Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Epivir (lamivudine) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AF05

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEpivir
Kodiċi ATCJ05AF05
Sustanzalamivudine
ManifatturViiV Healthcare UK Limited  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Epivir 150 mg pilloli miksijin b'rita lamivudine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Epivir u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Epivir

3.Kif għandek tieħu Epivir

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Epivir

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Epivir u għalxiex jintuża

Epivir jintuża biex jikkura l-infezzjoni bl-HIV (virus tal-immunodefiċjenza umana) fl-adulti u fit-tfal.

Is-sustanza attiva f’Epivir hija lamivudine. Epivir huwa tip ta’ mediċina magħrufa bħala antiretrovirali. Huwa jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ reverse transcriptase analogi għal nucleoside (NRTI).

Epivir ma jfejjaqx għal kollox l-infezzjoni bl-HIV; huwa jnaqqas l-ammont ta’ virus fil-ġisem, u jżommu f’livell baxx. Huwa jżid ukoll l-għadd taċ-ċelluli CD4 fid-demm. Iċ-ċelluli CD4 huma tip ta’ ċelluli tad-demm bojod, li huma importanti biex jgħinu l-ġisem jiġġieled l-infezzjoni.

Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Epivir bl-istess mod. It-tabib tiegħek jimmonitorja kemm hija effettiva l-kura.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Epivir

Tiħux Epivir:

jekk inti allerġiku għal lamivudine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- Sezzjoni 6).

Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk inti taħseb li dan japplika għalik.

Oqgħod attent ħafna b’Epivir

Xi persuni li jieħdu Epivir jew taħlita oħra ta’ kuri għall-HIV għandhom riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Inti għandek tkun taf li hemm riskji iżjed mis-soltu:

jekk inti qatt kellek mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite B jew C (jekk għandek infezzjoni tal- epatite B, tiqafx tieħu Epivir mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, minħabba li l-epatite tista’ titfaċċa mill-ġdid).

jekk inti għandek piż żejjed b’mod gravi (speċjalment jekk inti mara)

jekk inti jew ibnek/bintek għandkhom mard tal-kliewi, jista’ jkun hemm bżonn li tinbidillek id-doża

Kellem lit-tabib tiegħek jekk kwalunkwe waħda minn dawn tapplika għalik. Inti jista’ jkollok bżonn iżjed check-ups minn ħaddieħor, li jinkludu testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina. Ara Sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni.

Oqogħod attent għal sintomi importanti

Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni bl-HIV jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Inti għandek bżonn tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Epivir.

Aqra l-informazzjoni ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’

Ipproteġi persuni oħra

Infezzjoni bl-HIV tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit- trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, billi wieħed juża labar għall-injezzjoni wara ħaddieħor).

Xorta tista’ titrasmetti l-HIV waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jitbaxxa b’terapija antiretrovirali effettiva.

Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita li tinfetta lil nies oħrajn.

Mediċini oħra u Epivir

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi mediċina oħra, jew jekk dan l-aħħar ħadt xi mediċini, li jinkludu mediċini magħmulin mill-ħxejjex jew mediċini oħrajn li inti xtrajt mingħajr riċetta.

Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti tibda tieħu mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Epivir.

Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw ma’ Epivir:

mediċini oħra li fihom lamivudine, (jintużaw biex jikkuraw infezzjoni bl-HIV jew infezzjoni tal-epatite B)

emtricitabine (jintuża biex jikkura infezzjoni bl-HIV)

dożi għoljin ta’ co-trimoxazole( antibijotiku).

cladribine, jintuża għall-kura ta’ lewkimja taċ-ċellula sufija

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tiġi kkurat bi kwalunkwe waħda minn dawn.

Tqala

Jekk inti tqila, jekk tinqabad tqila, jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila, kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji għalik u għat-tarbija tiegħek jekk tieħu Epivir.

Epivir u mediċini jixbhuh jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji fi trabi li għadhom fil-ġuf. Jekk ħadt Epivir waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet tad-demm regolari u testijiet dijanjostiċi oħra sabiex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommijiethom kienu ħadu NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-protezzjoni kontra l-HIV kien akbar mir-riskju tal- effetti sekondarji.

Treddigħ

Nisa li huma pożittivi għal HIV m’għandhomx ireddgħu, minħabba li l-infezzjoni bl-HIV tista’ tgħaddi lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.

Ammont żgħir tal-ingredjenti f’Epivir jista’ jgħaddi wkoll fil-ħalib tas-sider tiegħek.

Jekk qed tredda’, jew qed taħseb biex tredda’:

Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Epivir x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

3. Kif għandek tieħu Epivir

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Ibla’ l-pilloli ma’ ftit ilma. Epivir jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajru.

Jekk ma tistax tibla’ l-pilloli sħaħ, tista’ tfarrakhom u tħallathom ma’ ftit ikel jew ma’ xarba, u tieħu d- doża kollha minnufih.

Żomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek.

Epivir jgħin biex jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Inti għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex iżżomm il-marda milli tmur għall-agħar. Inti xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni bl-HIV.

Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek u tiqafx tieħu Epivir mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Kemm għandek tieħu

Adulti, adolexxenti u tfal li jiżnu tal-inqas 25 kg:

Id-doża tas-soltu ta’ Epivir hija 300 mg kuljum. Din tista’ tittieħed bħala pillola waħda ta’ 150 mg darbtejn kuljum (bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn kull doża), jew żewġ pilloli ta’ 150 mg darba kuljum kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek.

Tfal li jiżnu tal-inqas 20 kg u inqas minn 25 kg:

Id-doża tas-soltu ta’ Epivir hija 225 mg kuljum. Din tista’ tingħata bħala 75 mg (nofs pillola ta’ 150 mg) filgħodu u 150 mg (pillola sħiħa ta’150 mg) filgħaxija, jew 225 mg (pillola u nofs ta’ 150 mg) darba kuljum kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek.

Tfal li jiżnu tal-inqas 14 kg u inqas minn 20 kg:

Id-doża tas-soltu ta’ Epivir hija150 mg kuljum. Din tista’ tingħata bħala 75 mg (nofs pillola ta’ 150 mg) darbtejn kuljum (bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn kull doża), jew 150 mg (pillola ta’150 mg waħda) darba kuljum kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek.

Soluzzjoni orali hija wkoll disponibbli għall-kura ta’ tfal li għandhom aktar minn 3 xhur, jew għal persuni li għandhom bżonn doża anqas mis-soltu, jew li ma jistgħux jieħdu l-pilloli.

Jekk int jew ibnek/bintek għandkom xi problema fil-kliewi, id-doża tista’ tinbidel.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik jew għal ibnek/bintek.

Jekk tieħu Epivir aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu ż-żejjed Epivir dan x’aktarx li ma jikkawżax xi problemi serji. Jekk tieħu ż- żejjed, għid b’dan lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew ikkuntattja d-dipartiment tal-emerġenza ta’ sptar qrib tiegħek għal aktar pariri.

Jekk tinsa tieħu Epivir

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Imbagħad kompli l-kura bħal qabel. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

4. Effetti sekondarji possibbli

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment relatat mas-saħħa u mal-istil tal-ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jagħmillek testijiet għal dawn il- bidliet.

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, huwa diffiċili tgħid jekk sintomu huwiex effett sekondarju ta’

Epivir jew ta’ mediċini oħra li tkun qed tieħu, jew effett tal-marda tal-HIV infisha. Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe tibdiliet f'saħħtek.

Flimkien mal-effetti sekondarji għal Epivir elenkati hawn taħt, jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra waqt li tieħu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.

Huwa importanti li taqra l-informazzjoni aktar l-isfel f’din is-sezzjoni taħt ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10:

uġigħ ta’ ras

tħossok imdardar (tqalligħ)

taqla’ (rimettar)

dijarea

uġigħ fl-istonku

għeja, nuqqas ta’ enerġija

deni (temperatura għolja)

tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

uġigħ u skonfort fil-muskoli

uġigħ fil-ġogi

diffikultà biex torqod (insonnja)

sogħla

mnieħer irritat jew inixxi

raxx

jaqa’ x-xagħar (alopeċja).

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100:

Effetti sekondarji mhux komuni li jistgħu jidhru minn testijiet tad-demm huma:

tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tgħaqid tad-demm (tromboċitopenija)

għadd baxx ta’ ċelluli ħomor (anemija) jew għadd baxx ta’ ċelluli bojod (newtropenija)

żieda fil-livell ta’ enzimi tal-fwied.

Effetti sekondarji rari

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000:

reazzjoni allerġika serja li tikkawża nefħa fil-wiċċ, l-ilsien jew il-gerżuma li tista twassal għal diffikulta biex wieħed jibla' jew jieħu n-nifs

infjammazzjoni tal-frixa (pankrejatite)

diżintegrazzjoni tat-tessut tal-muskolu

disturbi fil-fwied, bħal suffejra, fwied kbir aktar mis-soltu, jew xaħam fil-fwied, infjammazzjoni (epatite).

Effett sekondarju rari li jista’ jidher f’testijiet tad-demm huwa:

żieda f’enzima msejħa amylase.

Effetti sekondarji rari ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000:

Aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm)

tnemnim jew titrix fid-dirgħajn.fl-idejn jew fis-saqajn.

Effett sekondarju rari ħafna li jista’ jidher minn tesijiet tad-demm huwa:

• mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli ħomor tad-demm ġodda (aplasja pura taċ-ċelluli l-

ħomor).

Jekk ikollok effetti sekondarji

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew idejqek, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett.

Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV

Terapija b’taħlita ta’ mediċini li tinkludi Epivir tista’ tikkawża kundizzjonijiet oħra li jiżviluppaw waqt il-kura tal-HIV.

Infezzjonijiet tal-passat jistgħu jerġgħu jfiġġu b’qawwa

Persuni b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfa, u hemm probabbilità akbar li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Meta dawn il- persuni jibdew il-kura, huma jistgħu jinnutaw li infezzjonijiet moħbija tal-passat jerġgħu jfiġġu b’qawwa, filwaqt li jikkawżaw sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni. Dawn is-sintomi x’aktarx li huma kkawżati mis-sistema immuni tal-ġisem li tkun qed issir aktar b’saħħitha, biex il-ġisem jibda’ jiġġieled dawn l-infezzjonijiet.

Minbarra infezzjonijiet opportunistiċi, jistgħu jseħħu wkoll disturbi awtoimmuni (kondizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessuti f’saħħithom tal-ġisem ) wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu diversi xhur wara l-bidu tal-kura tiegħek. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni jew sintomi oħra bħal dgħjufija fil-muskoli, dgħjufija li tibda fl-idejn u s-saqajn u timxi ’l fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek immedjatament għall-kura meħtieġa.

Jekk inti jkollok xi sintomi ta’ infezzjoni waqt li tkun qed tieħu Epivir:

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Inti jista’ jkollok problemi bl-għadam

Xi persuni li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni msejħa ostjonekrożi. B’din il-kundizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam jgħibu minħabba nuqqas ta’ provvista tad-demm lejn l-għadam. Persuni għandhom aktar probabbiltà li jkollhom din il-kundizzjoni:

jekk ikun ilhom jieħdu terapija mħallta għal żmien twil

jekk huma jkunu qed jieħdu wkoll mediċini antiinfjammatorji msejħa korikosterojdi

jekk jixorbu l-alkoħol

jekk is-sistema immuni tagħhom hija dgħajfa ħafna

jekk għandhom piż żejjed.

Sinjali ta’ ostjonekrożi jinkludu:

ebusija fil-ġogi

uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, fl-irkoppa u fl-ispalla)

diffikultà biex tiċċaqlaq.

Jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi:

Għid lit-tabib tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Epivir

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tiħux din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna.

Taħżinx Epivir f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Epivir

Is-sustanza attiva hija lamivudine.

Il-pilloli fihom ukoll dawn is-sustanzi oħra li ġejjin:

Il-qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, sodium starch glycollate (gluten free), magnesium stearate

Il-kisja tar-rita: hypromellose, titanium dioxide, macrogol, polysorbate 80

Kif jidher Epivir u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Epivir ta’ 150 mg miksijin b'rita jiġu fi fliexken bojod tal-polyethylene jew f’folji li jkun fihom 60 pillola. Huma pilloli bojod, forma ta’ djamant, b’sinjal imnaqqax fin-nofs, miksijin b’rita u mmarkati bil-kodiċi 'GXCJ7' fuq iż-żewġ naħat.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-

Glaxo Operations UK Limited

Tqegħid fis-Suq

 

(trading as Glaxo Wellcome

ViiV Healthcare UK Limited

Operations)

980 Great West Road

Priory Street

Brentford

Ware

Middlesex

Herts SG12 0DJ

TW8 9GS

Ir-Renju Unit

Ir-Renju Unit

jew

 

GlaxoSmithKline

 

Pharmaceuticals S.A.

 

ul. Grunwaldzka 189

 

60-322 Poznan

 

Il-Polonja

 

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

ViiV Healthcare sprl/bvba

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 65 00

Tel: + 370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

България

Luxembourg/Luxemburg

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

ViiV Healthcare sprl/bvba

Teл.: + 359 2 953 10 34

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 65 00

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline s.r.o.

GlaxoSmithKline Kft.

Tel: + 420 222 001 111

Tel.: + 36 1 225 5300

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Malta

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline (Malta) Limited

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 356 21 238131

dk-info@gsk.com

 

Deutschland

Nederland

ViiV Healthcare GmbH

ViiV Healthcare BV

Tel.: + 49 (0)89 203 0038-10

Tel: + 31 (0)30 6986060

viiv.med.info@viivhealthcare.com

contact-nl@viivhealthcare.com

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline AS

Tel: + 372 6676 900

Tlf: + 47 22 70 20 00

estonia@gsk.com

firmapost@gsk.no

Ελλάδα

Österreich

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GlaxoSmithKline Pharma GmbH

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Tel: + 43 (0)1 97075 0

 

at.info@gsk.com

España

Polska

Laboratorios ViiV Healthcare, S.L.

GSK Services Sp. z o.o.

Tel: + 34 902 051 260

Tel.: + 48 (0)22 576 9000

es-ci@viivhealthcare.com

 

France

Portugal

ViiV Healthcare SAS

VIIVHIV HEALTHCARE, UNIPESSOAL,

Tél.: + 33 (0)1 39 17 6969

LDA.

Infomed@viivhealthcare.com

Tel: + 351 21 094 08 01

 

viiv.fi.pt@viivhealthcare.com

Hrvatska

România

GlaxoSmithKline d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: +385 1 6051 999

Tel: + 4021 3028 208

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 4955000

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

 

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

ViiV Healthcare S.r.l.

GlaxoSmithKline Oy

Tel: + 39 (0)45 9212611

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

ViiV Healthcare UK Limited

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)800 221441

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Epivir 10 mg/ml soluzzjoni orali lamivudine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek jew lill-ibnek/bintek. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett:

1.X’inhu Epivir u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Epivir

3.Kif għandek tieħu Epivir

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Epivir

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Epivir u għalxiex jintuża

Epivir jintuża biex jikkura l-infezzjoni bl-HIV (virus tal-immunodefiċjenza umana) fl-adulti u fit-tfal.

Is-sustanza attiva f’Epivir hija lamivudine. Epivir huwa tip ta’ mediċina magħrufa bħala antiretrovirali. Huwa jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ reverse transcriptase analogi għal nucleoside (NRTI).

Epivir ma jfejjaqx għal kollox l-infezzjoni bl-HIV; huwa jnaqqas l-ammont ta’ virus fil-ġisem, u jżommu f’livell baxx. Huwa jżid ukoll l-għadd taċ-ċelluli CD4 fid-demm. Iċ-ċelluli CD4 huma tip ta’ ċelluli tad-demm bojod, li huma importanti biex jgħinu l-ġisem tiegħek jiġġieled l-infezzjoni.

Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Epivir bl-istess mod. It-tabib tiegħek jimmonitorja kemm hija effettiva l-kura.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Epivir

Tiħux Epivir:

jekk inti allerġiku għal lamivudine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- Sezzjoni 6).

Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk inti taħseb li dan japplika għalik.

Oqgħod attent ħafna b’Epivir

Xi persuni li jieħdu Epivir jew taħlita oħra ta’ kuri għall-HIV għandhom riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Inti għandek tkun tak li hemm riskji iżjed mis-soltu:

jekk inti qatt kellek mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite B jew C (jekk għandek infezzjoni tal- epatite B, tiqafx tieħu Epivir mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, minħabba li l-epatite tista’ titfaċċa mill-ġdid).

jekk inti għandek piż żejjed b’mod gravi (speċjalment jekk inti mara)

• jekk inti jew ibnek/bintek għandek mard tal-kliewi, jista’ jkun hemm bżonn li tinbidillek id-doża

Kellem lit-tabib tiegħek jekk kwalunkwe waħda minn dawn tapplika għalik. Inti jista’ jkollok bżonn iżjed check-ups minn ħaddieħor, li jinkludu testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina. Ara Sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni.

Oqogħod attent għal sintomi importanti

Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni bl-HIV jiżviluppaw kondizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Inti għandek bżonn tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Epivir.

Aqra l-informazzjoni ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’

Ipproteġi persuni oħra

Infezzjoni bl-HIV tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit- trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, billi wieħed juża labar għall-injezzjoni wara ħaddieħor).

Xorta tista’ titrasmetti l-HIV waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jitbaxxa b’terapija antiretrovirali effettiva.

Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita li tinfetta lil nies oħrajn.

Mediċini oħra u Epivir

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi mediċina oħra, jew jekk dan l-aħħar ħadt xi mediċini, li jinkludu mediċini magħmulin mill-ħxejjex jew mediċini oħrajn li inti xtrajt mingħajr riċetta.

Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti tibda tieħu mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Epivir.

Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw ma’ Epivir:

mediċini oħra li fihom lamivudine, (jintużaw biex jikkuraw infezzjoni bl-HIV jew infezzjoni tal-epatite B)

emtricitabine (jintuża biex jikkura infezzjoni bl-HIV)

dożi għoljin ta’ co-trimoxazole, antibijotiku.

cladribine, jintuża għall-kura ta’ lewkimja taċ-ċellula sufija

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tiġi kkurat bi kwalunkwe waħda minn dawn.

Tqala

Jekk inti tqila, jekk tinqabad tqila, jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila, kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji għalik u għat-tarbija tiegħek jekk tieħu Epivir.

Epivir u mediċini jixbhuh jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji fi trabi li għadhom fil-ġuf. Jekk ħadt Epivir waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet tad-demm regolari u testijiet dijanjostiċi oħra sabiex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommijiethom kienu ħadu NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-protezzjoni kontra l-HIV kien akbar mir-riskju tal- effetti sekondarji.

Treddigħ

Nisa li huma pożittivi għal HIV m’għandhomx ireddgħu, minħabba li l-infezzjoni bl-HIV tista’ tgħaddi lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.

Ammont żgħir tal-ingredjenti f’Epivir jista’ jgħaddi wkoll fil-ħalib tas-sider tiegħek.

Jekk qed tredda’, jew qed taħseb biex tredda’:

Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Epivir x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Epivir

Jekk inti dijabetiku/a, għandek tkun taf li kull doża (150 mg = 15 ml) fiha 3 g ta’ zokkor.

Epivir fih sucrose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li inti għandek intolleranza għal xi tip ta’ zokkor, ikkuntatja it-tabib tiegħek qabel ma tieħu Epivir. Sucrose jista’ jagħmel ħsara lis-snien.

Epivir fih ukoll preservattivi (parahydroxybenzoates) li jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi (aktarx ma joħorġux mill-ewwel).

3. Kif għandek tieħu Epivir

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Epivir jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajru.

Żomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek.

Epivir jgħin biex jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Inti għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex iżżomm il-marda tiegħek milli tmur għall-agħar. Inti xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni bl-HIV.

Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek u tiqafx tieħu Epivir mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Kemm għandek tieħu

Adulti, adoloxxenti u tfal li jiżnu tal-inqas 25 kg

Id-doża tas-soltu ta’ Epivir hija 30 ml (300 mg) kuljum. Din tista’ tittieħed bħala 15 ml (150mg) darbtejn kuljum (bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn kull doża), jew bħala 30 ml (300 mg) darba kuljum..

Tfal minn 3 xhur li jiżnu inqas minn 25 kg

Id-doża tiddependi fuq il-piż tal-ġisem tat-tifel/tifla. Id-doża tas-soltu ta’ Epivir hija 4 mg/kg darbtejn kuljum (bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn kull doża), jew 8 mg/kg darba kuljum, sa doża totali massima ta’ 300 mg kuljum.

Uża s-siringa għal dożaġġ li jittieħed mill-ħalq li jkun hemm fil-kartuna biex tkejjel sew id-doża tiegħek.

1.Neħħi t-tapp tal-flixkun. Erfaw fejn issibu.

2.Żomm il-flixkun sew. Imbotta l-adapter tal-plastik f’għonq il-flixkun.

3.Daħħal sew is-siringa fl-adapter.

4.Aqleb il-flixkun ta’ taħt fuq.

5.Iġbed il-plunger tas-siringa ’l barra sakemm is-siringa jkun fiha l-ewwel parti tad-doża totali tiegħek.

6.Erġa’ dawwar il-flixkun wiċċu ’l fuq. Neħħi s-siringa mill-adapter.

7.Qiegħed is-siringa f’ħalqek, billi tpoġġi t-tarf tas-siringa jmiss man-naħa ta’ ġewwa tal-warda tal-wiċċ. Bil-mod agħfas il-plunger ’l isfel, filwaqt li tħalli ħin biex tkun tista’ tibla’. Tagħfasx wisq bis-saħħa biex il-likwidu ma jinżilx jiġri ma’ wara tal-gerżuma għax inkella tixraq.

8.Irrepeti l-proċedura minn numru 3 sa 7 bl-istess mod sakemm tieħu d-doża kollha. Per eżempju, jekk id-doża tiegħek hija 15 ml, inti għandek bżonn tieħu siringa u nofs mimlijin bil- mediċina.

9.Neħħi s-siringa mill-flixkun u aħsilha sewwa b’ilma nadif. Ħalliha tinxef sewwa qabel ma terġa’ tużaha.

10.Agħlaq il-flixkun sewwa bit-tapp, filwaqt li tħalli l-adapter fil-post.

Jekk inti jew ibnek/bintek għandkom xi problema fil-kliewi, id-doża tista’ tinbidel.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik jew għal ibnek/bintek.

Jekk tieħu Epivir aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu ż-żejjed Epivir dan x’aktarx li ma jikkawżax xi problemi serji. Jekk tieħu ż- żejjed, għid b’dan lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew ikkuntattja d-dipartiment tal-emerġenza ta’ sptar qrib tiegħek għal aktar pariri.

Jekk tinsa tieħu Epivir

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Imbagħad kompli l-kura tiegħek bħal qabel. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

4. Effetti sekondarji possibbli

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment relatat mas-saħħa u mal-istil tal-ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jagħmillek testijiet għal dawn il- bidliet.

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, huwa diffiċili tgħid jekk sintomu huwiex effett sekondarju ta’ Epivir jew ta’ mediċini oħra li tkun qed tieħu, jew effett tal-marda tal-HIV innifisha. Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe tibdiliet f'saħħtek.

Flimkien mal-effetti sekondarji għal Epivir elenkati hawn taħt, jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra waqt li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.

Huwa importanti li taqra l-informazzjoni aktar l-isfel f’din is-sezzjoni taħt ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10:

uġigħ ta’ ras

tħossok imdardar (tqalligħ)

taqla’ (rimettar)

dijarea

uġigħ fl-istonku

għeja, nuqqas ta’ enerġija

deni (temperatura għolja)

tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

uġigħ u skonfort fil-muskoli

uġigħ fil-ġogi

diffikultà biex torqod (insomnja)

sogħla

mnieħer irritat jew inixxi

raxx

jaqa’ x-xagħar (alopeċja).

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100:

Effetti sekondarji mhux komuni li jistgħu jidhru minn testijiet tad-demm huma:

tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tgħaqid tad-demm (tromboċitopenija)

għadd baxx ta’ ċelluli ħomor (anemija) jew għadd baxx ta’ ċelluli bojod (newtropenija)

żieda fil-livell ta’ enzimi tal-fwied.

Effetti sekondarji rari

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000:

reazzjoni allerġika serja li tikkawża nefħa fil-wiċċ, l-ilsien jew il-gerżuma li tista twassal għal diffikulta biex wieħed jibla' jew jieħu n-nifs

infjammazzjoni tal-frixa (pankrejatite)

diżintegrazzjoni tat-tessut tal-muskolu

disturbi fil-fwied, bħal suffejra, fwied kbir aktar mis-soltu, jew xaħam fil-fwied, infjammazzjoni (epatite).

Effett sekondarju rari li jista’ jidher f’testijiet tad-demm huwa:

żieda f’enzima msejħa amylase.

Effetti sekondarji rari ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000:

Aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm)

tnemnim jew titrix fid-dirghajn. fir-riġlejn, fl-idejn jew fis-saqajn.

Effett sekondarju rari ħafna li jista’ jidher minn tesijiet tad-demm huwa:

mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli ħomor tad-demm ġodda (aplasja pura taċ-ċelluli l-

ħomor).

Jekk ikollok effetti sekondarji

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew idejqek, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett.

Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV

Terapija b’taħlita ta’ mediċini li tinkludi Epivir tista’ tikkawża kundizzjonijiet oħra li jiżviluppaw waqt il-kura tal-HIV.

Infezzjonijiet tal-passat jistgħu jerġgħu jfiġġu b’qawwa

Persuni b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfa, u hemm probabbilità akbar li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Meta dawn il- persuni jibdew il-kura, huma jistgħu jinnutaw li infezzjonijiet moħbija tal-passat jerġgħu jfiġġu b’qawwa, filwaqt li jikkawżaw sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni. Dawn is-sintomi x’aktarx li huma kkawżati mis-sistema immuni tal-ġisem li tkun qed issir aktar b’saħħitha, biex il-ġisem jibda’ jiġġieled dawn l-infezzjonijiet.

Minbarra infezzjonijiet opportunistiċi, jistgħu jseħħu wkoll disturbi awtoimmuni (kondizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessuti f’saħħithom tal-ġisem ) wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu diversi xhur wara l-bidu tal-kura tiegħek. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni jew sintomi oħra bħal dgħjufija fil-muskoli, dgħjufija li tibda fl-idejn u s-saqajn u timxi ’l fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek immedjatament għall-kura meħtieġa.

Jekk inti jkollok xi sintomi ta’ infezzjoni waqt li tkun qed tieħu Epivir:

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Inti jista’ jkollok problemi bl-għadam

Xi persuni li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni msejħa ostjonekrożi. B’din il-kundizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam imutu minħabba nuqqas ta’ provvista tad-demm lejn l-għadam. Persuni għandhom aktar probabbiltà li jkollhom din il-kundizzjoni:

jekk ikun ilhom jieħdu terapija mħallta għal żmien twil

jekk huma jkunu qed jieħdu wkoll mediċini antiinfjammatorji msejħa korikosterojdi

jekk jixorbu l-alkoħol

jekk is-sistema immuni tagħhom hija dgħajfa ħafna

jekk għandhom piż żejjed.

Sinjali ta’ ostjonekrożi jinkludu:

ebusija fil-ġogi

uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, fl-irkoppa u fl-ispalla)

diffikultà biex tiċċaqlaq.

Jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi:

Għid lit-tabib tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Epivir

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tiħux din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kontenitur.

Armih wara xahar minn meta tiftħu l-ewwel darba.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Epivir

Is-sustanza attiva hija lamivudine.

Is-soluzzjoni orali fiha wkoll dawn is-sustanzi oħra li ġejjin: zokkor (sucrose 3 g/15 ml), methyl parahydroxybenzoate, propyl parahydroxybenzoate, anhydrous citric acid, sodium citrate, propylene glycol, ilma, togħmiet artifiċjali ta’ frawli u ta’ banana.

Kif jidher Epivir u l-kontenut tal-pakkett

Is-soluzzjoni orali ta’ Epivir tiġi fi flixkun abjad tal-polyethyleneli jkun fih 250 ml ta’ soluzzjoni.

Siringa biex tiġbed id-doża u adapter għall-flixkun jiġu mal-pakkett.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni

 

għat-Tqegħid fis-Suq

Aspen Bad Oldesloe GmbH

ViiV Healthcare UK Limited

Industriestrasse 32-36

980 Great West Road

23843 Bad Oldesloe

Brentford

Il-Ġermanja

Middlesex

 

TW8 9GS

 

Ir-Renju Unit

Glaxo Operations UK Ltd

 

(trading as GlaxoWellcome

 

Operations)

 

Harmire Road

 

Barnard Castle

 

Co. Durham DL12 8DT

 

Ir-Renju Unit

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

ViiV Healthcare sprl/bvba

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 65 00

Tel: + 370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

България

Luxembourg/Luxemburg

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

ViiV Healthcare sprl/bvba

Teл.: + 359 2 953 10 34

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 65 00

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline s.r.o.

GlaxoSmithKline Kft.

Tel: + 420 222 001 111

Tel.: + 36 1 225 5300

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Malta

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline (Malta) Limited

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 356 21 238131

dk-info@gsk.com

 

Deutschland

Nederland

ViiV Healthcare GmbH

ViiV Healthcare BV

Tel.: + 49 (0)89 203 0038-10

Tel: + 31 (0)30 6986060

viiv.med.info@viivhealthcare.com

contact-nl@viivhealthcare.com

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline AS

Tel: + 372 6676 900

Tlf: + 47 22 70 20 00

estonia@gsk.com

firmapost@gsk.no

Ελλάδα

Österreich

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GlaxoSmithKline Pharma GmbH

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Tel: + 43 (0)1 97075 0

 

at.info@gsk.com

España

Polska

Laboratorios ViiV Healthcare, S.L.

GSK Services Sp. z o.o.

Tel: + 34 902 051 260

Tel.: + 48 (0)22 576 9000

es-ci@viivhealthcare.com

 

France

Portugal

ViiV Healthcare SAS

VIIVHIV HEALTHCARE, UNIPESSOAL,

Tél.: + 33 (0)1 39 17 6969

LDA.

Infomed@viivhealthcare.com

Tel: + 351 21 094 08 01

 

viiv.fi.pt@viivhealthcare.com

Hrvatska

România

GlaxoSmithKline d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: +385 1 6051 999

Tel: + 4021 3028 208

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 4955000

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

 

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

ViiV Healthcare S.r.l.

GlaxoSmithKline Oy

Tel: + 39 (0)45 9212611

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

ViiV Healthcare UK Limited

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)800 221441

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Epivir 300 mg pilloli miksijin b'rita lamivudine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra.Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Epivir u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Epivir

3.Kif għandek tieħu Epivir

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Epivir

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Epivir u għalxiex jintuża

Epivir jintuża biex jikkura l-infezzjoni bl-HIV (virus tal-immunodefiċjenza umana) fl-adulti u fit-tfal.

Is-sustanza attiva f’Epivir hija lamivudine. Epivir huwa tip ta’ mediċina magħrufa bħala antiretrovirali. Huwa jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ reverse transcriptase analogi għal nucleoside (NRTI).

Epivir ma jfejjaqx għal kollox l-infezzjoni bl-HIV; huwa jnaqqas l-ammont ta’ virus fil-ġisem, u jżommu f’livell baxx. Huwa jżid ukoll l-għadd taċ-ċelluli CD4 fid-demm tiegħek. Iċ-ċelluli CD4 huma tip ta’ ċelluli tad-demm bojod, li huma importanti biex jgħinu l-ġisem jiġġieled l-infezzjoni.

Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Epivir bl-istess mod. It-tabib tiegħek jimmonitorja kemm hija effettiva l-kura.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Epivir

Tiħux Epivir:

jekk inti allerġiku għal lamivudine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- Sezzjoni 6).

Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk inti taħseb li dan japplika għalik.

Oqgħod attent ħafna b’Epivir

Xi persuni li jieħdu Epivir jew taħlita oħra ta’ kuri għall-HIV għandhom riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Inti għandek tkun tak li hemm riskji iżjed mis-soltu:

jekk inti qatt kellek mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite B jew C (jekk għandek infezzjoni tal- epatite B, tiqafx tieħu Epivir mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, minħabba li l-epatite tista’ titfaċċa mill-ġdid).

jekk inti għandek piż żejjed b’mod gravi (speċjalment jekk inti mara)

• jekk inti jew ibnek/bintek għandek mard tal-kliewi, jista’ jkun hemm bżonn li tinbidellek id-doża

Kellem lit-tabib tiegħek jekk kwalunkwe waħda minn dawn tapplika għalik. Inti jista’ jkollok bżonn iżjed check-ups minn ħaddieħor, li jinkludu testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina. Ara Sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni.

Oqogħod attent għal sintomi importanti

Xi persuni li jieħdu mediċini għall-infezzjoni bl-HIV jiżviluppaw kondizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Inti għandek bżonn tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Epivir.

Aqra l-informazzjoni ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’

Ipproteġi persuni oħra

Infezzjoni bl-HIV tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit- trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, billi wieħed juża labar għall-injezzjoni wara ħaddieħor).

Xorta tista’ titrasmetti l-HIV waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jitbaxxa b’terapija antiretrovirali effettiva.

Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tevita li tinfetta lil nies oħrajn.

Mediċini oħra u Epivir

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi mediċina oħra, jew jekk dan l-aħħar ħadt xi mediċini, li jinkludu mediċini magħmulin mill-ħxejjex jew mediċini oħrajn li inti xtrajt mingħajr riċetta.

Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti tibda tieħu mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Epivir.

Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw ma’ Epivir:

mediċini oħra li fihom lamivudine, (jintużaw biex jikkuraw infezzjoni bl-HIV jew infezzjoni tal-epatite B)

emtricitabine (jintuża biex jikkura infezzjoni bl-HIV)

dożi għoljin ta’ co-trimoxazole, antibijotiku.

cladribine, jintuża għall-kura ta’ lewkimja taċ-ċellula sufija

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tiġi kkurat bi kwalunkwe waħda minn dawn.

Tqala

Jekk inti tqila, jekk tinqabad tqila, jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila, kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji għalik u għat-tarbija tiegħek jekk tieħu Epivir.

Epivir u mediċini jixbhuh jistgħu jikkawżaw effetti sekondarji fi trabi li għadhom fil-ġuf. Jekk ħadt Epivir waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet tad-demm regolari u testijiet dijanjostiċi oħra sabiex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommijiethom kienu ħadu NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-protezzjoni kontra l-HIV kien akbar mir-riskju tal- effetti sekondarji.

Treddigħ

Nisa li huma pożittivi għal HIV m’għandhomx ireddgħu, minħabba li l-infezzjoni bl-HIV tista’ tgħaddi lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.

Ammont żgħir tal-ingredjenti f’Epivir jista’ jgħaddi wkoll fil-ħalib tas-sider tiegħek.

Jekk qed tredda’, jew qed taħseb biex tredda’:

Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Epivir x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

3. Kif għandek tieħu Epivir

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Ibla’ l-pilloli sħaħ ma’ ftit ilma. Epivir jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajru.

Jekk ma tistax tibla’ l-pilloli sħaħ, tista’ tfarrakhom u tħallathom ma’ ftit ikel jew ma’ xarba, u tieħu d- doża kollha minnufih.

Żomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek.

Epivir jgħin biex jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Inti għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex iżżomm il-marda tiegħek milli tmur għall-agħar. Inti xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni bl-HIV.

Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek u tiqafx tieħu Epivir mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Kemm għandek tieħu

Adulti, adolexxenti u tfal li jiżnu tal-inqas 25 kg:

Id-doża tas-soltu hija pillola waħda ta’ 300 mg darba kuljum:

Hija disponibbli wkoll pillola ta’ Epivir b’qawwa ta’ 150 mg għall-kura ta’ tfal minn 3 xhur u li jiżnu inqas minn 25 kg:

Soluzzjoni orali hija wkoll disponibbli għall-kura ta’ tfal li għandhom aktar minn 3 xhur, jew għal persuni li għandhom bżonn doża anqas mis-soltu, jew li ma jistgħux jieħdu l-pilloli.

Jekk għandek xi problema fil-kliewi, id-doża tiegħek tista’ tinbidel.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik.

Jekk tieħu Epivir aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu ż-żejjed Epivir dan x’aktarx li ma jikkawżax xi problemi serji. Jekk tieħu ż- żejjed, għid b’dan lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jew ikkuntattja d-dipartiment tal-emerġenza ta’ sptar qrib tiegħek għal aktar pariri.

Jekk tinsa tieħu Epivir

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Imbagħad kompli l-kura tiegħek bħal qabel. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

4. Effetti sekondarji possibbli

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment relatat mas-saħħa u mal-istil tal-ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jagħmillek testijiet għal dawn il- bidliet.

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, huwa diffiċili tgħid jekk sintomu huwiex effett sekondarju ta’ Epivir jew ta’ mediċini oħra li tkun qed tieħu, jew effett tal-marda tal-HIV innifisha. Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe tibdiliet f'saħħtek.

Flimkien mal-effetti sekondarji għal Epivir elenkati hawn taħt, jistgħu jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra waqt li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV.

Huwa importanti li taqra l-informazzjoni aktar l-isfel f’din is-sezzjoni taħt ‘Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV’.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10:

uġigħ ta’ ras

tħossok imdardar (tqalligħ)

taqla’ (rimettar)

dijarea

uġigħ fl-istonku

għeja, nuqqas ta’ enerġija

deni (temperatura għolja)

tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

uġigħ u skonfort fil-muskoli

uġigħ fil-ġogi

diffikultà biex torqod (insomnja)

sogħla

mnieħer irritat jew inixxi

raxx

jaqa’ x-xagħar (alopeċja).

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100:

Effetti sekondarji mhux komuni li jistgħu jidhru minn testijiet tad-demm huma:

tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tgħaqid tad-demm (tromboċitopenija)

għadd baxx ta’ ċelluli ħomor (anemija) jew għadd baxx ta’ ċelluli bojod (newtropenija)

żieda fil-livell ta’ enzimi tal-fwied.

Effetti sekondarji rari

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000:

reazzjoni allerġika serja li tikkawża nefħa fil-wiċċ, l-ilsien jew il-gerżuma li tista twassal għal diffikulta biex wieħed jibla' jew jieħu n-nifs

infjammazzjoni tal-frixa (pankrejatite)

diżintegrazzjoni tat-tessut tal-muskolu

disturbi fil-fwied, bħal suffejra, fwied kbir aktar mis-soltu, jew xaħam fil-fwied, infjammazzjoni (epatite).

Effett sekondarju rari li jista’ jidher f’testijiet tad-demm huwa:

żieda f’enzima msejħa amylase.

Effetti sekondarji rari ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000:

Aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm)

tnemnim jew titrix fid-dirghajn. fir-riġlejn, fl-idejn jew fis-saqajn.

Effett sekondarju rari ħafna li jista’ jidher minn tesijiet tad-demm huwa:

mudullun tal-għadam li ma jipproduċix ċelluli ħomor tad-demm ġodda (aplasja pura taċ-ċelluli l-

ħomor).

Jekk ikollok effetti sekondarji

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew idejqek, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett.

Effetti sekondarji oħra li jista’ jkun hemm b’terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV

Terapija b’taħlita ta’ mediċini li tinkludi Epivir tista’ tikkawża kundizzjonijiet oħra li jiżviluppaw waqt il-kura tal-HIV.

Infezzjonijiet tal-passat jistgħu jerġgħu jfiġġu b’qawwa

Persuni b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfa, u hemm probabbilità akbar li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Meta dawn il- persuni jibdew il-kura, huma jistgħu jinnutaw li infezzjonijiet moħbija tal-passat jerġgħu jfiġġu b’qawwa, filwaqt li jikkawżaw sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni. Dawn is-sintomi x’aktarx li huma kkawżati mis-sistema immuni tal-ġisem li tkun qed issir aktar b’saħħitha, biex il-ġisem jibda’ jiġġieled dawn l-infezzjonijiet.

Minbarra infezzjonijiet opportunistiċi, jistgħu jseħħu wkoll disturbi awtoimmuni (kondizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessuti f’saħħithom tal-ġisem ) wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu diversi xhur wara l-bidu tal-kura tiegħek. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni jew sintomi oħra bħal dgħjufija fil-muskoli, dgħjufija li tibda fl-idejn u s-saqajn u timxi ’l fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek immedjatament għall-kura meħtieġa.

Jekk inti jkollok xi sintomi ta’ infezzjoni waqt li tkun qed tieħu Epivir:

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Inti jista’ jkollok problemi bl-għadam

Xi persuni li jieħdu terapija b’taħlita ta’ mediċini għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni msejħa ostjonekrożi. B’din il-kundizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam imutu minħabba nuqqas ta’ provvista tad-demm lejn l-għadam. Persuni għandhom aktar probabbiltà li jkollhom din il-kundizzjoni:

jekk ikun ilhom jieħdu terapija mħallta għal żmien twil

jekk huma jkunu qed jieħdu wkoll mediċini antiinfjammatorji msejħa korikosterojdi

jekk jixorbu l-alkoħol

jekk is-sistema immuni tagħhom hija dgħajfa ħafna

jekk għandhom piż żejjed.

Sinjali ta’ ostjonekrożi jinkludu:

ebusija fil-ġogi

uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, fl-irkoppa u fl-ispalla)

diffikultà biex tiċċaqlaq.

Jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi:

Għid lit-tabib tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Epivir

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tiħux din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna.

Taħżinx Epivir f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Epivir

Is-sustanza attiva hija lamivudine.

Il-pilloli fihom ukoll dawn is-sustanzi oħra li ġejjin:

Il-qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, sodium starch glycollate (gluten free), magnesium stearate

Il-kisja tar-rita: hypromellose, titanium dioxide, black iron oxide (E172), macrogol, polysorbate 80

Kif jidher Epivir u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Epivir ta’ 300 mg miksijin b'rita jiġu fi fliexken bojod tal-polyethylene jew f’folji li jkun fihom 30 pillola. Huma pilloli griżi, forma ta’ djamant, miksijin b’rita u mmarkati bil-kodiċi 'GXEJ7' fuq naħa waħda.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-

 

Tqegħid fis-Suq

Glaxo Operations UK Limited

Glaxo Group Ltd

(trading as Glaxo Wellcome

Greenford Road

Operations)

Greenford

Priory Street

Middlesex UB6 0NN

Ware

Ir-Renju Unit

Herts SG12 0DJ

 

Ir-Renju Unit

 

jew

 

GlaxoSmithKline

 

Pharmaceuticals S.A.

 

ul. Grunwaldzka 189

 

60-322 Poznan

 

Il-Polonja

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

ViiV Healthcare sprl/bvba

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 65 00

Tel: + 370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

България

Luxembourg/Luxemburg

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

ViiV Healthcare sprl/bvba

Teл.: + 359 2 953 10 34

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 65 00

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline s.r.o.

GlaxoSmithKline Kft.

Tel: + 420 222 001 111

Tel.: + 36 1 225 5300

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Malta

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline (Malta) Limited

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 356 21 238131

dk-info@gsk.com

 

Deutschland

Nederland

ViiV Healthcare GmbH

ViiV Healthcare BV

Tel.: + 49 (0)89 203 0038-10

Tel: + 31 (0)30 6986060

viiv.med.info@viivhealthcare.com

contact-nl@viivhealthcare.com

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline AS

Tel: + 372 6676 900

Tlf: + 47 22 70 20 00

estonia@gsk.com

firmapost@gsk.no

Ελλάδα

Österreich

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GlaxoSmithKline Pharma GmbH

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Tel: + 43 (0)1 97075 0

 

at.info@gsk.com

España

Polska

Laboratorios ViiV Healthcare, S.L.

GSK Services Sp. z o.o.

Tel: + 34 902 051 260

Tel.: + 48 (0)22 576 9000

es-ci@viivhealthcare.com

 

France

Portugal

ViiV Healthcare SAS

VIIVHIV HEALTHCARE, UNIPESSOAL,

Tél.: + 33 (0)1 39 17 6969

LDA.

Infomed@viivhealthcare.com

Tel: + 351 21 094 08 01

 

viiv.fi.pt@viivhealthcare.com

Hrvatska

România

GlaxoSmithKline d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: +385 1 6051 999

Tel: + 4021 3028 208

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 4955000

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

 

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

ViiV Healthcare S.r.l.

GlaxoSmithKline Oy

Tel: + 39 (0)45 9212611

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

ViiV Healthcare UK Limited

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)800 221441

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati