Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Edarbi (azilsartan medoxomil) – Fuljett ta’ tagħrif - C09CA09

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEdarbi
Kodiċi ATCC09CA09
Sustanzaazilsartan medoxomil
ManifatturTakeda Pharma A/S

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Edarbi 20 mg pilloli

Edarbi 40 mg pilloli

Edarbi 80 mg pilloli

Azilsartan medoxomil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Edarbi u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Edarbi

3.Kif għandek tieħu Edarbi

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Edarbi

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Edarbi u għalxiex jintuża

Edarbi fih is-sustanza attiva li jisimgħa azilsartan medoxomil u tappartieni lill-klassi ta’ mediċini li jisimhom antagonisti tar-riċetturi ta’ anġjotensina II (AIIRAs). Anġjotensina II hi sustanza li teżisti b’mod naturali fil-ġisem u li tikkawza l-issikkar tal-vini u l-arterji, u b’hekk tgħolli l-pressjoni. Edarbi jibblokkja dan l-effett sabiex jirrilassaw il-vini u l-arterji, li jgħin biex tniżżel il-pressjoni.

Din il-mediċina hi użata biex tikkura pressjoni għolja (ipertensjoni essenzjali) f’pazjenti adulti (ta’ età ta’ ‘l fuq minn 18-il sena).

Tnaqqis fil-pressjoni tad-demm ser tkun tista’ titkejjel fi żmien ġimagħtejn mill-bidu tat-trattament u l-effett sħiħ tad-doża tiegħek ser tkun osservata wara 4 ġimgħat.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Edarbi

TIHUX Edarbi jekk inti

-allerġiku għal azilsartan medoxomil jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

-għandek iktar minn 3 xhur tqala. (Ikun aħjar ukoll li tevita din il-mediċina fl-istadju bikri tat- tqala – ara sezzjoni dwar it-tqala).

-għandek id-dijabete jew funzjoni tal-kliewi indebolita u qed tiġi kkurat b’mediċina li tbaxxi l- pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Edarbi speċjalment jekk

-għandek problem fil-kliewi.

-qegħda fuq dijalisi jew kellek trapjant riċenti tal-kliewi.

-għandek mard tal-fwied sever.

-għandek problemi fil-qalb (inkluż insuffiċjenza tal-qalb, attakk tal-qalb riċenti).

-qatt kellek puplesija.

-għandek pressjoni baxxa jew tħoss rasek iddur bik jew sturdut.

-qed tirrimetti, riċentement kellek rimettar sever, jew għandek dijarea.

-għandek livelli ogħla tal-potassju fid-demm (kif muri fit-testijiet tad-demm).

-għandek mard tal-glandola adrenali msejħa iperaldosteroniżmu primarja.

-qalulek li għandek tidjiq tal-valvoli ta’ qalbek (imsejħa "stenosi aortika jew tal-valv mitrali") jew li l-ħxuna tal-muskolu tal-qalb tiegħek żdiedet b’mod anormali (imsejjaħ "kardjomijopatija ipertrofika ostruttiva").

-qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja:

o inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.

o aliskiren.

It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.

Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Edarbi”

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Edarbi mhuwiex rakkomandat kmieni fit-tqala, u M’GĦANDUX jittieħed meta mara tkun iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dak l-istadju (ara sezzjoni “Tqala u treddigħ”). Edarbi jista’ jkun anqas effettiv fit-tnaqqis fil-pressjoni tad-demm f’pazjenti suwed.

Tfal u adolexxenti

Hemm tagħrif limitat fuq l-użu ta’ Edarbi fit-tfal jew f’adolexxenti ta’ età ta’ taħt it-18-il sena. B’hekk, din il-mediċina m’għandhiex tingħata lit-tfal u adolexxenti.

Mediċini oħra u Edarbi

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Edarbi jista’ jaffettwa il-mod ta’ kif jaħdmu mediċini oħra u xi mediċini jistgħu ikollhom effett fuq Edarbi.

B’mod partikolari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini imsemmijin hawn taħt:

-Litju (mediċina għall-problemi tal-mard mentali)

-Mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs), bħal ibuprofen, diclofenac jew celecoxib (mediċini biex itaffu l-uġigħ u infjammazzjoni)

-

Aċidu aċetilsaliċikliku jekk tieħu' aktar minn 3 g kuljum (mediċina biex ittaffi l-uġigħ

u

 

infjammazzjoni)

 

-Mediċini li jżidu l-ammont tal-potassju fid-demm tiegħek; dawn jinkludu supplimenti tal- potassju, mediċini li jġemmgħu il-potassju (ċertu "pilloli tal-ilma") jew sostituti tal-melħ li fihom potassju

-Eparina (mediċina għall traqqiq tad-demm)

-Dijuretiċi (pilloli tal-ilma)

-Aliskiren jew mediċini oħrajn li jbaxxu l-pressjoni tad-demm tiegħek (inibitur ta’ enzima li tibdel angiotensin jew imblokkatur ta’ riċettur ta’ angiotensin II, bħal enalapril, lisinopril, ramipril jew valsartan, telmisartan, irbesartan).

It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tiegħek u/jew jieħu prekawzjonijiet oħrajn: Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux Edarbi” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”)

Tqala u treddigħ

Tqala

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieqaf tieħu din il-mediċina qabel ma toħroġ tqila jew hekk kif issir taf li inti tqila, u ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Edarbi.

Edarbi mhuwiex rakkomandat kmieni fit-tqala, u m’GĦANDUX jittieħed meta mara tkun iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.

Treddigħ

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’. Edarbi mhuwiex rakkomandat għal ommijiet li jkunu qed ireddgħu, u t-tabib tiegħek jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk tixtieq tredda’, speċjalment jekk it- tarbija tiegħek tkun tat-twelid, jew jekk tkun twieldet qabel iż-żmien.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Edarbi jista ma’ jkollux effet fuq il-ħila biex issuq vetturi jew tħaddem magni. Ghaldaqstant, xi wħud jistgħu jħossuhom għajjiena jew sturduti meta jieħdu din il-mediċina. Jekk dan jiġri lilek, m'għandekx issuq jew tuża għodda jew magni.

3.Kif għandek tieħu Edarbi

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Huwa importanti li tkompli tieħu Edarbi fl-istess ħin kuljum.

Edarbi jittieħed mill-ħalq. Ħu l-pillola b’ħafna ilma. Tista’ tieħu din il-mediċina bl-ikel jew mingħajru.

-Id-doża normali tal-bidu hija 40 mg darba kuljum. It-tabib tiegħek jista' jżid din id-doża għal massimu ta' 80 mg darba kuljum jiddependi fuq ir-rispons tal-pressjoni tad-demm.

-Għal pazjenti bħal dawk li huma anzjani ħafna (75 sena ‘il fuq) it-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda doża aktar baxxa tal-bidu ta' 20 mg darba kuljum.

-Jekk tbati minn mard ħafif jew moderat tal-fwied it-tabib tiegħek jista' jirrakkomanda doża aktar baxxa tal-bidu ta' 20 mg darba kuljum.

-Għal pazjenti li reċentement tilfu fluwidi tal-ġisem per eżempju permezz ta’ rimettar jew dijarea, jew billi tuża pilloli tal-ilma, it-tabib tiegħek jista' jirrakkomanda doża aktar baxxa tal- bidu ta' 20 mg darba kuljum.

-Jekk tbati minn mard ieħor bħal mard tal-fwied serju jew insuffiċjenza tal-qalb it-tabib tiegħek jiddeċiedi l-aħjar doża biex tibda.

Jekk tieħu Edarbi aktar milli suppost

Jekk tieħu ħafna pilloli, jew jekk xi ħadd ieħor ħa l-mediċina tiegħek, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih. Jista' jħossok ħażin jew tistordi jekk tieħu aktar milli suppost.

Jekk tinsa tieħu Edarbi

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Ħu id-doża li jmiss bħas- soltu.

Jekk tieqaf tieħu Edarbi

Jekk tieqaf tieħu Edarbi, il-pressjoni tad-demm tiegħek tista’ terġa tiżdied. B’hekk tieqafx tieħu Edarbi mingħajr ma’ l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek dwar opzjonijiet alternattivi ta’ kura.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ieqaf milli tieħu Edarbi u fittex għajnuna medika minnufih jekk għandek xi waħda minn dawn ir-reazzjonijiet allerġiċi, li jiġru rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000 ):

-Diffikultajiet fitteħid- tan-nifs, jew biex tibla’,jew nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ilsien u/jew griżmejn (anġjoedema)

-Ħakk tal-ġilda b’nefħiet imqabbża.

Effetti sekondarji oħra possibbli jinkludu:

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

-Sturdament

-Dijarea

-Żieda fil-krejatinina fosfokinażi fid-demm (indikatur ta’ ħsara fil-muskolu).

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kul l100):

-Pressjoni baxxa tad-demm, li tista’ ġġagħlek iħossok ħażin jew sturdut

-Tħossok għajjien

-Nefħa tal-idejn, għekiesi jew saqajn (edema periferali)

-Raxx fil-ġilda u ħakk

-Dardir

-Spażmi fil-muskoli

-Żieda tal-krejatinina fis-serum fid-demm (indikatur tal-funzjoni tal-kliewi)

-Żieda fl-aċidu uriku fid-demm.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull1,000):

-Tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm inkluż livelli mnaqqsa ta' proteina fiċ-ċelloli ħomor tad-demm (emoglobina).

Meta Edarbi jittieħed ma’ chlortalidone (pillola tal-ilma), livelli ogħla ta' ċerti kimiċi fid-demm (bħal krejatinina), li huma indikaturi tal-funzjoni tal-kliewi, kienu dehru b’mod komuni (f'inqas minn 1 minn kull 10 utenti), u pressjoni baxxa tad-demm hija wkoll komuni.

Nefħa tal-idejn, għekiesi jew saqajn huma aktar komuni (f'inqas minn 1 minn kull 10 utenti) meta Edarbi jittieħed ma’ amlodipine (imblokkatur tal-kanali tal-kalċju għal kura ta’ ipertensjoni) milli meta Edarbi huwa meħud waħdu (inqas minn 1 f'kull 100 utenti). Il-frekwenza ta' dan l-effett hija ogħla meta amlodipine huwa meħud waħdu.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Edarbi

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen Edarbi fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdità.

Din il-mediċina m’għandiex bżonn l-ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Edarbi

-Is-sustanza attiva hija azilsartan medoxomil (bħala potassju).

Edarbi 20 mg: Kull pillola fiha 20 mg azilsartan medoxomil (bħala potassju) Edarbi 40 mg: Kull pillola fiha 40 mg azilsartan medoxomil (bħala potassju) Edarbi 80 mg: Kull pillola fiha 80 mg azilsartan medoxomil (bħala potassju)

-Is-sustanzi l-oħra huma mannitol, aċidu fumariku, idrossidu tas-sodju, idroksipropilċellulosi, sodju kroskarmellosju, ċellulosi mikrokristallina, u sterat tal-manjesju.

Kif jidher Edarbi u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli huma bojod tondi b’”ASL” imbuzzat fuq naħa waħda u jew “20”, “40” jew “80” fuq in-naħa l-oħra.

Edarbi jiġi provdut f’folji ta’ 14-il pillola jew 15-il pillola ġo kartun li fihom 14, 28, 30, 56, 90 jew 98 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Takeda Pharma A/S, Dybendal Alle 10, 2630 Taastrup, Id-Danimarka

Manifattur:

Takeda Ireland Limited, Bray Business Park, Kilruddery, Co. Wicklow, Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Takeda Belgium

Takeda UAB

Tél/Tel: +32 2 464 06 11

Tel: +370 521 09 070

takeda-belgium@takeda.com

lt-info@takeda.com

България

Luxembourg/Luxemburg

Такеда България

Takeda Belgium

Тел.: +359 2 958 27 36; +359 2 958 15 29

Tél/Tel: +32 2 464 06 11

 

takeda-belgium@takeda.com

Česká republika

Magyarország

Takeda Pharmaceuticals Czech Republic s.r.o

Takeda Pharma Kft.

Tel: +420 234 722 722

Tel: +361 2707030

Danmark

Malta

Takeda Pharma A/S

Takeda Italia S.p.A.

Tlf: +45 46 77 11 11

Tel: +39 06 5026 01

Deutschland

Nederland

Takeda GmbH

Takeda Nederland bv

Tel: 0800 825 3325

Tel: +31 23 566 8777

medinfo@takeda.de

nl.medical.info@takeda.com

Eesti

Norge

Takeda Pharma AS

Takeda Nycomed AS

Tel: +372 6177 669

Tlf: + 47 6676 3030

 

infonorge@takeda.com

Ελλάδα

Österreich

Vianex S.A

Takeda Pharma Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 80 09 111 120

Tel: +43 (0) 800-20 80 50

España

Polska

Takeda Farmacéutica España S.A

Takeda Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 917 14 99 00

Tel: +48 22 608 13 00

spain@takeda.com

 

France

Portugal

Takeda France S.A.S

Tecnimede, Sociedade Técnicio-Medicinal,

Tél: +33 1 46 25 16 16

S.ATel: +351 932 333 108

Hrvatska

România

Takeda Pharmaceuticals Croatia d.o.o.

Takeda Pharmaceuticals SRL

Tel: +385 1 377 88 96

Tel: +40 21 335 03 91

Ireland

Slovenija

Takeda UK Ltd

Takeda GmbH, Podružnica Slovenija

Tel: +44 (0) 1628 537 900

Tel: +386 (0) 59 082 480

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Takeda Pharmaceuticals Slovakia s.r.o

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 (2) 20 602 600

vistor@vistor.is

 

Italia

Suomi/Finland

Takeda Italia S.p.A.

Oy Leiras Takeda Pharmaceuticals Ab

Tel: +39 06 5026 01

Puh/Tel: +358 20 746 5000

Κύπρος

Sverige

Takeda Pharma A/S

Takeda Pharma AB

Τηλ: +45 46 77 11 11

Tel: + 46 8 731 28 00

 

infosweden@takeda.com

Latvija

United Kingdom

Takeda Latvia SIA

Takeda UK Ltd

Tel: +371 67840082

Tel: +44 (0) 1628 537 900

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati