Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Efavirenz Teva (efavirenz) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AG03

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEfavirenz Teva
Kodiċi ATCJ05AG03
Sustanzaefavirenz
ManifatturTeva B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Efavirenz Teva 600 mg pilloli miksija b’rita

Efavirenz

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Efavirenz Teva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Efavirenz Teva

3.Kif għandek tieħu Efavirenz Teva

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Efavirenz Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Efavirenz Teva u gћalxiex jintuża

Efavirenz Teva, li fih is-sustanza attiva efavirenz, jagħmel parti minn klassi ta’ mediċini antiretrovirali li jissejħu inibituri non-nukleosidi ta’ reverse transcriptase (NNTRIs). Hija mediċina antiretrovirali li tissielet infezzjoni bil-virus talimmunodefiċjenza umana (HIV-1) billi tnaqqas l-ammont ta’ virus fid- demm. Jintuża minn adulti, adolexxenti u tfal minn 3 snin ’il fuq.

It-tabib tiegħek ordnalek Efavirenz Teva għax għandek l-infezzjoni tal-HIV. Meta Efavirenz Teva jittieħed flimkien ma’ mediċini antiretrovirali oħra, inaqqas l-ammont ta’ virus fid-demm. Dan se jsaħħaħlek is-sistema immunitarja u jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa mard assoċjat mal-infezzjoni tal- HIV.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Efavirenz Teva

Tiħux Efavirenz Teva

-jekk inti allerġiku għal efavirenz jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir.

-jekk għandek mard tal-fwied sever

-jekk bħalissa qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini:

-astemizole jew terfenadine (użat biex jikkura sintomi allerġiċi)

-bepridil (użat biex jikkura ħruq fl-istonku)

-cisapride (użat biex jikkura ħruq fl-istonku)

-ergot alkaloids (eżempju, ergotamine, dihydroergotamine, ergonovine, u methylergonovine) (użati biex jikkuraw l-emikranji u uġigħ ta’ ras regolari)

-midazolam jew triazolam (użati biex jgħinuk torqod)

-pimozide (użat biex jikkura ċerti kundizzjonijiet mentali)

-

St. John's wort

(Hypericum perforatum) (rimedju erbali użat biex jikkura dipressjoni u ansjetà

Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk tieħu dawn ilmediċini ma’ Efavirenz Teva jista’ jkollok effetti mhux mixtieqa serji u/jew ta’ theddida għall-ħajja jew tista’ timpedixxi lil Efavirenz Teva milli jaħdem b’mod xieraq.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Efavirenz Teva

Oqgħod attent ħafna bi Efavirenz Teva

-Efavirenz Teva irid jittieħed ma’ mediċini oħra li jaħdmu kontra l-virus tal-HIV. Jekk Efavirenz Teva jinbeda għax il-kura preżenti ma waqqfitx il-virus milli joktor, trid tibda fl-istess ħin mediċina oħra li ma kontx qed tieħu qabel.

-Xorta tista’ tgħaddi l-HIV lil ħaddieħor meta tkun qed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir- riskju huwa mnaqqas b’terapija antiretrovirali. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex tevita milli tinfetta lil ħaddieħor. Din il-mediċina mhix kura għall-infezzjoni tal-HIV u tista’ tkompli tiżviluppa infezzjonijiet jew mard ieħor marbuta mal-HIV.

-Waqt li qed tieħu Efavirenz Teva trid tibqa’ taħt il-kura tat-tabib tiegħek.

-Għid lit-tabib tiegħek:

-jekk għandek storja ta’ mard mentali, inkluż dipressjoni, jew ta’ abbuż minn sustanzi jew alkoħol. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tħossok imdejjaq, jgħaddulek ħsibijiet ta’ suwiċidju jew ikollok ħsibijiet strambi (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli).

-jekk għandek storja ta’ konvulżjonijiet (attakki jew aċċessjonijiet) jew jekk tkun qed tiġi kkurat/a b’terapija antikonvulsanti bħal carbamazepine, phenobarbital u phenytoin. Jekk qed tieħu xi mediċina minn dawn, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jara l-livell ta’ mediċina antikonvulsanti fid-demm tiegħek sabiex jiżgura li dan ma jkunx affettwat waqt li tkun qed tieħu Efavirenz Teva. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik antikonvulsant differenti.

-jekk għandek storja medika ta’ mard fil-fwied inkluż epatite kronika attiva. Pazjenti b’epatite B jew C kronika u li huma kkurati b’aġenti antiretrovirali ta’ kombinazzjoni għandhom riskju ikbar li jiżviluppaw problemi tal-fwied serji jew li saħansitra jistgħu jkunu ta’ theddid għall-ħajja. It-tabib tiegħek jista’ jwettaq testijiet tad-demm sabiex jara kemm ikun qiegħed jaħdem tajjeb il-fwied tiegħek jew jista’ jibdillek il-mediċina m’oħra. Jekk ikollok mard fil-fwied serju, tiħux Efavirenz Teva (ara Sezzjoni 2, Tiħux Efavirenz Teva).

-Ladarba tibda tieħu Efavirenz Teva oqgħod attent/a għal:

-sinjali ta’ sturdament, diffikultà fl-irqad, ħedla, diffikultà fil-konċentrazzjoni jew ħolm mhux normali. Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jibdew fl-ewwel jum jew jumejn tat-trattament u normalment jisparixxu wara l-ewwel ġimagħtejn sa 4 ġimgħat.

-kwalunkwe sinjal ta’ raxx tal-ġilda. Jekk tara xi sinjal ta’ raxx tal-ġilda b’infafet jew deni, waqqaf Efavirenz Teva u għid lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk kellek raxx meta kont qed tieħu NNRTI ieħor, tista’ tkun f’riskju akbar li jkollok raxx bi Efavirenz Teva.

-kwalunkwe sinjal ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni. F’xi pazjenti li jkollhom infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) u storja ta’ infezzjoni opportunistika, jista’ jkun li ftit wara li tibda l-kura kontra l-HIV, iseħħu sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni minn infezzjonijiet li ġew qabel. Huwa maħsub li dan jiġri minħabba li r-rispons immunitarju tal-ġisem jitjieb, u għalhekk il-ġisem jibda jikkumbatti l-infezzjonijiet li setgħu kienu hemm mingħajr sintomi ovvji. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni, għid mal-ewwel littabib tiegħek. Flimkien mal-infezzjonijiet opportunistiċi, disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessut b’saħħtu tal-ġisem) jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tiegħek bl-HIV. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-kura. Jekk tinnota kwalunkwe sintomu ta’ infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal dgħufija fil-muskoli, dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li tinfirex ’il fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek immedjatament biex tfittex il-kura meħtieġa.

-problemi fl-għadam. Xi pazjenti li jieħdu terapija antiretrovirali kombinata jistgħu jiżviluppaw marda fl-għadam li tissejjaħ astjonekrożi (mewt tat-tessut tal-għadam minħabba n-nuqqas ta’ demm lejn l-għadam). Xi wħud mill-ħafna fatturi ta’ riskju li jistgħu jwasslu għal din il-marda jinkludu t-tul tat-terapija antiretrovirali kombinata, użu ta’ kortikosterojdi, konsum tal-alkoħol, immunosoppressjoni severa u indiċi ogħla talmassa tal-ġisem fost oħrajn. Sinjali ta’ ostjonekrożi huma għebusija tal-ġogi, għuġihat (speċjalment tal-ġenb, l-irkoppa u l-ispalla) u diffikultà fil-moviment. Jekk tinnota xi sintomu minn dawn jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Il-pilloli miksija b’rita Efavirenz Teva mhumiex rakkomandati għal tfal taħt it-3 snin jew li jiżnu inqas minn 40 kg.

Mediċini oħra u Efavirenz Teva

Ma għandekx tieħu Efavirenz Teva ma’ ċerti mediċini. Dawn huma elenkati hawn taħt Tiħux Efavirenz Teva, fil-bidu ta’ Sezzjoni 2. Jinkludu mediċini komuni u rimedju erbali (St. John’s wort) li jistgħu jikkawżaw interazzjonijiet serji.

Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Efavirenz Teva jista’ jinteraġġixxi ma’ mediċini oħrajn, inkluż preparazzjonijiet erbali bħall-estratti ta’ Ginkgo biloba. B’konsegwenza ta’ hekk, l-ammonti ta’ Efavirenz Teva jew mediċini oħrajn fid-demm tiegħek jistgħu jiġu affettwati. Dan jista’ jwaqqaf lill-mediċini milli jaħdmu kif suppost, jew jista’ jiggrava kwalunkwe effett sekondarju. F’xi każijiet, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek jew jiċċekkja l-livelli tad-demm tiegħek. Huwa importanti li tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun qed tieħu xi ħaġa minn dawn:

-Mediċini oħrajn użati għal infezzjoni tal-HIV:

-inibituri tal-protease: darunavir, indinavir, lopinavir/ritonavir, ritonavir, atazanavir, saquinavir jew fosamprenavir/saquinavir imsaħħin b’ritonavir. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jagħtik mediċina alternattiva jew li jibdel id-doża tal-inibituri tal-protease.

-maraviroc

-li fihom efavirenz, emtricitabine, u tenofovir, li fil-preżent huwa magħruf bħala Atripla, ma għandux jittieħed ma’ Efavirenz Teva sakemm ma jkunx rakkomandat mit-tabib tiegħek peress li fih efavirenz, is-sustanza attiva ta’ Efavirenz Teva.

-Mediċini użati biex jikkuraw infezzjoni bil-virus tal-epatite Ċ: boceprevir, telaprevir, simeprevir

-Mediċini użati biex jikkuraw infezzjonijiet batterjali, inkluż tuberkolożi u kumpless ta’ avju mijobatterjum: clarithromycin, rifabutin, rifampicin. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jibdel id-doża tiegħek jew li jagħtik antibijotiku alternattiv. Barra minn hekk, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik b’riċetta doża għolja ta’ Efavirenz Teva.

-Mediċini użati biex jikkuraw infezzjonijiet fungali (antifungali):

-voriconazole. Efavirenz Teva jista’ jnaqqas l-ammont ta’ voriconazole fid-demm tiegħek u voriconazole jista’ jżid l-ammont ta’ efavirenz fid-demm tiegħek. Jekk tieħu dawn iż- żewġ mediċini flimkien, id-doża ta’ voriconazole għandha tiżdied u d-doża ta’ efavirenz għandha titnaqqas. Għandek tara dan mat-tabib tiegħek l-ewwel.

-itraconazole. Efavirenz Teva jista’ jnaqqas l-ammont ta’ itraconazole fid-demm tiegħek.

-posaconazole. Efavirenz Teva jista’ jnaqqas l-ammont ta’ posaconazole fid-demm tiegħek.

Mediċini użati biex jikkuraw il-malarja:

-artemether/lumefantrine: Efavirenz Teva jista’ jnaqqas l-ammont ta’ artemether/lumefantrine fid-demm tiegħek.

-atovaquone/proguanil: Efavirenz Teva jista’ jnaqqas l-ammont ta’ atovaquone/proguanil fid-demm tiegħek.

-Mediċini użati biex jikkuraw konvulżjonijiet/attakki (antikonvulżjonijiet): carbamazepine, phenytoin, phenobarbital. Efavirenz Teva jista’ jnaqqas l-ammont ta’ antikonvulżant fid-demm tiegħek. Carbamazepine jista’ jnaqqas il-probabbiltà li Efavirenz Teva jaħdem. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jikkunsidra li jagħtik antikonvulżant differenti.

-Mediċini użati biex ibaxxu l-ammont ta’ xaħam fid-demm (magħrufin ukoll bħala statini): atorvastatin, pravastatin, simvastatin. Efavirenz Teva jista’ jnaqqas l-ammont ta’ statini fid- demm tiegħek. It-tabib tiegħek jara l-livelli ta’ kolesterol tiegħek u jikkunsidra jibdilx id-doża talistatin tiegħek, jekk ikun hemm bżonn.

-Methadone (mediċina użata biex tikkura l-vizzju ta’ opjati): it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża ta’ methadone tiegħek.

-Sertraline (mediċina użata biex tikkura d-dipressjoni): it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża ta’ sertraline tiegħek.

-Bupropion (mediċina użata biex tikkura d-dipressjoni jew biex tgħinek tieqaf tpejjep): it-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn ibiddel id-doża tiegħek ta’ bupropion.

-Diltiazem jew mediċini simili (magħrufin bħala imblokkaturi tal-kanal tal-kalċju li huma mediċini li normalment jintużaw għal pressjoni għolja tad-demm jew problemi tal-qalb): meta tibda tieħu Efavirenz Teva, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek talimblokkatur tal-kanal tal-kalċju.

-Immunosuppressanti bħal ciclosporin, sirolimus, jew tacrolimus (mediċini użati biex jimpedixxu rifjut ta’ trapjant ta’ organu): meta tibda jew tieqaf tieħu Efavirenz Teva, it-tabib tiegħek jimmonitorja l-livelli tal-immunosuppressant fil-plasma tiegħek mill-qrib u jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħu.

-Kontraċettiv ormonali, bħal pilloli ta’ kontroll tat-twelid, kontraċettiv injettat (per eżempju, Depo-Provera), jew kontraċettiv impjantat (per eżempju, Implanon): għandek tuża wkoll metodu barriera ta’ kontraċezzjoni affidabbli (ara Tqala, treddigħ u fertilità). Efavirenz Teva jista’ jagħmel lill-kontraċettivi ormonali inqas probabbli li jaħdmu. Kien hemm esperjenzi ta’ tqala fost nisa li kien qegħdin jieħdu Efavirenz Teva filwaqt li kienu qed jużaw kontraċettiv impjantat, għalkemm ma ġiex stabbilit li l-kura ta’ Efavirenz Teva kien dik li kkawżat lill-kontraċettiv biex ma jaħdimx.

-Warfarin jew acenocoumarol (mediċini użati biex inaqqsu t-tgħaqqid tad-demm): it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek ta’ warfarin jew ta’ acenocoumarol.

-Estratti ta’ Ginkgo biloba (preparazzjoni erbali)

Efavirenz Teva ma’ ikel u xorb

Jekk tieħu Efavirenz Teva fuq stonku vojt tista’ ttaffi l-effetti mhux mixtieqa. Il-meraq tal-grejpfrut għandu jiġi evitat meta tieħu Efavirenz Teva.

Tqala, treddigħ u fertilità

In-nisa m’għandhomx jinqabdu tqal waqt kura bi Efavirenz Teva u għal 12-il ġimgħa wara. It- tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel test tat-tqala biex ikun ċert li m’intix tqila qabel tibda l-kura bi Efavirenz Teva.

Jekk tista’ tinqabad tqila waqt li tkun qed tieħu Efavirenz Teva, inti trid tuża forma affidabbli ta’ kontraċezzjoni barriera (per eżempju, kondom) ma’ metodi oħra ta’ kontraċezzjoni fosthom kontraċettivi orali (pillola) jew kontraċettivi oħra ormonali, (per eżempju impjanti, injezzjoni). Efavirenz jista’ jibqa’ fid-demm tiegħek għal xi żmien wara li titwaqqaf it-terapija. Għalhekk, inti għandek tkompli tuża miżuri ta’ kontraċezzjoni, bħal fuq, għal 12-il ġimgħa wara li tieqaf tieħu Efavirenz Teva.

Għid lit-tabib tiegħek jekk int tqila jew jekk beħsiebek toħroġ tqila. Jekk int tqila, għandek tieħu Efavirenz Teva biss jekk int u t-tabib tiegħek tiddeċiedu li hija ċara li hemm bżonn tieħdu. Itlob parir mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Ġew osservati difetti serji tat-twelid f’annimali mhux imwielda u fit-trabi ta’ nisa kkurati b’efavirenz jew b’mediċina ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir waqt it-tqala. Jekk ħadt Efavirenz Teva jew il-pillola ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir waqt it- tqala, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħra biex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Efavirenz Teva.

M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek jekk qed tieħu Efavirenz Teva.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Efavirenz Teva fih efavirenz u jista’ jikkawża sturdament, tnaqqis fil-konċentrazzjoni u ngħas. Jekk inti affettwat, issuqx u tużax għodod jew makkinarju.

Efavirenz Teva fih

9.98 mg lactose (bħala monohydrate) f’kull doża ta’ kuljum ta’ 600 mg. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif gћandek tieћu Efavirenz Teva

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. It-tabib tiegħek se jagħtik istruzzjonijiet xierqa ta’ kif teħodhom.

-Id-doża għall-adulti, hija ta’ 600 mg kuljum.

-Id-doża ta’ Efavirenz Teva jista’ jkollha bżonn tiżdied jew titnaqqas jekk tkun qed tieħu ċerti mediċini (ara Mediċini oħra u Efavirenz Teva).

-Efavirenz Teva huwa għal użu orali. Huwa rakkomandat li jittieħed fuq stonku vojt preferibbilment qabel l-irqad. Dan jista’ jagħmel xi effetti sekondarji (eżempju, sturdament, ħedla) inqas ta’ fastidju. Stonku vojt huwa definit bħala siegħa qabel jew sagħtejn wara ikla.

-Huwa rrakkomandat li l-pillola tinbela’ sħiħa mal-ilma.

-Efavirenz Teva irid jittieħed kuljum.

-Efavirenz Teva qatt m’għandu jintuża waħdu biex jikkura l-HIV. Huwa dejjem għandu jittieħed flimkien ta’ mediċini oħra anti-HIV.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

-Efavirenz pilloli miksijin b’rita mhumiex xierqa għal tfal li jiżnu inqas minn 40 kg.

-Id-doża għat-tfal li jiżnu 40 kg jew aktar hija ta’ 600 mg darba kuljum.

Jekk tieħu Efavirenz Teva aktar milli suppost

Jekk tieħu wisq Efavirenz Teva ikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza għal parir. Żomm il-pakkett tal-mediċina miegħek sabiex tkun tista’ tiddeskrivi faċilment dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Efavirenz Teva

Ipprova taqbiżx doża. Jekk taqbeż doża, ħu d-doża li jmiss kemm jista’ jkun malajr, tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li nsejt tieħu. Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex tippjana l-aħjar ħin għallmediċina tiegħek, saqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Efavirenz Teva

Meta l-ħażna tiegħek ta’ Efavirenz Teva tibda tonqos, ġib iktar mit-tabib jew spiżjar tiegħek. Dan importanti ħafna billi l-ammont ta’ virus jista’ jibda jikber jekk il-mediċina titwaqqaf anke għal żmien qasir. Imbagħad il-virus jista’ jsir iktar iebes biex tikkurah.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Meta tkun qiegħda tiġi kkurata infezzjoni tal-HIV, mhux dejjem ikun possibbli li jingħad jekk xi wħud mill-effetti mhux mixtieqa humiex ikkawżati minn Efavirenz Teva jew minn mediċini oħrajn li tkun qed tieħu fl-istess ħin, jew mill-marda tal-HIV infisha.

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.

L-iktar reazzjonijiet mhux mixtieqa notabbli marbuta ma’ efvairenz meta jingħata flimkien ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-HIV u li ġew irrapurati jinkludu raxx u sintomi marbuta mas-sistema nervuża.

Għandek tikkonsulta lit-tabib jekk għandek raxx, billi xi wħud jistgħu ikunu serji; madankollu, il-biċċa l-kbira mill-każijiet ta’ raxx jgħibu mingħajr bidla fil-kura bi Efavirenz Teva. Ir-raxx kienet iktar komuni fit-tfal milli f’adulti kkurati bi efavirenz.

Is-sintomi tas-sistema nervuża aktarx li joħorġu meta tibda l-kura, imma ġeneralment jonqsu fl-ewwel ftit ġimgħat. Fi studju wieħed, sintomi fis-sistema nervuża ħafna drabi seħħew wara l-ewwel siegħa sa 3 sigħat wara t-teħid tad-doża. Jekk tkun affettwat it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerilek li tieħu Efavirenz Teva f’ħin l-irqad u fuq stonku vojt. Xi pazjenti jkollhom sintomi iktar serji li jistgħu jaffettwaw il- burdata u l-ħila li taħseb b’mod ċar. Xi pazjenti waslu biex jikkommettu suwiċidju. Dawn il-problemi aktarx li jseħħu iktar fost dawk li għandhom storja medika ta’ mard mentali. Dejjem għarraf lit-tabib tiegħek mal-ewwel jekk għandek xi wieħed linn dawn is-sintomi jew fi effetti mhux mixtieqa waqt li qed tieħu Efavirenz Teva.

Għid lit-tabib tiegħek jekk tosserva xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin: Komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn utent wieħed minn kull 10)

-raxx tal-ġilda

Komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 100)

-ħolm mhux normali, diffikultà fil-konċentrazzjoni, sturdament, uġigħ ta’ ras, diffikultà fl-irqad, ħedla problemi bil-koordinazzjoni jew bil-bilanċ

-uġigħ ta’ stonku, dijarea, tħossok ma tiflaħx (nawsja), rimettar

-ħakk

-għeja

-tħossok anzjuż/a, tħossok imdejjaq/imdejqa

Testijiet jistgħu juru:

-żieda tal-enzimi tal-fwied fid-demm

-żieda ta’ trigliċeridi (xaħmijiet) fid-demm

Mhux komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 1,000)

-nervożiżmu, tinsa l-affarijiet, konfużjoni, attakki (aċċessjonijiet), ħsibijiet mhux normali

-viżta mċajpra

-sensazzjoni ta’ tidwir jew għelib (vertiġni)

-uġigħ fl-istonku ikkawżat minn infjammazzjoni tal-frixa

-reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva) li tista’ tikkawża reazzjonijiet severi tal-ġilda (ertema multiforme, is-sindromu ta’ Stevens-Johnson)

-ġilda jew għajnejn sofor, ħakk, jew uġigħ fl-istonku ikkawżat minn infjammazzjoni tal-fwied

-tkabbir tas-sider fl-irġiel

-imġiba ta’ rabja, tibdil tal-burdati, tara u tisma’ affarijiet li mhumiex veru hemm (alluċinazzjonijiet), manija (kundizzjoni mentali kkaratterizzata minn episodji ta’ attività eċċessiva, ferħ kbir jew irritabbiltà), paranoja, ħsibijiet ta’ suwiċidju.

-tisfir, żarżir jew xi ħoss persistenti ieħor fil-widnejn

-tregħid

-fwawar

Testijiet jistgħu juru:

-żieda ta’ kolesterol fid-demm

Rari (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 10,000)

-raxx bil-ħakk ikkawżat minn reazzjoni għad-dawl tax-xemx

-insuffiċjenza tal-fwied, li f’xi każijiet twassal għal mewt jew trapjant tal-fwied, seħħet b’efavirenz. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet seħħew f’pazjenti li diġà kellhom mard tal-fwied, iżda kien hemm ftit rapporti f’pazjenti li qatt ma kellhom mard tal-fwied qabel.

-sentimenti inspjegabbli ta’ dwejjaq mhux assoċjati ma’ alluċinazzjonijiet, iżda jista’ jkun diffiċli li taħseb b’mod ċar jew b’mod sensibbli

-suwiċidju

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Efavirenz Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u fuq il-kartuna wara JIS/EXP. Id-data ta’ meta jiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Efavirenz Teva

-Kull pillola miksija b’rita Efavirenz Teva fiha 600 mg tas-sustanza attiva efavirenz.

-Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline, hydroxpypropylcellulose, sodium laurilsulfate, sodium starch glycolate (Tip A), poloxamer 407 u magnesium stearate fil-qalba. L- aġent tar-rita fih hypromellose, lactose monohydrate, titanium dioxide, macrogol/PEG 3350, triacetin u iron oxide isfar.

Kif jidher Efavirenz Teva u l-kontenut tal-pakkett

-Pillola miksija b’rita: pillola miksija b’rita safra, forma ta’ kapsula bil-kelma "Teva” mnaqqxa fuq naħa waħda u “7541” fuq in-naħa l-oħra.

-Efavirenz Teva jinsab f'pakketti tad-daqs 30, 90 pillola miksija b’rita jew 30 x 1 / 90 x 1 pilloli miksija b’rita (f’folji mtaqqbin ta’ dożi uniċi) jew f’mazz li fih pakkett b’ħafna jew kartuna li fiha 90 pillola miksija b’rita (3 pakketti ta’ 30 x 1 pillola miksija b’rita). Jista’ jkun li mhux il- pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva BV, Swensweg 5, 2031GA Haarlem, L-Olanda

Manifattur:

PLIVA Hrvatska d.o.o. (PLIVA Croatia Ltd.), Prilaz baruna Filipovića 25, 10000 Zagreb, Kroazja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Telephone: +370 5 266 02 03

 

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Teва Фармасютикълс България ЕООД

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

Teлефон: +359 2 489 95 82

Belgique/Belgien

 

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

 

 

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Telephone: +(420) 251 007 111

Tel: + (36) 1 288 6400

 

 

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Telephone: (45) 44985511

L-Irlanda

 

Tel: +353 51 321740

 

 

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 (0) 800 0228 400

 

 

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus

Teva Norway AS

UAB “Sicor Biotech” Eesti filiaal

Telephone: + (47) 66 77 55 90

Telephone: +372 661 0801

 

 

 

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Telephone: +43 1 97 0070

 

 

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o

Telephone: +(34) 91 387 32 80

Telephone: +(48) 22 345 93 00

 

 

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Telephone: + (33) 1 55 91 7800

Telephone: +351 214 767 550

 

 

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel:+ 385 1 37 20 000

Telephone: +4021 230 65 24

 

 

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0) 51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

 

 

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Telephone: +(421) 2 5726 7911

Puh/Tel: +358 20 180 5900

 

 

 

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Telephone: (39) 028917981

Puh/Tel: +358 20 180 5900

 

 

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Telephone: +(46) 42 12 11 00

 

 

Latvija

United Kingdom

UAB “Sicor Biotech” filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Telephone: +371 67 323 666

Telephone: +44(0) 1977 628 500

 

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati