Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Effentora (fentanyl) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N02AB03

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEffentora
Kodiċi ATCN02AB03
Sustanzafentanyl
ManifatturTeva B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Effentora 100 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Effentora 200 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Effentora 400 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Effentora 600 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Effentora 800 mikrogramma pilloli għall-ħalq

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Effentora 100 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Kull pillola għall-ħalq fiha 100 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola fiha 10 mg ta’ sodium.

Effentora 200 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Kull pillola għall-ħalq fiha 200 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola fiha 20 mg ta’ sodium.

Effentora 400 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Kull pillola għall-ħalq fiha 400 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola fiha 20 mg ta’ sodium.

Effentora 600 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Kull pillola għall-ħalq fiha 600 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola fiha 20 mg ta’ sodium.

Effentora 800 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Kull pillola għall-ħalq fiha 800 mikrogramma fentanyl (bħala citrate).

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola fiha 20 mg ta’ sodium.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola għall-ħalq.

Effentora 100 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Pillola b’uċuħ ċatti, bajda, tonda bix-xfar imtajra, fuq naħa waħda b’“C” imqabbża u fuq in-naħa l- oħra b’“1”.

Effentora 200 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Pillola b’uċuħ ċatti, bajda, tonda bix-xfar imtajra, fuq naħa waħda b’“C” imqabbża u fuq in-naħa l- oħra b’“2”.

Effentora 400 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Pillola b’uċuħ ċatti, bajda, tonda bix-xfar imtajra, fuq naħa waħda b’“C” imqabbża u fuq in-naħa l- oħra b’“4”.

Effentora 600 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Pillola b’uċuħ ċatti, bajda, tonda bix-xfar imtajra, fuq naħa waħda b’“C” imqabbża u fuq in-naħa l- oħra b’“6”.

Effentora 800 mikrogramma pilloli għall-ħalq

Pillola b’uċuħ ċatti, bajda, tonda bix-xfar imtajra, fuq naħa waħda b’“C” imqabbża u fuq in-naħa l- oħra b’“8”.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Effentora huwa ndikat għall-kura ta’ uġigħ li jinħass (BTP) f’adulti bil-kanċer li diġà qed jirċievu terapija ta’ manteniment b’opioid għall-uġigħ kroniku tal-kanċer.

BTP huwa aggravament transitorju ta’ uġigħ li jseħħ fuq sfond ta’ uġigħ persistenti li altrimenti jkun ikkontrollat.

Pazjenti li qed jirċievu terapija ta’ manteniment b’opioid huma dawk li qed jieħdu ta’ l-inqas 60 mg ta’ morphine orali kuljum, ta’ l-inqas 25 mikrogramma ta’ fentanyl transdermali kull siegħa, ta’ l-inqas 30 mg ta’ oxycodone kuljum, ta’ l-inqas 8 mg ta’ hydromorphone orali kuljum jew doża ekwianalġeżika ta’ opioid ieħor għal ġimgħa jew aktar.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura għandha tinbeda u tibqa’ taħt id-direzzjoni ta’ tabib b’esperjenza fl-immaniġġjar ta’ terapija b’opioid f’pazjenti bil-kanċer. It-tobba għandhom iżommu f’moħħhom il-potenzjal ta’ abbuż ta’ fentanyl. Il-pazjenti għandhom jiġu mgħallma biex ma jużawx żewġ formulazzjonijiet differenti ta’ fentanyl fl-istess waqt għall-kura ta’ uġigħ li jinħass, u biex jarmu kull prodott li fih fentanyl preskritt għal BTP meta jaqilbu għal Effentora. In-numru ta’ qawwiet ta’ pilloli disponibbli għall-pazjenti f’kull ħin għandhom jiġu minimizzati biex jiġu evitati konfużjoni u l-potenzjal ta’ doża eċċessiva.

Pożoloġija

Titrazzjoni tad-doża

Effentora għandu jiġi ttitrat individwalment għal doża “effettiva” li tipprovdi analġeżija xierqa u li tnaqqas ir-reazzjonijiet avversi. Fi studji kliniċi, id-doża effettiva ta’ Effentora għal BTP ma setgħetx tiġi mbassra mid-doża ta’ manteniment ta’ kuljum ta’ opioid.

Pazjenti għandhom jiġu sorveljati b’attenzjoni sakemm tintlaħaq doża effettiva.

Titrazzjoni f’pazjenti li mhux ha jaqilbu minn prodotti oħra li fihom fentanyl

Id-doża tal-bidu ta’ Effentora għandha tkun 100 mikrogramma, b’titrazzjoni ’l fuq skond il-bżonn fil- firxa ta’ qawwa tal-pilloli disponibbli (100, 200, 400, 600, 800 mikrogramma).

Titrazzjoni f’pazjenti li ħa jaqilbu minn prodotti oħra li fihom fentanyl

Minħabba l-profili ta’ assorbiment differenti, il-bidla m’għandiex issir f’proporzjon ta’ 1:1. Jekk ħa jaqilbu minn prodott ta’ fentanyl citrate orali ieħor, hija meħtieġa titrazzjoni ndipendenti tad-doża b’Effentora peress li l-biodisponibiltà tvarja b’mod sinifikanti bejn il-prodotti. Iżda, f’dawn il-pazjenti, doża tal-bidu ogħla minn 100 mikrogramma tista’ tiġi kkunsidrata.

Metodu ta’ titrazzjoni

Waqt it-titrazzjoni, jekk ma tinkisibx analġeżija xierqa fi 30 minuta wara l-bidu ta’ l-għoti ta’ pillola waħda, tista’ tintuża pillola oħra ta’ Effentora ta’ l-istess qawwa.

Jekk kura ta’ episodju ta’ BTP tinħtieġ aktar minn pillola waħda, żieda fid-doża għall-qawwa ogħla suċċessiva disponibbli għandha tiġi kkunsidrata biex tikkura l-episodju ta’ BTP ta’ wara.

Waqt titrazzjoni, pilloli multipli jistgħu jintużaw: sa erba’ pilloli ta’ 100 mikrogramma jew sa erba’ pilloli ta’ 200 mikrogramma jistgħu jintużaw għall-kura ta’ episodju wieħed ta’ BTP waqt titrazzjoni tad-doża skond il-programm li ġej:

Jekk il-pillola tal-bidu ta’ 100 mikrogramma ma tkunx effikaċi, il-pazjent jista’ jiġi rakkomandat biex jikkura l-episodju ta’ BTP ta’ wara b’żewġ pilloli ta’ 100 mikrogramma. Huwa rakkomandat li pillola waħda għandha titpoġġa f’kull naħa tal-ħalq. Jekk din id-doża hija kkunsidrata li hija d-

doża effettiva, kura ta’ episodji suċċessivi ta’ BTP titsta’ titkompla b’pillola waħda ta’ 200 mikrogramma ta’ Effentora.

Jekk pillola waħda ta’ 200 mikrogramma ta’ Effentora (jew żewġ pilloli ta’ 100 mikrogramma) m’hijiex ikkunsidrata bħala effikaċi, l-pazjent jista’ jiġi rakkomandat biex juża żewġ pilloli ta’ 200 mikrogramma (jew erba’ pilloli ta’ 100 mikrogramma) għall-kura ta’ l-episodju ta’ BTP ta’ wara. Huwa rakkomandat li żewġ pilloli għandhom jitpoġġew f’kull naħa tal-ħalq. Jekk din id-doża hija kkunsidrata li hija d-doża effettiva, kura ta’ episodji suċċessivi ta’ BTP tista’ titkompla b’pillola waħda ta’ 400 mikrogramma ta’ Effentora.

Għal titrazzjoni sa 600 mikrogramma u 800 mikrogramma, għandhom jintużaw pilloli ta’ 200 mikrogramma.

Dożi ’l fuq minn 800 mikrogramma ma kienux ivvalutati fi studji kliniċi.

M’għandhomx jintużaw aktar minn żewġ pilloli għall-kura ta’ kull episodju individwali ta’ BTP, ħlief waqt titrazzjoni bl-użu sa erba’ pilloli kif deskritt fuq.

Waqt it-titrazzjoni l-pazjenti għandhom jistennew ta’ l-inqas 4 sigħat qabel jikkuraw episodju ieħor ta’ BTP b’Effentora.

Terapija ta’ manteniment

Ladarba tkun ġiet stabbilita doża effettiva waqt it-titrazzjoni, l-pazjenti għandhom ikomplu jieħdu din id-doża bħala pillola waħda ta’ dik il-qawwa partikolari. Episodji ta’ uġigħ li jinħass jistgħu jvarjaw fl- intensità, u d-doża meħtieġa ta’ Effentora tista’ tiżdied maż-żmien minħabba l-progressjoni tal-marda tal-kanċer li diġà hemm. F’dawn il-każijiet, tista’ tiġi wżata pillola oħra ta’ l-istess qawwa. Jekk tkun meħtieġa pillola oħra ta’ Effentora għal diversi drabi wara xulxin, id-doża ta’ manteniment tas-soltu għadha terġa’ tiġi aġġustata (ara isfel).

Waqt terapija ta’ manteniment il-pazjenti għandhom jistennew ta’ l-inqas 4 sigħat qabel jikkuraw episodju ieħor ta’ BTP b’Effentora.

Aġġustament mill-ġdid tad-doża

Id-doża ta’ manteniment ta’ Effentora għandha tiżdied meta pazjent ikollu bżonn aktar minn pillola waħda kull episodju ta’ BTP għall diversi episodji konsekuttivi ta’ BTP. Għall-aġġustament mill-ġdid tad-doża uża l-istess prinċipji kif imniżżla għal titrazzjoni tad-doża (ara fuq).

Aġġustament mill-ġdid tad-doża tat-terapija b’opioid fl-isfond tista’ tkun meħtieġa jekk pazjenti jkollhom b’mod konsistenti aktar minn erba’ episodji ta’ BTP kull 24 siegħa.

Twaqqif tat-terapija

Effentora għandu jitwaqqaf immedjatament jekk il-pazjent ma jkollux aktar episodji ta’ wġigħ li jinħass. Il-kura għal uġigħ li jinħass persistenti għandha tinżamm skont kif tkun ingħatat ir-riċetta. Jekk ikun meħtieġ it-twaqqif tat-terapija kollha bl-opjodji, il-pazjent irid jiġi segwit mill-qrib mit-tabib sabiex jimmaniġġja r-riskju tal-effetti ta’ twaqqif għal għarrieda.

Indeboliment tal-fwied jew tal-kliewi

Effentora għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti b’indeboliment moderat jew sever tal-fwied jew tal- kliewi (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti bi xerostomia

Hu rakkomandat li pazjenti li jkollhom xerostomia jixorbu l-ilma biex ixarrbu l-kavità orali qabel ma jingħata Effentora. Jekk din ir-rakkomandazzjoni ma tirriżultax f’effervexxenza adattata, allura tibdil fit-terapija jista’ jkun rakkomandat.

Użu fl-anzjani (’l fuq minn 65 sena)

Fi studji kliniċi pazjenti ’l fuq minn 65 sena kellhom tendenza li jittitraw għal doża effettiva aktar baxxa minn pażjenti iżgħar. Huwa rakkomandat li għandha tingħata aktar attenzjoni fit-titrazzjoni tad- doża ta’ Effentora f’pazjenti anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Effentora fit-tfal minn età ta’ 0 sa 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Ladarba pillola Effentora tiġi esposta għall-umdità, din tutilizza reazzjoni effervexxenti biex twassal is-sustanza attiva. Għalhekk, il-pazjenti għandhom jiġi rakkomandati biex ma jiftħux il-folja qabel ikunu lesti biex ipoġġu l-pillola ġol-kavità tal-ħalq.

Kif jinfetaħ il-pakkett tal-folja

Il-pazjenti għandhom jiġu mgħallma biex MA JIPPRUVAWX jimbuttaw il-pillola minn ġol-folja minħabba li dan jista’ jagħmel ħsara lill-pillola għall-ħalq. Il-metodu korrett ta’ kif tinħeles pillola mill-folja hija:

Waħda mill-unitajiet tal-folja għandha tiġi separata mill-kartuna tal-folja billi tiċċarrat ’l barra fil- perforazzjonijiet. L-unità tal-folja għandha tintlewa tul il-linja stampata fuq il-folja ta’ wara fejn indikat. Il-folja ta’ wara għandha titqaxxar biex tiġi esposta l-pillola.

Il-pazjenti għandhom jiġu mgħallma biex ma jippruvawx ifarku jew jaqsmu l-pillola.

Il-pillola m’għandhiex tinħażen ladarba titneħħa mill-pakkett tal-folja minħabba li l-integrità tal-pillola ma tistax tiġi garantita u jista’ jkun hemm riskju ta’ esponiment aċċidentali għall-pillola.

Għoti tal-pillola

Il-pazjenti għandhom ineħħu l-pillola minn ġol-folja u minnufiħ ipoġġu l-pillola sħiħa ta’ Effentora fil- kavità tal-ħalq (ħdejn darsa, bejn il-ħadd u l-ħanek).

Il-pillola ta’ Effentora m’għandiex tintreda’, tintmagħad jew tinbela’, għax dan iwassal għall- konċentrazzjonijiet fil-plażma aktar baxxi minn dawk meta tittieħed kif irrakkomandat.

Effentora għandu jitpoġġa u jinżamm fil-kavità tal-ħalq għall-perjodu suffiċjenti biex issir id- disintegrazzjoni tal-pillola li s-soltu tieħu madwar 14-25 minuta.

B’mod alternattiv, il-pillola tista’ titpoġġa taħt l-ilsien (ara sezzjoni 5.2).

Wara 30 minuta, jekk jibqa’ xi fdalijiet tal-pillola ta’ Effentora, dawn jistgħu jinbelgħu ma tazza ilma.

It-tul ta’ żmien li l-pillola tieħu biex tiddisintegra għal kollox wara għoti oromukużali ma jidhirx li jaffettwa l-esponiment sistemiku bikri għal fentanyl.

I-pazjenti m’għandhomx jieħdu ikel u xorb waqt li l-pillola tkun fil-kavità tal-ħalq.

F’każ ta’ irritazzjoni tal-mukuża tal-ħalq, bidla tal-post fejn titpoġġa l-pillola fil-kavità tal-ħalq għandha tiġi rakkomandata.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Pazjenti mingħajr terapija ta’ manteniment b’opioid minħabba li hemm riskju miżjud ta’ depressjoni respiratorja.

Depressjoni respiratorja severa jew kondizzjonijiet severi ta’ ostruzzjoni tal-pulmun.

Kura ta’ uġigħ akut minbarra uġigħ li jinħass.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Użu aċċidentali fit-tfal

Il-pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jiġi mgħallma li Effentora fih sustanza attiva fi kwantità li tista’ tkun fatali, speċjalment għat-tfal. Għalhekk għandhom iżommu l-pilloli kollha fejn ma jidhrux u ma jintlaħqux mit-tfal.

Monitoraġġ

Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ effetti mhux mixtieqa relatati mal-opioids u tiġi identifikata d-doża effettiva, huwa vitali li l-pazjenti jiġu sorveljati mill-viċin minn professjonisti fil-qasam mediku waqt il-proċess ta’ titrazzjoni.

Trattament ta’ manteniment b’opioid

Huwa importanti li t-trattament ta’ manteniment b’opioid użat għat-trattament tal-uġigħ persistenti tal- pazjent ikun ġie stabilizzat qabel tinbeda terapija b’Effentora u li l-pazjent ikompli jiġi kkurat bi trattament ta’ manteniment ta’ opioid waqt li qed jieħu Effentora.

Tnaqqis respiratorju

Bħal bl-opioids kollha, hemm riskju ta’ depressjoni respiratorja ta’ sinifikanza klinika assoċjata ma’ l- użu ta’ fentanyl. Għażla mhux kif suppost tal-pazjenti (eż. l-użu fil-pazjenti mingħajr terapija ta’ manteniment b’opioid) u/jew dożaġġ ħażin, kellhom riżultat fatali b’Effentora kif ukoll bi prodotti oħra li fihom fentanyl.

Effentora għandu jintuża biss għall-kundizzjonijiet speċifikati f’sezzjoni 4.1.

Mard pulmonari ostruttiv kroniku

Għandha tintuża attenzjoni partikulari meta jiġi ttitrat Effentora f’pazjenti b’marda pulmonari ostruttiva kronika mhux severa jew b’kundizzjonijiet mediċi oħra li jippredisponu għal depressjoni respisratorja, minħabba li anki dożi terapewtiċi normali ta’ Effentora jistgħu jnaqqsu aktar l-ħidma respiratorja sal-punt ta’ insuffiċjenza respiratorja.

Alkoħol

L-użu konkomitanti ta’ alkoħol ma’ fentanyl jista’ jipproduċi żieda fl-effetti depressanti li jistgħu jwasslu għal riżultat fatali (ara sezzjoni 4.5).

Żieda fil-pressjoni intrakranjali, indeboliment fil-koxjenza

Effentora għandu jingħata biss b’attenzjoni estrema f’pazjenti li jistgħu jkunu partikolarment suxxettibli għall-effetti intrakranjali ta’ żamma ta’ CO2, bħal dawk b’evidenza ta’ żjieda fil-pressjoni intrakranjali jew b’koxjenza mnaqqsa. Opioids jistgħu jaħbu l-progressjoni klinika ta’ pazjent b’ferita fir-ras u għandhom jintużaw biss jekk iġġustifikat klinikament.

Mard kardijaku

Fentanyl jista’ jipproduċi bradikardija. Fentanyl għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jkollhom bradiarritmija preċedenti jew diġà eżistenti.

Indeboliment epatiku jew renali

Barra dan, Effentora għandu jingħata b’attenzjoni lill-pazjenti b’indeboliment tal-fwied jew renali. L- influwenza ta’ indeboliment tal-fwied u renali fuq il-farmakokinetika tal-prodott mediċinali ma ġietx ivvalutata, iżda, intwera li meta mogħti ġol-vini it-tneħħija ta’ fentanyl tiġi mibdula f’indeboliment tal- fwied u renali minħabba bidliet fit-tneħħija metabolika u fil-proteini fil-plażma. Wara l-għoti ta’ Effentora, kemm funzjoni mnaqqsa tal-fwied, kif ukoll dik renali tista’ żżid il-biodisponibiltà ta’ fentanyl li jinbela’ u tnaqqas it-tneħħija sistemika tiegħu, li jistgħu jwasslu għall-effetti tal-opioid miżjuda u mtawwla. Għalhekk, għandha tittieħed attenzjoni speċjali waqt il-proċess ta’ titrazzjoni f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied jew renali, moderat jew sever.

Għandha tingħata kunsiderazzjoni b’attenzjoni lill-pazjenti b’ipovolimja u pressjoni baxxa.

Sindrome tas-Serotonin

Hija rakkomandata kawtela meta Effentora jingħata fl-istess ħin ma’ mediċini li jaffettwaw is-sistemi tan-newrotrasmettituri serotoninerġiċi.

L-iżvilupp ta’ sindrome tas-serotonin li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja jista’ jseħħ bl-użu konkomitanti ta’ mediċini serotonerġiċi bħall-Inibituri Selettivi tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin (SSRIs) u l-Inibituri tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin Norepinephrine (SNRIs), u ma’ mediċini li jdgħajfu l-metaboliżmu tas-serotonin (inklużi l-Inibituri tal-Monoamine Oxidase [MAOIs]). Dan jista’ jseħħ fi ħdan id-doża rakkomandata.

Is-sindrome tas-serotonin jista’ jinkludi bidliet fl-istat mentali (eż. aġitazzjoni, alluċinazzjonijiet, koma), instabilità awtonomika (eż. takikardija, pressjoni tad-demm instabbli, ipertermija), abnormalitajiet newromuskolari (eż. iperrifleksija, nuqqas ta’ koordinazzjoni, riġidità), u/jew sintomi gastrointestinali (eż. dardir, rimettar, dijarea).

Jekk ikun issuspettat is-sindrome tas-serotonin, il-kura b’Effentora għandha titwaqqaf.

Tolleranza, dipendenza

Tolleranza u dipendenza fiżika u/jew psikoloġika jistgħu jiżviluppaw wara għoti ripetut ta’ opioids bħal fentanyl. Madankollu, dipendenza atroġenika wara użu terapewtiku ta’ opioids hija rari.

Dieta tas-sodium ikkontrollata

Effentora 100 mikrogramma pilloli għall-ħalq fihom 10 mg sodium f’kull pillola.

Effentora 200, 400, 600 u 800 mikrogramma pilloli għall-ħalq fihom 20 mg sodium f’kull pillola. Dan għandu jitqies f’pazjenti li jikkontrollaw l-ammont ta’ sodium li jieħdu fid-dieta.

Anafilassi u ensittività eċċessiva

Anafilassi u ensittività eċċessiva ġew irrappurtati f’assoċjazzjoni mal-użu ta’ prodotti orali transmukożali li fihom fentanyl (ara sezzjoni 4.8).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Sustanzi li jaffettwaw l-attività ta’ CYP3A4

Fentanyl huwa metabolizzat primarjament permezz tas-sistema ta’ isoenzima taċ-ċitokromju uman P450 3A4 (CYP3A4), għalhekk jistgħu jseħħu interazzjonijiet potenzjali meta Effentora jingħata flimkien ma’ sustanzi li jaffettwaw l-attività ta’ CYP3A4.

Indutturi ta’ CYP3A4

L-għoti flimkien ma’ sustanzi li jinduċu l-attività ta’ 3A4 tista’ tnaqqas l-effikaċja ta’ Effentora.

Inibituri ta’ CYP3A4

L-użu ta’ Effentora flimkien ma’ inibituri qawwija ta’ CYP3A4 (e.ż., ritonavir, ketoconazole, itraconazole, troleandomycin, clarithromycin, u nelfinavir) jew inibituri moderati ta’ CYP3A4 (e.ż., amprenavir, aprepitant, diltiazem, erythromycin, fluconazole, fosamprenavir, meraq tal-grejpfrut, u verapamil) jista’ jwassal għal żjieda fil-konċentrazzjonijiet ta’ fentanyl fil-plażma, u potenzjalment jikkawżaw reazzjonijiet avversi tal-mediċina serji inkluż depressjoni respiratorja fatali. Pazjenti li qed jirċeivu Effentora flimkien ma’ inibituri moderati jew qawwija ta’ CYP3A4 għandhom jiġu sorveljati b’attenzjoni għal perjodu mtawwal ta’ żmien. Żjieda fid-doża għandha ssir b’attenzjoni.

Sustanzi li jistgħu jżidu l-effetti depressanti fuq is-CNS

L-għoti fl-istess ħin ta’ fentanyl ma’ depressanti tas-sistema nervuża ċentrali oħra, inkluż opioids oħra, sedattivi jew ipnotiċi, anestetiċi ġenerali, phenothiazines, kalmanti, rilassanti tal-muskoli skeltrali, antistamini sedattivi u alkoħol, jista’ jipproduċi effetti depressanti miżjuda li jistgħu jwasslu għal riżultat fatali (ara sezzjoni 4.4).

Agonisti/antagonisti parzjali ta’ opioid

L-użu fl-istess waqt ta’ agonisti/antagonisti parzjali ta’ opioid (e.ż. buprenorphine, nalbuphine, pentazocine) mhux irrakkomandat. Dawn għandhom affinità għolja għar-riċetturi ta’ opioid, b’attività ntrinsika relattivament baxxa, u għalhekk parzjalment inaqqsu l-effett analġeżiku ta’ fentanyl u jistgħu jikkawżaw sintomi ta’ rtirar f’pazjenti dipendenti fuq l-opioids.

Sustanzi serotoninerġiċi

L-għoti fl-istess ħin ta’ fentanyl ma’ sustanza serotoninerġika, bħal Inibitur Selettiv tat-Teħid mill- Ġdid tas-Serotonin (SSRI) jew Inibitur tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin Norepinephrine (SNRI) jew Inibitur tal-Monoamine Oxidase (MAOI), jista’ jżid ir-riskju tas-sindrome tas-serotonin, li hija kundizzjoni li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Effentora mhux rakkomandat għall-użu f’pazjenti li rċevew MAOIs fi żmien 14-il ġurnata, minħabba li b’analġeżiċi opioid kienet irrappurtata żieda severa u li ma tistax titbassar fil-qawwa kkawżata minn MAOIs.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta adegwata dwar l-użu ta’ fentanyl f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies. Effentora m’għandux jingħata waqt it-tqala ħlief meta jkun hemm bżonn speċifiku tat-trattament.

B’użu fit-tul ta’ fentanyl waqt it-tqala, hemm riskju ta’ sindrome ta’ rtirar tal-opjojdi fi trabi tat-twelid li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja jekk ma jkunx identifikat u ttrattat, u jeħtieġ immaniġġjar skont protokolli żviluppati minn esperti fin-neonatoloġija. Jekk ikun meħtieġ l-użu ta’ opjojdi għal perjodu twil f’mara tqila, għarraf lill-pazjenta dwar ir-riskju tas-sindrome ta’ rtirar tal-opjojdi fi trabi tat-twelid u kun ċert li jkun disponibbli trattament xieraq (ara sezzjoni 4.8).

Huwa rakkomandat li fentanyl ma jintużax waqt il-ħlas u t-twelid (inkluż ċesarja) minħabba li fentanyl jgħaddi minn ġol-plaċenta u jista’ jikkawża depressjoni respiratorja fil-fetu. Jekk Effentora jingħata, antidotu għat-tarbija għandu jkun disponibbli malajr.

Treddigħ

Fentanyl hu eliminat fil-ћalib tas-sider tal-bniedem u jista’ jikkawża sedazzjoni u depressjoni respiratorja fit-tarbija li qed tiġi mredda’. Fentanyl m’għandux jintuża minn nisa li qed ireddgħu u t- treddigħ m’għandux jerġa jinbeda qabel ta’ l-inqas 5 ijiem wara l-aħħar għoti ta’ fentanyl.

Fertilità

M’hemm l-ebda dejta mill-bnedmin disponibbli dwar il-fertilità. Fi studji fuq l-annimali, il-fertilità ġiet indebolita (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, analġeżiċi opioid inaqqsu l-ħila mentali u/jew fiżika meħtieġa biex jitwettaq xogħol potenzjalment perikoluż (e.ż., sewqan ta’ karozza jew tħaddim ta’ magni). Pazjenti għandhom jiġu avżati biex ma jsuqux jew iħaddmu magni jekk ikollhom esperjenza ta’ nagħas, sturdament, jew disturbi fil-vista waqt li qed jieħdu Effentora u biex ma jsuqux jew iħaddmu magni qabel ikunu jafu kif ser jirreaġixxu.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi tipikament konnessi ma’ opioids huma mistennija b’Effentora. Frekwentement, dawn jiefqu jew jonqsu fl-intensità b’użu kontinwu tal-prodott mediċinali, minħabba li l-pazjent huwa ttitrat għad-doża l-aktar xierqa. Madankollu, l-aktar reazzjonijiet avversi serji huma depressjoni respiratorja (potenzjalment twassal għall-apneja jew waqfien respiratorju), depressjoni ċirkolatorja, pressjoni baxxa u xokk u l-pazjenti kollha għandhom jiġu sorveljati mill-viċin għal dawn.

L-istudji kliniċi ta’ Effentora kienu maħsuba biex jivvalutaw is-sigurtà u l-effikaċja fil-kura ta’ BTP u l-pazjenti kollha kienu qed jieħdu wkoll opioids fl-istess waqt, bħal morfina li tintreħa bil-mod jew fentanyl minn ġol-ġilda, għall-uġigħ persistenti tagħhom. Għalhekk mhux possibli li jiġu separati b’mod definittiv l-effetti ta’ Effentora waħdu.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin kienu irrapportati b’Effentora u/jew komposti oħra li fihom fentanyl waqt studji kliniċi u fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżla isfel bħala terminu ppreferut MedDRA skond is-sistema tal-klassifika tal-organi u l-frekwenza (frekwenzi huma definiti bħala: komuni ħafna ≥1/10, komuni ≥1/100 sa <1/10, mhux komuni ≥ 1/1,000 sa <

1/100, rari ( 1/10,000 sa <1/1,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli); f’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skond is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel:

 

Komuni

Komuni

Mhux Komuni

Rari

Mhux

 

ħafna

 

 

 

magħruf

Infezzjonijiet u

 

Kandidjasite

Farinġite

Infafet orali

 

infestazzjonijiet

 

tal-ħalq

 

 

 

Disturbi tad-

 

Anemija

Tromboċitopenij

 

 

demm u tas-

 

Newtropenija

a

 

 

sistema

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

Sensittività

 

sistema immuni

 

 

 

eċċessiva*

 

Disturbi fis-

 

 

 

Ipogonadiżmu

Insuffiċjenz

sistema

 

 

 

 

a adrenali,

endokrinarja

 

 

 

 

defiċjenza

 

 

 

 

 

tal-

 

 

 

 

 

androġeni

Disturbi fil-

 

Anoreksja

 

 

 

metaboliżmu u

 

 

 

 

 

n-nutrizzjoni

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Dipressjoni

Burdata

 

 

psikjatriċi

 

Ansjetà

ewforika

 

 

 

 

Stat ta’

Nervożità

 

 

 

 

konfużjoni

Alluċinazzjoni

 

 

 

 

Nuqqas ta’

Alluċinazzjoni

 

 

 

 

rqad

viżwali

 

 

 

 

 

Tibdil fl-istat

 

 

 

 

 

mentali

 

 

 

 

 

Dipendenza fuq

 

 

 

 

 

id-drogi

 

 

 

 

 

(vizzju)*

 

 

 

 

 

Diżorjentament

 

 

Disturbi fis-

Sturdament,

Indeboliment

Livell baxx ta’

Disturb

Tintilef

sistema nervuża

uġigħ ta’ ras

fis-sens tat-

koxjenza

konoxxittiv

minn

 

 

togħma

Disturbi fl-

Disfunzjoni

sensik*

 

 

Ngħas

attenzjoni

fil-moviment

Konvulżjon

 

 

Letarġija

Disturb fil-

 

i

 

 

Rogħda

bilanċ

 

 

 

 

Sedazzjoni

Disartrija

 

 

 

 

Ipoaestesija

 

 

 

 

 

Emigranja

 

 

 

 

Komuni

Komuni

Mhux Komuni

Rari

Mhux

 

ħafna

 

 

 

magħruf

Disturbi fl-

 

 

Disturbi tal-vista

Sensazzjoni

 

għajnejn

 

 

Iperemija tal-

anormali fl-

 

 

 

 

għajnejn

għajnejn

 

 

 

 

Vista mċajpra

Fotopsija

 

 

 

 

Tnaqqis fiċ-

 

 

 

 

 

ċarezza tal-vista

 

 

Disturbi fil-

 

 

Mejt

 

 

widnejn u fis-

 

 

Żanżin fil-

 

 

sistema

 

 

widnejn

 

 

labirintika

 

 

Skonfort fil-

 

 

 

 

 

widnejn

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Takikardija

Bradikardija

 

 

Disturbi

 

Pressjoni

Fwawar

 

 

vaskulari

 

baxxa

Fwawar jaħarqu

 

 

 

 

Pressjoni

 

 

 

 

 

għolja

 

 

 

Disturbi

 

Dispneja

Tnaqqis

 

Waqfien

respiratorji,

 

Uġigħ

respiratorju

 

respiratorju

toraċiċi u

 

faringolarinġ

Sindrome tal-

 

*

medjastinali

 

eali

apnea waqt l-

 

 

 

 

 

irqad

 

 

Disturbi gastro-

Dardir

Stitikezza

Ileus

Infafet fil-

 

intestinali

Rimettar

Stomatite

Ulċerazzjoni tal-

mukuża orali

 

 

 

Ħalq niexef

ħalq

Xufftejn xotti

 

 

 

Dijarea

Ipoestesija orali

 

 

 

 

Uġigħ

Skonfort orali

 

 

 

 

addominali

Tibdil fil-kulur

 

 

 

 

Mard tar-

fil-mukuża orali

 

 

 

 

rifluss

Disturb tat-

 

 

 

 

gastroesofag

tessut artab orali

 

 

 

 

ali

Glossodinija

 

 

 

 

Skonfort fl-

Infafet fl-ilsien

 

 

 

 

istonku

Uġigħ ġinġivali

 

 

 

 

Dispepsja,

Ulċerazzjoni tal-

 

 

 

 

uġigħ fis-

ilsien

 

 

 

 

snien

Disturb fl-ilsien

 

 

 

 

 

Esofaġite

 

 

 

 

 

Xufftejn

 

 

 

 

 

maqsumin

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

 

 

snien

 

 

Disturbi fil-

 

 

Dilatazzjoni

 

 

fwied u fil-

 

 

biljari

 

 

marrara

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

 

Ħakk

Għaraq kiesaħ

Onikorressi

 

u fit-tessuti ta’

 

Iperidrosi

Nefħa fil-wiċċ

 

 

taħt il-ġilda

 

Raxx

Ħakk

 

 

 

 

 

ġeneralizzat

 

 

 

 

 

Alopeċja

 

 

Disturbi

 

Mijalġja

Kontrazzjonijiet

 

 

muskolu-

 

Uġigħ fid-

tal-muskoli

 

 

skeletriċi u tat-

 

dahar

Dgħufija fil-

 

 

tessuti

 

 

muskoli

 

 

konnettivi

 

 

 

 

 

 

Komuni

Komuni

Mhux Komuni Rari

Mhux

 

ħafna

 

 

magħruf

Disturbi fil-

 

 

Żamma tal-

 

kliewi u fis-

 

 

awrina

 

sistema urinarja

 

 

 

 

Disturbi ġenerali

Reazzjonijiet

Edema

Telqa

Deni

u kondizzjonijiet

fis-sit tal-

periferali

Indolenza

Sindrome

ta’ mnejn

applikazzjoni

Għeja kbira

Skonfort fis-

ta’ rtirar

jingħata

li jinkludu

Astenja

sider

tal-

 

ħruġ ta’

Sindrome ta’

Ma tħossokx

mediċina fi

 

demm, uġigħ,

meta tieqaf

normali

trabi tat-

 

ulċera,

tieħu l-

Tħossok nervuż

twelid (ara

 

irritazzjoni,

mediċina*

Għatx

sezzjoni

 

parestesija,

Tertir ta’

Tħoss il-bard

4.6)

 

anestesija,

bard

Tħoss is-sħana

 

 

eritema,

 

 

 

 

edema, nefħa u

 

 

 

 

vexxikuli

 

 

 

Investigazzjoniji

 

Tnaqqis fil-

Għadd tal-

 

et

 

piż

plejtlits

 

 

 

 

imnaqqas

 

 

 

 

Rata tal-qalb

 

 

 

 

miżjuda

 

 

 

 

Ematokrita

 

 

 

 

mnaqqsa

 

 

 

 

Emoglobina

 

 

 

 

mnaqqsa

 

Korriment,

 

Waqa’

 

 

avvelenament u

 

 

 

 

komplikazzjonij

 

 

 

 

iet ta’ xi

 

 

 

 

proċedura

 

 

 

 

* Ara s-sezzjoni Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Tolleranza, dipendenza fiżika u/jew psikoloġika jistgħu jiżviluppaw wara għoti ripetut ta’ opioids bħal fentanyl (ara sezzjoni 4.4).

Kienu osservati sintomi ta’ rtirar ta’ opioid bħal tqalligħ, rimettar, dijarea, ansjetà, tertir ta’ bard, rogħda u għaraq b’fentanyl transmukożali.

Fil-kuntest ta’ doża eċċessiva kienu osservati telf ta’ koxjenza u waqfien respiratorju (ara sezzjoni 4.9).

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva ġew irrappurtati fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, li jinkludu raxx, eritema, nefħa tal-wiċċ u tax-xufftejn, u urtikarja (ara sezzjoni 4.4).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Is-sintomi ta’ doża eċċessiva ta’ fentanyl huma mistennija li jkunu ta’ natura simili bħal dawk ta’ fentanyl ġol-vini u ta’ opioids oħra, u huma estensjoni ta’ l-azzjonijiet farmakoloġiċi tiegħu, b’bidla fl- istat mentali, telf ta’ koxjenza, pressjoni baxxa, depressjoni respiratorja, diffikultà respiratorja, u insuffiċjenza respiratorja li wasslu għall-mewt, bħala l-aktar effetti sinnifikanti serji.

Immaniġġjar

Immaniġġjar immedjat ta’ doża eċċessiva ta’ opioid tinkludi t-tneħħija tal-pillola għall-ħalq Effentora, jekk għada fil-ħalq, il-konferma ta’ passaġġ għall-arja, stimulazzjoni fiżika u verbali tal-pazjent, valutazzjoni tal-livell ta’ koxjenza, stat ta’ ventilazzjoni u ċirkolazzjoni, u ventilazzjoni assistita (appoġġ b’ventilazzjoni) jekk hemm bżonn.

Doża eċċessiva (teħid bi żball) f’persuna li qatt ma tkun ħadet opjojdi qabel

Għall-kura ta’ doża eċċessiva (teħid bi żball) f’persuna li qatt ma tkun ħadet opioids qabel, għandu jinkiseb aċċess ġol-vini u naloxone jew antagonisti tal-opioids oħra għandhom jiġu ntużati kif indikat klinikament. Id-dewmien tad-depressjoni respiratorja wara doża eċċessiva jista’ jkun itwal mill-effetti ta’ l-azzjoni ta’ l-antagonist tal-opioids (e.ż., il-half-life ta’ naloxone tvarja minn 30 sa 81 minuta) u jista’ jkun hemm bżonn ta’ għotja ripetuta. Ikkonsulta is-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott ta’ l- antagonist tal-opioids individwali għall dettalji dwar dan l-użu.

Doża eċċessiva f’pazjenti miżmuma fuq opjojdi

Għall-kura ta’ doża eċċessiva f’pazjenti miżmuma fuq opioids, għandu jinkiseb aċċess ġol-vini. F’xi każijiet huwa ġġustifikat l-użu bil-għaqal ta’ naloxone jew ta’ antagonist ta’ l-opioids ieħor, iżda dan huwa assoċjat mar-riskju li jippreċipita sindrome akuta ta’ rtirar tal-mediċina.

Għalkemm ma kienitx osservata riġidità fil-muskoli li tinterferixxi mar-respirazzjoni wara l-użu ta’ Effentora, din hija possibli b’fentanyl u b’opioids oħra. Jekk din iseħħ, għandha tiġi mmaniġġjata bl- użu ta’ ventilazzjoni assistita, b’anatagonist ta’ l-opioids, u bħala alternattiva finali, b’sustanza li timblokka in-newromuskolatura.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: analġeżiċi; opioids; Kodiċi ATC: N02AB03.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni u effetti farmakodinamiċi

Fentanyl huwa analġeżiku opioid, li jinteraġixxi l-aktar mar-riċettur µ tal-opioids. L-azzjonijiet terapewtiċi primarji tiegħu huma analġeżija u sedazzjoni. L-effetti farmakoloġiċi sekondarji huma depressjoni respiratorja, bradikardja, ipotermja, stitikezza, mijosi, dipendenza fiżika u ewforja.

L-effetti analġeżiċi ta’ fentanyl huma relatati mal-livell tiegħu fil-plażma. Ġeneralment, il- konċentrazzjoni effettiva u l-konċentrazzjoni li fiha sseħħ it-tossiċità jiżdiedu hekk kif tiżdied it- tolleranza għal opioids. Ir-rata ta’ żvilupp ta’ tolleranza tvarja ħafna fost individwi. Bħala riżultat, id- doża ta’ Effentora għandha tiġi ttitrata individwalment biex jinkiseb l-effet mixtieq (ara sezzjoni 4.2).

L-antagonisti tar-riċettur µ tal-opioids kollha, inkluż fentanyl, jipproduċu depressjoni respiratorja dipendenti mid-doża. Ir-riskju ta’ depressjoni respiratorja hija inqas f’pazjenti li qed jirċievu terapija kronika b’opioid peress li dawn il-pazjenti ser jiżviluppaw tolleranza għall-effetti ta’ depressjoni respiratorja.

Opjojdi jistgħu jinfluwenzaw l-assi tal-ipotalamu-pitwitarja-adrenali jew l-assi tal-gonadi. Xi bidliet li jistgħu jiġu osservati jinkludu żieda fil-prolactin fis-serum, u tnaqqis ta’ cortisol u ta’ testosterone fil- plażma. Sinjali u sintomi kliniċi jistgħu jseħħu minn dawn il-bidliet fl-ormoni (ara wkoll sezzjoni 4.8).

Effikaċja klinika u sigurtà

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Effentora ġew ivvalutati f’pazjenti li jieħdu il-mediċina mal-bidu tal- episodju ta’ uġigħ li jinħass. L-użu minn qabel ta’ Effentora għall-episodji mistennija ta’ uġigħ ma kienx investigat fil-provi kliniċi. Twettqgħu żewġ studji crossover, double-blind, randomised, ikkontrollati bil-plaċebo li nvolvew 248 pazjent b’BTP u kanċer li kellhom esperjenza ta’ medja ta’ episodju wieħed sa 4 episodji ta’ BTP kuljum waqt li qed jieħdu terapija ta’ manteniment b’opioid. Waqt fażi open-label tal-bidu, l-pazjenti kienu ttitrati għall-doża effettiva ta’ Effentora. Pazjenti li identifikaw doża effettiva daħlu fil-fażi double-blind ta’ l-istudju. L-varjabbli primarja ta’ l-effikaċja kienet il-valutazzjoni tal-pazjent ta’ l-intensità ta’ l-uġigħ. Il-pazjenti vvalutaw l-intensità ta’ l-uġigħ fuq skala ta’ 11-il punt. Għal kull episodju ta’ BTP, l-intensità ta’ l-uġigħ kienet ivvalutata qabel u f’bosta punti ta’ ħin wara l-kura.

Sebgħa u sittin fil-mija tal-pazjenti setgħu jiġu ttitrati għal doża effettiva.

Fl-istudji kliniku pivitali (studju 1), l-mira primarja kienet l-medja ta’ l-għadd tad-differenza fil- punteġġi ta’ l-intensità ta’ l-uġigħ mill-iddożar sa 60 minuta, inkluża (SPID60), li kienet statistikament sinnifikanti meta mqabbla mal-plaċebo (p<0.0001).

Medja ( SEM) tad-Differenza fl-Intensità tal-Ugigh

Studju 1: Medja (+/-SEM) tad-Differenzi fl-Intensità tal-Ugigh f’Kull Punt ta’ Hin (Sett ta’ Analizi Kompluta)

Medja SPID60 (+/- SD)

EFFENTORA=9.7(5.58) p<0.0001

Placebo=4.9(4.38)

Hin mill-Ghoti tal-Medicina taht Studju (Minuti)

Grupp ta’ Kura EFFENTORA

Placebo

+ p<0.0001 EFFENTORA kontra placebo, favur EFFENTORA, permezz ta’ analizi ta’ varjanza PID=differenza fl-intensità ta’ l-ugigh; SEM=zball stàndard tal-medja

Medja ( SEM) tad-Differenza fl-Intensità tal-Ugigh

Studju 2: Medja (+/-SEM) tad-Differenza fl-Intensità tal-Ugigh f’Kull Punt ta’ Hin (Sett ta’ Analizi Kompluta)

Medja SPID30 (+/- SD)

EFFENTORA=3.2(2.60) p<0.0001

Placebo=2.0(2.21)

Placebo=4.9(4.38)

Hin mill-Ghoti tal-Medicina taht Studju (Minuti)

Grupp ta’ Kura EFFENTORA

Placebo

* p<0.01 EFFENTORA kontra placebo, favur EFFENTORA, permezz ta’ analizi rank b’kampjun wiehed iffirmat Wilcoxon

+ p<0.0001 EFFENTORA kontra placebo, favur EFFENTORA, permezz ta’ analizi rank b’kampjun wiehed iffirmat

Wilcoxon

PID=differenza fl-intensità ta’ l-ugigh; SEM=zball stàndard tal-medja

Fit-tieni studju pivitali (studju 2), l-mira primarja kienet SPID30, li kienet ukoll statistikament sinnifikanti meta mqabbla mal-plaċebo (p<0.0001).

Deher titjib statistikament sinnifikanti fid-differenza fl-intensità tal-uġigħ b’Effentora kontra plaċebo minn wara 10 minuti fi Studju 1 u minn wara 15-il minuta (l-aktar punt ta’ ħin bikri mkejjel) fi Studju 2. Dawn id-differenzi baqgħu sinnifikanti f’kull punt ta’ ħin sussegwenti f’kull studju individwali.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Introduzzjoni Ġenerali

Fentanyl huwa lipofiliku ħafna u jista’ jiġi assorbit malajr ħafna minn ġol-mukuża orali u aktar bil- mod mir-rotta gastro-intestinali konvenzjonali . Huwa suġġett għall-metaboliżmu tal-fwied u tal- musrana ta’ l-ewwel passaġġ u l-metaboliti ma jikkontribwixxux għall-effetti terapewtiċi ta’ fentanyl.

Effentora juża teknoloġija ta’ tqassim li tutilizza reazzjoni effervexxenti li ttejjeb ir-rata u l-kwantità ta’ assorbiment ta’ fentanyl minn ġol-mukuża tal-ħalq. Bidliet temporanji tal-pH li jseħħu mar- reazzjoni effervexxenti jistgħu jtejbu d-dissoluzzjoni (f’pH aktar baxxa) u l-porożita tal-membrana (f’pH aktar għoli).

Ħin ta’ żamma (iddefinit bħala it-tul ta’ żmien li l-pillola tieħu biex tiddisintegra għal kollox wara għoti mill-ħalq), ma jaffettwax l-esponiment sistemiku bikri għal fentanyl. Studju ta’ paragun bejn pillola waħda ta’ Effentora 400 mcg mogħtija fil-ħalq (i.e., bejn il-ħadd u l-ħanek) jew taħt l-ilsien laħaq il-kriterja ta’ bijoekwivalenza.

L-effett ta’ indeboliment renali jew tal-fwied fuq il-farmakokinetika ta’ Effentora ma ġiex studjat.

Assorbmient:

Wara għoti oromukużali ta’ Effentora, fentanyl huwa assorbit malajr b’biodisponibiltà assoluta ta’ 65%. Il-profil ta’ assorbiment ta’ Effentora huwa l-biċċa l-kbira r-riżultat ta’ assorbiment tal-bidu

malajr mill-mukuża tal-ħalq, b’konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma wara li jittieħed kampjun minn ġol-vina ġeneralment jintlaħqu fi żmien siegħa wara l-għoti fil-mukuża tal-ħalq. Madwar 50% tad- doża totali mogħtija hija assorbita malajr minn ġol-mukuża u ssir disponibbli b’mod sistemiku. In-nofs tad-doża totali li jibqa’, jinbela’ u jiġi assorbit bil-mod mill-apparat gastro-intestinali. Madwar 30% ta’ l-ammont li jinbela’ (50% tad-doża totali) jeħles mill-eliminazzjoni tal-fwied u tal-musrana ta’ l- ewwel passaġġ u jsir disponibbli b’mod sistemiku.

Il-parametri farmakokinetiċi maġġuri huma mniżżla fit-tabella li ġejja.

Parametri Farmakokinetiċi* f’Individwi Adulti li Rċevew Effentora

Parametru farmakokinetiku

Effentora 400 mikrogramma

(medja)

 

 

 

 

Biodisponibiltà assoluta

65% (±20%)

 

 

Porzjon assorbit minn ġol-

48% (±31.8%)

mukuża

 

 

Tmax (minuta) **

46.8

(20-240)

 

 

 

Cmax (ng/mL)

1.02

(± 0.42)

 

 

 

AUC0-tmax (ng.hr/mL)

0.40

(± 0.18)

 

 

 

AUC0-inf (ng.hr/mL)

6.48

(± 2.98)

* Ibbażat fuq kampjuni tad-demm minn ġol-vina (plażma). Konċentrazzjonijiet ta’ fentanyl miksuba fis-serum kienu ogħla minn dawk fil-plażma: AUC u Cmax fis-serum kienu madwar 20% u 30% ogħla mill-AUC u Cmax tal-plażma, rispettivament. Ir-raġuni ta’ din id-differenza mhix magħrufa.

** Tagħrif għal Tmax ippreżentat bħala medjan (firxa).

Fi studji farkokinetiċi li qabblu il-biodisponibiltà assoluta u relattiva ta’ Effentora u ta’ fentanyl citrate orali minn ġol-mukuża (OTFC), ir-rata u l-kwantità ta’ assorbiment ta’ fentanyl f’Effentora wrew esponiment li kien bejn 30% sa 50% akbar minn dak għal fentanyl citrate orali minn ġol-mukuża. Jekk ħa jaqilbu minn prodott ta’ fentanyl citrate orali ieħor, hija meħtieġa titrazzjoni ndipendenti tad-doża b’Effentora peress li l-biodisponibiltà tvarja b’mod sinifikanti bejn il-prodotti. Madankollu, f’dawn il- pazjenti, tista’ tiġi kkunsidrata doża tal-bidu ogħla minn 100 mikrogramma.

Konċentrazzjonijiet Medji fil-Plażma Kontra Ħin

Profili Wara Dożi Singoli ta’ EFFENTORA u OTFC f’Individwi f’Saħħithom

Konċentrazzjoni fil-Plażma ta’ Fentanyl (ng/mL)

1.0

 

 

 

400 mcg EFFENTORA

 

1.0

 

 

OTFC (normalizzat għal 400 mcg)

 

 

 

 

 

 

 

0.8

0.8

 

 

 

 

 

 

 

0.6

 

 

 

 

 

 

0.6

0.4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0.4

0.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0.0

 

 

 

 

 

 

 

0.2

 

 

 

 

 

 

 

0.0

Ħin wara l-Għotja tad-Doża (sigħat) Tagħrif OTFC sar aġġustat (800 mcg sa 400 mcg)

Differenzi fl-esponiment b’Effentora kienu osservati fi studju kliniku b’pazjenti b’mukożite ta’ grad 1. Cmax u AUC0-8 kienu 1% u 25% ogħla rispettivament, f’pazjenti b’mukożite meta mqabbel ma’ dawk mingħajr mukożite. Id-differenza osservata ma kienitx ta’ sinifikanza klinika.

Distribuzzjoni

Fentanyl huwa lipofiliku ħafna u huwa distribwit sew barra mis-sistema vaskulari, b’volum ta’ distribuzzjoni apparenti kbir. Wara l-għoti mill-ħalq ta’ Effentora, fentanyl jgħaddi minn distribuzzjoni rapida tal-bidu li tirrappreżenta ekwilibriju ta’ fentanyl bejn il-plażma u t-tessuti perfużi ħafna (moħħ, qalb u pulmun). Wara, fentanyl jiġi ridistribwit bejn il-kompartiment tat-tessut fond (muskolu u xaħam) u l-plażma.

It-twaħħil mal-proteini fil-plażma ta’ fentanyl huwa 80% sa 85%. Il-proteina ta’ twaħħil maġġuri hija alpha-1-acid glycoprotein, iżda albumin u lipoproteini t-tnejn jikkontribwixxu xi ftit. Il-parti ħielsa ta’ fentanyl tiżdied bl-aċidożi.

Bijotrasformazzjoni

Ir-rotot metaboliċi wara l-għoti mill-ħalq ta’ Effentora ma ġewx ikkaratterizzati fi studji kliniċi. Fentanyl huwa metabolizzat fil-fwied u fil-mukuża tal-musrana għal norfentanyl permezz ta’ isoforma ta’ CYP3A4. Norfentanyl mhux farmakoloġikament attiv fi studji fl-annimali. Aktar minn 90% tad- doża mogħtija ta’ fentanyl hija eliminata permezz ta’ bijotrasformazzjoni għall-metaboliti mhux attivi N-dealkylated u hydroxylated.

Eliminazzjoni

Wara għoti ġol-vini ta’ fentanyl, inqas minn 7% tad-doża mogħtija hija mneħħija mhux mibdula fl- awrina, u madwar 1% biss hija mneħħija mhux mibdula fl-ippurgar. Il-biċċa l-kbira tal-metaboliti jitneħħew fl-awrina, filwaqt li tneħħija fl-ippurgar hija inqas importanti.

Wara għoti ta’ Effentora, il-fażi ta’ tneħħija terminali ta’ fentanyl hija r-riżultat tar-ridistribuzzjoni bejn il-plażma u l-kumpartiment tat-tessut fond. Din il-fażi ta’ eliminazzjoni hija bil-mod, u twassal għall-half-life t1/2 ta’ eliminazzjoni terminali medjana ta’ madwar 22 siegħa wara għoti mill-ħalq tal- formulazzjoni effervexxenti u ta’ madwar 18-il siegħa wara għoti ġol-vini. It-tneħħija totali mill- plażma ta’ fentanyl wara għoti ġol-vini hija madwar 42 L/h.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

Ġiet murija proporzjonalità mad-doża minn 100 mikrogramma sa 1,000 mikrogramma.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, u riskju ta’ kanċer ma juri l-ebda periklu speċjali għall- bnedmin.

Studji dwar it-tossiċità fuq l-iżvilupp ta’ l-embriju-fetu li twettqu fil-firien u l-fniek ma żvelaw l-ebda malformazzjoni jew bidla fl-iżvilupp ikkawżata mis-sustanza meta mogħtija waqt il-perijodu ta’ organoġenesi.

Fi studju dwar il-fertilità u l-iżvilupp bikri ta’ l-embriju fil-firien, kien osservat effett medjat mill-irġiel b’dożi għolja (300 mcg/kg/kuljum) u huwa kkunsidrat li hu sekondarju għall-effetti sedattivi ta’ fentanyl fi studji fuq l-annimali.

Fi studji dwar l-iżvilupp ta’ qabel u wara t-twelid fil-firien ir-rata ta’ soparavivenza tal-friegħ kien inqas b’mod sinifikanti b’dożi li kkawżaw tossiċità severa fl-omm. Aktar sejbiet b’dożi tossiċi għall- omm fil-ġriewi F1 kienu żvilupp fiżiku, funzjonijiet sensorjali, riflessi u imġieba ttardjati. Dawn l- effetti setgħu kienu effetti indiretti minħabba kura mill-omm mibdula u/jew rata ta’ treddigħ imnaqqsa jew effett dirett ta’ fentanyl fuq il-ġriewi.

Studji dwar il-karċinoġeniċità (bijoanaliżi alternattiv tal-ġilda ta’ 26 ġimgħa fi ġrieden Tg.AC transġeniċi; studju ta’ sentejn dwar il-karċinoġeniċità taħt il-ġilda fil-firien) b’fentanyl ma żvelax sejbiet li jindikaw potenzjal onkoġeniku. Evalwazzjoni ta’ slides tal-moħħ mill-istudju dwar il- karċinoġeniċità żvelat leżjonijiet fil-moħħ fl-annimali li ngħataw dożi għoljin ta’ fentanyl citrate. Mhix magħrufa r-rilevanza ta’ dawn is-sejbiet għall-bnedmin.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol

Sodium starch glycolate tip A

Sodium hydrogen carbonate

Sodium carbonate anhydrous

Citric acid anhydrous

Magnesium stearate

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folja laminata tal-aluminju ta’ PVC/folja ta’ Al/Polyamide/PVC b’għatu tal-karta/polyester.

Pakketti tal-folja huma fornuti f’kartuna ta’ 4 jew 28 pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad- daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Il-pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jiġu rakkomandati biex jarmu kull pillola mhux miftuħa li jibqa’ minn preskrizzjoni minnufiħ hekk kif mhux meħtieġa aktar.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

TEVA B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Effentora 100 mikrogramma pilloli għall-ħalq

EU/1/08/441/001-002

Effentora 200 mikrogramma pilloli għall-ħalq

EU/1/08/441/003-004

Effentora 400 mikrogramma pilloli għall-ħalq

EU/1/08/441/005-006

Effentora 600 mikrogramma pilloli għall-ħalq

EU/1/08/441/007-008

Effentora 800 mikrogramma pilloli għall-ħalq

EU/1/08/441/009-010

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 04 ta’ April 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 20 ta’ Frar 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati