Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Feraccru (ferric maltol) – Fuljett ta’ tagħrif - B03AB

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFeraccru
Kodiċi ATCB03AB
Sustanzaferric maltol
ManifatturShield TX (UK) Limited

Fuljett ta' tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Feraccru 30 mg kapsuli ibsin

Ħadid (bħala ferric maltol)

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa' taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il- ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett

1.X’inhu Feraccru u għalxiex jintuża.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Feraccru.

3.Kif għandek tieħu Feraccru.

4.Effetti sekondarji possibbli.

5.Kif taħżen Feraccru.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra.

1.X’inhu Feraccru u għalxiex jintuża

Feraccru fih il-ħadid (bħala ferric maltol). Feraccru jintuża fl-adulti b’mard infjammatorju tal-musrana (IBD) għall-kura ta’ ħażniet baxxi ta’ ħadid fil-ġisem tiegħek. Livelli baxxi ta’ ħadid jikkawżaw anemija (għadd żgħir wisq ta’ ċelloli ħomor tad-demm).

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Feraccru

Tiħux Feraccru:

-Jekk inti allerġiku għal ferric maltol jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-Jekk għandek xi marda li tikkawża akkumulazzjoni żejda ta’ ħadid jew disturb fil-mod kif ġismek juża l-ħadid.

-Jekk tkun irċevejt diversi trasfużjonijiet tad-demm.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Qabel tibda l-kura, it-tabib tiegħek ser juża test tad-demm biex ikun ċert li l-anemija tiegħek mhijiex gravi jew ikkawżata minn xi ħaġa oħra għajr defiċjenza ta’ ħadid (ħażniet baxxi ta’ ħadid).

Ma għandekx tieħu Feraccru jekk qed tesperjenza “aggravar” tal-IBD tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix Feraccru lil tfal jew adolexxenti taħt it-18-il sena peress li ma ġiex studjat f’dan il-grupp ta’ età. Ammont żejjed ta’ ħadid huwa perikoluż fi tfal żgħar u jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja.

Mediċini oħra u Feraccru

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi mediċinioħra:

Għandek tħalli tal-inqas sagħtejn bejn it-teħid ta’ Feraccru u t-teħid ta’:

Supplimenti jew mediċini li fihom il-manjeżju jew il-kalċju.

Ċerti antibijotiċi, bħal ciprofloxacin u tetracycline.

Bisfosfonati (użati għall-kura ta’ mard tal-għadam).

Penicillamine (użat biex jorbot il-metalli).

Ċerti mediċini li jintużaw fil-kura tal-marda ta’ Parkinson (entacapone, levodopa) u problemi fit- tirojde (levothyroxine).

Mycophenolate (użat ma’ mediċini oħra biex jiġi evitat li l-ġisem jirriġetta organi trapjantati).

Ma għandekx tingħata ħadid permezz ta’ injezzjoni jew infużjoni (ġol-vina) waqt li tkun qed tieħu Feraccru.

M'għandekx tieħu Feraccru jekk qed tieħu dimercaprol (mediċina li tintuża biex tneħħi metalli tossiċi mid- demm), chloramphenicol (jintuża għall-kura ta’ infezzjonijiet batteriċi) jew methyldopa (jintuża għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja).

Tqala u treddigħ

Preferibbilment ma għandekx tieħu Feraccru jekk inti tqila jew jekk qed tredda' lit-tarbija tiegħek.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Feraccru mhux mistenni li jkollu xi effett fuq il-ħila li ssuq jew tħaddem magni.

Il-kapsuli ta’ Feraccru fihom il-lattożju, Sunset Yellow FCF (E110) u Allura Red AC (E129).

Lattożju: jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sunset Yellow (E110) u Allura Red (E129): jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi.

3.Kif għandek tieħu Feraccru

Dejjem għandek tieħu dawn il-kapsuli skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek.

Adulti (’il fuq minn 18-il sena)

Ħu Feraccru fuq stonku vojt ma’ nofs tazza ilma (siegħa qabel ikla, jew tal-inqas sagħtejn wara ikla). Id-doża rrakkomandata hija kapsula waħda (30 mg) darbtejn kuljum, filgħodu u filgħaxija.

Ibla' l-kapsuli sħaħ.

Jekk tieħu Feraccru aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar Feraccru milli suppost dan jista’ jġiegħel lill-persuna tħossha mdardra jew tirremetti u jikkawża wġigħ ta’ żaqq u dijarea. Ċempel lit-tabib tiegħek jew l-isptar minnufih jekk inti jew persuna oħra tkun ħadet aktar Feraccru milli suppost. Kun ċert li miegħek tieħu dan il-fuljett u kwalunkwe kapsula li jkun għad fadal biex turihom lit-tabib.

Jekk tinsa tieħu Feraccru

Aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu u ħu d-doża li jmiss bħas-soltu. M'għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji l-aktar komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10) ta’ Feraccru huma:

Uġigħ fl-istonku

Gass

Stitikezza

Skumdità jew nefħa fl-istonku

Dijarea

Dardir (rimettar)

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100) huma: għatx, ebusija fil- ġogi, uġigħ fis-swaba tal-idejn/swaba tas-saqajn, uġigħ ta’ ras, akne, ħmura fil-ġilda, rimettar u żieda fil- batterji fil-musrana ż-żgħira. Testijiet tad-demm jistgħu juru żieda fil-livelli ta’ proteini li jkissru l-kimiċi fid- demm u ta’ ormon li jistimula l-glandola tat-tirojde.

Rapportar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rapportar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Feraccru

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna wara JIS: Id-data ta' meta tiskadi tirreferi għall-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

Tużax din il-mediċina għal aktar minn 45 jum minn meta l-flixkun jinfetaħ l-ewwel darba.

Taħżinx il-kapsuli f’temperatura 'l fuq minn 25°C.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Feraccru

Is-sustanza attiva hija 30 mg ta’ ħadid bħala ferric maltol.

Is-sustanzi l-oħra huma:

Monoidrat tal-lattożju (ara sezzjoni 2)

Sodium laurilsulfate

Magnesium stearate

Colloidal anhydrous silica

Crospovidone (Tip A)

Ġelatina

Brilliant Blue (E133)

Allura Red AC (E129) (ara sezzjoni 2)

Diossidu tat-titanju (E171)

Sunset Yellow FCF (E110) (ara sezzjoni 2)

Kif jidher Feraccru u l-kontenut tal-pakkett

Feraccru huwa kapsula iebsa ħamra li fiha trab ħamrani fil-kannella.

Feraccru huwa disponibbli fi fliexken, b’kull wieħed fih 56 kapsula.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Shield TX (UK) Ltd

Gateshead Quays

NE8 3DF, Ir-Renju Unit

Manifattur

Piramal Healthcare UK Limited

Whalton Road

Morpeth

Northumberland

NE61 3YA, Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

BE\DE\EE\IE\EL\ES\FR\IT\CY\LV\LT\

AU\BG\CZ\DK\FI\HR\HU\PL\RO\SE\SI\SK\

LU\MT\NL\PT\UK

 

Shield TX (UK) Ltd

AOP Orphan Pharmaceuticals AG

+44-(0)191-511-8500

+43-1-503-72-44

info@shieldtx.com

office@aoporphan.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'xxx

 

<Sorsi oħra ta’ informazzjoni>

 

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati