattat;

kanċer tal-pulmun mhux b’ċelloli żgħar. Docetaxel Teva jista’ jintuża waħdu wara li trattamenti oħra ma jkunux ħadmu. Jista’ jintuża wkoll maċ-ċisplatinu (mediċina oħra kontra l-kanċer) fuq pazjenti li jkunu għadhom ma ngħataw l-ebda trattament għall-kanċer tagħhom;

kanċer fil-prostata, meta l-kanċer ma jirrispondix għall-kura bl-ormoni. Docetaxel Teva jintuża ma’ prednisone jew prednisolone (mediċini antiinfjammatorji).

© European Medicines Agency, 2014. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

adenokarċinoma gastrika (tip ta’ kanċer fl-istonku) fuq pazjenti li jkunu għadhom ma rċevew l- ebda trattament għall-kanċer tagħhom. Docetaxel Teva jintuża ma’ ċisplatinu u 5-fluorouracil (mediċini oħra kontra l-kanċer).

kanċer fir-ras u fl-għonq fuq pazjenti li jkollhom kanċer lokalment avvanzat (kanċer li jkun kiber iżda ma nfirixx). Docetaxel Teva jintuża ma’ ċisplatinu u 5-fluorouracil.

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Kif jintuża Docetaxel Teva?

Docetaxel Teva għandu jintuża fi swali speċjalizzati fil-kimoterapija (mediċini għat-trattament tal- kanċer) u għandu jingħata biss taħt is-sorveljanza ta’ tabib li jkun kwalifikat fl-użu tal-kimoterapija kontra l-kanċer.

Docetaxel Teva jingħata bħala infużjoni ta’ siegħa kull tliet ġimgħat. Id-doża, it-tul tat-trattament u l- mediċini li jintuża magħhom jiddependu mit-tip ta’ kanċer li jkun qed jiġi ttrattat. Docetaxel Teva jintuża biss meta n-numru ta’ newtrofili (il-livell ta’ tip ta’ ċelloli bojod fid-demm) ikun normali (mill- inqas 1,500 ċellola/mm3.) Dexamethasone (mediċina antinfjammatorja) għandu jingħata wkoll lill- pazjent, u jinbeda fil-jum qabel l-infużjoni ta’ Docetaxel Teva. Għal aktar informazzjoni, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Kif jaħdem Docetaxel Teva?

Is-sustanza attiva f’Docetaxel Teva, id-docetaxel, tagħmel parti mill-grupp ta’ mediċini kontra l-kanċer magħrufa bħala t-tassani. Id-docetaxal timblokka stadju ta’ qsim taċ-ċelloli, li bih l-‘iskeletru’ intern jiżżarma biex jippermetti l-qsim taċ-ċelloli. Billi l-iskeletru jinżamm intatt, iċ-ċelloli ma jistgħux jinqasmu u eventwalment imutu. Id-docetaxel taffetwa wkoll ċelloli mhux kanċerużi bħaċ-ċelloli tad- demm, u dan jista’ jikkawża xi effetti sekondarji.

Kif ġie studjat Docetaxel Teva?

Billi Docetaxel Teva huwa mediċina ġenerika, il-kumpanija pprovdiet dejta mil-letteratura ppubblikata dwar docetaxel. Ma kien jinħtieġ l-ebda studju addizzjonali billi Docetaxel Teva jingħata permezz ta’ infużjoni u fih l-istess sustanza attiva bħal dik tal-mediċina ta’ referenza, Taxotere. Minbarra dan, il- kumpanija ppreżentat studji li juru li s-soluzzjoni Docetaxel Teva għall-infużjoni hi ta’ kwalità komparabbli ma’ dik ta’ Taxotere.

X’inhu l-benefiċċju u r-riskju ta’ Docetaxel Teva?

Peress li Docetaxel Teva huwa mediċina ġenerika, il-benefiċċju u r-riskju tiegħu huma meqjusa l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Docetaxel Teva ?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ikkonkluda li, b’mod konformi mar- rekwiżiti tal-UE, Docetaxel Teva wera li għandu kwalità komparabbli ma’ Taxotere. Għaldaqstant, il- fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Taxotere, il-benefiċċju huwa akbar mir-riskju identifikati. Il- Kumitat irrakkomanda li Docetaxel Teva jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Informazzjoni oħra dwar Docetaxel Teva

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Docetaxel Teva valida fl-Unjoni Ewropea kollha fis-26 ta’ Jannar 2010.

L-EPAR sħiħ għal Docetaxel Teva jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’DocetaxelTeva, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ tal-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’06-2014.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati