Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Duavive (oestrogens conjugated / bazedoxifene) – Fuljett ta’ tagħrif - G03CX

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDuavive
Kodiċi ATCG03CX
Sustanzaoestrogens conjugated / bazedoxifene
ManifatturPfizer Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

DUAVIVE 0.45 mg/20 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

Estroġeni konjugati/bazedoxifene

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu DUAVIVE u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu DUAVIVE

3.Kif għandek tieħu DUAVIVE

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen DUAVIVE

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu DUAVIVE u għalxiex jintuża

DIAVIVE huwa prodott mediċinali li fih żewġ sustanzi attivi msejħa estroġeni konjugati u bazedoxifene. L-estroġeni konjugati huwa prodott mediċinali li jappartjeni għal grupp ta’ prodotti mediċinali msejħa terapija ta’ sostituzzjoni tal-ormoni (HRT). Bazedoxifene jappartjeni għal grupp ta’ prodotti mediċinali mhux ormonali msejħa modulaturi selettivi għar-riċetturi tal-estroġenu (SERMs).

DUAVIVE jintuża f’nisa li għaddew mill-menopawża li għad għandhom l-utru tagħhom (ġuf), li jkunu ilhom tal-anqas 12-il xahar li kellhom l-aħħar mestrwazzjoni naturali.

DUAVIVE jintuża għal:

Tnaqqis tas-sintomi li jseħħu wara l-menopawża

Matul il-menopawża, l-ammont ta’ estroġenu prodott mill-ġisem ta’ mara jonqos. Dan jista’ jikkawża sintomi bħal fwawar fil-wiċċ, l-għonq u s-sider (“fwawar”). DUAVIVE inaqqas dawn is-sintomi wara l-menopawża. Inti ser tingħata dan il-prodott mediċinali biss jekk is-sintomi tiegħek qed ifixklu serjament il-ħajja tiegħek ta’ kuljum u t-tabib tiegħek jistabbilixxi li tipi oħra ta’ HRT mhumiex adatti għalik.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu DUAVIVE

Storja medika u visti regolari

L-użu ta’ DUAVIVE fih riskji, li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati meta tkun se tiddeċiedi jekk tibdiex teħodha, jew jekk tkomplix teħodha.

M’hemm l-ebda esperjenza fit-trattament ta’ nisa b’menopawża prematura (minħabba insuffiċjenza tal-ovarji jew operazzjoni) b’DUAVIVE.

Qabel tibda tieħu din il-mediċina, it-tabib tiegħek se jistaqsik dwar l-istorja medika tiegħek u tal- familja tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jwettaq eżami fiżiku. Dan jista’ jinkludi eżami tas- sider u/jew eżami intern, jekk meħtieġ, jew jekk għandek kwalunkwe tħassib speċjali. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek kwalunkwe problema medika jew mard.

Meta tibda tieħu din il-mediċina għandek tara lit-tabib tiegħek għal visti regolari (tal-anqas darba fis- sena). Matul dawn il-visti, iddiskuti mat-tabib tiegħek il-benefiċċji u r-riskji jekk tkompli tieħu DUAVIVE. Inti tingħata parir li:

tmur għal skrinjar regolari tas-sider u smear tests ċervikali, kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek.

tiċċekkja b’mod regolari sidrek għal kwalunkwe tibdil bħal id-dehra ta’ ħofor żgħar fil-ġilda, bidliet fil-bżieżel jew kwalunkwe boċoċ li tara jew tħoss.

Tiħux DUAVIVE

-Jekk inti allerġika għall-estroġeni konjugati, bazedoxifene jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-Jekk inti għandek jew kellek kanċer tas-sider, jew jekk hemm suspett li għandek dan.

-Jekk inti għandek jew kellek kanċer li huwa sensittiv għall-estroġeni, bħal kanċer tat-tessut li jiksi l-utru (l-endometriju), jew jekk hemm suspett li għandek dan.

-Jekk reċentement kellek fsada vaġinali mingħajr spjegazzjoni.

-Jekk għandek tixħin eċċessiv tat-tessut li jiksi l-utru (iperplasja endometrijali) li mhux qed jiġi ttrattat.

-Jekk għandek jew qatt kellek embolu f’vina (trombożi), bħar-riġlejn (trombożi profonda fil- vini), il-pulmun (emboliżmu pulmonari) jew l-għajnejn.

-Jekk għandek disturb ta’ emboli fid-demm (bħal nuqqas ta’ proteina C, proteina S jew ta’ antitrombini).

-Jekk għandek jew reċentement kellek marda kkawżata minn emboli fl-arterji, bħal attakk tal- qalb, puplesija jew anġina.

-Jekk għandek jew qatt kellek mard tal-fwied u t-testijiet tal-funzjoni tal-fwied tiegħek ma ġewx lura għan-normal.

-Jekk inti tqila jew għadek tista’ tinqabad tqila jew jekk qed tredda’.

-Jekk għandek problema tad-demm rari bħal porfirja, li tista’ tintiret fil-familja.

Jekk m’intix ċert minn kwalunkwe wieħed mill-punti msemmija hawn fuq, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Jekk tfeġġ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq għall-ewwel darba waqt li qed tieħu din il-mediċina, waqqafha u itlob parir lit-tabib tiegħek minnufih.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Għid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek kwalunkwe waħda minn dawn il-problemi li ġejjin, għaliex dawn jistgħu jerġgħu jfeġġu jew jiggravaw matul it-trattament b’DUAVIVE. Jekk huwa l-każ, għandek tara lit-tabib tiegħek aktar ta’ spiss għal visti:

fibrojdi fl-utru

tkabbir tat-tesssut li jiksi l-utru fuq barra tal-utru (endometrijożi) jew storja ta’ tħaxxin eċċessiv tat-tessut li jiksi l-utru (iperplasja endometrijali)

żieda fir-riskju ta’ żvilupp ta’ emboli [ara “Emboli fil-vini (trombożi)”]

żieda fir-riskju li jkollok kanċer sensittiv għall-estroġenu (bħal li jkollok l-omm, l-oħt jew in- nanna li kellhom kanċer tas-sider)

pressjoni tad-demm għolja

disturb tal-fwied, bħal tumur beninn tal-fwied

dijabete

ġebel fil-marrara

emigranja jew uġigħ ta’ ras sever

marda rari tas-sistema immuni li taffettwa ħafna organi tal-ġisem (lupus erythematosus sistemika, SLE)

aċċessjonijiet (epilessija)

ażma

marda li taffettwa t-tanbur tal-widnejn u s-smigħ (otosklerożi) livell għoli ta’ xaħam fid-demm tiegħek (trigliċeridi)

akkumulazzjoni ta’ fluwidi minħabba problemi tal-qalb jew tal-kliewi

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina ma għandhiex tintuża minn tfal u adolexxent taħt l-età ta’ 18-il sena.

Ieqaf milli tieħu DUAVIVE u ara tabib minnufih

Jekk tinnota kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin:

kwalunkwe kundizzjoni imsemmija taħt “Tiħux DUAVIVE”

tisfar il-ġilda tiegħek jew jisfar l-abjad ta’ għajnejk (suffejra). Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ mard tal-fwied

tiżdied b’mod sinifikanti l-pressjoni tad-demm (is-sintomi jistgħu jkunu uġigħ ta’ ras, għeja, sturdament)

tibda tbati minn uġigħ ta’ rasijiet li jixbħu l-emigranja, li jseħħ għall-ewwel darba

tinqabad tqila

tinnota sinjali ta’ embolu, bħal nefħa bl-uġigħ u ħmura fir-riġlejn, uġigħ f’daqqa fis-sider, jew diffikultà biex tieħu n-nifs. Għal aktar informazzjoni, ara “Emboli fil-vini (trombożi)”

DUAVIVE u l-kanċer

Tiħxin eċċessiv tat-tessut li jiksi l-utru (iperplasja endometrijali) u kanċer tat-tessut li jiksi l-utru (kanċer endometrijali)

Il-prodott tiegħek fih żewġ mediċini, l-estroġeni konjugati u bazedoxifene u jintuża biex jittratta n-nisa li għandhom utru.

Meta tieħu DUAVIVE, tiħux estroġeni addizzjonali għaliex dan jista’ jżid ir-riskju ta’ iperplasija endometrijali.

Jekk ikollok fsada vaġinali mhux mistennija, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun.

Kanċer tas-sider

L-evidenza tissuġġerixxi li jekk tieħu HRT li jkun fiha estroġenu biss, dan possibbilment iżid ir-riskju ta’ kanċer tas-sider. Ir-riskju addizzjonali jiddependi fuq kemm iddum tieħu HRT. Ir-riskju addizzjonali jsir evidenti fi żmien ftit snin. Madankollu, jerġa’ lura għan-normal fi żmien ftit snin (l- aktar 5 snin) wara li twaqqaf it-trattament. Għal nisa li jkunu qed jużaw HRT li jkun fiha estroġenu biss għal 5 snin, intweriet ftit jew l-ebda żieda fir-riskju ta’ kanċer tas-sider.

L-effett ta’ DUAVIVE fuq ir-riskju ta’ kanċer tas-sider mhuwiex magħruf.

Iċċekkja sidrek regolarment. Ara lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk tinnota kwalunkwe bidla f’sidrek, bħal:

ħofor żgħar fil-ġilda

bidliet fil-bżieżel

kwalunkwe boċoċ li tista’ tara jew tħoss

Kanċer fl-ovarji

Il-kanċer tal-ovarji huwa rari– aktar rari mill-kanċer tas-sider. L-użu fit-tul ta’ HRT b’estroġenu biss ġie assoċjat ma’ żieda żgħira fir-riskju ta’ kanċer tal-ovarji.

Ir-riskju ta’ kanċer tal-ovarji jvarja skont l-età. Pereżempju, f’nisa li għandhom minn 50 sa 54 li mhumiex qed jieħdu l-HRT, madwar 2 nisa minn kull 2,000 sejrin jiġu dijanjostikati bil-kanċer tal- ovarji fuq perjodu ta’ 5 snin. Għal nisa li ilhom jieħdu HRT għal 5 snin, ser ikun hemm madwar 3

każijiet f’kull 2,000 utent (jiġifieri sa wieħed addizzjonali). Ikkuntattja lit-tabib jekk ikollok xi mistoqsijiet.

L-effett ta' DUAVIVE fuq ir-riskju tal-kanċer tal-ovarji mhuwiex magħruf.

DUAVIVE u l-qalb jew iċ-ċirkolazzjoni tiegħek

Emboli fil-vini (trombożi)

DUAVIVE jista’ jżid ir-riskju ta’ emboli.

Monoterapija tal-estroġeni biss u bazedoxifene iżżid ir-riskju ta’ emboli fil-vini (imsejħa wkoll trombożi profonda fil-vini, jew DVT), b’mod speċjali matul l-ewwel sena li tibda tieħu dawn il- mediċini.

L-emboli jistgħu jkunu serji, u jekk waħda tivvjaġġa lejn il-pulmun, tista’ tikkawża uġigħ fis-sider, qtugħ ta’ nifs, kollass jew anki mewt.

Huwa aktar probabbli li jkollok embolu fil-vini meta tikber fl-età u jekk kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin japplikaw għalik. Informa lit-tabib tiegħek jekk kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tapplika għalik:

ma tistax timxi għal perjodu twil ta’ żmien minħabba kirurġija maġġuri, korriment jew mard (ara wkoll sezzjoni 3, jekk ikollok bżonn ta’ kirurġija)

għandek ħafna piż żejjed (BMI >30 kg/m2)

għandek kwalunkwe problema ta’ emboli li teħtieġ trattament fit-tul b’mediċina li tintuża biex tipprevjeni l-emboli

jekk xi ħadd mill-qraba tiegħek qatt kellu emboli fir-riġel, pulmun jew organu ieħor

għandek lupus erythematosus sistemika (SLE).

għandek kanċer.

Jekk kwalunkwe waħda minn dawn l-affarijiet japplikaw għalik, kellem lit-tabib tiegħek ħalli tara jekk tistax tieħu din il-mediċina.

Mard tal-qalb (attakk tal-qalb)

M’hemm l-ebda evidenza li HRT se tipprevjeni attakk tal-qalb. Dejta kkontrollata li ntgħażlet b’mod każwali ma sabet l-ebda żieda fir-riskju ta’ mard tal-arterji koronarji f’nisa li kellhom isterektomija li jkunu jużaw terapija li jkun fiha estroġenu biss.

Puplesija

Ir-riskju li jkollok puplesija hu ta’ madwar 1.5 darba ogħla f’dawk li jużaw HRT milli f’dawk li ma jużawx HRT. In-numru ta’ każijiet addizzjonali ta’ puplesija minħabba l-użu ta’ HRT se jiżdied mal- età.

Għal nisa li jkollhom bejn 50 u 59 sena u li ma jkunux qed jieħdu HRT, bħala medja, 8 minn kull

1 000 se jkunu mistennija li jkollhom puplesija fuq perjodu ta’ 5 snin. Għal nisa li jkollhom bejn 50 u 59 sena u li jkunu qed jieħdu HRT, se jkun hemm 11-il każ minn kull 1 000 utenta, fuq perjodu ta’ 5 snin (jiġifieri, 3 każijiet addizzjonali).

L-effett ta’ DUAVIVE fuq ir-riskju ta’ puplesija mhuwiex magħruf.

Affarijiet oħra li jistgħu jżidu r-riskju ta’ puplesija jinkludu:

li tikber fl-età

pressjoni tad-demm għolja

it-tipjip

li tixrob wisq alkoħol

taħbit tal-qalb irregolari

Jekk inti mħassba dwar kwalunkwe wieħed minn dawn l-affarijiet, kellem lit-tabib tiegħek ħalli tara tistax tieħu din il-mediċina.

Kundizzjonijiet oħra

Jekk għandek kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin, it-tabib tiegħek jista’ jkun irid jimmonitorjak:

-problemi fil-kliewi

-livell għoli eżistenti minn qabel ta’ xaħam fid-demm (trigliċeridi)

-problemi fil-fwied

-ażma

-aċċessjonijiet (epilessija)

-emigranja

-lupus erythematosus sistemika (SLE - marda rari tas-sistema immuni li taffettwa ħafna organi tal-ġisem)

-ritenzjoni ta’ fluwidi

It-terapija bl-estroġeni mhux se tipprevjeni kontra t-telf tal-memorja. Hemm ftit evidenza ta’ riskju ogħla ta’ telf tal-memorja f’nisa li jibdew jużaw terapija bl-estroġeni wara l-età ta’ 65. Kellem lit-tabib tiegħek għal parir.

Mediċini oħra u DUAVIVE

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħda tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra, inkluż mediċini mingħajr riċetta tat-tabib, mediċini erbali jew prodotti naturali oħra.

Mediċini oħrajn jistgħu jinfluwenzaw l-effetti ta’ DUAVIVE, jew DUAVIVE jista’ jaffettwa mediċini oħra. B’mod partikolari għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu:

antikonvulsant (użat fit-trattament tal-epilessija; pereżempju phenobarbital, phenytoin, carbamazepine)

mediċina antiinfettiva (pereżempju rifampicin, rifabutin, nevirapine, efavirenz, erythromycin, ketoconazole, ritonavir, nelfinavir, clarithromycin, itraconazole)

rimedji erbali li fihom is-St. John’s wort (Hypericum perforatum)

DUAVIVE max-xorb

Tiħux din il-mediċina mal-grejpfrut jew il-meraq tal-grejpfrut, għaliex dan jista’ jżid ir-riskju ta’ effetti sekondarji.

Tqala u treddigħ

Din il-mediċina hija għall-użu biss minn nisa li għaddew mill-menopawża. Tiħux din il-mediċina jekk inti tqila, jew taħseb li tista’ tkun tqila. Tiħux din il-mediċina jekk qed tredda’.

Sewqan u tħaddim ta’magni

DUAVIVE ma għandu l-ebda effett magħruf fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

Jekk tħossok sturduta wara li tieħu din il-mediċina, ma għandekx issuq jew tħaddem magni.

Il-komponent ta’ bazedoxifene ta’ din il-mediċina kien irrapportat li jikkawża problemi bil-vista bħal vista mċajpra. Jekk dan iseħħ, ma għandekx issuq jew tħaddem magni sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek li huwa sikur li tagħmel dan.

DUAVIVE fih il-lattożju, is-sukrożju, polydextrose u maltitol likwidu

Din il-mediċina fiha l-lattożju (bħala monohydrate), is-sukrożju, il-glukożju (f’polydextrose u l- maltitol likwidu) u sorbitol (f’polydextrose) (tipi ta’ zokkor). Jekk it-tabib tiegħek qallek li inti intolleranti għal ċerti tipi ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel tibda tuża dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu DUAVIVE

It-tabib tiegħek se jipprova jagħtik id-doża l-iżjed baxxa biex tittratta s-sintomu tiegħek għall-iqsar perjodu meħtieġ. Kellem lit-tabib tiegħek jekk taħseb li din id-doża hija qawwija wisq jew mhux qawwija biżżejjed.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek . Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Għandek tkompli tieħu din il-mediċina għall-perjodu kollu li t-tabib jgħidlek biex tagħmel dan. Sabiex din il-mediċina taħdem, għandha tittieħed kuljum skont ir-riċetta.

-Id-doża rakkomandata hija pillola waħda darba kuljum. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ tazza ilma.

-Tista’ tieħu l-pillola fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata, mal-ikel jew fuq stonku vojt; madankollu, huwa rakkomandat li tieħu l-pillola fl-istess ħin kuljum għaliex dan jgħinek tiftakar tieħu l- mediċina.

Jekk se tagħmel operazzjoni

Jekk tkun se tgħaddi minn kirurġija, għid lill-kirurgu li qed tieħu DUAVIVE. Jista’ jkollok tieqaf tieħu DUAVIVE madwar 4 sa 6 ġimgħat qabel l-operazzjoni, sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ embolu (ara sezzjoni 2, Emboli fil-vini). Staqsi lit-tabib tiegħek meta għandek terġa’ tibda tieħu din il-mediċina.

Jekk tieħu DUAVIVE aktar milli suppost

Ċempel lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tieħu wisq pilloli tista’ tħossok imdardra (tħossok ma tiflaħx) jew tirremetti. Jista’ jkollok sensittività fis-sider, sturdament, uġigħ addominali, ħedla/għeja jew tista’ tesperjenza perjodu qasir ta’ fsada vaġinali.

Jekk tinsa tieħu DUAVIVE

Jekk tinsa tieħu pillola, ħudha malli tiftakar Madankollu, jekk ikun kważi sar il-ħin biex tieħu l-pillola li jmiss, aqbeż il-pillola li tkun insejt tieħu u ħu biss il-pillola li jmiss. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu DUAVIVE

Jekk tiddeċiedi li tieqaf tieħu din il-mediċina qabel ma tispiċċa l-kors preskritt ta’ trattament, għandek l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Waqqaf DUAVIVE u ara tabib minnufih jekk ikollok kwalunkwe wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin:

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 100 persuna):

Jekk tibda tbati minn uġigħ ta’ rasijiet li jixbħu l-emigranja, jew uġigħ ta’ rasijiet severi

Rari (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 1 000 persuna):

Jekk ikollok sinjali ta’ embolu, bħal nefħa bl-uġigħ u ħmura fir-riġlejn, uġigħ f’daqqa fis-sider jew diffikultà biex tieħu n-nifs.

Jekk ikollok sinjali ta’ embolu fl-għajn (vini tar-retina), bħal disturb viżiv f’għajn waħda, inkluż telf tal-vista, uġigħ u nefħa fl-għajnejn speċjalment jekk f’daqqa.

Reazzjoni allerġika severa - is-sintomi jistgħu jinkludu tħarħir f’daqqa u uġigħ jew għafsa fis- sider, nefħa fil-kappell tal-għajnejn, il-wiċċ, ix-xofftejn, il-ħalq, l-ilsien jew il-griżmejn, diffikultà biex tieħu n-nifs, kollass

Jekk ikollok nefħa fl-għajnejn, l-imnieħer, ix-xofftejn, il-ħalq, l-ilsien jew il-griżmejn, diffikultà biex tieħu n-nifs, sturdament sever jew ħass ħażin, raxx fil-ġilda (sintomi ta’ anġjoedema)

Jekk ikollok sintomi ta’ pankreatite li jistgħu jinkludu uġigħ addominali sever fin-naħa ta’ fuq li jista’ jinfirex għal dahrek, akkumpanjat minn nefħa addominali, deni, dardir u rimettar

Bidu f’daqqa ta’ uġigħ addominali u tgħaddi demm aħmar jgħajjat fl-ippurgar, bid-dijarrea jew mingħajr minħabba imblukkar f’daqqa ta’ arterja li tissupplixxi l-intestini (kolite iskemika)

Attakk tal-qalb - sintomi li normalment jinkludu uġigħ, inkluż uġigħ fis-sider li jinfirex għax- xedaq, l-għonq u d-dirgħajn ta’ fuq Mal-uġigħ tista’ tħossok għarqana, jinqatalek nifsek, tkun għajjiena, imdardra u tħossok ħażin

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 000 persuna):

Jekk titlagħlek f’daqqa l-pressjoni tad-demm (is-sintomi jistgħu jkunu uġigħ ta’ ras, għeja, sturdament)

Eritema multiforme: is-sintomi jistgħu jinkludu raxx fil-ġilda bi tbabar roża fl-aħmar speċjalment fuq il-pali tal-idejn jew tas-saqajn li jistgħu jsiru nfafet. Jista’ jkollok ukoll ulċeri fil-ħalq, l-għajnejn jew il-partijiet ġenitali u deni

Effetti sekondarji addizzjonali

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 persuni):

Uġigħ addominali (uġigħ fl-istonku)

Komuni (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 persuni):

Spażmi fil-muskoli (inkluż bugħawwieġ fir-riġlejn)

Stitikezza

Dijarea

Dardir

Traxx (infezzjoni vaġinali kkawżata minn fungi)

Żieda fil-livelli tat-trigliċeridi (sustanzi xaħmin fid-demm)

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 100 persuna):

Mard tal-bużżieqa tal-marrara (eż. ġebel fil-marrara, infjammazzjoni tal-bużżieqa tal-marrara (koleċistite))

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati meta ntużaw estroġeni konjugati u/jew bazedoxifene (l- ingredjenti attivi f’din il-mediċina) waħedhom u jistgħu jseħħu ukoll b’din il-mediċina:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 persuni):

Fwawar

Bugħawwieġ fil-muskoli

Nefħa viżibbli tal-wiċċ, l-idejn, ir-riġlejn, is-saqajn jew l-għekiesi (edema periferali)

Komuni (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 persuni):

Uġigħ fis-sider, sensittività fis-sider, nefħa fis-sider

Tnixxija mill-bżieżel

Uġigħ fil-ġogi

Alopeċja (telf ta’ xagħar)

Bidliet fil-piż (żieda jew tnaqqis)

Żieda fl-enżimi tal-fwied (identifikati fl-ittestjar ta’ rutina tal-funzjoni tal-fwied)

Nixfa fil-ħalq

Ħedla

Ħorriqija (urtikarja)

Raxx

Ħakk

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 100 persuna):

Infjammazzjoni vaġinali

Tnixxija vaġinali

Erożjoni ċervikali li tiġi skoperta f’eżami mediku

Embolu fil-vini tar-riġlejn

Embolu fil-pulmun

Embolu fil-vina fuq in-naħa ta’ wara tal-għajn (vina tar-retina) li jista’ jwassal għal telf tal-vista

Dardir (iħossok ħażin)

Uġigħ ta’ ras

Emigranja

Sturdament

Bidliet fil-burdata

Tħossok nervuża

Dipressjoni

Telf ta’ memorja (dimenzja)

Bidliet fl-interess tiegħek fis-sess (jiżdid jew jonqos il-libido)

Skolorazzjoni tal-ġilda fuq il-wiċċ jew partijiet oħra tal-ġisem

Jikber iktar xagħar

Diffikultà biex tilbes il-lentijiet tal-kuntatt

Rari (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 1 000 persuna):

Uġigħ pelviku

Bidliet fit-tessut tas-sider

Rimettar

Tħossok irritabbli

Effett fuq il-mod kif jiġu kkontrollati l-livelli taz-zokkor fid-demm (glukożju) inkluż żieda fil- livelli tal-glukożju fid-demm

Aggravament tal-ażma

Aggravament tal-epilessija (aċċessjonijiet)

Żvilupp ta’ meninġjoma beninna, tumur mhux kanċeruż tal-membrani ta’ madwar il-moħħ jew l-ispina dorsali

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 000 persuna):

Ħotob ħomor fuq il-ġilda li jweġġgħu

Aggravament tal-korea (disturb newroloġiku eżistenti kkaratterizzat minn movimenti spasmodiċi involontarji tal-ġisem)

Tkabbir tal-emanġjomi epatiċi, tumur beninn (mhux kanċeruż) tal-fwied

Livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm (ipokalċemija); frekwentament ma jkunx hemm sintomi li jissuġġerixxu li l-kalċju tad-demm tiegħek huwa baxx, iżda meta l-ipokalċemija hija severa tista’ tħossok għajjiena, ma tiflaħx b’mod ġenerali, dipressa u ssir deidrata. Dan jista’ jkun akkumpanjat minn uġigħ fl-għadam u uġigħ addominali. Jistgħu jiżviluppaw ġebel fil-kliewi u jikkawżaw uġigħ sever fil-parti tan-nofs tad-dahar (kolika renali)

Aggravament tal-porfirja, disturb rari tad-demm li jista’ jintiret fil-familja.

Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-dejta disponibbli):

Palpitazzjonijiet (tkun konxja tat-taħbit tal-qalb tiegħek)

Vista mċajpra u bidliet żgħar fil-vista

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen DUAVIVE

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperaturi ’l fuq minn 25 C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Wara li tiftaħ il-pakkett b’folja, uża fi żmien 60 jum.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih DUAVIVE

Is-sustanzi attivi huma estroġeni konjugati u bazedoxifene. Kull pillola fiha 0.45 mg ta’ estroġeni konjugati u bazedoxifene acetate ekwivalenti għal 20 mg bazedoxifene.

Is-sustanzi l-oħra huma: lactose monohydrate, sucrose, sucrose monopalmitate, polydextrose (E1200) u maltitol likwidu (ara sezzjoni 2), microcrystalline cellulose, powdered cellulose, hydroxypropylcellulose, hydroxyethylcellulose, magnesium stearate, ascorbic acid, hypromellose (E464), povidone (E1201), poloxamer 188, calcium phosphate, titanium dioxide (E171), macrogol 400, iron oxide red (E172), iron oxide black (E172), isopropyl alcohol u propylene glycol (E1520).

Kif jidher DUAVIVE u l-kontenut tal-pakkett

DUAVIVE 0.45 mg/20 mg pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat hija roża, ovali, u mmarkata fuq naħa waħda b’“0.45/20”.

Il-pilloli huma pprovduti f’pakketti b’folja tal-UPVC/Monoklorotrifluworetilene li fihom 28 pillola.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pfizer Limited, Ramsgate Road, Sandwich, Kent CT13 9NJ, Ir-Renju Unit.

Manifattur

Pfizer Ireland Pharmaceuticals, Little Connell, Newbridge, County Kildare, L-Irlanda.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België / Belgique / Belgien

Lietuva

MSD Belgium BVBA/SPRL

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tel/Tél: 0800 38 693 (+32(0)27766211)

Tel. + 370 52 51 4000

dpoc_belux@merck.com

 

 

 

България

 

Luxembourg / Luxemburg

Пфайзер Люксембург САРЛ,

MSD Belgium BVBA/SPRL

Клон България

Tel/Tél: +32(0)27766211

Ten: +359 2 970 4333

dpoc_belux@merck.com

Česká Republika

Magyarország

 

Pfizer s.r.o.

Pfizer Kft

Tel: +420-283-004-111

Tel: +36 1 488 3700

Danmark

Malta

Pfizer ApS

Vivian Corporation Ltd.

Tlf: +45 44 201 100

Tel: +35621 344610

Deutschland

Nederland

Pfizer Pharma PFE GmbH

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: +49 (0)800 8535555

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)

 

 

medicalinfo.nl@merck.com

Eesti

Norge

 

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer AS

Tel.: +372 666 7500

Tlf: +47 67 526 100

Ελλάδα

Österreich

Pfizer Hellas A.E.

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Τηλ.: +30 210 6785 800

España

Polska

Merck Sharp & Dohme de España, S.A.

Pfizer Polska Sp. z o.o.

Télf.: +34 91 321 06 00

Tel:+48 22 335 61 00

France

Portugal

MSD France

Pfizer Biofarmacêutica, Sociedade Unipessoal Lda

34, avenue Léonard de Vinci

Tel: +351 21 423 5500

92400 Courbevoie

 

 

 

Information médicale: +33 (0)1 80 46 40 40

 

 

 

Hrvatska

România

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Romania S.R.L

Tel: + 385 1 3908 777

Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Ireland

Slovenija

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL

Tel: 1800 633 363 (toll free)

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

+44 (0)1304 616161

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

 

Tel.: + 386 (0) 1 52 11 400

Ísland

Slovenská Republika

Icepharma hf

Pfizer Luxembourg SARL,

Simi: +354 540 8000

organizačná zložka

 

Tel: + 421 2 3355 5500

Italia

Suomi/Finland

MSD Italia S.r.l.

Pfizer Oy

Tel: +39 06 361911

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040

medicalinformation.it@merck.com

 

Kύπρος

 

Sverige

Pfizer Hellas (Cyprus Branch) A.E.

Pfizer AB

Τηλ: +357 22 817690

Tel:+46 (0)8 550 520 00

Latvijā

United Kingdom

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Merck Sharp & Dohme Limited

Tel.: + 371 670 35 775

Tel: +44(0) 1992 467272

 

 

medicalinformationuk@merck.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata din dwar il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati