Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Erivedge (vismodegib) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XX43

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaErivedge
Kodiċi ATCL01XX43
Sustanzavismodegib
ManifatturRoche Registration Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Erivedge 150 mg kapsuli ibsin vismodegib

Erivedge jista’ jikkawża difetti severi tat-twelid. Jista’ jwassal għall-mewt ta’ tarbija qabel ma titwieled jew ftit wara li titwieled. M’għandekx toħroġ tqila waqt li qed tieħu din il-mediċina.

Għandek issegwi l-pariri dwar il-kontraċezzjoni deskritti f’dan il-fuljett.

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara sezzjoni 4 dwar kif għandhom jiġu rappurtati effetti sekondarji.

Aqra l-fuljett ta’ tagħrif kollu bir-reqqa qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Erivedge u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Erivedge

3.Kif għandek tieħu Erivedge

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Erivedge

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Erivedge u għalxiex jintuża

X’inhu Erivedge

Erivedge huwa mediċina kontra l-kanċer u fiha s-sustanza attiva vismodegib.

Għalxiex jintuża Erivedge

Erivedge jintuża biex jikkura adulti b’tip ta’ kanċer tal-ġilda msejjaħ karċinoma avanzata taċ-ċellula bażi. Jintuża meta l-kanċer:

ikun infirex għal partijiet oħra tal-ġisem (imsejjaħ karċinoma “metastatika” taċ-ċelluli bażi)

ikun infirex lejn żoni fil-viċin (imsejjaħ karċinoma “avanzata lokalment” taċ-ċelluli bażi) u t- tabib tiegħek jiddeċiedi li kura b’kirurġija jew radjazzjoni mhux xierqa.

Kif jaħdem Erivedge

Karċinoma taċ-ċellula bażi tiżviluppa meta d-DNA fiċ-ċelluli tal-ġilda normali ssirilha l-ħsara u l- ġisem ma jkunx jista’ jsewwi l-ħsara. Din il-ħsara tista’ tibdel il-mod kif jaħdmu ċerti proteini f’dawn iċ-ċelluli u ċ-ċelluli bil-ħsara isiru kanċerużi u jibdew jikbru u jiddividu. Erivedge huwa mediċina kontra l-kanċer li jaħdem billi jikkontrolla waħda mill-proteini prinċipali involuti f’karċinoma taċ-

ċellula bażi. Dan jista’ jnaqqas jew iwaqqaf it-tkabbir taċ-ċelluli tal-kanċer, jew jista’ joqtolhom.

B’riżultat ta’ dan, il-kanċer tal-ġilda tiegħek jista’ jiċkien.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Erivedge

Aqra l-istruzzjonijiet speċifiċi mogħtija lilek mit-tabib tiegħek, b’mod partikulari dwar l-effetti ta’ Erivedge fuq trabi li għadhom ma twieldux.

Aqra b’attenzjoni u segwi l-istruzzjonijiet tal-fuljett tal-pazjent u l-kartuna biex tfakkar lill-pazjent mogħtija lilek mit-tabib tiegħek.

Tiħux Erivedge:

jekk inti allerġiku għal vismodegib jew għal xi ingredjenti oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla f’ sezzjoni 6).

jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila, jew qed tippjana li jkollok tarbija matul il-kors tal-kura jew matul l-24 xahar wara l-aħħar doża tiegħek ta’ din il-mediċina. Dan għax Erivedge jista’ jagħmel ħsara jew jikkawża l-mewt tat-tarbija li għadha ma twelditx tiegħek.

jekk qed tredda’ jew qed tippjana li tredda’ matul il-kors tal-kura jew matul l-24 xahar wara l- aħħar doża tiegħek ta’ din il-mediċina. Dan għax mhux magħruf jekk Erivedge jistax jgħaddi fil-ħalib tiegħek u jikkawża ħsara lit-tarbija tiegħek.

jekk inti tista’ toħroġ tqila iżda ma tistax jew ma tixtieqx issegwi l-miżuri meħtieġa għall- prevenzjoni tat-tqala li huma elenkati fil-Programm għall-Prevenzjoni tat-Tqala ta’

Erivedge.

jekk qed tieħu wkoll St John’s wort (Hypericum perforatum) – mediċina mill-ħxejjex użata għad-depressjoni (ara “Mediċini oħra u Erivedge”).

Aktar informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet imsemmija fuq tinsab fis-sezzjonijiet “Tqala, treddigħ u fertilità” u “Kontraċezzjoni - għall-irġiel u n-nisa”.

Tiħux din il-mediċina jekk xi waħda minn ta’ hawn fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Erivedge.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Erivedge jekk għandek mistoqsijiet dwar l- informazzjoni f’din is-sezzjoni:

M’għandekx tagħti demm waqt il-kura u għal 24 xahar wara l-aħħar doża tiegħek ta’ din il- mediċina.

Jekk inti raġel, m’għandekx tagħti semen waqt il-kura u għal xahrejn wara l-aħħar doża.

It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja l-ġilda tiegħek b’mod regolari għal tip ta’ kanċer imsejjaħ "karċinoma taċ-ċellula skwamuża tal-ġilda" (SCC - cutaneous squamous cell carcinoma). Mhux magħruf jekk SCC hijiex relatata mal-kura b’Erivedge. Is-soltu dan it-tip ta’ ferita tidher fuq ġilda li għandha ħsara kkawżata mix-xemx, tibqa’ lokalizzata u tista’ titfejjaq. Għid lit-tabib tiegħek f’każ li tinnota xi tibdil fil-ġilda tiegħek.

Qatt m’għandek tagħti din il-mediċina lil ħaddieħor. Għandek tieħu lura kapsuli mhux użati fl- aħħar tal-kura tiegħek. Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek dwar fejn għandek tirritorna l- kapsuli.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Erivedge fi tfal u adolexxenti b’età inqas minn 18-il sena mhux irrakkomandat. Dan għax mhux magħruf jekk huwiex sigur jew effettiv f’persuni f’dan il-grupp ta’ età. Erivedge jista’ jwaqqaf l-għadam milli jkompli jikber. Dan jista’ jseħħ anki wara li jitwaqqaf Erivedge. Problemi bi snien u għadam li qed jikbru kienu osservati fi studji fuq l-annimali b’din il-mediċina.

Mediċini oħra u Erivedge

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew stajt ħadt xi mediċini oħra. Dan jinkludi wkoll mediċini mingħajr riċetta, vitamini u mediċini mill-ħxejjex.

Xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-mod kif jaħdem Erivedge, jew jagħmluha aktar probabbli li jkollok effetti sekondarji. Erivedge jista’ wkoll jaffettwa kif jaħdmu xi mediċini oħrajn.

B’mod partikolari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:

rifampicin – użat għall-infezzjonijiet ikkawżati minn batterji,

carbamazepine, phenytoin – użati għall-epilessija,

ezetimibe u statins bħal atorvastatin, fluvastatin, pravastatin, rosuvastatin, simvastatin – użati għall-kolesterol għoli,

bosentan, glibenclamide, repaglinide, valsartan,

topotecan – użat għal ċertu tipi ta’ kanċer,

sulfasalazine – użat għal ċertu disturbi infjammatorji, u b’mod speċjali,

St. John’s wort (Hypericum perforatum) – mediċina mill-ħxejjex użata għad-depressjoni, peress li m’għandekx tużaha fl-istess żmien ma’ Erivedge.

Tqala, treddigħ u fertilità

Tqala

Tiħux Erivedge jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija matul il-kors tal-kura jew matul l-24 xahar wara l-aħħar doża tiegħek ta’ din il-mediċina.

Għandek twaqqaf il-kura u tgħarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk: ma jiġikx jew taħseb li qbiżt pirjid mestrwali, jew jekk għandek fsada mestrwali mhux tas-soltu, jew tissuspetta li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt il-kura b’Erivedge, għandek twaqqaf il-kura u tgħarraf lit-tabib tiegħek minnufih.

Erivedge jista’ jikkawża difetti severi tat-twelid. Jista’ wkoll iwassal għall-mewt tat-tarbija qabel titwieled. Istruzzjonijiet speċifiċi (il-Programm għall-Prevenzjoni tat-Tqala ta’ Erivedge), mogħtija lilek mit-tabib tiegħek fihom informazzjoni speċjalment dwar l-effetti ta’ Erivedge fuq trabi mhux imwielda.

Treddigħ

M’għandekx tredda’ matul il-kura u għal 24 xahar wara l-aħħar doża ta’ din il-mediċina. Mhux magħruf jekk Erivedge jistax jgħaddi fil-ħalib tas-sider tiegħek u jikkawża ħsara lit-tarbija tiegħek.

Fertilità

Erivedge jista’ jaffettwa l-ħila tal-mara li jkollha it-tfal. Xi nisa li jieħdu Erivedge waqfilhom il-pirjid mestrwali tagħhom. Jekk dan jiġri lilek, mhux magħruf jekk il-pirjids tiegħek jerġgħux lura. Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq li jkollok it-tfal fil-futur.

Kontraċezzjoni – għall-irġiel u n-nisa

Għal nisa li jieħdu Erivedge

Qabel tibda l-kura, staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax toħroġ tqila. Anki jekk il-pirjids mestrwali tiegħek waqfu, huwa essenzjali li ssaqsi lit-tabib tiegħek jekk hemmx xi riskju li tista’ toħroġ tqila.

Jekk tista’ toħroġ tqila:

għandek tieħu prekawzjonijiet biex ma toħroġx tqila waqt li qed tieħu Erivedge

uża 2 metodi ta’ kontraċezzjoni, metodu wieħed effettiv ħafna u metodu wieħed ta’ barriera (jekk jogħġbok ara l-eżempji hawn taħt)

għandek tkompli l-kontraċezzjoni għal 24 xahar wara l-aħħar doża ta’ din il-mediċina – għax

Erivedge jista’ jibqa’ fil-ġisem tiegħek sa 24 xahar wara l-aħħar doża tiegħek.

Metodu ta’ kontraċezzjoni rrakkomandata: Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar żewġ metodi ta’ kontraċezzjoni għalik.

Uża metodu wieħed effettiv ħafna, bħal:

injezzjoni kontraċettiva depot

apparat ġewwa l-utru (“il-kojl” jew IUD - intra-uterine device)

sterilizzazzjoni permezz ta’ kirurġija.

Għandek tuża wkoll metodu ta’ barriera, bħal:

kondom (bi spermiċida, jekk disponibbli)

dijaframma (bi spermiċida, jekk disponibbli).

It-tabib tiegħek se jkun ċert li jittestjak għat-tqala:

fi żmien massimu ta’ 7 ijiem qabel tibda l-kura – biex ikun żgur li inti ma tkunx diġà tqila

kull xahar waqt il-kura.

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek immedjatament matul il-kors tal-kura jew matul l-24 xahar wara l- aħħar doża tiegħek ta’ din il-mediċina jekk:

għal xi raġuni taħseb li l-kontraċezzjoni tiegħek ma kinitx effettiva,

il-pirjids mestrwali tiegħek jieqfu,

tieqaf tuża kontraċezzjoni,

teħtieġ li tbiddel il-kontraċezzjoni.

Għal irġiel li jieħdu Erivedge

Erivedge jista’ jgħaddi fis-semen. Dejjem għandek tuża kondom (bi spermiċida, jekk disponibbli) anki wara vasektomija, meta tagħmel sess ma’ sieħba femminili. Agħmel dan waqt il-kura u għal xahrejn wara l-aħħar doża tiegħek ta’ din il-mediċina.

M’għandekx tagħti semen waqt il-kura u għal xahrejn wara l-aħħar doża tiegħek ta’ din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Erivedge x’aktarx li ma jkollux effett fuq il-ħila tiegħek li ssuq, tuża għodda jew tħaddem magni.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk m’intix ċert.

Erivedge fih lactose u sodium

Erivedge fih tip ta’ zokkor imsejjaħ lactose. Jekk ġejt mgħarraf mit-tabib tiegħek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull kapsula, jiġifieri essenzjalment ‘mingħajr sodium’.

3.Kif għandek tieħu Erivedge

Dejjem għandek tieħu Erivedge skont il-parir ta-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew spiżjar jekk m’intix ċert.

Meta tieħu din il-mediċina

Id-doża rakkomandata hija kapsula waħda kuljum.

Ibla’ l-kapsula sħiħa ma’ xarba ilma.

Tfarrakx, tiftaħx u tomgħodx il-kapsula, biex jiġi evitat esponiment mhux intenzjonat għall- kontenut tal-kapsula.

Erivedge jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajr ikel.

Jekk tieħu Erivedge aktar milli suppost

Jekk tieħu Erivedge aktar milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tieħu Erivedge

Tiħux doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu, iżda kompli bid-doża skedata li jmiss.

Jekk tieqaf tieħu Erivedge

Tieqafx tieħu din il-mediċina qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek għax dan jista’ jagħmel il-kura tiegħek inqas effettiva.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Erivedge jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Erivedge jista’ jikkawża difetti severi tat-twelid. Jista’ jwassal ukoll għall-mewt ta’ tarbija qabel ma titwieled jew ftit wara li titwieled. M’għandekx toħroġ tqila waqt li qed tieħu din il-mediċina (ara sezzjoni 2 “Tiħux Erivedge” u “Tqala, treddigħ u fertilità”).

Effetti sekondarji oħra huma ppreżentati skont is-severità u l-frekwenza:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

telf tal-pirjids mestrwali ta’ kull xahar f’nisa ta’ età li jistgħu joħorġu tqal,

telf ta’ aptit u telf ta’ piż

tħossok għajjien/a,

spażmu fil-muskoli,

dijarea,

telf ta’ xagħar (alopeċja),

raxx,

bidla fit-togħma jew telf komplut tat-togħma,

stitikezza,

rimettar jew tħoss li trid tirremetti (tqalligħ),

stonku mdardar jew indiġestjoni,

uġigħ fil-ġogi,

uġigħ (b’mod ġenerali) jew uġigħ f’dirgħajk, saqajk,

ħakk.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

uġigħ f’sidrek, daharek jew ġenbejk,

nuqqas ta’ enerġija jew dgħufija (astenja),

telf ta’ ilma mill-ġisem (deidratazzjoni),

uġigħ fil-muskoli, tendons, ligamenti, għadam,

uġigħ ta’ stonku,

telf tat-togħma,

tkabbir ta’ xagħar mhux normali,

telf tax-xagħar tal-għajnejn (madarosi),

tibdil fit-testijiet tad-demm, li jinkludu valuri miżjuda fit-testijiet tal-fwied jew valuri miżjuda fil-creatine phosphokinase (proteina li fil-biċċa l-kbira tiġi mill-muskoli).

Frekwenza mhux magħrufa

L-għadam jieqaf jikber (fużjoni prematura tal-epifisi)

Rapportar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarji kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Erivedge

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 °C.

Żomm il-flixkun magħluq sewwa sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku.

Fl-aħħar tal-kura tiegħek għandek tieħu lura kwalunkwe kapsuli mhux użati. Dan jipprevjeni użu ħażin u jgħin biex jipproteġi l-ambjent. Kellem lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek dwar fejn għandek tirritorna l-mediċina.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Erivedge

Is-sustanza attiva hija vismodegib. Kull kapsula iebsa fiha 150 mg ta’ vismodegib.

L-ingredjenti l-oħra huma:

Kontenut tal-kapsula: microcrystalline cellulose, lactose monohydrate, sodium lauril sulfate, povidone (K29/32), sodium starch glycolate (Tip A), talc u magnesium stearate.

Qoxra tal-kapsula: iron oxide aħmar (E172), iron oxide iswed (E172), titanium dioxide, ġelatina,

Linka għall-istampar: żlieġa ta’ shellac u iron oxide iswed (E172).

Kif jidher Erivedge u l-kontenuti tal-pakkett

Il-kapsuli għandhom qafas opak ta’ lewn roża mmarkat b’“150 mg” u għatu griż immarkat b’“VISMO” b’linka sewda li tista’ tittiekel. Dawn huma disponibbli fi fliexken b’għatu bil-kamin li ma jinfetaħx mit-tfal li fihom 28 kapsula. Kull pakkett fih flixkun wieħed.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Roche Registration Limited 6 Falcon Way

Shire Park

Welwyn Garden City AL7 1TW

Ir-Renju Unit

Manifattur

Roche Pharma AG

Emil-Barell-Strasse 1

D-79639 Grenzach-Wyhlen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

N.V. Roche S.A.

UAB “Roche Lietuva”

Tél/Tel: +32 (0) 2 525 82 11

Tel: +370 5 2546799

България

Luxembourg/Luxemburg

Рош България ЕООД

(Voir/siehe Belgique/Belgien)

Тел: +359 2 818 44 44

 

Česká republika

Magyarország

Roche s. r. o.

Roche (Magyarország) Kft.

Tel: +420 - 2 20382111

Tel: +36 - 23 446 800

Danmark

Malta

Roche a/s

(Ara United Kingdom)

Tlf: +45 - 36 39 99 99

 

Deutschland

Nederland

Roche Pharma AG

Roche Nederland B.V.

Tel: +49 (0) 7624 140

Tel: +31 (0) 348 438050

Eesti

Norge

Roche Eesti OÜ

Roche Norge AS

Tel: + 372 - 6 177 380

Tlf: +47 - 22 78 90 00

Ελλάδα

Österreich

Roche (Hellas) A.E.

Roche Austria GmbH

Τηλ: +30 210 61 66 100

Tel: +43 (0) 1 27739

España

Polska

Roche Farma S.A.

Roche Polska Sp.z o.o.

Tel: +34 - 91 324 81 00

Tel: +48 - 22 345 18 88

France

Portugal

Roche

Roche Farmacêutica Química, Lda

Tél: +33 (0) 1 47 61 40 00

Tel: +351 - 21 425 70 00

Hrvatska

România

Roche d.o.o

Roche România S.R.L.

Tel: +385 1 4722 333

Tel: +40 21 206 47 01

Ireland

Slovenija

Roche Products (Ireland) Ltd.

Roche farmacevtska družba d.o.o.

Tel: +353 (0) 1 469 0700

Tel: +386 - 1 360 26 00

Ísland

Slovenská republika

Roche a/s

Roche Slovensko, s.r.o.

c/o Icepharma hf

Tel: +421 - 2 52638201

Sími: +354 540 8000

 

Italia

Suomi/Finland

Roche S.p.A.

Roche Oy

Tel: +39 - 039 2471

Puh/Tel: +358 (0) 10 554 500

Kύπρος

Sverige

Γ.Α.Σταμάτης & Σια Λτδ.

Roche AB

Τηλ: +357 - 22 76 62 76

Tel: +46 (0) 8 726 1200

Latvija

United Kingdom

Roche Latvija SIA

Roche Products Ltd.

Tel: +371 - 6 7 039831

Tel: +44 (0) 1707 366000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ŻEE fis-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Bħala parti mill-Programm għall-Prevenzjoni tat-Tqala ta’ Erivedge, il-pazjenti kollha se jirċievu:

Fuljett għall-Pazjent

Kartuna biex tfakkar lill-pazjent

Jekk jogħġbok irreferi għal dawn id-dokumenti għal aktar informazzjoni.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati