Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Duloxetine Zentiva (duloxetine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N06AX21

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDuloxetine Zentiva
Kodiċi ATCN06AX21
Sustanzaduloxetine
ManifatturZentiva, k.s.

Kontenut tal-Artiklu

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Duloxetine Zentiva 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

Duloxetine Zentiva 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Duloxetine Zentiva 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

Kull kapsula fiha duloxetine hydrochloride ekwivalenti għal 30 mg duloxetine.

Eċċipjent(i) b’effett magħruf: kull kapsula fiha 42.26 – 46.57 mg ta’ sucrose.

Duloxetine Zentiva 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

Kull kapsula fiha duloxetine hydrochloride ekwivalenti għal 60 mg duloxetine.

Eċċipjent(i) b’effett magħruf: kull kapsula fiha 84.51 – 93.14 mg ta’ sucrose.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Kapsula gastro-reżistenti, iebsa.

Duloxetine Zentiva 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

Kapsuli tal-ġelatina ibsin u opaki b’tul ta’ madwar 15.9 mm bil-parti prinċipali abjad opak u b’kappa opaka blu ċar li fihom pritkuni sferikali ta’ kulur offwajt għal isfar - kannella ċar.

Duloxetine Zentiva 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

Kapsuli tal-ġelatina ibsin u opaki b’tul ta’ madwar 19.4 mm bil-parti prinċipali ivorju opak u b’kappa opaka blu ċar li fihom pritkuni sferikali ta’ kulur offwajt għal isfar - kannella ċar.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ disturb depressiv maġġuri.

Kura ta’ uġigħ newropatiku periferiku tad-dijabete.

Kura ta’ disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata.

Duloxetine Zentiva huwa indikat għall-adulti.

Għal aktar informazzjoni ara sezzjoni 5.1.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Disturb depressiv maġġuri

Id-doża tal-bidu u dik irrakkomandata ta’ manteniment hija ta’ 60 mg darba kuljum ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt. Dożi ta’ aktar minn 60 mg darba kuljum, sa doża massima ta’ 120 mg kuljum, ġew valutati mill-aspett tas- sigurtà f’provi kliniċi. Madankollu, m’hemm l-ebda evidenza klinika li tissuġerixxi li pazjenti li ma rrispondewx għad-doża inizjali rrakkomandata jistgħu jibbenefikaw minn aktar żidiet fid-doża.

Ir-rispons għat-terapija ġeneralment jidher wara 2-4 ġimgħat ta’ kura.

Wara t-tisħiħ tar-rispons anti-depressiv, huwa rrakkomandat li l-kura titkompla għal ħafna xhur, sabiex jiġi evitat li l-pazjent jirkadi. F’pazjenti li sejrin tajjeb fuq duloxetine u li għandhom passat ta’ episodji ripetuti ta’ depressjoni maġġura, tista’ tiġi kkunsidrata kura għal tul itwal ta’ żmien b’doża ta’ 60 sa 120 mg/ġurnata.

Disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata

Huwa rakkomandat li f’pazjenti b’disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata d-doża inizjali għandha tkun ta’ 30 mg darba kuljum ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt. F’pazjenti fejn ir-rispons ma jkunx suffiċjenti d-doża għandha tiżdied għal 60 mg li hija d-doża ta’ manteniment li s-soltu tintuża fil-parti l-kbira tal-pazjenti.

F’pazjenti li fl-istess ħin qed ibatu wkoll minn disturb depressiv maġġuri, id-doża inizjali u ta’ manteniment hi ta’ 60 mg darba kuljum (jekk jogħġbok ara wkoll ir-rakkomandazzjoni tad-dożaġġ fuq).

Ġie muri li dożi sa 120 mg kuljum kienu effikaċji u f’studji kliniċi dawn ġew evalwati mil-lat ta’ sigurtà. F’pazjenti li m’għandhomx rispons suffiċjenti għal 60 mg, għandhom jiġu kkunsidrati żidiet sa 90 mg jew 120 mg. Iż-żieda fid-doża għandha tkun ibbażata fuq ir-rispons kliniku u t-tollerabbilità.

Wara li jintlaħq rispons suffiċjenti, huwa rakkomandat li l-kura tkompli għal ħafna xhur sabiex jiġi evitat li jkun hemm rikadenza.

Uġigħ newropatiku periferiku tad-dijabete

Id-doża tal-bidu u dik irrakkomandata ta’ manteniment hija ta’ 60 mg darba kuljum ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt. Dożi ta’ aktar minn 60 mg darba kuljum, sa doża massima ta’ 120 mg kuljum mogħtija f’dożi mqassma ndaqs, ġew valutati mill-aspett tas-sigurtà f’provi kliniċi. Il-konċentrazzjoni fil-plażma ta’ duloxetine turi varjabbilità kbira bejn individwu u ieħor (ara sezzjoni 5.2). Għalhekk, xi pazjenti li ma jirrispondux b’mod suffiċjenti għal 60 mg jistgħu jibbenefikaw minn doża ogħla.

Wara xahrejn għandu jiġi valutat ir-rispons għall-kura. F’pazjenti li ma jkollhomx rispons adegwat fil-bidu mhux mistenni li jkollhom rispons aħjar wara dan il-perijodu .

Il-benefiċċju terapewtiku għandu jerġa’ jiġi valutat regolarment (mill-anqas kull tliet xhur) (ara sezzjoni 5.1).

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

F’pazjenti anzjani mhux irrakkomandat li jsir aġġustament tad-doża fuq bażi ta’ età biss. Madankollu, bħal b’mediċina oħra, il-kura ta’ l-anzjani għandha tiġi segwita b’attenzjoni, speċjalment b’duloxetine 120 mg kuljum għal disturb depressiv maġġuri, fejn l-informazzjoni hija limitata (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Duloxetine Zentiva ma jistax jintuża f’pazjenti b’mard tal-fwied li jwassal għal indeboliment tal-fwied (ara sezzjonijiet 4.3 u 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

Mhux neċessarju aġġustament tad-doża għal pazjenti b’disfunzjoni tal-kliewi ħafifa jew moderata (tneħħija tal- kreatinina minn 30 sa 80 ml/min). Duloxetine Zentiva ma jistax jintuża f’pazjenti b’indeboliment gravi tal-kliewi (tneħħija tal-kreatinina < 30 ml/min; ara sezzjoni 4.3.

Popolazzjoni pedjatrika

Minħabba problemi ta’ sigurtà u effikaċja, duloxetine m’għandux jintuża fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena għall-kura ta’ distrub depressiv maġġuri (ara sezzjonijiet 4.4, 4.8 u 5.1).

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ duloxetine għall-kura ta’ disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata f’pazjenti pedjatriċi b’etajiet bejn 7-17-il sena ma ġewx stabbiliti. It-tagħrif li hemm disponibbli s’issa huwa deskritt f’sezzjonijiet 4.8, 5.1 u

5.2.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ duloxetine ma’ ġewx studjati fil-kura ta’ wġigħ newropatiku periferiku tad-dijabete jew fil-kura ta’ disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata. Dejta mhux disponibbli.

Sospensjoni tal-kura

Għandha tiġi evitata sospensjoni f’daqqa waħda. Meta l-kura b’Duloxetine Zentiva tkun ser titwaqqaf id-doża għandha tiġi mnaqqsa gradwalment fuq perijodu ta’ mill-anqas ġimgħa sa ġimagħtejn sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ reazzjonijiet ta’ rtirar (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8). Jekk ifeġġu sintomi intollerabbli wara tnaqqis fid-doża jew wara sospensjoni tal-kura, jista’ jiġi kkunsidrat li terġa’ tinbeda id-doża preċedenti ordnata. Sussegwentement, it- tabib jista’ jkompli jnaqqas id-doża, iżda b’rata aktar gradwali.

Mod ta’ kif għandu jingħata

Għall-użu orali.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

L-użu ta’ Duloxetine Zentiva fl-istess ħin ma’ inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOIs) irriversibbli mhux selettivi huwa kontraindikat (ara sezzjoni 4.5).

Mard tal-fwied li jwassal għal indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 5.2).

Duloxetine Zentiva m’għandux jiġi użat flimkien ma’ fluvoxamine, ciprofloxacin jew enoxacin (jiġifieri inibituri qawwija ta’ CYP1A2) billi dan iwassal għal konċentrazzjonijiet elevati ta’ duloxetine fil-plażma (ara sezzjoni 4.5).

Indeboliment gravi tal-kliewi (tneħħija tal-kreatinina <30 ml/min) (ara sezzjoni 4.4).

Huwa kontra-indikat li tinbeda l-kura b’Duloxetine Zentiva f’pazjenti b’pressjoni għolja mhux ikkontrollata li tista’ tesponi l-pazjenti għal riskju potenzjali ta’ kriżi ipertensiva (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Manija u aċċessjonijiet

Duloxetine għandu jiġi użat b’attenzjoni f’pazjenti b’storja ta’ manija jew b’dijanjosi ta’ mard bipolari, u/jew aċċessjonijiet.

Midrijasi

Ġiet rrapurtata l-midrijasi b’assoċjazzjoni ma’ duloxetine, għaldaqstant, Duloxetine Zentiva għandu jiġi ordnat b’attenzjoni f’pazjenti b’pressjoni għolja fl-għajn, jew f’dawk b’riskju ta’ glawkoma ta’ angolu dejjaq akuta.

Pressjoni tad-demm u r-rata tal-qalb

Duloxetine ġie assoċjat ma’ żieda fil-pressjoni tad-demm u ipertensjoni klinikament sinifikanti f’xi pazjenti. Dan jista’ jseħħ minħabba l-effett noradrinerġiku ta’ duloxetine. Każi ta’ kriżi ipertensiva b’duloxetine ġew irrapurtati, speċjalment f’pazjenti li diġà kellhom l-ipertensjoni. Għaldaqstant, f’pazjenti li hu magħruf li għandhom l-ipertensjoni u/jew mard kardijaku ieħor, huwa rrakkomandat li l-pressjoni tad-demm tinżamm taħt osservazzjoni, speċjalment fl-ewwel xahar ta’ kura. Duloxetine għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti li l- kundizzjonijiet tagħhom jistgħu jiġi kompromessi b’żieda fir-rata tal-qalb jew żieda fil-pressjoni tad-demm. Għandha tingħata attenzjoni wkoll meta duloxetine jiġi użat ma’ prodotti mediċinali li jistgħu jindebbolixxu l- metaboliżmu tiegħu (ara sezzjoni 4.5). F’pazjenti li jġarrbu żieda sostanzjali fil-pressjoni tad-demm waqt li jingħataw duloxetine għandu jigi kkunsidrat jew tnaqqis fid-doża jew sospensjoni gradwali (ara sezzjoni 4.8). F’pazjenti b’ipertensjoni mhux ikkontrollata m’għandux jinbeda duloxetine (ara sezzjoni 4.3).

Indeboliment tal-kliewi

Pazjenti b’indeboliment gravi tal-kliewi li għandhom bżonn dijalisi tad-demm (tneħħija tal-kreatinina <30 ml/min) kellhom żieda fil-konċentrazzjoni ta’ duloxetine fil-plażma. Għal pazjenti b’indeboliment gravi tal- kliewi, ara sezzjoni 4.3. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni f’pazjenti b’disfunzjoni tal-kliewi ħafifa jew moderata.

Sindromu ta’ serotonin

Bħal kull sustanza serotonerġika oħra, il-kura b’duloxetine tista’ tikkawża s-sindromu ta’ serotonin, kundizzjoni li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja, speċjalment jekk fl-istess ħin ikun qed jintużaw sustanzi serotonerġiċi oħra (li jinkludu SSRIs, antidipressivi triċikliċi SNRIs jew triptans), sustanzi li jnaqqsu l-metaboliżmu ta’ serotonin bħal MAOIs jew antipsikotiċi jew antagonisti oħra ta’ dopamine li jistgħu jaffettwaw is-sistemi ta’ newrotrasmissjoni seotonerġiċi (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.5).

Is-sintomi tas-sindromu ta’ serotonin jistgħu jinkludu tibdil fl-istat mentali (eż. aġitazzjoni, alluċinazzjonijiet, koma), instabilità sutonomis (eż. takikardija, pressjoni tad-demm li mhijiex stabbli, ipertermija), aberrazzjonijiet newromuskulari (eż. iperriflessi, problemi ta’ koordinazzjoni) u/jew sintomi gastrointestinali (eż. dardir, rimettar, dijarea).

Jekk minħabba raġunijiet kliniċi ikun hemm il-bżonn li duloxetine jingħata fl-istess ħin ma’ sustanzi serotonerġiċi oħra li jistgħu jaffettwaw is-sistemi ta’ newrotrasmissjoni serotonerġiċi u/jew dopaminerġiċi, huwa

rrakkomandat li jkun hemm osservazzjoni bir-reqqa tal-pazjent speċjalment fil-bidu tal-kura u meta jkun hemm żidiet fid-doża.

St. John’s wort

Ir-reazzjonijiet avversi jistgħu jkunu aktar komuni waqt l-użu fl-istess ħin ta’ Duloxetine Zentiva ma’ preparazzjonijiet ta’ ħxejjex mediċinali li fihom St. John’s wort (Hypericum perforatum).

Suwiċidju

Disturb Depressiv Maġġuri u Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata:Id-depressjoni hija assoċjata ma’ riskju akbar ta’ ħsibijiet suwiċidali, ħsara lill-persuna nnifisha, u suwiċidju (avvenimenti marbuta ma’ suwiċidju). Dan ir-riskju jippersisti sakemm iseħħ tnaqqis sinifikanti tad-depressjoni. Billi waqt l-ewwel ftit ġimgħat jew aktar ta’ kura jista’ ma jseħħx titjib, il-pazjenti għandhom jiġu osservati bir-reqqa sakemm dan it-titjib iseħħ. Hija esperjenza klinika ġenerali li r-riskju ta’ suwiċidju jista’ jiżdied fl-istadji bikrijin ta’ fejqan.

Kundizzjonijiet psikjatriċi oħra li għalihom jista’ jiġi mogħti duloxetine huma wkoll assoċjati ma’ riskju akbar ta’ avvenimenti marbuta ma’ suwiċidju. Barra minn hekk dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jkunu preżenti bħala marda oħra flimkien mad-disturb tad-depressjoni maġġuri. L-istess prekawzjonijiet meħuda waqt il-kura ta’ pazjenti b’disturb ta’ depressjoni maġġuri għandhom għalhekk jiġu wkoll meħuda waqt il-kura ta’ pazjenti b’disturbi psikjatriċi oħra.

Huwa magħruf li pazjenti b’passat ta’ avvenimenti marbuta ma’ suwiċidju jew dawk li juru ammont sinifikanti ta’ hsibijiet ta’ suwiċidju qabel ma tibda l-kura huma f’riskju ogħla li jkollhom ħsibijiet ta’ suwiċidju jew ta’ mġiba suwiċidali u għandhom jiġu sorveljati bir-reqqa waqt il-kura. Analiżi ta’ numru ta’ studji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo ta’ prodotti mediċinali antidepressivi li ntużaw f’disturbi psikjatriċi wrew riskju ogħla ta’ mġiba suwiċidali bl-antidepressivi meta mqabbla ma’ plaċebo f’pazjenti iżgħar minn 25 sena.

Każi ta’ formazzjoni ta’ ħsibijiet suwiċidali u mġiba suwiċidali ġew irrappurtati waqt terapija ta’ duloxetine jew kmieni wara sospensjoni tal-kura (ara sezzjoni 4.8).

Sorveljanza bir-reqqa tal-pazjenti b’mod partikolari dawk li huma l-iżjed f’riskju għandha takkumpanja t-terapija bi prodott mediċinali speċjalment fil-bidu tal-kura u wara xi tibdil fid-doża. Il-pazjenti (u min jieħu ħsiebhom) għandhom jiġu mwissija dwar il-ħtieġa li joqgħodu attenti għal xi bidla għall-agħar fil-kwadru kliniku,mġiba jew ħsibijiet suwiċidali jew tibdil fl-imġiba mhux tas-soltu u li jfittxu parir mediku immedjatament jekk joħorġu dawn is-sintomi.

Uġigħ Newropatiku Periferiku Tad-dijabete:Bħal bi prodotti mediċinali oħra li għandhom azzjoni farmakoloġika simili (anti-depressivi), ġew irrappurtati każi iżolati ta’ formazzjoni ta’ ideat suwiċidali u mġiba suwiċidali waqt terapija ta’ duloxetine jew kmieni wara sospensjoni tal-kura. Fir-rigward ta’ fatturi ta’ riskju għal tendenza ta’ suwiċidju waqt id-depressjoni, are fuq It-tobba għandhom iħeġġu lill-pazjenti biex jirrappurtaw xi ħsibijiet jew sentimenti li jnikktu f’kull ħin.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena

Duloxetine m’għandux jintuża fil-kura ta’ tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena. Imġiba assoċjata mas-suwiċidju (attentati ta’ suwiċidju u ħsibijiet suwiċidali), u ostilità (l-aktar aggressjoni, imġiba konfrontali, u rabja), kienu osservati aktar spiss f’provi kliniċi fuq tfal u adolexxenti kkurati b’anti-depressivi meta mqabbla ma’ dawk ikkurati bil-plaċebo. Jekk, fuq il-bażi tal-bżonn kliniku, madankollu tittieħed deċiżjoni biex tingħata l-kura, il- pazjenti għandu jinżamm taħt osservazzjoni għad-dehra ta’ sintomi suwiċidali (ara sezzjoni 5.1). Barra dan, hemm nuqqas ta’ informazzjoni f’tfal u f’adolexxenti dwar is-sigurtà fit-tul li jirrigwarda l-iżvilupp tal-ġisem, il- maturazzjoni u l-iżvilupp konjittiv u ta’ l-imġiba (ara sezzjoni 4.8).

Emorraġija

Ġew irrappurtati fsada mhux normali, bħal ekimosi, purpura u emorraġija gastro-intestinali b’inibituri selettivi ta’ġbir mill-ġdid ta’ serotonin (SSRIs) u inibituri ta’ ġbir mill-ġdid ta’ serotonin/noradrenaline (SNRIs), fosthom duloxetine. Hija rrakkomandata l-attenzjoni f’pazjenti li qed jieħdu sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm u/jew prodotti mediċinali magħrufa li jaffettwaw il-funzjoni tal-plejtlits ( eż. NSAIDs jew acetylsalicylic acid(ASA)) u f’pazjenti li huwa magħruf li għandhom tendenza li jinfasdu.

Iponatrimja

Meta ġie mogħti duloxetine, ġiet irrapportata l-iponatrimja, li inkludew każijiet ta’ livell ta’ sodium fi serum ta’ inqas minn 110 mmol/l. L-iponatrimja tista’ sseħħ minħabba sindromu ta’ sekrezzjoni mhux f’loka tal-ormon anti-dijuretiku (SIADH). Il-parti l-kbira tal-każijiet ta’ iponatrimja ġew irrapportati fl-anzjani speċjalment f’dawk li għandhom ukoll storja reċenti ta’ jew kundizzjoni li tagħmilhom aktar suġġetti għal, żbilanċ fil-

fluwidi.Tinħtieġ attenzjoni f’pazjenti f’riskju akbar ta’ iponatrimja bħal anzjani, pazjenti b’ċirrożi jew deidratati jew pazjenti fuq kura ta’ dijuretiċi.

Sospensjoni tal-kura

Huma komuni r-reazzjonijiet ta’ rtirar meta l-kura tiġi sospiża, partikolarment jekk is-sospensjoni ssir f’daqqa waħda (ara sezzjoni 4.8). F’provi kliniċi avvenimenti mhux mixtieqa b’sospensjoni tal-kura f’daqqa seħħew f’madwar 45% ta’ pazjenti b’kura ta’ duloxetine u 23% ta’ pazjenti jieħdu l-plaċebo.Ir-riskju ta’ reazzjonijiet ta’ rtirar li jidhru b’SSRIs u SNRIs jistgħu jiddependu minn ħafna fatturi fosthom it-tul u d-doża tat-terapija u r-rata ta’ tnaqqis fid-doża. L-aktar reazzjonijiet komuni li ġew irraportati huma mniżżlin f’sezzjoni 4.8. Ġeneralment dawn is-sintomi huma ħfief jew moderati, madankollu, f’xi pazjenti jistgħu jkun ta’ intensità qawwija. Is-soltu dawn jidhru fl-ewwel ftit jiem ta’ sospensjoni ta’ kura, iżda kien hemm rapporti rari ħafna ta’ dawn is-sintomi f’pazjenti li bi żball kienu nsew jieħdu doża. Ġeneralment dawn is-sintomi ma jiżdidux u s-soltu jieqfu fi żmien ġimagħtejn, għalkemm f’xi individwi jistgħu jdumu aktar ( 2-3 xhur jew aktar). Għalhekk huwa rrakkomandat li f’sospensjoni tal-kura duloxetine jiġi mnaqqas bil-ftit il-ftit fuq perijodu ta’ mhux anqas minn ġimagħtejn, skond il-bżonnijiet tal-pazjent (ara sezzjoni 4.2).

Anzjani

L-informazzjoni dwar l-użu ta’ duloxetine 120 mg f’pazjenti anzjani b’mard depressiv maġġuri hija limitata. Għaldaqstant, il-kura ta’ anzjani b’doża massima għandha tiġi segwita b’attenzjoni (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2). Huwa limitat it-tagħrif dwar l-użu ta’ Duloxetine Zentiva f’pazjenti anzjani b’disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata.

Akatiżja/irrekwitezza psikomotorja

L-użu ta’ duloxetine ġie assoċjat ma’ żvilupp ta’ akatiżja, ikkaraterrizzata minn irrekwitezza soġġettivament mhux pjaċevoli jew ta’ sofferenza u mill-ħtieġa ta’ tħarrik spiss flimkien ma’ l-inabbilità li wieħed joqgħod bilqiegħda jew ma jitħarrikx. Dan hu aktar probabbli li jseħħ fl-ewwel ftit ġimgħat ta’ kura. F’pazjenti li jiżviluppaw dawn is-sintomi, jista’ jkun ta’ detriment li tiżdied id-doża.

Prodotti mediċinali li fihom duloxetine

Duloxetine huwa użat taħt trejdmarks differenti f’ħafna indikazzjonijiet (kura ta’ uġigħ newropatiku tad-dijabete, disturb depressiv maġġuri, disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata u inkontinenza ta’ l-urina minħabba sforz).L-użu fl- istess ħin ta’ aktar minn wieħed minn dawn il-prodotti għandu jiġi evitat.

Epatite/żieda fl-enzimi tal-fwied

B’duloxetine ġew irrappurtati każi ta’ ħsara fil-fwied, fosthom żidiet b’mod serju ta’ enzimi tal-fwied (>10 darbiet il-limitu ta’ fuq tan-normal), epatite u suffejra (ara sezzjoni 4.8). Il-biċċa l-kbira tagħhom seħħew waqt l- ewwel ftit xhur ta’ kura. Il-ħsara fil-fwied kienet l-aktar dik epatoċellulari. Duloxetine għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti li jkunu fuq kura bi prodotti mediċinali oħra assoċjati ma’ ħsara fil-fwied.

Sucrose

Duloxetine Zentiva kapsuli gastro-reżistenti ibsin fihom sucrose. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal fructose, assorbiment ħażin ta’ glucose-galactose jew insuffiċjenza ta’ sucrose-isomaltase m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOIs)

Minħabba r-riskju ta’ sindromu ta’ serotonin, duloxetine m’għandux jintuża flimkien ma’ inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOIs) irriversibbli u mhux selettivi, jew fi żmien ta’ mill-anqas 14-il ġurnata minn meta ġiet sospiża l-kura b’xi MAOI. Fuq il-bażi tal-half-life ta’ duloxetine, għandhom jgħaddu mill-anqas 5 ijiem minn meta twaqqaf Duloxetine Zentiva qabel jinbeda xi MAOI (ara sezzjoni 4.3).

Mhux irrakkomandat l-użu fl-istess ħin ta’ Duloxetine Zentiva ma’ MAOIs riversibbli u selettivi bħal moclobemide (ara sezzjoni 4.4). L-antibijotiku linezolid huwa MAOI riversibbli u mhux selettiv u m’għandux jingħata lill-pazjenti kkurati b’duloxetine (ara sezzjoni 4.4).

Inibituri ta’ CYP1A2

Peress li CYP1A2 huwa involut fil-metaboliżmu ta’ duloxetine, bl-użu fl-istess ħin ta’ duloxetine ma’ inibituri qawwija ta’ CYP1A2 hemm probabbiltà li jirriżultaw konċentrazzjonijiet ogħla ta’ duloxetine. Fluvoxamine (100 mg darba kuljum), inibitur qawwi ta’ CYP1A2, naqqas it-tneħħija tal-plażma apparenti ta’ duloxetine b’madwar 77% u żied b’6 darbiet l-AUCo-t . Għaldaqstant, Duloxetine Zentiva m’għandux jingħata flimkien ma’ inibituri qawwija ta’ CYP1A2 bħal fluvoxamine (ara sezzjoni 4.3).

Prodotti mediċinali li jaħdmu fuq is-Sistema Nervuża Ċentrali (CNS)

Ma ġiex valutat b’mod sistemiku r-riskju ta’ l-użu ta’ duloxetine ma’ prodotti mediċinali oħra attivi fuq CNS, barra mill-każi mniżżlin f’din is-sezzjoni. Konsegwentement, huwa rrakkomandat li duloxetine jingħata b’attenzjoni meta jittieħed flimkien ma’ prodotti mediċinali jew sustanzi li jaħdmu b’mod ċentrali fosthom alkoħol u prodotti mediċinali sedattivi (eż. benzodiazepines, morfinomimetiċi, anti-psikotiċi, phenobarbital, anti- istamini sedattivi).

Sustanzi serotonerġiċi

F’każi rari, ġie rrappurtat sindromu ta’ serotonin f’pazjenti li jużaw SSRIs/SNRIs fl-istess ħin ma’ sustanzi serotoninerġiċi. L-attenzjoni hija rrakkomandata jekk duloxetine jintuża fl-istess ħin ma’ sustanzi serotoninerġiċi bħal SSRIs, SNRIs, antidipressivi triċikliċi bħal clomipramine jew amitriptyline, MAOIs bħal moclebemide jew linezolid, St. John’s wort (Hypericum perforatum) jew triptans, tramadol, pethidine u tryptophan (ara

sezzjoni 4.4).

Effett ta’ duloxetine fuq prodotti mediċinali oħra

Prodotti mediċinali li jiġu metabolizzati minn CYP1A2

Il-farmakokinetika ta’ theophylline, sustrat ta’ CYP1A2, ma ġietx affettwata b’mod sinifikanti meta ngħata flimkien ma’ duloxetine (60 mg darbtejn kuljum).

Prodotti mediċinali li jiġu metabolizzati minn CYP2D6

Duloxetine huwa inibitur moderat ta’ CYP2D6. Meta duloxetine jingħata f’doża ta’ 60 mg darbtejn kuljum ma’ doża waħda ta’ desipramine, sustrat ta’ CYP2D6, l-AUC ta’ desipramine żdied bi tliet darbiet. L-AUC fiss ta’ tolterodine (2 mg darbtejn kuljum) tiżdied b’71% meta jingħata flimkien ma’ duloxetine (40 mg darbtejn kuljum), iżda ma jaffettwax il-farmakokinetika tal-metabolat attiv tiegħu 5-hydroxyl u mhux irrakkomandat li jsir aġġustament ta’ doża. Hu rrakkomandat li duloxetine jingħata b’attenzjoni jekk jittieħed flimkien ma’ prodotti mediċinali li huma fil-biċċa l-kbira metabolizzati min CYP2D6 (risperidone, anti-depressivi triċikliċi [TCAs] bħal nortriptyline, amitriptyline, u imipramine) speċjalment jekk għandhom indiċi terapewtiku dejjaq (bħal flecainide, propafenone u metoprolol).

Kontraċettivi orali u sustanzi sterojdi oħra

Riżultati ta’ studji in vitro juru li duloxetine ma jistimulax l-attività katalitika ta’ CYP3A. Studji speċifiċi in vivo ta’ interazzjoni bejn il-mediċini ma sarux.

Sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm u kontra l-plejtlits

Għandha tingħata attenzjoni meta duloxetine jingħata flimkien ma’ sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm b’mod orali u ma’ sustanzi kontra l-plejtlits minħabba riskju potenzjali akbar ta’ fsada li tista’ tiġi attribwita ma’ interazzjoni famakodinamika. Żidiet fil-valuri ta’ l-INR ġew irrappurtati meta duloxetine ngħata flimkien ma’ warfarin.Madankollu, l-għoti fl-istess ħin ta’ duloxetine ma’ warfarin taħt kundizzjonijiet fissi, f’volontiera b’saħħithom, bħala parti minn studju ta’ farmakoloġija klinika, ma rriżultax f’tibdil klinikament sinifikanti fl-

INR mil-linja bażi jew fil-farmakokinetika tal-R- jew S-warfarin.

Effetti ta’prodotti mediċinali oħra fuq duloxetine

Mediċini kontra l-aċtu fl-istonku u antagonisti ta’ H2

It-teħid ta’ duloxetine flimkien ma’ mediċini kontra l-aċtu fl-istonku li fihom aluminium u magnesium jew ma’ famotidine ma kellhiex effett sinifikanti fuq ir-rata jew il-miżura ta’ assorbiment ta’ duloxetine wara li ngħatat doża orali ta’ 40 mg.

Sustanzi li jistimulaw CYP1A2

Analiżi farmakokinetiċi ta’ popolazzjoni juru li min ipejjep għandu kważi 50% anqas konċentrazzjonijiet fil- plażma ta’ duloxetine meta mqabbla ma’ min ma jpejjipx.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx informazzjoni adegwata dwar l-użu ta’ duloxetine f’nisa tqal. Studji fl-annimali juru tossiċità fis- sistema riproduttiva f’livelli ta’ esponiment sistemiku (AUC) ta’ duloxetine anqas mill-esponiment kliniku massimu (ara sezzjoni 5.3).

Mhux magħruf ir-riskju potenzjali għall-umani.

Tagħrif epidemoloġiku jindika li l-użu ta’ SSRIs fit-tqala, speċjalment fit-tmiem it-tqala, jista’ jżid ir-riskju ta’ ipertensjoni pulmonarja persistenti fit-tarbija tat-twelid (PPHN). Għalkemm ebda studju ma investiga l- konnessjoni ta’ PPHN mal-kura b’SNRI, il-possibbiltà ta’ dan ir-riskju ma jistax jiġi eskluż b’duloxetine meta tikkunsidra l-mod simili ta’ kif jaħdem ( l-inibizzjoni tad-dħul mill-ġdid ta’ serotonin).

Bħal ma jiġri bi prodotti mediċinali serotonerġiċi oħra, sintomi ta’ sospensjoni jistgħu jseħħu f’trabi tat-twelid wara l-użu fl-omm ta’ duloxetine qrib il-ħlas. Sintomi ta’ sospensjoni li dehru b’duloxetine jistgħu jinkludi ipotonja, tregħid, nervożiżmu, diffikultà biex tieħu l-ħalib, problemi biex tieħu n-nifs u konvulżjonijiet. Il-parti l- kbira tal-każijiet seħħew mat-twelid jew fil-ġranet ta’ wara t-twelid.

Duloxetine għandu jintuża fit-tqala biss jekk is-siwi potenzjali jiġġustifika r-riskju potenzjali lill-fetu. In-nisa għandhom jingħataw parir biex javżaw lit-tabib tagħhom jekk jinqabdu tqal, jew għandhom l-intenzjoni li jinqabdu tqal, waqt it-terapija.

Treddigħ

Duloxetine joħroġ b’mod debboli ħafna fil-ħalib uman, fuq il-bażi ta’ studju fuq 6 pazjenti li pproduċew il-ħalib iżda ma tawhx lil uliedhom. Huwa kkalkulat li d-doża ta’ kuljum fit-trabi fuq bażi ta’ mg/kg hija bejn wieħed u ieħor 0.14% tad-doża materna (ara sezzjoni 5.2). Billi mhix magħrufa s-sigurtà ta’ duloxetine fit-trabi, l-użu ta’ duloxetine waqt it-treddigħ mhux rakkomandat.

Fertilità

F’studji li saru fl-annimali, duloxetine ma kellu ebda effett fuq il-fertilità tar-raġel u effetti fin-nisa kienu evidenti biss b’dożi li kkawżaw tossiċità materna.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Duloxetine jista’ jkun assoċjat ma’ effett sedattiv u ma’ sturdament. Il-pazjenti għandhom jiġu mgħarrfa li jekk iħossuhom taħt effett sedattiv jew sturduti għandhom jevitaw xogħol li jista’ jkun ta’ periklu bħas-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

L-aktar reazzjonijiet avversi komunement irrappurtati f’pazjenti fuq kura ta’ duloxetine kienu dardir, uġigħ ta’ ras, ħalq xott, ngħas u sturdament. Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi komuni, iżda, kienu ħfief jew moderati, ġeneralment bdew kmieni fit-terapija, u ħafna minnhom kellhom tendenza li jonqsu anki waqt it-tkomplija tat- terapija.

Sommarju f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Tabella 1 turi r-reazzjonijiet avversi osservati minn rapporti spontanji u f’provi kliniċi kkontrollati bil-plaċebo.

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi

Kalkolu tal-frekwenza: Komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa

< 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000).

F’kull grupp ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla bl-aktar serju l-ewwel segwiti minn dawk anqas serji.

Komuni

Komuni

Mhux Komuni

Rari

Rari Ħafna

Ħafna

 

 

 

 

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

 

 

 

 

Larinġite

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

 

 

 

Reazzjoni

 

 

 

 

anafilattika

 

 

 

 

Mard ta’ sensitività

 

 

 

 

eċċessiva

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema endokrinarja

 

 

 

 

 

 

Ipotirojdiżmu

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

 

 

Tnaqqis fl-aptit

Ipergliċemija

Deidrazzjoni

 

 

 

 

(irrapportata l-

Iponatrimja

 

 

 

 

iżjed f’pazjenti

SIADH6

 

 

 

 

dijabetiċi)

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

 

 

 

 

Insomnja

Formazzjoni ta’

Imġiba

 

 

 

Aġitazzjoni

ideat

suwiċidali5,7

 

 

 

Tnaqqis fil-libido

suwiċidali5,7

Manija

 

 

 

Ansjetà

Problemi ta’

Alluċinazzjonijiet

 

 

 

Orgażmu mhux

irqad

Aggressjoni u

 

 

 

normali

Tgħażżiż tas-

rabja4

 

 

 

Ħolm mhux

snin involontarju

 

 

 

 

normali

Diżorjentament

 

 

 

 

 

Apatija

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

 

 

Uġigħ ta’ ras

 

Sturdament

Mijoklonus

Sindrome ta’

 

Ngħas

 

Ħedla

Akatiżja7

serotonin6

 

 

 

Rogħda

Nervożità

Konvulżjoni1

 

 

 

Parastiżja

Disturbi fl-

Irrekwitezza

 

 

 

 

attenzjoni

psikomotorja6

 

 

 

 

Sintomi ekstra-

 

 

 

 

Disgewżja

 

 

 

 

piramidali6

 

 

 

 

Diskinesja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sindromu ta’

 

 

 

 

 

rrekwitezza fis-

 

 

 

 

 

saqajn

 

 

 

 

 

Kwalità ħażina

 

 

 

 

 

ta’ irqad

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fl-għajnejn

 

 

 

 

 

Tara sfokat

Midrijażi

Glawkoma

 

 

 

 

Indeboliment fil-

 

 

 

 

 

vista

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema labirintika

 

 

 

 

Tinnitus1

Vertiġini

 

 

 

 

 

Uġigħ tal-

 

 

 

 

 

widnejn

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

 

 

 

 

 

Palpitazzjonijiet

Takikardija

 

 

 

 

 

Arritmija supra-

 

 

 

 

 

ventrikolari, l-

 

 

 

 

 

aktar

 

 

 

 

 

fibrillazzjoni ta’

 

 

 

 

 

l-atrija

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi vaskulari

 

 

 

 

 

 

Żieda fil-

Sinkope2

Kriżi ipertensiva3,6

 

 

 

pressjoni tad-

Ipertensjoni3,7

 

 

 

 

demm3

Ipotensjoni

 

 

 

 

Ħmura fil-wiċċ

ortostatika2

 

 

 

 

 

Ksieħ periferiku

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

 

Titwib

Rassa fil-

 

 

 

 

gerżuma

 

 

 

 

Epistassi

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

 

 

 

Tqalligħ

Stitikezza

Emorraġija

Stomatite

 

Ħalq xott

Dijarrea

gastro-

Ematokeżja

 

 

Uġigħ

intestinali7

Riħa ħażina fil-

 

 

addominali

Gastro-enterite

ħalq

 

 

Rimettar

Tifwiq

Kolite

 

 

Dispepsja

Gastrite

mikroskopika9

 

 

Gass fl-istonku

Diffikultà biex

 

 

 

 

tibla’

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

 

 

 

 

Epatite3

Insuffiċjenza

 

 

 

Enzimi tal-fwied

epatika6

 

 

 

għoljin (ALT,

Suffejra6

 

 

 

AST, alkaline

 

 

 

 

phosphatase)

 

 

 

 

Ħsara akuta fil-

 

 

 

 

fwied

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

Żieda fl-għaraq

Tegħreq matul

Sindromu ta’

Vaskulite

 

Raxx

il-lejl

Stevens-Johnson6

kutanea

 

 

Urtikarja

Edima anġjo-

 

 

 

Dermatite

newrotika6

 

 

 

minħabba

 

 

 

 

kuntatt

 

 

 

 

Għaraq kiesaħ

 

 

 

 

Reazzjonijiet ta’

 

 

 

 

fotosensittività

 

 

 

 

Tendenza ogħla

 

 

 

 

li titbenġel

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi muskolu-skeletriki u tat-tessuti konnetivi

 

 

 

Uġigħ muskolu-

Riġidità tal-

Trismu

 

 

skeletali

muskoli

 

 

 

Spażmu

Kontrazzjoni

 

 

 

muskolari

involontarja tal-

 

 

 

 

muskolu

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema awrinarja

 

 

 

Disurja

Żamma ta’ l-

Riħa mhux normali

 

 

Tgħaddi l-awrina

awrina

ta’ l-awrina

 

 

ta’ spiss

Eżitazzjoni

 

 

 

 

awrinarja

 

 

 

 

Awrinazzjoni

 

 

 

 

eċċessiva matul

 

 

 

 

il-lejl

 

 

 

 

Tgħaddi

 

 

 

 

ammont

 

 

 

 

eċċessiv ta’

 

 

 

 

awrina

 

 

 

 

Tnaqqis fil-fluss

 

 

 

 

ta’ l-awrina

 

 

Disturbi fis-sistema riproduttiva u fis-sider

 

Problemi fil-

Emorraġija

Sintomi tal-

 

 

funzjoni erettili

ginekoloġika

menopawża

 

 

Problemi ta’

Disturbi fil-

Galaktorreja

 

 

eġakulazzjoni

mestrwazzjoni

Iperprolaktinimja

 

 

Dewmien fl-

Disfunzjoni

 

 

 

eġakulazzjoni

 

 

 

sesswali

 

 

 

 

 

 

 

 

Uġigħ testikulari

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

 

 

 

Waqgħat8

Uġigħ fis-sider7

 

 

 

Għeja

Ma tħossokx

 

 

 

 

normali

 

 

 

 

Tħoss il-bard

 

 

 

 

Għatx

 

 

 

 

Tkexkix

 

 

 

 

Telqa ġenerali

 

 

 

 

Tħoss is-sħana

 

 

 

 

Problemi fil-

 

 

 

 

mod ta’ kif timxi

 

 

 

 

 

 

 

Investigazzjonijiet

 

 

 

 

Tnaqqis fil-piż

Żieda fil-piż

Żieda tal-kolesterol

 

 

 

Żieda fil-

fid-demm

 

 

 

creatine

 

 

 

 

phosphokinase

 

 

 

 

fid-demm

 

 

 

 

Żieda fil-

 

 

 

 

potassju fid-

 

 

 

 

demm

 

 

1Każijiet ta’ konvulżjoni u każijiet ta’ tinnitus ġew ukoll irrapportati wara li twaqqfet il-kura.

2Każijiet ta’ ipotensjoni ortostatika u sinkope ġew irrappurtati speċjalment fil-bidu tal-kura.

3Ara sezzjoni 4.4

4Ġew irrapportati każijiet ta’ aggressjoni u ta’ rabja speċjalment kmieni fil-kura jew wara li twaqqfet il-kura.

5Ġew irrapportati każijiet ta’ formazzjoni ta’ ideat suwiċidali u ta’ mġiba suwiċidali waqt il-kura b’duloxetine jew ftit wara li twaqqfet il-kura (ara sezzjoni 4.4).

6Stima tal-frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi rrapportati waqt sorveljanza wara li l-prodott tqiegħed fis-suq; mhux osservati f’provi kliniċi kkontrollati bi plaċebo.

7Statistikament mhuwiex differenti b’mod sinifikanti minn plaċebo.

8Il-waqgħat kienu aktar komuni fl-anzjani (> 65 sena)

9Stima tal-frekwenza bbażata fuq tagħrif mill-provi kliniċi kollha.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi partikulari

Sospensjoni tal-kura ta’ duloxetine (speċjalment meta tkun f’daqqa) spiss twassal għal sintomi ta’ rtirar. Sturdament, disturbi tas-sensi (fosthom parastizja jew sensazzjonijiet li jixbħu dak ta’ xokk elettriku, speċjalment fir-ras), disturbi fl-irqad, (fosthom insomnja u ħolm intens), għeja, ħedla ta’ rqad, aġitazzjoni jew ansjetà, dardir u/jew rimettar, rogħda, wġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli, irritabilità, dijarea, iperidrożi u vertigo huma l-aktar reazzjonijiet komunement irrappurtati.

Ġeneralment, fl-SSRIs u fl-SNRIs, dawn l-avveniment jkunu minn ħfief sa moderati u ma jiżdidux, iżda f’xi pazjenti jistgħu jkunu qawwija u/jew jieħdu fit-tul. Għaldaqstant, huwa rrakkomandat li meta l-kura b’duloxetine m’għadhiex mehtieġa, is-sospensjoni għandha tkun gradwali billi d-doża tiġi mnaqqas bil-ftit il-ftit (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

Fil-fażi akuta ta’ 12-il ġimgħa ta’ tliet provi kliniċi ta’ duloxetine f’pazjenti b’uġigħ newropatiku tad-dijabete, ġew osservati żidiet żgħar iżda statistikament sinifikanti fil-livell ta’ glucose fid-demm waqt is-sawm f’pazjenti fuq kura ta’ duloxetine. Il-livell ta’ HbA1c kien stabbli kemm f’pazjenti fuq kura ta’ duloxetine kif ukoll f’pazjenti fuq il-plaċebo. Fil-fażi ta’ estensjoni ta’ dawn l-istudji, li damet sejra 52 ġimgħa, kien hemm żieda fil- livell ta’ HbA1c kemm fil-grupp ta’ duloxetine kif ukoll f’dak ta’ kura ta’ rutina, iżda ż-żieda medja kienet ta’

0.3% aktar f’pazjenti fuq kura ta’ duloxetine. Kien hemm ukoll żieda żgħira fil-livell ta’ glucose fid-demm waqt is-sawm u fil-kolesterol totali f’pazjenti fuq kura ta’ duloxetine filwaqt li dawn t-testijiet ta’ laboratorju wrew tnaqqis żgħir fil-grupp ta’ kura ta’ rutina.

L-intervall QT ikkoreġut f’pazjenti fuq kura ta’ duloxetine ma kenitx tvarja minn dik ta’ pazjenti fuq il-plaċebo. Ma ġiet osservata l-ebda differenza klinikament sinifikanti meta ġie kkalkulat il-QT, il-PR, il-QRS, jew il-QTcB bejn pazjenti fuq kura ta’ duloxetine u pazjenti fuq il-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

F’provi kliniċi, total ta’ 509 pazjenti pedjatriċi b’etajiet minn 7 sa 17-il sena b’MDD ġew ikkurati b’duloxetine. B’mod ġenerali, il-profil tar-reazzjonijiet avversi ta’ duloxetine fit-tfal u fl-adolexxenti kien simili għal dak li deher fl-adulti.

F’provi kliniċi, total ta’ 467 pazjent pedjatriku, li għall-ewwel ġew mogħtija b’mod arbitrarju duloxetine, kellhom medja ta’ tnaqqis fil-piż ta’ 0.1 kg fl-10 ġimgħa meta mqabbel ma’ żieda medja ta’ 0.9 kg f’353 pazjent ikkurat bil-plaċebo. Sussegwentement, fuq il-perijodu ta’ estensjoni ta’ bejn erba’ u sitt xhur, il- pazjenti, bħala medja, kellhom tendenza li jerġgħu lura għall-piż perċentili mistenni tagħhom fil-linja bażi skont tagħrif miġbur minn popolazzjoni ta’ persuni b’sess u età li jkunu tamparhom.

F’studji li damu sa disa’ xhur, ġie osservat li f’pazjenti pedjatriċi kkurati b’duloxetine kien hemm medja ta’ tnaqqis ġenerali ta’ 1% fil-perċentili ta’ tul (tnaqqis ta’ 2% fit-tfal (7-11-il sena) u żieda ta’ 0.3% fl-adolexxenti (12-17-il sena)) (ara sezzjoni 4.4).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il- professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Ġew irrappurtati każijiet ta’ doża eċċessiva b’dożi ta’ duloxetine ta’ 5400 mg, meta mgħoti waħdu jew flimkien ma’ prodotti mediċinali oħra. Seħħew xi fatalitajiet, primarjament b’taħlit ta’ dożi eċċessivi, iżda wkoll b’duloxetine waħdu b’doża ta’ madwar 1,000 mg. Is-sinjali u s-sintomi ta’ doża eċċessiva (duloxetine waħdu jew flimkien ma’ prodotti mediċinali oħra ) jinkludu ngħas, koma, sindromu ta’ serotonin,aċċessjonijiet, rimettar u takikardija.

Mhux magħruf antidotu speċifiku għal duloxetine iżda jekk jirriżulta s-sindromu ta’ serotonin, tista’ tiġi kkunsidrata kura speċifika (bħal b’cyproheptadine u/jew b’kontroll tat-temperatura). Irid jiġi stabbilit passaġġ ta’ l-arja bla ebda xkiel. Huwa rrakkomandat li jiġu osservati s-sinjali kardijaċi u dawk vitali, flimkien ma’ miżuri sintomatiċi u ta’ sostenn adattati. Jista’ jkun indikat it-tindif ta’ l-istonku jekk dan jitwettaq ftit wara l-inġestjoni jew f’pazjenti sintomatiċi. Activated charcoal jista’ jkun ta’ għajnuna biex jillimita l-assorbiment. Duloxetine għandu volum ta’ distribuzzjoni kbir u mhux probabbli li jkunu ta’ siwi d-dijureżi sfurzat, il-perfużjoni tad- demm, u l-perfużjoni bil-bdil.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antidepressivi oħra Kodiċi ATC: N06AX21

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Duloxetine huwa inibitur ta’ ġbir mill-ġdid (reuptake inhibitor) kemm tas-serotonin (5-HT) u kemm tan- noradrenaline (NA). Huwa jinibixxi b'mod dgħajjef id-dħul mill-ġdid ta’ dopamine mingħajr affinità sinifikanti għar-reċetturi istaminerġiċi, dopaminerġiċi, kolinerġiċi u adrenerġiċi. B’mod li huwa dipendenti fuq id-doża, duloxetine jżid il-livelli extraċellulari ta’ serotonin u noradrenaline f’partijiet differenti tal-moħħ ta’ l-annimali.

Effetti farmakodinamiċi

Duloxetine reġa’ ġab għan-normal il-limitu ta’ l-uġigħ f’ħafna mudelli prekliniċi ta’ uġigħ newropatiku u infjammatorju u taffa l-atteġġament ta’ l-uġigħ f’mudell ta’ uġigħ persistenti. Il-mod ta’ inibizzjoni ta’ l-uġigħ ta’ duloxetine huwa maħsub li jirriżulta mit-tisħiħ tal-passaġġi tan-nervituri inibitorji ta’ l-uġigħ li ħerġin minn ġewwa s-sistema nervuża ċentrali.

Sigurtà u effikaċja klinika

Disturb Depressiv Maġġuri

Duloxetine ġie studjat f’programm kliniku li kien jinvolvi 3,158 pazjent (1,285 pazjenti-snin ta’ espożizzjoni) li laħaq il-kriterji DSM-IV għal depressjoni maġġuri. L-effikaċja ta’ duloxetine fid-doża rakkomandata ta’ 60mg darba kuljum ġiet ppruvata fit-tlieta minn tliet studji li saru f’sitwazzjonijiet akuti, b’doża fissa, randomised, double-blind u kkontrollati bil-plaċebo f’pazjenti li mhumiex residenti ġo sptar u li għandhom mard depressiv maġġuri. B’mod ġenerali , l-effikaċja ta’ duloxetine ġiet ipprovata f’dożaġġi ta’ kuljum ta’ bejn 60 u 120 mg f’total ta’ ħamsa minn seba’ studji li saru f’sitwazzjonijiet akuti, b’doża fissa, randomised, double-blind u kkontrollati bil-plaċebo f’pazjenti li mhumiex residenti ġo sptar u li għandhom mard depressiv maġġuri.

Duloxetine statistikament wera superjorità fuq plaċebo kkalkulat skond it-titjib fil-punteġġ totali tal-Hamilton

Depression Rating Scale(HAM-D) bi 17-il kriterju (li jinkludu kemm sintomi ta’ depressjoni emozzjonali kif ukoll dawk somatiċi). Anki r-rati ta’ rispons u remissjoni kienu b’mod statistiku sinifikament ogħla b’duloxetine meta mqabbla ma’ plaċebo. Kien hemm biss proporzjon żgħir ta’ pazjenti li ġew inklużi fl-studji kliniċi prinċipali li kellhom depressjoni gravi (linja bażi HAM-D>25).

Fi studju ta’ prevenzjoni ta’ rikaduta, pazjenti li rrispondew għal 12-il ġimgħa ta’ kura akuta b’open-label duloxetine 60 mg darba kuljum, kienu b’mod arbitrarju mgħotija jew duloxetine 60 mg darba kuljum jew plaċebo għal 6 xhur oħra. Duloxetine 60 mg darba kuljum wera superjorità statistikament sinifikanti meta mqabbel ma’ plaċebo (p=0.004) f’daq li għandu x’jaqsam ir-riżultat primarju, il-prevenzjoni ta’ rikaduta depressiva, ikkalkulata permezz taż-żmien li għadda sar-rikaduta. L-inċidenza ta’ rikaduta matul il-perijodu ta’ 6 xhur ta’ follow-up, li kien double-blind, kienet ta’ 17% u 29% għal duloxetine u plaċebo, rispettivament.

Matul it-52 ġimgħa ta’ kura double-blind u kkontrollata bil-plaċebo, pazjenti b’DDM rikorrenti kkurati b’duloxetine kellhom, b’mod sinifikanti, perijodu itwal mingħajr sintomi (p < 0.001) meta mqabbel ma’ pazjenti li b’mod arbitrarju ġew mogħtija plaċebo. F’kura open-label b’duloxetine (28 sa 34 ġimgħa) li saret qabel, il- pazjenti kollha kienu rrispondew għal duloxetine b’doża ta’ 60 sa 120 mg/ġurnata. Matul il-fażi ta’ kura double- blind u kkontrollata bil-plaċebo li damet 52 ġimgħa, 14.4% tal-pazjenti kkurati b’duloxetine u 33.1% tal-pazjenti kkurati bil-plaċebo reġgħu ħassew is-sintomi depressivi tagħhom (p< 0.001).

L-effett ta’ duloxetine 60 mg darba kuljum, f’pazjenti anzjani b’depressjoni ( > 65 sena) ġie speċifikament eżaminat f’studju li wera differenza statistikament sinifikanti fit-tnaqqis tal-punteġġ ta’ l-HAMD 17 għal pazjenti kkurati b’duloxetine meta mqabbel ma’ plaċebo. It-tollerabilità ta’ duloxetine 60 mg darba kuljum f’pazjenti anzjani kien simili għal dak osservat fl-adulti iżgħar. Madankollu, t-tagħrif fuq pazjenti li ġew mogħtija d-doża massima (120 mg kuljum) huwa limitat u għalhekk huwa rakkomandat li toqgħod attent meta tkun qiegħed tikkura din il-popolazzjoni ta’ pazjenti.

Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata

Duloxetine wera superjorità statistikament sinifikanti fuq plaċebo f’kull wieħed minn ħames studji li jinkludu erba’ studji magħmula f’sitwazzjonijiet akuti, ikontrollati bi plaċebo, double-blind u randomised u studju ta’ prevenzjoni ta’ rikaduta f’pazjenti adulti b’disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata.

Duloxetine wera superjorità statistikament sinifikanti fuq plaċebo kemm meta kkalkulat skond it-titjib fil- punteġġ totali tal-Hamilton Anxiety Scale(HAM-A) u kemm skond il-punteġġ ta’ indeboliment funzjonali globali tas-Sheehan Disability Scale (SDS). Ir-rati ta’ rispons u ta’ remissjoni kienu wkoll ogħla b’duloxetine meta mqabbla ma’ plaċebo. Duloxetine wera riżultati ta’ effikaċja simili għal venlafaxine f’dak li għandu x’jaqsam titjib fil-punteġġ totali tal-HAM-A.

F’studju ta’ prevenzjoni ta’ rikaduta, pazjenti li kienu qed jirrispondu għal 6 xhur ta’ kura b’mod akut b’duloxetine open-label, ġew mogħtija b’mod arbitrarju jew duloxetine jew plaċebo għal 6 xhur oħra. Duloxetine 60 mg sa 120 mg kuljum wera superjorità statistikament sinifikanti meta mqabbel ma’ plaċebo (p<0.001) fil- prevenzjoni ta’ rikaduta, ikkalkulata skond iż-żmien għar-rikaduta. L-inċidenza ta’ rikaduta waqt il-perijodu miżjud ta’ 6 xhur li kien double-blind kien ta’ 14 % b’duloxetine u ta’ 42 % bi plaċebo.

L-effikaċja ta’ duloxetine 30-120 mg (dożaġġ flessibbli) darba kuljum f’pazjenti anzjani (˃65 sena) b’disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata ġiet evalwata fi studju li wera titjib statistikament sinifikanti fil-punteġġ totali tal-HAM-A f’pazjenti kkurati b’duloxetine meta mqabbel ma’ pazjenti kkurati bil-plaċebo.L-effikaċja u s-sigurtà ta’ duloxetine 30-120 mg mogħti darba kuljum f’pazjenti anzjani b’disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata kienu simili għal dak li ħareġ mill-istudji fuq pazjenti adulti iżgħar. Madankollu, id-dejta f’pazjenti anzjani esposti għad-doża massima (120 mg kuljum) hija limitata u għalhekk, hija rrakkomandata l-kawtela meta din id-doża tintuża f’popolazzjoni anzjana.

Uġigħ Newropatiku Periferiku Tad-Dijabete

L-effikaċja ta’ duloxetine bħala kura għall-uġigħ newropatiku tad-dijabete kien stabbilit f’żewġ studji ta’ 12-il ġimgħa, b’dożi fissi, ikkontrollati bil-plaċebo,randomised u double-blind f’adulti (22 sa 88 sena) li kellhom uġigħ newropatiku tad-dijabete għallinqas għal 6 xhur. Pazjenti li laħqu l-kriterji dijanjostiċi ta’ mard depressiv maġġuri kienu esklusi minn dawn l-istudji. Ir-riżultat kliniku primarju kien il-medja ta’ kull ġimgħa tal-medja ta’ l-uġigħ f’24 siegħa, ikkalkulat skond l-iskala Likert bi 11-il punt, miġbura mill-pazjenti f’djarju ta’ kuljum. Fiż-żewġ studji, duloxetine 60 mg darba kuljum u 60 mg darbtejn kuljum naqqsu b’mod sinifikanti l-uġigħ meta mqabbla ma’ plaċebo. F’xi pazjenti l-effett beda jinħass fl-ewwel ġimgħa ta’ kura. Id-differenza fil-medja ta’ titjib bejn iż-żewġ fergħat attivi tal-kura ma kinitx sinifikanti.Kważi 65% tal-pazjenti kkurati b’duloxetine kontra l-40% ta’ dawk fuq plaċebo rreġistraw tnaqqis ta’ mill-inqas 30% fl-uġigħ li kien ġie rrappurtat. L-ammonti li jikkorispondu għal tnaqqis ta’ mill-inqas ta’ 50% fl-uġigħ kienu 50% u 26% rispettivament. Ir-rati ta’ rispons kliniku (50% jew iżjed ta’ titjib fl-uġigħ) kienu analizzati skond jekk il-pazjent qabdux n-ngħas jew le waqt il- kura. F’pazjenti li ma qabadhomx in-ngħas,ir-rispons kliniku kien osservat f’47% tal-pazjenti li rċevew duloxetine u f’27% tal-pazjenti li kienu fuq plaċebo. Ir-rati ta’ rispons kliniku f’pazjenti li qabadhom in-ngħas kien ta’ 60% għal dawk fuq duloxetine u ta’ 30% għal dawk fuq plaċebo. Pazjenti li ma wrewx tnaqqis ta’ 30% fl-uġigħ fi żmien 60 ġurnata mill-bidu tal-kura kien diffiċli li jilħqu dan il-livell wara kura ulterjuri.

F’studju fit-tul mhux kontrollat u open-label, it-tnaqqis fl-uġigħ f’pazjenti li rrispondew għal 8 ġimgħat ta’ kura akuta b’duloxetine 60 mg darba kuljum ġie mantnut għal 6 xhur oħra kif imkejjel mit-tibdil f’dik il-parti tal-Brief Pain Inventory (BPI) tal-uġigħ medju fuq 24 siegħa.

Popolazzjoni pedjatrika

Duloxetine ma ġiex studjat f’pazjenti taħt l-età ta’ 7 snin.

Saru żewġ provi kliniċi magħmula b’mod arbitrarju, paralleli u double-blind f’800 pazjent pedjatriku b’etajiet bejn 7 sa 17-il sena b’disturb depressiv maġġuri (ara sezzjoni 4.2). Dawn iż-żewġ studji kienu jinkludu fażi akuta ta’ 10 ġimgħat ikkontrollata bil-plaċebo u b’prinċipju attiv (fluoxetine) segwita minn perijodu ta’ sitt xhur ta’ kura ta’ estensjoni kkontrollata b’prinċipju attiv.Bħala bidla mil-linja bażi sar-riżultat finali, la duloxetine (30- 120 mg) u lanqas il-fergħa ta’ kontroll attiv (fluoxetine 20-40 mg) ma sseparaw b’mod statistiku mill-plaċebo fil- valur totali taċ-Children´s Depression Rating Scale-Revised (CDRS-R) . It-twaqqif mill-kura minħabba avvenimenti avversi kien ogħla fil-pazjenti li qed jieħdu duloxetine meta mqabbel ma’ dawk ikkurati b’fluoxetine, l-iżjed minħabba d-dardir. Matul il-perijodu ta’ kura akuta ta’ 10 ġimgħat, ġiet irrapportata mġiba suwiċidali (duloxetine 0/333 [0%], fluoxetine 2/225 [0.9%], plaċebo 1/220 [0.5%]).Matul il-kors kollu tal-istudju li dam 36 ġimgħa, 6 mit-333 pazjent li għall-ewwel, b’mod arbitrarju, ġew mogħtija duloxetine u 3 mill-225 pazjent li għall-ewwel, b’mod arbitrarju, ġew mogħtija fluoxetine esperjenzaw imġiba suwiċidali (l-inċidenza aġġustata skont l-espożizzjoni kienet ta’ 0.039 avvenimenti għal kull sena ta’ pazjent għal duloxetine u 0.026 avvenimenti għal kull sena ta’ pazjent għal fluoxetine). Barra minn hekk, pazjent wieħed li għadda minn plaċebo għal duloxetine kellu imġiba suwiċidali waqt li kien qed jieħu duloxetine.

Sar studju magħmul b’mod arbitrarju, double-blind u kkontrollat bil-plaċebo f’272 pazjent b’etajiet bejn 7-17-il sena b’disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata. L-istudju kien jinkludi fażi akuta ta’ 10 ġimgħat ikkontrollata bil- plaċebo segwita minn perijodu ta’ kura ta’ estensjoni ta’ 18-il ġimgħa. F’dan l-istudju ġiet użata skeda flessibbli ta’ dożaġġ sabiex tippermetti żieda bil-mod fid-doża minn 30 mg darba kuljum għal dożi aktar għolja (massimu ta’ 120 mg darba kuljum). Il-kura b’duloxetine wriet titjib akbar li kien statistikament sinifikanti fis-sintomi tal- GAD, skont il-punteġġ ta’ severità PARS għal GAD (differenza medja bejn duloxetine u plaċebo ta’ 2.7 punti [95% CI 1.3-4.0]), wara 10 ġimgħat ta’ kura. Il-manteniment tal-effett ma ġiex evalwat. Ma kien hemm ebda differenza statistikament sinifikanti ta’ twaqqif mill-kura minħabba avvenimenti avversi bejn il-grupp ta’ duloxetine u l-grupp tal-plaċebo matul il-fażi akuta ta’ kura ta’ 10 ġimgħat. Żewġ pazjenti li għaddew minn plaċebo għal duloxetine wara l-fażi akuta kellhom imġiba ta’ suwiċidju waqt li kienu qed jieħdu duloxetine matul

il-fażi ta’ estensjoni. Konklużjoni dwar il-benefiċċju/riskju totali f’dan il-grupp ta’ età ma ttieħditx (ara wkoll sezzjonijiet 4.2 u 4.8).

L-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini rrinunzjat għall-obbligu li jigu ppresentati r-riżultati tal-istudji bil-prodott mediċinali ta’ referenza li fih duloxetine f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ disturb depressiv maġġuri, uġigħ newropatiku tad-dijabete u disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni fuq l-użu pedjatriku.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Duloxetine huwa mgħoti bħala molekula waħda msawwra minn żewġ forom li huma bħal rifless ta' xulxin f'mera. Duloxetine huwa mmetabolizzat b'mod estensiv minn enzimi ossidattivi (CYP1A2 u dik polymorfika

CYP2D6) u mbagħad ikkonjugat. Il-farmakokinetika ta’ duloxetine turu varjabiltà kbira bejn persuna u oħra (ġeneralment 50-60%), in parti dovuta għas-sess, l-età, is-sitwazzjoni tat-tipjip u l-istat ta’ metaboliżmu minn CYP2D6.

Assorbiment

Duloxetine huwa assorbit sew wara li jittieħed mill-ħalq b' Cmax li jidher 6 sigħat wara li tkun ħadt d-doża. Il- biodisponibiltà orali assoluta ta’ duloxetine kienet mifruxa bejn 32% sa 80% (medja ta' 50%). L-ikel iżid il-ħin biex tintlaħaq l-ogħla konċentrazzjoni minn 6 sa 10 sigħat u jnaqqas b’xi ftit l-ammont ta' l-assorbiment (bejn wieħed u ieħor 11%).Dawn il-varjazzjonijiet m’għandhom ebda sinifikat klinikament.

Distribuzzjoni

Duloxetine huwa bejn wieħed u ieħor 96% marbut mal-proteini tal-plażma umana. Duloxetine jintrabat kemm ma' l-albumina kif ukoll ma’ alpha-1 acid glycoprotein. L-indeboliment tal-fwied jew tal-kliewi ma jaffettwax ir- rabta mal-proteini.

Bijotrasformazzjoni

Duloxetine huwa metaboliżżat b’mod estensiv u l-eskrezzjoni tal-prodotti metaboliċi jsir l-aktar fl-urina. Kemm CYP 2D6 kif ukoll CYP 1A2 jikkatalizzaw il-formazzjoni taż-żewġ prodotti metaboliċi prinċipali l-glukuronidu kkonjugat ta' 4-hydroxy duloxetine u l-konjugat tas-sulfat ta' 5-hydroxy 6-methoxy duloxetine. Ibbażati fuq studji in vitro, il-prodotti metaboliċi ta’ duloxetine li jiċċirkolaw huma kkunsidrati farmakoloġikament inattivi. Il-farmakokinetika ta’ duloxetine f’pazjenti li huma metabolizzaturi dgħajjfa fir-rigward ta’ CYP2D6 ma kinitx investigata b’mod speċifiku. Tagħrif limitat jindika li l-livelli fil-plażma ta’ duloxetine huma ogħla f’dawn il- pazjenti.

Eliminazzjoni

Il-half life ta’ l-eliminazzjoni ta’ duloxetine tvarja minn 8 sa 17-il siegħa (medja ta' 12-il siegħa). Wara doża minn ġol-vini t-tneħħija mill-plażma ta’ duloxetine tvarja minn 22 l/hr sa 46 l/hr (medja ta' 36 l/hr). Wara doża orali, it-tneħħija apparenti ta’ duloxetine mill-plażma tvarja minn 33 sa 261 l/hr (medja 101 l/hr).

Popolazzjonijiet speċjali

Sess

Differenzi farmakokinetiċi kienu identifikati bejn l-irġiel u n-nisa ( it-tneħħija apparenti mill-plażma huwa bejn wieħed u ieħor 50% inqas fin-nisa). Minħabba li l-varjazzjonijiet ta’ tneħħija jikkoinċidu, id-differenzi farmakokinetiċi minħabba s-sess ma jiġġustifikawx ir-rakkomandazzjoni ta’ tnaqqis fid-doża għal pazjenti nisa.

Età

Differenzi farmakokinetiċi kienu identifikati bejn nisa żgħar u kbar (≥ 65 sena) (l-AUC jiżdied b’madwar 25% u l-half life hi madwar 25% itwal fl-anzjani), għalkemm id-daqs ta' dawn il-bidliet mhux biżżejjed biex jiġġustifikaw tibdil fid-doża. Bħala rakkomandazzjoni ġenerali, il-kura ta’ l-anzjani għandha tiġi segwita b’attenzjoni (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

Indeboliment tal-kliewi

Pazjenti b'mard terminali tal-kliewi (ESRD) li jirċievu id-dijaliżi kellhom valuri tas-Cmax u ta’ l-AUC ta’ duloxetine darbtejn ogħla minn dawk ta’ pazjenti b'saħħithom. It-tagħrif farmakokinetiku fuq duloxetine huwa limitat f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi ta’ grad ħafif jew wieħed moderat.

Indeboliment tal-fwied

Mard moderat fil-fwied (Child Pugh Klassi B) affettwa l-farmakokinetika ta’ duloxetine. Imqabbla ma' pazjenti b'saħħithom, it-tneħħija apparenti mill-plażma ta’ duloxetine kienet 79% anqas, il-half life terminali apparenti kien 2.3 darbiet itwal u l-AUC kien 3.7 darbiet ogħla f'pazjenti li kellhom mard moderat fil-fwied. Il- farmakokinetika ta’ duloxetine u l-prodotti metaboliċi tiegħu ma kienux studjati f’pazjenti b’insuffiċjenza tal- fwied gravi jew ħafifa.

Ommijiet li jreddgħu

Id-dispożizzjoni ta’ duloxetine ġiet studjata f’6 nisa li kienu qegħdin ireddgħu u li kienu ilhom mill-inqas 12-il ġimgħa li kienu welldu. Duloxetine jinstab fil-ħalib ta’ l-omm u l-konċentrazzjonijiet fissi fil-ħalib ta’ l-omm huma kważi kwart dawk fil-plażma. L-ammont ta’ duloxetine fil-ħalib ta’ l-omm huwa bejn wieħed u ieħor ta’ 7 µg/day waqt li tkun fuq doża ta’ 40 mg darbtejn kuljum. It-treddigħ m’affettwax il-farmakokinetika ta’ duloxetine.

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetika ta’ duloxetine, wara l-għoti mill-ħalq b’skeda ta’ dożaġġ ta’ 20 sa 120 mg darba kuljum f’pazjenti pedjiatriċi b’etajiet minn 7 sa 17-il sena b’disturb depressiv maġġuri, ġiet ikkaratterizzata bl-użu ta’

analiżi ta’ mudelli ta’ popolazzjoni bbażati fuq tagħrif minn 3 studji. Skont kif previst mill-mudell, il- konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ duloxetine fl-istat fiss f’pazjenti pedjatriċi kienu fil-parti l-kbira fil-marġni tal- konċentrazzjoni kif osservati f’pazjenti adulti.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Duloxetine ma kienx ġenotossiku f’firxa ta' testijiet standard u ma kienx kanċeroġenu fil-firien. Ċelluli multinukleati dehru fil-fwied fl-assenza ta’ kambjamenti istopatoloġiċi oħra fi studju fuq il-

kanċeroġeniċità fil-far. Il-mekkaniżmu involut u r-relevanza klinika mhumiex magħrufa. Ġrieden tas-sess femminili li rċevew duloxetine għal sentejn kellhom inċidenza ogħla ta' adenomi u kanċer epatoċellulari fid-doża għolja biss (144 mg/kg/ġurnata), imma dawn kienu kkunsidrati li huma sekondarji għall-istimulazzjoni ta' l- enżima mikrożomali tal-fwied. Ir-relevanza ta' dan it-tagħrif fil-ġrieden għall-bniedem mhix mgħarufa. Firien tas-sess femminil li rċevew duloxetine, qabel u waqt li kienu qed jgħamlu s-sess u fil-bidu tat-tqala, kellhom tnaqqis fil-konsum ta' l-ikel matern u fil-piż, diżordni fiċ-ċiklu oestrous, nuqqas fl-indiċi ta' twelid ta' frieħ hajjin u fis-sopravivenza tal-ferħ ta' l-annimal, u dewmien biex jikbru l-frieħ f’livelli ta’ espożizzjoni sistemika, stmata li hija mhux anqas mill-esponiment massimu kliniku (AUC). Fi studji embrojotossiċi fil-fenek,inċidenża ogħla ta’ malformażżjoniijiet kardjovaskolari u skeletali kienu osservati f’livelli ta’ espożiżżjoni sistemika anqas mill- esponiment massimu kliniku (AUC). L’ebda malformażżjoni ma’ kienet osservata f’studju ieħor li eżamina doża ogħla ta’ forma kimika differenti ta’ duloxetine. Fi studju ta’ tossiċità ta’ qabel u wara t-twelid, fil-far, duloxetine ikkaġuna effetti avversi ta’ komportament fil-frieħ, f’livelli ta’ espożiżżjoni sistemika anqas mill- esponiment massimu kliniku (AUC).

Studji f’firien mhux adulti wrew effetti temporanji fuq l-imġiba newrotika, kif ukoll tnaqqis sinifikanti fil-piż tal- ġisem u l-konsum tal-ikel; stimulazzjoni tal-enzimi epatiċi; u vakwolazzjoni epatoċellulari b’45 mg/kg/jum. Il- profil tat-tossiċità ġenerali ta’ duloxetine fil-firien mhux adulti kien simili għal dak ta’ firien adulti. Il-livell fejn ġie ddeterminat li ma kien hemm ebda effett avvers kien ta’ 20 mg/kg/jum.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Kontenut tal-kapsula:

Sucrose

Maize starch

Hypromellose

Talc

Hypromellose acetate succinate,

Triethyl citrate

Il-Qoxra tal-kapsula:

Duloxetine Zentiva 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

Kappa tal-kapsula

Indigo carmine (E132)

Titanium dioxide (E171)

Ġelatina

Parti prinċipali tal-kapsula

Titanium dioxide (E171)

Ġelatina

Duloxetine Zentiva 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

Kappa tal-kapsula

Indigo carmine (E132)

Titanium dioxide (E171)

Ġelatina

Parti prinċipali tal-kapsula

Iron oxide isfar (E172)

Titanium dioxide (E171)

Ġelatina

6.2Inkompatibbilitajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn ta’ ebda kondizzjonijiet speċjali ta’ temperatura ta’ ħażna. Aħżen fil- pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji opaki PVC/PCTFE/Alu, kaxxa tal-kartun li tingħalaq.

Daqs tal-pakkett:

Duloxetine Zentiva 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin 7, 28 u 98 kapsula

Duloxetine Zentiva 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

28, 56, 84 u 98 kapsula

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Zentiva, k.s.

U Kabelovny 130 102 37 Prague 10 Ir-Repubblika Ċeka

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Duloxetine Zentiva 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

EU/1/15/1028/001

EU/1/15/1028/002

EU/1/15/1028/003

Duloxetine Zentiva 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin

EU/1/15/1028/004

EU/1/15/1028/005

EU/1/15/1028/006

EU/1/15/1028/007

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

20 ta’ Awissu 2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati