Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Entacapone Orion (entacapone) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N04BX02

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEntacapone Orion
Kodiċi ATCN04BX02
Sustanzaentacapone
ManifatturOrion Corporation

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Entacapone Orion 200 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita jkun fiha 200 mg ta’ entacapone.

Eċċipjent b’effett magħruf

Kull pillola miksija b’rita fiha 0.53 mg soya lecithin.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita (pillola).

Pillola miksija b’rita ta’ kulur oranġjo jagħti fil-kannella, b’forma ovali, ibbuzzata miż-żewġ naħat, b’“COMT” imnaqqax fuq naħa waħda.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Entacapone huwa indikat biex jittieħed flimkien ma’ sustanzi standard ta’ levodopa/benserazide jew levodopa/carbidopa li jintużaw f’pazjenti adulti li għandhom il-marda ta’ Parkinson jew tibdil fil- moviment fit-tmiem tat-teħid tad-dożi mediċinali, li ma jistgħux jiġu kkontrollati b’dawk is-sustanzi kkombinati.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Entacapone għandu jintuża biss flimkien ma’ levodopa/benserazide jew levodopa/carbidopa. L- informazzjoni dwar kif jiġu ordnati dawn is-sustanzi ta’ levodopa hija applikabbli għall-użu tagħhom flimkien ma’ entacapone.

Pożoloġija

Pillola waħda ta’ 200 mg għandha tittieħed ma’ kull doża ta’ levodopa/inibitur ta’ dopa decarboxylase. Id-doża massima rrakkomandata hija ta’ 200 mg għaxar darbiet kuljum, jiġifieri 2,000 mg ta’ entacapone.

Entacapone ikattar l-effetti ta’ levodopa. Għalhekk sabiex jitnaqqsu l-effetti avversi dopaminerġiċi relatati ma’ levodopa, eż. każijiet ta’ diskajneżja, dardir, rimettar u alluċinazzjonijiet, ta’ spiss ikun neċessarju tibdil fid-dożaġġ ta’ levodopa, fl-ewwel ġranet jew fl-ewwel ġimgħat tal-kura b’entacapone. Id-doża ta’ kuljum ta’ levodopa għandha titnaqqas b’10-30%, billi wieħed jestendi l-ħin ta’ bejn id-dożi u/jew billi jitnaqqas l-ammont ta’ levodopa f’kull doża, skont il-kondizzjoni klinika tal-pazjent.

Jekk il-kura b’entacapone titwaqqaf, ikun hemm bżonn li jinbidel id-dożaġġ ta’ trattamenti oħra għal kontra l-marda ta’ Parkinson, speċjalment ta’ levodopa, sabiex jintlaħaq livell suffiċjenti ta’ kontroll tas-sintomi ta’ Parkinson.

Entacapone iżid il-bijodisponibilità ta’ levodopa minn sustanzi standard ta’ levodopa/benserazide, ftit (5-10%) aktar minn preparazzjonijiet standard ta’ levodopa/carbidopa. Għalhekk pazjenti li jkunu qed jieħdu sustanzi standard ta’ levodopa/benserazide, jista’ jkollhom bżonn ta’ tnaqqis akbar tad-doża ta’ levodopa meta tibda l-kura b’entacapone.

Indeboliment renali

Insuffiċjenza tal-kliewi ma teffettwax il-farmakokinetika ta’ entacapone u m’hemmx bżonn ta’ tibdil fid-doża. Madanakollu, għal dawk il-pazjenti li qed jirċievu terapija tad-dijalisi, wieħed jista’ jikkunsidra żieda fl-intervall bejn doża u oħra (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Ara sezzjoni 4.3.

Anzjani

M’hemm bżonn tal-ebda tibdil fid-doża ta’ entacapone għal pazjenti anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Entacapone Orion fit-tfal taħt it-18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Entacapone jittieħed mill-ħalq fl-istess ħin ma’ kull doża ta’ levodopa/carbidopa jew levodopa/benserazide.

Entacapone jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt (ara sezzjoni 5.2).

4.3Kontraindikazzjonijiet

-Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal karawett jew soja jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis-sezzjoni 6.1.

-Indeboliment tal-fwied.

-Fejokromoċitoma.

-L-użu ta’ entacapone flimkien ma’ inibituri mhux selettivi ta’ monoamine oxidase (MAO-A u MAO-B).

-L-użu ta’ inibitur selettiv ta’ MAO-A flimkien ma’ inibitur selettiv ta’ MAO-B u entacapone (ara sezzjoni 4.5).

-Passat mediku tas-sindrome newroleptiku malinn (NMS - neuroleptic malignant syndrome) u/jew rabdomijolisi mhux trawmatika.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Rabdomijolisi konsegwenza ta’ diskineżja severa jew sindrome newroleptiku malinn (NMS) ġew osservati f’każijiet rari f’pazjenti li jsofru bil-marda ta’ Parkinson.

NMS, inkluż rabdomijolisi u ipertermija, huwa kkaratterizzat b’sintomi ta’ diffikultajiet fiċ-ċaqliq (riġidità, majoklonus, tregħid), bidliet fl-istat mentali (eż. aġitazzjoni, konfużjoni, koma), ipertermija, disfunzjoni awtonomika (takikardija, pressjoni tad-demm mhux stabbli) u żieda fil-livell ta’ creatinine phosphokinase fis-serum. F’każi individwali jista’ jagħti l-każ li xi wħud biss minn dawn is-sintomi u/jew sejbiet ikunu evidenti.

Fi provi kkontrollati assoċjati mal-kura b’entacapone fejn entacapone twaqqaf għal għarrieda, la l- NMS u lanqas ir-rabdomijolisi ma ġew irrappurtati. Minn meta tqiegħed fis-suq, ġew irrappurtati każijiet rari ta’ NMS speċjalment meta endacopone u prodotti mediċinali dopaminerġiċi oħra li kienu qed jittieħdu flimkien miegħu, twaqqfu għal għarrieda. Meta jkun meqjus essenzjali t-waqqif tal-kura b’entacapone u mediċini oħra dopaminerġiċi għandu jsir bil-mod u jekk is-sinjali u/jew is-sintomi

jitfaċċaw, allavolja entacapone jitwaqqaf bil-mod, jista’ jkun hemm bżonn ta’ żieda fid-dożaġġ ta’ levodopa.

Terapija b’entacapone għandha tingħata b’kawtela lil pazjenti b’mard iskemiku tal-qalb.

Minħabba l-mekkaniżmu tal-azzjoni tiegħu, entacapone jista’ jfixkel il-metaboliżmu ta’ prodotti mediċinali li jkun fihom il-grupp catechol u jsaħħaħ l-azzjoni tagħhom. Għalhekk entacapone għandu jingħata b’kawtela lil dawk il-pazjenti li jkunu qed jiġu kkurati bi prodotti mediċinali li jiġu metabolizzati permezz ta’ catechol-O-methyl transferase (COMT), eż. rimiterole, isoprenaline, adrenaline, noradrenaline, dopamine, dobutamine, alpha-methyldopa u apomorphine (ara wkoll sezzjoni 4.5).

Entacapone dejjem jingħata flimkien mal-kura b’levodopa. Għalhekk il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-kura b’levodopa għandhom jitqiesu wkoll waqt il-kura b’entacapone. Entacapone iżid il-bijodisponibilità ta’ levodopa minn preparazzjonijiet standard ta’ levodopa/benserazide b’5-10% aktar minn preparazzjonijiet standard ta’ levodopa/carbidopa. Għalhekk reazzjonijiet dopaminerġiċi mhux mixtieqa jistgħu jkunu aktar spissi meta jiżdied entacapone mal-kura b’levodopa/benserazide (ara wkoll sezzjoni 4.8). Sabiex jitnaqqsu effetti avversi dopaminerġiċi relatati ma’ levodopa, ħafna drabi jkun hemm bżonn li jitbiddel id-dożaġġ ta’ levodopa fl-ewwel ġranet jew fl-ewwel ġimgħat tal- kura b’entacapone, skont il-kondizzjoni klinika tal-pazjent (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.8).

Entacapone jista’ jaggrava l-ipotensjoni ortostatika kkawżata minn levodopa. Entacapone għandu jingħata b’kawtela lill-pazjenti li jkunu qed jieħdu prodotti mediċinali oħra li jistgħu jikkawżaw ipotensjoni ortostatika.

Fi studji kliniċi, irriżulta li effetti dopaminerġiċi mhux mixtieqa (eż. diskineżja) kienu aktar komuni f’pazjenti li ħadu entacapone u agonisti ta’ dopamine (bħal bromocriptine), selegiline jew amantadine, milli f’dawk il-pazjenti li rċevew plaċebo ma’ din it-taħlita. Meta tinbeda l-kura b’entacapone, jista’ jkun hemm bżonn ta’ tibdil fid-dożi ta’ prodotti mediċinali oħra ta’ kontra l-marda ta’ Parkinson.

L-użu ta’ entacapone flimkien ma’ levodopa ġie assoċjat man-ngħas u episodji ta’ rqad f’daqqa f’pazjenti li jbatu bil-marda ta’ Parkinson u għalhekk għandha tintuża kawtela meta wieħed ikun qed isuq jew iħaddem magni (ara wkoll sezzjoni 4.7).

Għal pazjenti li taqbadhom dijarea, sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ tnaqqis drastiku fil-piż, huwa rrakkomondat li l-pazjent jintiżen b’mod regolari bħala follow-up. Dijarea għal tul ta’ żmien jew persistenti li tidher waqt l-użu ta’ entacapone taf tkun sinjal ta’ kolite. F’każ li jkun hemm dijarea għal tul ta’ żmien jew persistenti, il-prodott medicinali għandu jitwaqqaf u għandha tingħata terapija medika xierqa u jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.

Il-pazjenti għandhom ikunu mmonitorati regolarment għal żvilupp ta’ disturbi tal-kontroll tal-impulsi. Il-pazjenti u l-persuni li jieħdu ħsiebhom għandhom ikunu konxji li jista’ jkun hemm sintomi ta’ mġiba li twassal għal disturbi tal-kontroll tal-impulsi li jinkludu logħob tal-ażżard patoloġiku, żieda fil-libido, ipersesswalità, infiq jew xiri kompulsiv, ikel bl-addoċċ u b’mod kompulsiv f’pazjenti mogħtija agonisti ta’ dopamine u/jew trattamenti dopaminerġiċi oħrajn bħal entacapone flimkien ma’ levodopa. Hu rrakkamondat li ssir reviżjoni tat-trattament jekk jiżviluppaw dawn is-sintomi.

Għal pazjenti li jkollhom anoressija li tavanza, astenja u tnaqqis fil-piż fi żmien relattivament qasir, għandha titqies evalwazzjoni medika ġenerali inkluża tal-funzjoni tal-fwied.

Entacapone Orion fih soya lecithin. Pazjenti li għandhom sensittività eċċessiva għal karawett jew soja, m’għandhomx jużaw dan il-prodott mediċinali.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma ġiet innutata l-ebda interazzjoni ta’ entacapone ma’ carbidopa meta ttieħdu skont l-iskeda tal-kura rrakkomandata. L-interazzjoni farmakokinetika ma’ benserazide ma ġietx studjata.

Fi studji b’doża waħda mogħtija lil volontiera f’saħħithom, ma ġew innutati l-ebda interazzjonijiet bejn entacapone u imipramine jew bejn entacapone u moclobemide. Bl-istess mod ma ġew innutati l- ebda interazzjonijiet bejn entacapone u selegiline fi studji b’dożi ripetuti, f’pazjenti li kienu qed ibatu bil-marda ta’ Parkinson. Madanakollu, l-esperjenza bl-użu kliniku ta’ entacapone ma’ diversi prodotti mediċinali, inklużi l-inibituri MAO-A, antidepressanti triċikliċi, inibituri li jinibixxu l-assorbiment mill-ġdid ta’ noradrenaline bħal desipramine, maprotiline u venlafaxine u prodotti mediċinali li jiġu metabolizzati b’COMT (eż. sustanzi bl-istruttura ta’ catechol: rimiterol, isoprenaline, adrenaline, noradrenaline, dopamina, dobutamine, alpha-methyldopa, apomorphine u paroxetine), għadha limitata. Wieħed għandu joqgħod attent meta dawn il-prodotti mediċinali jintużaw flimkien ma’ entacapone (ara wkoll sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Entacapone jista’ jintuża ma’ selegiline (inibitur selettiv ta’ MAO-B), iżda d-doża ta’ kuljum ta’ selegiline m’għandhiex taqbeż l-10 mg.

Entacapone jista’ jifforma kelejts mal-ħadid fil-passaġġ gastrointestinali. Sustanzi ta’ entacapone u dawk li fihom il-ħadid għandhom jittieħdu mill-inqas bejn sagħtejn u tliet sigħat ’il bogħod minn xulxin (ara sezzjoni 4.8).

Entacapone jintrabat mas-sit II tal-għaqda tal-albumina umana, ma’ fejn jeħlu wkoll diversi prodotti mediċinali oħrajn li jinkludu diazepam u ibuprofen. Ma sarux studji kliniċi ta’ interazzjoni ma’ diazepam u prodotti mediċinali anti-infjammatorji mhux sterojdi. Skont studji in vitro mhuwiex antiċipat li jkun hemm spostament sinifikanti f’konċentrazzjonijiet terapewtiċi tal-prodotti mediċinali.

Minħabba l-affinità tiegħu għaċ-ċitokromju P450 2C9 in vitro (ara sezzjoni 5.2), entacapone jista’ potenzjalment jinterferixxi ma’ prodotti mediċinali b’metaboliżmu dipendenti fuq din l-isoenzima, bħalma huwa S-warfarin. Madanakollu, fi studju dwar l-interazzjonijiet, li sar f’volontiera f’saħħithom, entacapone ma biddilx il-livelli fil-plażma ta’ S-warfarin, waqt li l-AUC għal R-warfarin żdied b’medja ta’ 18% [CI90 11-26%]. Il-valuri tal-INR żdiedu b’medja ta’ 13% [CI90 6-19%]. Għalhekk il-kontroll tal-INR huwa rrakkomandat meta tibda l-kura b’entacapone f’pazjenti li jkunu qed jieħdu warfarin.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma dehrux effetti teratoġeniċi jew ta’ tossiċità ovvji fuq il-fetu fi studji fuq annimali fejn il-livelli ta’ entacapone li kienu esponuti għalihom kienu ferm ogħla mil-livelli terapewtiċi. Peress li ma hemm l- ebda esperjenza dwar l-użu tiegħu minn nisa waqt it-tqala, entacapone m’għandux jintuża waqt it- tqala.

Treddigħ

Fi studji li saru fuq annimali entacapone kien eliminat fil-ħalib tas-sider. Is-sigurtà ta’ entacapone fit- trabi, mhijiex magħrufa. In-nisa ma għandhomx ireddgħu waqt li jkunu qed jieħdu l-kura b’entacapone.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Entacapone Orion flimkien ma’ levodopa jista’ jkollu effett qawwi ħafna fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Flimkien ma’ levodopa, entacapone jista’ jikkawża sturdament u ortostatiżmu sintomatiku. Għalhekk wieħed għandu joqgħod attent waqt is-sewqan u l-użu ta’ magni.

Pazjenti li jkunu qed jiġu kkurati b’entacapone flimkien ma’ levodopa u li jaqbadhom in-ngħas u/jew episodji ta’ rqad għal għarrieda, għandhom jingħataw istruzzjonijiet biex ma jsuqux u ma jagħmlux

attivitajiet fejn nuqqas ta’ viġilanza jista’ jpoġġi lilhom jew lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment serju jew mewt (eż. tħaddim ta’ magni), sakemm dawn l-episodji rikorrenti jgħaddu (ara wkoll sezzjoni 4.4).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Ir-reazzjonijiet avversi li huma l-aktar frekwenti, ikkawżati b’entacapone għandhom x’jaqsmu ma’ żieda fl-attività dopaminerġika u ġeneralment jidhru fil-bidu tal-kura. Tnaqqis fid-doża ta’ levodopa naqqas is-severità ta’ dawn ir-reazzjonijiet. It-taqsima prinċipali l-oħra ta’ reazzjonijiet avversi tinkludi sintomi gastrointestinali, li jinkludu dardir, rimettar, uġigħ fl-addome, stitikezza u dijarea. B’entacapone il-kulur tal-awrina jista’ jinbidel għal aħmar fil-kannella, imma dan huwa fenomenu li ma jagħmilx ħsara.

Normalment ir-reazzjonijiet avversi kkawżati b’entacapone ivarjaw minn ħfief għal moderati. Fi studji kliniċi l-aktar reazzjonijiet avversi komuni li wasslu għat-twaqqif tal-kura b’entacapone, kienu sintomi gastrointestinali (eż. dijarea, 2.5%) u żieda fir-reazzjonijiet avversi dopaminerġiċi ta’ levodopa (eż. diskineżja, 1.7%).

F’informazzjoni miġbura minn studji kliniċi li involvew 406 pazjenti li kienu qed jieħdu l-prodott mediċinali u 296 pazjent li kienu qed jieħdu plaċebo, irriżulta li diskineżja (27%), dardir (11%), dijarea (8%), uġigħ fl-addome (7%) u nixfa fil-ħalq (4.2%), ġew irrappurtati bi frekwenza sostanzjalment akbar meta ntuża entacapone milli meta ntuża plaċebo.

Xi wħud mir-reazzjonijiet avversi, bħal diskineżja, dardir u uġigħ fl-addome, jistgħu jkunu aktar komuni b’dożi għoljin (1,400 sa 2,000 mg kuljum) milli b’dożi baxxi ta’ entacapone.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi f’tabella

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin, imniżżla fit-Tabella 1 hawn taħt, inġabru kemm minn studji kliniċi fejn intuża entacapone kif ukoll mill-esperjenza bl-użu ta’ entacapone minn meta tpoġġa fuq is-suq.

Tabella 1. Reazzjonijiet avversi tal-mediċina*

Disturbi psikjatriċi

 

Komuni

Nuqqas ta’ rqad, alluċinazzjonijiet, konfużjoni, ħolm eċċessiv

Rari ħafna

Aġitazzjoni

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Komuni ħafna:

Diskineżja

Komuni:

Marda ta’ Parkinson taggrava, sturdament, distonja,

 

iperkineżja

Disturbi fil-qalb**

 

Komuni

Episodji ta’ mard iskemiku tal-qalb apparti infart

 

mijokardijaku (eż. angina pectoris)

Mhux komuni

Infart mijokardijaku

Disturbi gastrointestinali

 

Komuni ħafna:

Dardir

Komuni:

Dijarea, uġigħ fl-addome, ħalq xott, stitikezza, rimettar

Rari ħafna:

Anoressija

Mhux magħruf:

Kolite

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

Rari

Testijiet tal-funzjoni tal-fwied jiġu anormali

Mhux magħruf

Epatite b’karatteristiċi li jkunu l-aktar kolestatiċi (ara sezzjoni

 

4.4)

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Rari:

Raxx bi ħmura jew makulopapulari

Rari ħafna:

Urtikarja

Mhux magħruf:

Ġilda, xagħar, leħja u dwiefer jibdlu l-kulur

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Komuni ħafna:

Bidla fil-kulur tal-awrina

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Komuni:

Għeja, żieda fl-għaraq, taqa’

Rari ħafna:

Tnaqqis fil-piż

*Ir-reazzjonijiet avversi jinqasmu skont it-titli tal-frekwenza, b’dawk l-aktar frekwenti mniżżla l- ewwel skont il-konvenzjoni li ġejja: Komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli, peress li l-ebda stima valida ma tista’ tinkiseb mill-provi kliniċi jew studji epidemjoloġiċi).

**Ir-rati ta’ inċidenza tal-infart mijokardijaku u ta’ episodji oħrajn ta’ mard iskemiku tal-qalb (0.43% u 1.54%, rispettivament) ġejjin minn analiżi ta’ 13-il studju double-blind li kienu jinvolvu 2,082 pazjent b’tibdil fil-moviment fi tmiem it-teħid tad-doża mogħtija entacapone.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Entacapone flimkien ma’ levodopa ġie assoċjat ma’ każijiet iżolati ta’ ngħas eċċessiv matul il-ġurnata u episodji ta’ rqad għal għarrieda.

Disturbi tal-kontroll tal-impulsi: Jista’ jkun hemm logħob tal-ażżard patoloġiku, żieda fil-libido, ipersesswalità, infiq jew xiri kompulsiv, ikel bl-addoċċ u b’mod kompulsiv f’pazjenti mogħtija agonisti ta’ dopamine u/jew trattamenti dopaminerġiċi oħrajn bħal Entacapone Orion flimkien ma’ levodopa (ara sezzjoni 4.4).

Każijiet iżolati ta’ NMS kienu rrappurtati wara li entacapone u kura dopaminerġika tnaqqsu jew twaqqfu f’daqqa.

Każijiet iżolati ta’ rabdomijolisi kienu rrappurtati.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Minn tagħrif miksub wara t-tqegħid tal-mediċina fis-suq kien hemm każijiet iżolati ta’ doża eċċessiva fejn l-ogħla doża ta’ entacapone kuljum kienet ta’ 16,000 mg. Is-sinjali u s-sintomi akuti f’dawn il- każi ta’ doża eċċessiva kienu jinkludu konfużjoni, tnaqqis fl-attività, ħedla ta’ ngħas, ipotonja, bidla fil-kulur fil-ġilda u urtikarja. Doża eċċessiva akuta tiġi ttrattata skont is-sintomi.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: sustanzi dopaminerġiċi oħra, Kodiċi ATC: N04BX02.

Entacapone jagħmel parti minn klassi ġdida terapewtika, inibituri ta’ catechol -O- methyltransferase (COMT). Hu inibitur ta’ COMT, riversibbli, speċifiku u prinċipalment jaħdem fil-periferija, ippjanat sabiex jingħata flimkien ma’ sustanzi ta’ levodopa. Entacapone inaqqas it-telf metaboliku ta’ levodopa għal 3-O-methyldopa (3-OMD) billi jinibixxi l-enzima COMT. Dan iwassal għal AUC ta’ levodopa ogħla. L-ammont ta’ levodopa disponibbli għall-moħħ jiżdied. Għalhekk entacapone itawwal ir-rispons kliniku għal levodopa.

Entacapone jinibixxi l-enzima COMT prinċipalment fit-tessuti periferali. L-inibizzjoni ta’ COMT fiċ- ċelluli l-ħomor tad-demm issegwi l-konċentrazzjoni ta’ entacapone fil-plażma, li tindika b’mod ċar in- natura riversibbli tal-inibizzjoni ta’ COMT.

Studji Kliniċi

F’żewġ studji double-blind ta’ Fażi III, f’total ta’ 376 pazjent li jbatu bil-marda ta’ Parkinson u b’tibdil fil-moviment fi tmiem it-teħid tad-doża, entacapone jew plaċebo ngħataw flimkien ma’ kull doża ta’ levodopa/inibitur ta’ dopa decarboxylase. Ir-riżultati jidhru f’Tabella 2. Fi Studju I, il-ħin ON (sigħat) ta’ kuljum tkejjel mid-djarji tad-dar u fi Studju II tkejjel il-proporzjon tal-ħin ON ta’ kuljum.

Tabella 2. Ħin ON kuljum (Medja ± SD)

Studju I: Ħin On kuljum (sigħat)

 

Entacapone (n=85)

Plaċebo (n=86)

Differenza

Linja bażi

9.3±2.2

9.2±2.5

 

Ġimgħa 8-24

10.7±2.2

9.4±2.6

siegħa u 20 min

 

 

 

(8.3%)

 

 

 

CI95% 45 min, siegħa u 56 min

 

Studju II: Proporzjon ta’ Ħin On kuljum (%)

 

Entacapone (n=103)

Plaċebo (n=102)

Differenza

Linja bażi

60.0±15.2

60.8±14.0

 

Ġimgħa 8-24

66.8±14.5

62.8±16.80

4.5% (0 sigħat 35 min)

 

 

 

CI95% 0.93%, 7.97%

Kien hemm tnaqqis korrispondenti fil-ħin OFF.

Il-bdil % mil-linja bażi fil-ħin OFF kien –24% fil-grupp ta’ entacapone u 0% fil-grupp tal-plaċebo fi studju I. Il-figuri korrispondenti fi Studju II kienu –18% u –5%.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Karatteristiċi ġenerali tas-sustanza attiva

Assorbiment

Hemm differenzi intra u interindividwali kbar fl-assorbiment ta’ entacapone.

Il-konċentrazzjoni massima (Cmax) fil-plażma ġeneralment tintlaħaq madwar siegħa wara li wieħed ikun ħa pillola ta’ entacapone ta’ 200 mg. Is-sustanza hija suġġetta għall-metaboliżmu first-pass estensiv. Il-bijodisponibilità ta’ entacapone hija ta’ madwar 35% wara doża meħuda mill-ħalq. L-ikel ma jeffettwax b’mod sinifikanti l-assorbiment ta’ entacapone.

Distribuzzjoni

Wara l-assorbiment mill-passaġġ gastrointestinali, entacapone jinfirex malajr fit-tessuti periferali b’volum ta’ distribuzzjoni ta’ 20 litru fi stat fiss (Vdss). Madwar 92% tad-doża tiġi eliminata matul il- fazi-ß b’half-life tal-eliminazzjoni ta’ 30 minuta. It-tneħħija totali ta’ entacapone mill-ġisem hija ta’ madwar 800 ml/min.

Entacapone jintrabat b’mod estensiv mal-proteini tal-plażma, prinċipalment mal-albumina. Fil-medda ta’ konċentrazzjonijiet terapewtiċi, il-porzjon li ma jintrabatx mal-plażma fil-bniedem jammonta għal madwar 2%. F’konċentrazzjonijiet terapewtiċi, entacapone ma jispostax sustanzi oħra li jintrabtu b’mod estensiv (eż. warfarin, salicylic acid, phenylbutazone jew diazepam), lanqas ma jiġi spostat b’xi mod sinifikanti minn xi waħda minn dawn is-sustanzi, f’konċentrazzjonijiet terapewtiċi jew konċentrazzjonijiet ogħla.

Bijotrasformazzjoni

Ammont żgħir ta’ entacapone, l-isomeru (E), jinbidel fl-isomeru (Z) tiegħu. L-isomeru (E) jikkonstitwixxi 95% tal-AUC ta’ entacapone. L-isomeru (Z) u traċċi ta’ metaboliti oħra jikkonstitwixxu l-5% l-oħra.

Dejta miġbura minn studji in vitro fejn ikunu ntużaw sustanzi mikrosomali ta’ fwied uman, turi li entacapone jinibixxi ċ-ċitokromju P450 2C9 (IC50 4 µM). Entacapone wera ftit jew l-ebda inibizzjoni ta’ tipi oħra ta’ isoenzimi P450 (CYP1A2, CYP2A6, CYP2D6, CYP2E1, CYP3A u CYP2C19) (ara sezzjoni 4.5).

Eliminazzjoni

L-eliminazzjoni ta’ entacapone isseħħ prinċipalment permezz ta’ rotot metaboliċi li ma għandhomx x’jaqsmu mal-kliewi. Huwa stmat li minn 80 sa 90% tad-doża titneħħa mal-ippurgar, għalkemm din l- istatistika ma ġietx ikkonfermata fil-bniedem. Madwar 10-20% titneħħa fl-awrina. Fl-awrina jinstabu biss traċċi ta’ entacapone mhux mibdul. Il-parti l-kbira (95%) tal-prodott imneħħi fl-awrina huwa mgħaqqad ma’ glucuronic acid. Mill-metaboli misjuba fl-awrina madwar 1% biss ikunu ġew iffurmati permezz ta’ ossidazzjoni.

Karatteristiċi fil-pazjenti

Il-karatteristiċi farmakokinetiċi ta’ entacapone huma simili kemm f’persuni żgħażagħ kif ukoll f’anzjani. Il-metaboliżmu tal-prodott mediċinali jonqos f’pazjenti li għandhom insuffiċjenza minn ħafifa għal moderata tal-fwied (Klassi Child-Pugh A u B), li jagħti lok għal żieda fil-konċentrazzjoni ta’ entacapone fil-plażma kemm fil-fażijiet tal-assorbiment kif ukoll f’dawk tal-eliminazzjoni (ara sezzjoni 4.3). Indeboliment tal-kliewi ma jaffettwax il-farmakokinetika ta’ entacapone. Madanakollu, għal pazjenti li jkunu qed jirċievu terapija ta’dijalisi, jista’ jiġi kkunsidrat perjodu itwal bejn doża u oħra.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku bbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni u riskju ta’ kanċer ma juri l-ebda periklu speċjali għall- bnedmin. Fi studji dwar it-tossiċità minn dożi ripetuti, ġiet innutata anemija, probabbilment dovuta għall-kelazzjoni ta’ entacapone mal-ħadid. Għal dak li jirrigwarda effett tossiku fuq ir-riproduzzjoni, ġie nnutat tnaqqis fil-piż tal-fetu u ttardjar ħafif fl-iżvilupp tal-għadam, fi fniek li ġew esposti għal- livelli sistemiċi fil-medda terapewtika.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-qalba tal-pillola:

Microcrystalline cellulose

Croscarmellose sodium

Povidone

Magnesium stearate

Kisja b’rita:

Polyvinyl alcohol, parti hydrolysed

Talc

Macrogol

Soya lecithin

Iron oxide isfar (E 172)

Iron oxide aħmar (E 172)

Titanium Dioxide (E 171)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Fliexken bojod magħmulin minn polyethylene ta’ densità għolja (HDPE - high-density polyethylene) b’tappijiet bojod tal-polypropylene (PP) reżistenti għat-tbagħbis li jkun fihom 30, 60, 100 jew

175 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Orion Corporation

Orionintie 1

FI-02200 Espoo

Il-Finlandja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/11/708/001-004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 18 ta’ Awwissu 2011

Data tal-aħħar tiġdid: 8 ta’ April 2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati