Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ferriprox (deferiprone) – Fuljett ta’ tagħrif - V03AC02

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFerriprox
Kodiċi ATCV03AC02
Sustanzadeferiprone
ManifatturApotex Europe BV

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Ferriprox pilloli ta’ 500 mg miksija b’rita

Deferiprone

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

Mehmuż ma’ dan il-fuljett għandek ssib kard li jfakkar il-pazjent jew lil min jieħu ħsiebu. Għandek tqatta’, timla, taqra l-kard b’attenzjoni u żżommha fuqek.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Ferriprox u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ferriprox

3.Kif għandek tieħu Ferriprox

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ferriprox

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Ferriprox u għalxiex jintuża

Ferriprox fih is-sustanza attiva deferiprone. Ferriprox hija mediċina li tneħħi l-ħadid mill ġisem.

Ferriprox jintuża biex jiġi ttrattat l-ikkargar eċċessiv ta’ ħadid ikkaġunat minn trasfużjonijiet frekwenti f’pazjenti b’talassimja meta t-terapija attwali ta’ kelazzjoni hija kontraindikata jew inadegwata.

Tiħux Ferriprox

jekk inti allerġiku għal deferiprone jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

jekk għandek storja medika ta’ episodji ripetuti ta’ newtropenija (għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod (newtrofili)).

jekk għandek storja medika ta’ agranuloċitosi (għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili)).

jekk attwalment qed tieħu mediċini magħrufa li jikkaġunaw in-newtropenija jew agranuloċitosi (ara t-taqsima, “Mediċini oħra u Ferriprox”).

jekk inti tqila jew qed tredda’

Twissijiet u prekawzjonijiet

L-aktar effett sekondarju serju li jista’ jseħħ waqt li qed tieħu Ferriprox hu għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtropenja). Din il-kundizzjoni, magħrufa bħala newtropenja severa jew agranuloċitosi, seħħet f’1 sa 2 persuni minn 100 li ħadu Ferriprox fl-istudji kliniċi. Minħabba li ċ- ċelluli bojod jgħinu fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet, għadd baxx ta’ newtrofili jista’ jpoġġik f’riskju li tiżviluppa infezzjoni serja u li tista’ tkun ta’ periklu għal ħajja. Sabiex ikun jista’ jimmonitorja n-newtropenja, it-tabib tiegħek għandu mnejn jitolbok tagħmel test tad-demm (biex jiċċekkja l-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm) b’mod regolari, sa anke darba fil-ġimgħa, waqt li tkun qegħda fuq Ferriprox. Huwa importanti ħafna għalik li żżomm dawn l-appuntamenti kollha. Jekk jogħġbok irreferi għal kard tal-pazjent/tal-kuratur mehmuża ma’ dan il-fuljett. Irraporta

minnufih lit-tabib tiegħek kull sintomu ta’ infezzjoni bħal deni, uġigħ fil-griżmejn jew sintomi bħal tal-influwenza.

Jekk inti pożittiv għal HIV jew jekk għandek indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied, it-tabib tiegħek għandu mnejn jirrakkomanda testijiet addizzjonali.

It-tabib tiegħek għandu wkoll jagħtik parir biex tmur għal testijiet biex tiċċekkja il-ħażna ta’ ħadid fil- ġisem. Ma’ dan, hu jew hi jista’/tista’ jitolbok/titolbok biex tagħmel xi bijopsiji tal-fwied.

Mediċini oħra u Ferriprox

M’għandekx tieħu mediċini li huma magħrufin li jikkawżaw newtropenja jew agranuloċitosi (ara t- taqsima, “Tieħux Ferriprox”). Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Tieħux antaċidi li għandhom bażi tal-aluminju waqt li qed tieħu Ferriprox.

Jekk jogħġbok ikkonsulta lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek qabel tieħu vitamina Ċ b’Ferriprox.

Tqala u treddigħ

M’għandekx tieħu din il-mediċina jekk inti tqila jew jekk qed tipprova tinqabad tqila. Din il-mediċina tista’ tagħmel ħsara serja lit-tarbija tiegħek. Għandek tuża kontraċezzjoni effettiva waqt li tkun qed tieħu Ferriprox. Staqsi lit-tabib tiegħek liema hu l-aħjar metodu għalik. Jekk toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu Ferriprox, ieqaf immedjatament milli tieħu din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek.

Tużax Ferriprox jekk inti omm li qed tredda’. Jekk jogħġbok irreferi għal kard tal-pazjent/min jieħu ħsiebu mehmuża ma’ dan il-fuljett.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux rilevanti.

3.Kif għandek tieħu Ferriprox

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. L-ammont ta’ Ferriprox li inti tieħu jiddependi mill-piż tiegħek. Id-doża li ssoltu tingħata hija 25 mg/kg, 3 darbiet kuljum, għal doża totali ta’ 75 mg/kg. Id- doża totali ta’ kuljum m’għandhiex taqbeż il-100 mg/kg. Ħu l-ewwel doża tiegħek filgħodu. Ħu t-tieni doża tiegħek f’nofsinhar. Ħu t-tielet doża tiegħek filgħaxija. Ferripox jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt; madankollu, għandek mnejn issibha aktar faċli tiftakar biex tieħu Ferriprox jekk tieħdu ma’ l-ikliet tiegħek.

Jekk tieħu Ferriprox aktar milli suppost

M’hemmx rapporti ta’ doża eċċessiva b’Ferriprox. Jekk tkun ħadt aċċidentalment aktar mid-doża ta’ Ferriprox li għaliha ngħatajt riċetta, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tieħu Ferriprox

Ferriprox ikun l-aktar effettiv jekk ma tinsiex tieħu xi dożi. Jekk tinsa tieħu xi doża, ħudha hekk kif tiftakar u ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari skedat tagħha. Jekk tinsa tieħu aktar minn doża waħda, m’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu, imma kompli bl-iskeda normali tiegħek. Tbiddilx id-doża tiegħek ta’ kuljum qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-aktar effett kollaterali serju ta’ Ferriprox hu l-għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili). Din il-kundizzjoni, magħrufa bħala newtropenja jew agranuloċitosi seħħet 1 sa 2 persuni minn 100 li ħadu Ferriprox fl-istudji kliniċi. Għadd baxx ta’ċelluli tad-demm bojod jista’ jkun assoċjat ma’ infezzjoni serja jew li potenzjalment hi ta’ periklu għal ħajja. Irraporta minnufih lit-tabib tiegħek kull sintomu ta’ infezzjoni bħal: deni, uġigħ fil-griżmejn jew sintomi bħal ta’ l-influwenza.

Effetti kollaterali komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10):

-uġigħ addominali

-tqalligħ

-remettar

-awrina b’kulur ħamrani/kannella

Jekk tħossok mdardar jew trid tirremetti, għandu mnejn jgħinek jekk tieħu l-Ferriprox ma’ xi ikel. Awrina b’kulur mhux tas-soltu hu effett komuni ħafna u mhuwiex ta’ periklu.

Effetti kollaterali komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 f’10 persuni):

-għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm (agranuloċitosi u newtropenja)

-uġigħ ta’ ras

-dijarea

-żieda fl-enzimi tal-fwied

-għeja

-żieda fl-aptit

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

-reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx tal-ġilda jew ħorriqija

Każijiet bħal uġigħ fil-ġogi u nefħa kienu jvarjaw minn uġigħ ħafif f’ġog wieħed jew aktar għal diżabilità severa. F’ħafna każijiet, l-uġigħ sparixxa waqt li l-pazjenti baqgħu jieħdu Ferriprox.

Disturbi newroloġiċi (bħal rogħda, disturbi fil-mod kif timxi, tara doppju, kontrazzjonijiet involontarji tal-muskoli, problemi fil-koordinazzjoni tal-moviment) kienu rrappurtati fi tfal li, b’mod voluntarju, ingħataw riċetta li kienet aktar mid-doppju tad-doża massima rrakkomandata ta’ 100 mg/kg/jum għal diversi snin u ġew osservati anke fit-tfal b’dożi standard ta’ deferiprone. It-tfal irkupraw minn dawn is-sintomi wara li Ferriprox twaqqaf.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Ferriprox

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara EXP.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30ºC.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ferriprox

Is-sustanza attiva hi deferiprone. Kull pillola fiha 500 mg ta’ deferiprone.

Is-sustanzi mhux attiva l-oħra huma:

Il-qalba tal-pillola: Microcrystalline cellulose, Magnesium stearate, Colloidal silicon dioxide.

Kisja: Hypromellose, Macrogol, Titanium dioxide.

Kif jidher Ferriprox u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Ferriprox huma ta’ lewn abjad jew abjad jagħti fil-griż, li għandhom forma ta’ kapsula, miksija b’rita, li għandhom stampat fuqhom “APO” b’qasma fin-nofs u “500” fuq naħa waħda, u xejn fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli għandhom ferq u jistgħu jinqasmu min-nofs. Ferriprox hu ppakkjat fi fliexken ta’ 100 pillola.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Apotex Europe B.V. Archimedesweg 2 2333 CN Leiden L-Olanda

Il-Manifattur:

Apotex Nederland B.V.

Archimedesweg 2

2333 CN Leiden

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Swedish Orphan Biovitrum BVBA

Tél/Tel: + 32 2880 6119

България

Chiesi Bulgaria Ltd. Тел.: +359 29236524

Česká republika

Apotex (ČR) s.r.o.

Tel: +00420 234 705 700

Danmark

Swedish Orphan Biovitrum A/S

Tlf: + 45 32 96 68 69

Deutschland

Swedish Orphan Biovitrum GmbH

Eesti

Swedish Orphan Biovitrum International AB c/o CentralPharma Communications OÜ Tel: +372 6 015 540

Lietuva

Swedish Orphan Biovitrum International AB c/o UAB CentralPharma Communications Tel: + 370 5 2430444

Luxembourg/Luxemburg

Swedish Orphan Biovitrum BVBA

Tél/Tel: + 32 2880 6119

Magyarország

Chiesi Hungary Kft.

Tel.: + 36-1-429 1060

Malta

Swedish Orphan Biovitrum S.R.L.

Tel: + 39 0521 19 111

Nederland

Swedish Orphan Biovitrum BVBA

Tel: +32 2880 6119

Norge

Swedish Orphan Biovitrum AS

Tlf: + 47 66 82 34 00

Ελλάδα

Österreich

DEMO ABEE

Swedish Orphan Biovitrum GmbH

Τηλ: + 30 210 8161802

España

Polska

Swedish Orphan Biovitrum S.L.

Chiesi Poland Sp.z.o.o.

Tel: + 34 913 91 35 80

Tel.: + 48 22 6201421

France

Portugal

Swedish Orphan Biovitrum SARL

Swedish Orphan Biovitrum S.L.

Tél: + 33 1 85 78 03 40

Tel: + 34 913 91 35 80

Hrvatska

România

Providens d.o.o.

CHIESI ROMÂNIA S.R.L.

Tel: + 385 1 4874 500

Tel: + 4021 202 36 42

Ireland

Slovenija

Swedish Orphan Biovitrum Ltd

Chiesi Slovenija d.o.o.

Tel: + 44 1223 891854

Tel: + 386-1-43 00 901

Ísland

Slovenská republika

Swedish Orphan Biovitrum A/S

Chiesi Slovakia s.r.o.

Sími: + 45 32 96 68 69

Tel: + 421-2-59 30 00 60

Italia

Suomi/Finland

Chiesi Farmaceutici S.p.A

Oy Swedish Orphan Biovitrum Ab

Tel: + 39 0521 2791

Puh/Tel: +358 201 558 840

Κύπρος

Sverige

The Star Medicines Importers Co. Ltd.

Swedish Orphan Biovitrum AB (publ)

Τηλ: + 357 25 371056

Tel: + 46 8 697 20 00

Latvija

United Kingdom

Swedish Orphan Biovitrum International AB

Swedish Orphan Biovitrum Ltd

c/o CentralPharma Communications SIA

Tel: + 44 1223 891854

Tel: + 371 67 450 497

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Ferriprox 100 mg/ml soluzzjoni orali

Deferiprone

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

Mehmuż ma’ dan il-fuljett għandek ssib kard li jfakkar il-pazjent jew lil min jieħu ħsiebu. Għandek tqatta’, timla, taqra l-kard b’attenzjoni u żżommha fuqek.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Ferriprox u għalxiex jintuża

2X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ferriprox

3.Kif għandek tieħu Ferriprox

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ferriprox

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Ferriprox u għalxiex jintuża

Ferriprox fih is-sustanza attiva deferiprone. Ferriprox hija mediċina li tneħħi l-ħadid mill ġisem.

Ferriprox jintuża biex jiġi ttrattat l-ikkargar eċċessiv ta’ ħadid ikkaġunat minn trasfużjonijiet frekwenti f’pazjenti b’talassimja meta t-terapija attwali ta’ kelazzjoni hija kontraindikata jew inadegwata.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ferriprox

Tiħux Ferriprox

jekk inti allerġiku għal deferiprone jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

jekk għandek storja medika ta’ episodji ripetuti ta’ newtropenija (għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod (newtrofili)).

jekk għandek storja medika ta’ agranuloċitosi (għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili)).

jekk attwalment qed tieħu mediċini magħrufa li jikkaġunaw in-newtropenija jew agranuloċitosi (ara t-taqsima, “Mediċini oħra u Ferriprox”).

jekk inti tqila jew qed tredda’

Twissijiet u prekawzjonijiet

L-aktar effett sekondarju serju li jista’ jseħħ waqt li qed tieħu Ferriprox hu għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtropenja). Din il-kundizzjoni, magħrufa bħala newtropenja severa jew agranuloċitosi, seħħet f’ 1 sa 2 persuni minn 100 li ħadu Ferriprox fl-istudji kliniċi. Minħabba li ċ- ċelluli bojod jgħinu fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet, għadd baxx ta’ newtrofili jista’ jpoġġik f’riskju li tiżviluppa infezzjoni serja u li tista’ tkun ta’ periklu għal ħajja. Sabiex ikun jista’ jimmonitorja n-newtropenja, it-tabib tiegħek għandu mnejn jitolbok tagħmel test tad-demm (biex jiċċekkja l-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm) b’mod regolari, sa anke darba fil-ġimgħa, waqt li tkun qegħda fuq Ferriprox. Huwa importanti ħafna għalik li żżomm dawn l-appuntamenti kollha. Jekk jogħġbok irreferi għal kard tal-pazjent/tal-kuratur mehmuża ma’ dan il-fuljett. Irraporta

minnufih lit-tabib tiegħek kull sintomu ta’infezzjoni bħal deni, uġigħ fil-griżmejn jew sintomi bħal tal-influwenza.

Jekk inti pożittiv għal HIV jew jekk għandek indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied, it-tabib tiegħek għandu mnejn jirrakkomanda testijiet addizzjonali.

It-tabib tiegħek għandu wkoll jagħtik parir biex tmur għal testijiet biex tiċċekkja il-ħażna ta’ ħadid fil- ġisem. Ma’ dan, hu jew hi jista’/tista’ jitolbok/titolbok biex tagħmel xi bijopsiji tal-fwied.

Mediċini oħra u Ferriprox

M’għandekx tieħu mediċini li huma magħrufin li jikkawżaw newtropenja jew agranuloċitosi (ara t- taqsima, “Tieħux Ferriprox”). Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Tieħux antaċidi li għandhom bażi tal-aluminju waqt li qed tieħu Ferriprox.

Jekk jogħġbok ikkonsulta lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek qabel tieħu vitamina Ċ b’Ferriprox.

Tqala u treddigħ

M’għandekx tieħu din il-mediċina jekk inti tqila jew jekk qed tipprova tinqabad tqila. Din il-mediċina tista’ tagħmel ħsara serja lit-tarbija tiegħek. Għandek tuża kontraċezzjoni effettiva waqt li tkun qed tieħu Ferriprox. Staqsi lit-tabib tiegħek liema hu l-aħjar metodu għalik. Jekk toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu Ferriprox, ieqaf immedjatament milli tieħu din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek.

Tużax Ferriprox jekk inti omm li qed tredda’. Jekk jogħġbok irreferi għal kard tal-pazjent/min jieħu ħsiebu mehmuża ma’ dan il-fuljett.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux rilevanti.

Is-soluzzjoni orali Ferriprox fiha Sunset Yellow (E110)

Sunset Yellow (E110) huwa sustanza li tagħti l-kulur.

3. Kif għandek tieħu Ferriprox

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkjamat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. L-ammont ta’ Ferriprox li inti tieħu jiddependi mill-piż tiegħek. Id-doża li ssoltu tingħata hija 25 mg/kg, 3 darbiet kuljum, għal doża totali ta’ 75 mg/kg. Id-doża totali ta’ kuljum m’għandhiex taqbeż il-100 mg/kg. Uża l-kikkra tal-miżura bħala miżura biex tkejjel il- volum preskritt mit-tabib tiegħek. Ħu l-ewwel doża tiegħek filgħodu. Ħu t-tieni doża tiegħek f’nofsinhar. Ħu t-tielet doża tiegħek filgħaxija. Ferripox jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt; madankollu, għandek mnejn issibha aktar faċli tiftakar biex tieħu Ferriprox jekk tieħdu ma’ l-ikliet tiegħek.

Jekk tieħu Ferriprox aktar milli suppost

M’hemmx rapporti ta’ doża eċċessiva b’Ferriprox. Jekk tkun ħadt aċċidentalment aktar mid-doża ta’ Ferriprox li għaliha ngħatajt riċetta, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tieħu Ferriprox

Ferriprox ikun l-aktar effettiv jekk ma tinsiex tieħu xi dożi. Jekk tinsa tieħu xi doża, ħudha hekk kif tiftakar u ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari skedat tagħha. Jekk tinsa tieħu aktar minn doża waħda, m’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu, imma kompli bl-iskeda normali tiegħek. Tbiddilx id-doża tiegħek ta’ kuljum qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-aktar effett kollaterali serju ta’ Ferriprox hu l-għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili). Din il-kundizzjoni, magħrufa bħala newtropenja jew agranuloċitosi seħħet f’ 1 sa

2 persuni minn 100 li ħadu Ferriprox fl-istudji kliniċi. Għadd baxx ta’ċelluli tad-demm bojod jista’ jkun assoċjat ma’ infezzjoni serja jew li potenzjalment hi ta’ periklu għal ħajja. Irraporta minnufih lit- tabib tiegħek kull sintomu ta’ infezzjoni bħal: deni, uġigħ fil-griżmejn jew sintomi bħal ta’ l- influwenza.

Effetti kollaterali komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10):

-uġigħ addominali

-tqalligħ

-remettar

-awrina b’kulur ħamrani/kannella

Jekk tħossok mdardar jew trid tirremetti, għandu mnejn jgħinek jekk tieħu l-Ferriprox ma’ xi ikel. Awrina b’kulur mhux tas-soltu hu effett komuni ħafna u mhuwiex ta’ periklu.

Effetti kollaterali komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 f’10 persuni):

-għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm (agranuloċitosi u newtropenja)

-uġigħ ta’ ras

-dijarea

-żieda fl-enzimi tal-fwied

-għeja

-żieda fl-aptit

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

-reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx tal-ġilda jew ħorriqija

Każijiet bħal uġigħ fil-ġogi u nefħa kienu jvarjaw minn uġigħ ħafif f’ġog wieħed jew aktar għal diżabilità severa. F’ħafna każijiet, l-uġigħ sparixxa waqt li l-pazjenti baqgħu jieħdu Ferriprox.

Disturbi newroloġiċi (bħal rogħda, disturbi fil-mod kif timxi, tara doppju, kontrazzjonijiet involontarji tal-muskoli, problemi fil-koordinazzjoni tal-moviment) kienu rrappurtati fi tfal li, b’mod voluntarju, ingħataw riċetta li kienet aktar mid-doppju tad-doża massima rrakkomandata ta’ 100 mg/kg/jum għal diversi snin u ġew osservati anke fit-tfal b’dożi standard ta’ deferiprone. It-tfal irkupraw minn dawn is-sintomi wara li Ferriprox twaqqaf.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Ferriprox

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara EXP.

Wara li tiftħu l-ewwel darba, uża fi żmien 35 jum. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30ºC. Aħżen fil- pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ferriprox

Is-sustanza attiva hi deferiprone. Kull ml ta’ soluzzjoni orali fih 100 mg deferiprone.

Is-sustanzi mhux attiva l-oħra huma: ilma purifikat; hydroxyethylcellulose; glycerol; hydrochloric acid, konċentrat; benna artifiċjali taċ-ċirasa; żejt tal-menta; Sunset Yellow (E110); sucralose (E955).

Kif jidher Ferriprox u d-daqs tal-pakkett

Is-soluzzjoni orali Ferriprox hija likwidu ċar, ta’ lewn oranġjo ħamrani. Hi tiġi ppakkjata fi fliexken ta’ 250 ml jew 500 ml.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Apotex Europe B.V. Archimedesweg 2 2333 CN Leiden L-Olanda

Il-Manifattur:

Apotex Nederland B.V.

Archimedesweg 2

2333 CN Leiden

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Swedish Orphan Biovitrum BVBA

Tél/Tel: + 32 2880 6119

България

Chiesi Bulgaria Ltd. Тел.: +359 29236524

Česká republika

Apotex (ČR) s.r.o.

Tel: +00420 234 705 700

Danmark

Swedish Orphan Biovitrum A/S

Tlf: + 45 32 96 68 69

Deutschland

Swedish Orphan Biovitrum GmbH

Eesti

Swedish Orphan Biovitrum International AB c/o CentralPharma Communications OÜ Tel: +372 6 015 540

Lietuva

Swedish Orphan Biovitrum International AB c/o UAB CentralPharma Communications Tel: + 370 5 2430444

Luxembourg/Luxemburg

Swedish Orphan Biovitrum BVBA

Tél/Tel: + 32 2880 6119

Magyarország

Chiesi Hungary Kft.

Tel.: + 36-1-429 1060

Malta

Swedish Orphan Biovitrum S.R.L.

Tel: + 39 0521 19 111

Nederland

Swedish Orphan Biovitrum BVBA

Tel: +32 2880 6119

Norge

Swedish Orphan Biovitrum AS

Tlf: + 47 66 82 34 00

Ελλάδα

Österreich

DEMO ABEE

Swedish Orphan Biovitrum GmbH

Τηλ: + 30 210 8161802

España

Polska

Swedish Orphan Biovitrum S.L.

Chiesi Poland Sp.z.o.o.

Tel: + 34 913 91 35 80

Tel.: + 48 22 6201421

France

Portugal

Swedish Orphan Biovitrum SARL

Swedish Orphan Biovitrum S.L.

Tél: + 33 1 85 78 03 40

Tel: + 34 913 91 35 80

Hrvatska

România

Providens d.o.o.

CHIESI ROMÂNIA S.R.L.

Tel: + 385 1 4874 500

Tel: + 4021 202 36 42

Ireland

Slovenija

Swedish Orphan Biovitrum Ltd

Chiesi Slovenija d.o.o.

Tel: + 44 1223 891854

Tel: + 386-1-43 00 901

Ísland

Slovenská republika

Swedish Orphan Biovitrum A/S

Chiesi Slovakia s.r.o.

Sími: + 45 32 96 68 69

Tel: + 421-2-59 30 00 60

Italia

Suomi/Finland

Chiesi Farmaceutici S.p.A

Oy Swedish Orphan Biovitrum Ab

Tel: + 39 0521 2791

Puh/Tel: +358 201 558 840

Κύπρος

Sverige

The Star Medicines Importers Co. Ltd.

Swedish Orphan Biovitrum AB (publ)

Τηλ: + 357 25 371056

Tel: + 46 8 697 20 00

Latvija

United Kingdom

Swedish Orphan Biovitrum International AB

Swedish Orphan Biovitrum Ltd

c/o CentralPharma Communications SIA

Tel: + 44 1223 891854

Tel: + 371 67 450 497

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Ferriprox pilloli ta’ 1000 mg miksija b’rita

Deferiprone

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

Mehmuż ma’ dan il-fuljett għandek ssib kard li jfakkar il-pazjent jew lil min jieħu ħsiebu. Għandek tqatta’, timla, taqra l-kard b’attenzjoni u żżommha fuqek.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Ferriprox u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ferriprox

3.Kif għandek tieħu Ferriprox

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ferriprox

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Ferriprox u għalxiex jintuża

Ferriprox fih is-sustanza attiva deferiprone. Ferriprox hija mediċina li tneħħi l-ħadid mill ġisem.

Ferriprox jintuża biex jiġi ttrattat l-ikkargar eċċessiv ta’ ħadid ikkaġunat minn trasfużjonijiet frekwenti f’pazjenti b’talassimja meta t-terapija attwali ta’ kelazzjoni hija kontraindikata jew inadegwata.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ferriprox

Tiħux Ferriprox

jekk inti allerġiku għal deferiprone jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

jekk għandek storja medika ta’ episodji ripetuti ta’ newtropenija (għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod (newtrofili)).

jekk għandek storja medika ta’ agranuloċitosi (għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili)).

jekk attwalment qed tieħu mediċini magħrufa li jikkaġunaw in-newtropenija jew agranuloċitosi (ara t-taqsima, “Mediċini oħra u Ferriprox”).

jekk inti tqila jew qed tredda’

Twissijiet u prekawzjonijiet

L-aktar effett sekondarju serju li jista’ jseħħ waqt li qed tieħu Ferriprox hu għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtropenja). Din il-kundizzjoni, magħrufa bħala newtropenja severa jew agranuloċitosi, seħħet f’ 1 sa 2 persuni minn 100 li ħadu Ferriprox fl-istudji kliniċi. Minħabba li ċ- ċelluli bojod jgħinu fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet, għadd baxx ta’ newtrofili jista’ jpoġġik f’riskju li tiżviluppa infezzjoni serja u li tista’ tkun ta’ periklu għal ħajja. Sabiex ikun jista’ jimmonitorja n-newtropenja, it-tabib tiegħek għandu mnejn jitolbok tagħmel test tad-demm (biex jiċċekkja l-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm) b’mod regolari, sa anke darba fil-ġimgħa, waqt li tkun qegħda fuq Ferriprox. Huwa importanti ħafna għalik li żżomm dawn l-appuntamenti kollha. Jekk jogħġbok irreferi għal kard tal-pazjent/tal-kuratur mehmuża ma’ dan il-fuljett. Irraporta

minnufih lit-tabib tiegħek kull sintomu ta’ infezzjoni bħal deni, uġigħ fil-griżmejn jew sintomi bħal tal-influwenza.

Jekk inti pożittiv għal HIV jew jekk għandek indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied, it-tabib tiegħek għandu mnejn jirrakkomanda testijiet addizzjonali.

It-tabib tiegħek għandu wkoll jagħtik parir biex tmur għal testijiet biex tiċċekkja il-ħażna ta’ ħadid fil- ġisem. Ma’ dan, hu jew hi jista’/tista’ jitolbok/titolbok biex tagħmel xi bijopsiji tal-fwied.

Mediċini oħra u Ferriprox

M’għandekx tieħu mediċini li huma magħrufin li jikkawżaw newtropenja jew agranuloċitosi (ara t- taqsima, “Tieħux Ferriprox”). Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Tieħux antaċidi li għandhom bażi tal-aluminju waqt li qed tieħu Ferriprox.

Jekk jogħġbok ikkonsulta lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek qabel tieħu vitamina Ċ b’Ferriprox.

Tqala u treddigħ

M’għandekx tieħu din il-mediċina jekk inti tqila jew jekk qed tipprova tinqabad tqila. Din il-mediċina tista’ tagħmel ħsara serja lit-tarbija tiegħek. Għandek tuża kontraċezzjoni effettiva waqt li tkun qed tieħu Ferriprox. Staqsi lit-tabib tiegħek liema hu l-aħjar metodu għalik. Jekk toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu Ferriprox, ieqaf immedjatament milli tieħu din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek.

Tużax Ferriprox jekk inti omm li qed tredda’. Jekk jogħġbok irreferi għal kard tal-pazjent/min jieħu ħsiebu mehmuża ma’ dan il-fuljett.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux rilevanti.

3. Kif għandek tieħu Ferriprox

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. L-ammont ta’ Ferriprox li inti tieħu jiddependi mill-piż tiegħek. Id-doża li ssoltu tingħata hija 25 mg/kg, 3 darbiet kuljum, għal doża totali ta’ 75 mg/kg. Id- doża totali ta’ kuljum m’għandhiex taqbeż il-100 mg/kg. Ħu l-ewwel doża tiegħek filgħodu. Ħu t-tieni doża tiegħek f’nofsinhar. Ħu t-tielet doża tiegħek filgħaxija. Ferripox jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt; madankollu, għandek mnejn issibha aktar faċli tiftakar biex tieħu Ferriprox jekk tieħdu ma’ l-ikliet tiegħek.

Jekk tieħu Ferriprox aktar milli suppost

M’hemmx rapporti ta’ doża eċċessiva b’Ferriprox. Jekk tkun ħadt aċċidentalment aktar mid-doża ta’ Ferriprox li għaliha ngħatajt riċetta, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tieħu Ferriprox

Ferriprox ikun l-aktar effettiv jekk ma tinsiex tieħu xi dożi. Jekk tinsa tieħu xi doża, ħudha hekk kif tiftakar u ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari skedat tagħha. Jekk tinsa tieħu aktar minn doża waħda, m’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu, imma kompli bl-iskeda normali tiegħek. Tbiddilx id-doża tiegħek ta’ kuljum qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-aktar effett kollaterali serju ta’ Ferriprox hu l-għadd baxx ħafna ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtrofili). Din il-kundizzjoni, magħrufa bħala newtropenja jew agranuloċitosi seħħet f’ 1 sa

2 persuni minn 100 li ħadu Ferriprox fl-istudji kliniċi. Għadd baxx ta’ċelluli tad-demm bojod jista’ jkun assoċjat ma’ infezzjoni serja jew li potenzjalment hi ta’ periklu għal ħajja. Irraporta minnufih lit- tabib tiegħek kull sintomu ta’ infezzjoni bħal: deni, uġigħ fil-griżmejn jew sintomi bħal ta’ l- influwenza.

Effetti kollaterali komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10):

-Uġigħ addominali

-tqalligħ

-remettar

-awrina b’kulur ħamrani/kannella

Jekk tħossok mdardar jew trid tirremetti, għandu mnejn jgħinek jekk tieħu l-Ferriprox ma’ xi ikel. Awrina b’kulur mhux tas-soltu hu effett komuni ħafna u mhuwiex ta’ periklu.

Effetti kollaterali komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 f’10):

-għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm (agranuloċitosi u newtropenja)

-uġigħ ta’ ras

-dijarea

-żieda fl-enzimi tal-fwied

-għeja

-żieda fl-aptit

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

-reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx tal-ġilda jew ħorriqija

Każijiet bħal uġigħ fil-ġogi u nefħa kienu jvarjaw minn uġigħ ħafif f’ġog wieħed jew aktar għal diżabilità severa. F’ħafna każijiet, l-uġigħ sparixxa waqt li l-pazjenti baqgħu jieħdu Ferriprox.

Disturbi newroloġiċi (bħal rogħda, disturbi fil-mod kif timxi, tara doppju, kontrazzjonijiet involontarji tal-muskoli, problemi fil-koordinazzjoni tal-moviment) kienu rrappurtati fi tfal li, b’mod voluntarju, ingħataw riċetta li kienet aktar mid-doppju tad-doża massima rrakkomandata ta’ 100 mg/kg/jum għal diversi snin u ġew osservati anke fit-tfal b’dożi standard ta’ deferiprone. It-tfal irkupraw minn dawn is-sintomi wara li Ferriprox twaqqaf.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Ferriprox

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u il-kartuna wara EXP.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30ºC. Żomm il-flixkun magħluq sew sabiex tilqa’ mill-umdità. Wara li tiftħu l-ewwel darba, uża fi żmien 50 jum.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ferriprox

Is-sustanza attiva hi deferiprone. Kull pillola ta’ 1000 mg fiha 1000 mg deferiprone

Is-sustanzi mhux attiva l-oħra huma:

Il-qalba tal-pillola: Methylcellulose, Crospovidone, Magnesium stearate.

Kisja: Hypromellose, Hydroxylpropyl cellulose, Macrogol, Titanium dioxide.

Kif jidher Ferriprox u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli ta’ Ferriprox 1000 mg huma ta’ lewn abjad jew abjad jagħti fil-griż, li għandhom forma ta’ kapsula, miksija b’rita, li għandhom stampat fuqhom “APO” b’qasma fin-nofs u “1000” fuq naħa waħda, u xejn fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli għandhom ferq u jistgħu jinqasmu min-nofs. Ferriprox huwa ppakkettat fi fliexken ta’ 50 pillola.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Apotex Europe B.V. Archimedesweg 2 2333 CN Leiden L-Olanda

Il-Manifattur:

Apotex Nederland B.V.

Archimedesweg 2

2333 CN Leiden

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Swedish Orphan Biovitrum BVBA

Tél/Tel: + 32 2880 6119

България

Chiesi Bulgaria Ltd. Тел.: +359 29236524

Česká republika

Apotex (ČR) s.r.o.

Tel: +00420 234 705 700

Danmark

Swedish Orphan Biovitrum A/S

Tlf: + 45 32 96 68 69

Deutschland

Swedish Orphan Biovitrum GmbH

Eesti

Swedish Orphan Biovitrum International AB c/o CentralPharma Communications OÜ Tel: +372 6 015 540

Lietuva

Swedish Orphan Biovitrum International AB c/o UAB CentralPharma Communications Tel: + 370 5 2430444

Luxembourg/Luxemburg

Swedish Orphan Biovitrum BVBA

Tél/Tel: + 32 2880 6119

Magyarország

Chiesi Hungary Kft.

Tel.: + 36-1-429 1060

Malta

Swedish Orphan Biovitrum S.R.L.

Tel: + 39 0521 19 111

Nederland

Swedish Orphan Biovitrum BVBA

Tel: +32 2880 6119

Norge

Swedish Orphan Biovitrum AS

Tlf: + 47 66 82 34 00

Ελλάδα

Österreich

DEMO ABEE

Swedish Orphan Biovitrum GmbH

Τηλ: + 30 210 8161802

España

Polska

Swedish Orphan Biovitrum S.L.

Chiesi Poland Sp.z.o.o.

Tel: + 34 913 91 35 80

Tel.: + 48 22 6201421

France

Portugal

Swedish Orphan Biovitrum SARL

Swedish Orphan Biovitrum S.L.

Tél: + 33 1 85 78 03 40

Tel: + 34 913 91 35 80

Hrvatska

România

Providens d.o.o.

CHIESI ROMÂNIA S.R.L.

Tel: + 385 1 4874 500

Tel: + 4021 202 36 42

Ireland

Slovenija

Swedish Orphan Biovitrum Ltd

Chiesi Slovenija d.o.o.

Tel: + 44 1223 891854

Tel: + 386-1-43 00 901

Ísland

Slovenská republika

Swedish Orphan Biovitrum A/S

Chiesi Slovakia s.r.o.

Sími: + 45 32 96 68 69

Tel: + 421-2-59 30 00 60

Italia

Suomi/Finland

Chiesi Farmaceutici S.p.A

Oy Swedish Orphan Biovitrum Ab

Tel: + 39 0521 2791

Puh/Tel: +358 201 558 840

Κύπρος

Sverige

The Star Medicines Importers Co. Ltd.

Swedish Orphan Biovitrum AB (publ)

Τηλ: + 357 25 371056

Tel: + 46 8 697 20 00

Latvija

United Kingdom

Swedish Orphan Biovitrum International AB

Swedish Orphan Biovitrum Ltd

c/o CentralPharma Communications SIA

Tel: + 44 1223 891854

Tel: + 371 67 450 497

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

KARD TA’ TFAKKIR TAL-PAZJENT/PERSUNA LI TIEĦU ĦSIEB

((Qoxra ta’ Quddiem))

((Qoxra ta’ wara))

Punti ta’ Tifkir dwar Sigurtà Importanti għal

GĦAL NISA LI JISTA’ JKOLLHOM IT-

Pazjenti li qed jieħdu Ferriprox (deferiprone)

TFAL

Tabib li

M’għandekx tieħu Ferriprox jekk inti tqila jew

jippreskrivi:________________________

qed tipprova tinqabad tqila. Jekk tieħdu waqt it-

tqala, Ferriprox jista’ jagħmel ħsara serja lit-

Nru tat-

tarbija mhix mwielda.

Għandek tuża kontraċezzjoni effettiva waqt li qed

Telefown:_______________________________

tieħu Ferriprox. Għid lit-tabib tiegħek liema

metodu huwa l-aħjar għalik. Jekk tinqabad tqila

meta qed tieħu Ferriprox, waqqaf din il-mediċna

minnufih u għid lit-tabib tiegħek. M’għandekx

tuża Ferriprox jekk int omm li qed tredda’.

((Fuq ġewwa 1))

((Fuq ġewwa 2))

MONITORAĠĠ TA’ L-GĦADD TA’

Kun żgur li tagħmel dan li ġej

ĊELLOLI BOJOD TAD-DEMM

1. Ikollok id-demm tiegħek monitorat fuq bażi ta’

B’FERRIPROX

Hemm ċans żgħir li inti tista’ tiżviluppa

kull ġimgħa.

2. Tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk

agranuloċitosi (għadd baxx ħafna ta’ ċelloli bojod

tad-demm) waqt li qed tieħu Ferriprox, li jista’

tiżviluppa deni, griżmejn juġawk jew sintomi bħal

jwassal għal infezzjoni serja. Anke jekk l-

ta’ l-influwenza

agrunuloċitosi taffettwa minn 1 sa 2 utenti minn

kull 100, huwa importanti li timmonitorja id-

demm tiegħek fuq bażi regolari.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati