Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Fexeric (ferric citrate coordination complex) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - V03AE

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFexeric
Kodiċi ATCV03AE
Sustanzaferric citrate coordination complex
ManifatturKeryx Biopharma UK Ltd

Dan il-prodott mediċinali huwa soġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara s-sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Fexeric 1 g pilloli miksijin b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 1 g ta’ kumpless ta’ koordinazzjoni taċ-ċitrat ferriku (ekwivalenti għal

210 mg tal-ħadid ferriku).

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola miksija b’rita fiha sunset yellow FCF (E110) (0.99 mg) u Allura Red AC (E129) (0.70 mg).

Għal-lista sħiħa ta' eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

Pillola lewn il-ħawħ, b’forma ovali, miksija b’rita, b’“KX52” imnaqqxa fuqha. Il-pilloli huma 19 mm twal, 7.2 mm ħoxnin u 10 mm wiesgħa.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Fexeric huwa indikat għall-kontroll ta’ iperfosfatemija f’pazjenti adulti b’mard kroniku tal- kliewi (CKD).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Doża tal-bidu

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ Fexeric hija ta’ 3 sa 6 g (3 sa 6 pilloli) kuljum abbażi tal-livelli ta’ fosfru fis-serum.

Pazjenti b’CKD li ma jkunux fuq dijalisi jeħtieġu d-doża tal-bidu l-aktar baxxa, 3 g (3 pilloli) kuljum.

Fexeric għandu jittieħed f’dożi maqsumin mal-ikel jew immedjatament wara l-ikel tal-ġurnata.

Pazjenti li qabel kienu fuq aġenti oħra li jingħaqdu mal-fosfat li jinqalbu għal Fexeric għandhom jibdew jieħdu 3 sa 6 g (3 sa 6 pilloli) kuljum.

Pazjenti li jkunu qed jirċievu din il-mediċina għandhom iżommu mad-dieti preskritti tagħhom b’livell baxx ta’ fosfat.

Titrazzjoni tad-doża

Il-konċentrazzjonijiet tal-fosfru fis-serum għandhom jiġu ssorveljati wara ġimagħtejn sa 4 ġimgħat minn meta tinbeda jew tinbidel id-doża ta’ Fexeric, u madwar kull xahrejn--3 xhur meta jkunu stabbli. Id-doża tista’ tiżdied jew titnaqqas b’1 sa 2 g (pillola 1 sa 2) kuljum f’intervalli ta’ ġimagħtejn- sa

4- ġimgħat skont kif ikun meħtieġ biex il-fosfru fis-serum jinżamm f’livelli rakkomandati fil-mira sa massimu ta’ 12 g (12-il pillola) kuljum.

Hemm data limitata disponibbli għal dożi ogħla minn 9 g (9 pilloli) kuljum f’pazjenti b’CKD li ma jkunux fuq dijalisi; għalhekk f’din il-popolazzjoni dożi ogħla minn 9 g/kuljum għandhom jintużaw b’kawtela.

Waqqaf Fexeric temporanjament jekk il-fosfru fis-serum jkun ta’ < 3 mg/dl u erġa’ ibda f’doża aktar baxxa ladarba l-fosfru fis-serum ikun reġa’ lura għall-medda fil-mira.

Kura b’Fexeric tista’ twassal għal żidiet fil-ħażniet tal-ħadid, b'mod partikolari f’pazjenti li jkunu qed jirċievu terapija konkomitanti ta’ ħadid ġol-vina. Fexeric għandu jitwaqqaf temporanjament jekk il- ferritin fis-serum jaqbeż 800 ng/ml (ara sezzjoni 4.4).

Id-data dwar is-sigurtà fit-tul hija limitata f'pazjenti li ma jkunux fuq dijalisi u f'pazjenti li jkunu qed jirċievu dijalisi peritoneali (PD) (ara sezzjoni 5.1).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Fexeric fit-tfal u l-adolexxenti sa 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. L- ebda data ma hi disponibbli.

Popolazzjoni tal-anzjani

Fexeric ingħata lil aktar minn 400 pazjent 65 sena fi studji fejn id-doża ġiet ittitrata biex jinkisbu l- livelli fil-mira ta’ fosfru fis-serum. Il-pazjenti anzjani ngħataw kura skont l-iskeda rakkomandata tad- dożaġġ mingħajr ebda tħassib dwar is-sigurtà. L-esperjenza minn studji kliniċi fuq pazjenti ta’ aktar minn 75 sena hija limitata.

Indeboliment epatiku

L-esperjenza minn studji kliniċi fuq pazjenti b’indeboliment epatiku hija limitata. Tnaqqis fid-doża mhuwiex meqjus neċessarju iżda pazjenti b’indeboliment epatiku għandhom jibdew il-kura bid-doża tal-bidu l-aktar baxxa, 3 g (3 pilloli) kuljum (ara sezzjoni 5.1).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal użu orali. Il-pilloli għandhom jittieħdu sħaħ.

Il-pazjenti għandhom jieħdu Fexeric mal-ikel jew eżatt wara l-ikel. Id-doża totali ta’ kuljum għandha tinqasam bejn l-ikel tal-ġurnata.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Ipofosfatemija

Disturbi gastrointestinali severi attivi (eż. fsada gastrointestinali)

Emokromatożi jew testijiet tal-laboratorju li jindikaw emokromatożi possibbli

Sindromi (primarji jew sekondarji) oħra ta’ ħadid żejjed

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Monitoraġġ tal-parametri tal-ħadid

Ġew osservati żidiet fis-saturazzjoni ta’ ferritin u ta’ transferrin (TSAT) bl-użu ta’ Fexeric. Din il- mediċina għandha tintuża biss fin-nuqqas ta’ sindromi ta’ ħadid żejjed u b’kawtela jekk il-ferritin fis- serum jiżdied għal aktar minn 500 ng/ml. Fexeric għandu jitwaqqaf temporanjament jekk il-ferritin fis- serum jaqbeż 800 ng/ml. Kienu osservati livelli sinfikantement għoljin ta’ ferritin b'mod partikolari waqt l-użu konkomitanti ta’ ħadid ġol-vina.

Il-pazjenti kollha li jkunu qed jirċievu din il-mediċina jeħtieġu tal-inqas monitoraġġ kull tliet xhur tal- parametri tal-ħażna tal-ħadid fis-serum (ferritin u TSAT fis-serum). Il-livelli ta’ ferritin u ta’ TSAT fis-serum jiżdiedu wara l-għoti tal-ħadid ġol-vina; għalhekk, għandhom jinkisbu kampjuni tad-demm biex jitkejlu l-parametri tal-ħażna tal-ħadid f’ħin xieraq biex jiġi rifless l-istatus tal-ħadid tal-pazjent wara l-għoti ta’ doża ta’ ħadid ġol-vina filwaqt li jitqiesu l-prodott li jkun qed jintuża, l-ammont ta’ ħadid li jkun ingħata u l-frekwenza tad-dożaġġ, iżda mill-inqas 7 ijiem wara l-għoti tad-doża tal-ħadid ġol-vina.

Il-pazjenti li jkunu qegħin jiġu kkurati b’Fexeric ma għandhomx jirċievu kura konkomitanti bi preparazzjonijiet orali oħra tal-ħadid.

Ġie osservat tnaqqis fl-użu ta’ ħadid ġol-vina u ta’ aġent li jistimula l-eritropoesi (ESA) b’din il- mediċina. Għalhekk, il-pazjenti jista’ jkollhom bżonn tnaqqis fi, jew it-twaqqif ta', ħadid ġol-vina u/jew ta’ ESAs.

Mard infjammatorju tal-imsaren

Pazjenti b’mard attiv, sintomatiku, infjammatorju tal-imsaren kienu esklużi mill-provi kliniċi. Fexeric għandu jintuża biss f’dawn il-pazjenti wara valutazzjoni bir-reqqa tal-benefiċċju/riskju.

Ġenerali

Kull pillola miksija b’rita ta’ 1 g fiha sunset yellow FCF (E110) (0.99 mg) u Allura Red AC (E129) (0.70 mg) li jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Effetti ta’ prodotti mediċinali oħra fuq Fexeric

Riżultati minn analiżi tas-sottogruppi fl-istudju kliniku pivotali fuq pazjenti fuq dijalisi juru li l-użu konkomitanti ta’ mediċini li spiss jiġu preskritti flimkien f’pazjenti b’CKD (fluworokwinoloni, tetraċiklini, inibituri tal-pompa tal-proton, ormoni tat-tirojde, sertraline, Vitamina D, warfarina, aċidu aċetilsaliċiliku) ma jaffettwax l-effikaċja ta’ Fexeric fir-rigward tal-kapaċità tiegħu li jnaqqas il-fosfru fis-serum.

Effetti ta’ Fexeric fuq prodotti mediċinali oħra

Peress li ċ-ċitrat huwa magħruf li jżid l-assorbiment tal-aluminju, komposti abbażi tal-aluminju għandhom jiġu evitati waqt li l-pazjenti jkunu qed jirċievu Fexeric.

Kura b’Fexeric tista’ twassal għal żidiet fil-ħażniet tal-ħadid, b'mod partikolari f’pazjenti li jkunu qed jirċievu terapija konkomitanti ta’ ħadid ġol-vina. Pazjenti b’livelli elevati ta’ ferritin li jkunu qed jirċievu ħadid ġol-vina jista' jkollhom bżonn tnaqqis fid-doża jew twaqqif tat-terapija ta’ ħadid ġol- vina.

Ġie osservat tnaqqis fl-użu ta’ ESA b’Fexeric. Għalhekk, il-pazjenti jista’ jkollhom bżonn tnaqqis fid- doża ta’ ESAs.

Fi studji dwar l-interazzjoni bejn il-mediċini fuq irġiel u nisa b’saħħithom, Fexeric naqqas il- bijodisponibbiltà ta’ ciprofloxacin mogħti b'mod konkomitanti (kif imkejla mill-erja taħt il-kurva [AUC]) b’madwar 45%. Madankollu, ma kien hemm l-ebda reazzjoni meta Fexeric u ciprofloxacin ittieħdu sagħtejn ’il bogħod minn xulxin. Konsegwentement, ciprofloxacin ma għandux jittieħed fl- istess ħin, iżda mill-inqas sagħtejn qabel jew wara Fexeric. Fexeric ma biddilx il-bijodisponibbiltà tal- prodotti mediċinali li ġejjin meta ngħataw b'mod konkomitanti: clopidogrel, digoxin, diltiazem, glimepiride, losartan.

Minn studji in vitro, ċerti antibijotiċi (doxycycline, cefdinir), mediċini antikonvulżivi (valproate sodium), antidipressanti (sertraline HCl), bisfosfonat (alendronat tas-sodju), kontra l-Parkinson (levodopa) u immunosoppressanti (methotrexate) urew il-potenzjal li jinteraġixxu ma’ Fexeric: kwalunkwe wieħed minn dawn il-prodotti mediċinali jew prodotti mediċinali oħra li għandhom il- potenzjal li jinteraġixxu ma’ Fexeric, għandhom jittieħdu mill-inqas sagħtejn qabel jew wara Fexeric.

Peress li preparazzjonijiet abbażi tal-ħadid huma magħrufa li jnaqqsu l-assorbiment ta’ levothyroxine (thyroxine), it-tobba għandhom jikkunsidraw il-monitoraġġ ta’ markaturi xierqa jew ta’ sinjali kliniċi ta’ effikaċja jekk dawn il-prodotti mediċinali jingħataw flimkien ma’ Fexeric.

Għalkemm il-potenzjal ta’ interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali jidher baxx, fil-każ ta’ kura konkomitanti bi prodotti b’tieqa terapewtika dejqa, l-effett kliniku/avvenimenti avversi għandhom jiġu ssorveljati malli jinbeda jew mal-aġġustament tad-doża ta’ Fexeric jew tal-prodott konkomitanti.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala u nisa li jistgħu joħorġu tqal

M’hemmx data dwar l-użu ta’ kumpless ta’ koordinazzjoni taċ-ċitrat ferriku fuq nisa tqal. Studji tal- annimali mhumiex suffiċjenti fir-rigward ta’ tossiċità riproduttività (ara sezzjoni 5.3). Fexeric mhuwiex rakkomandat matul it-tqala u f’nisa li jista’ jkollhom it-tfal u li ma jkunux qegħdin jużaw metodi ta’ kontraċezzjoni.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk il-kumpless ta’ koordinazzjoni taċ-ċitrat ferriku /metaboliti tiegħu jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju għat-trabi tat-twelid/tfal żgħar ħafna mhux eskluż. Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigћ jew twaqqafx it-terapija b’Fexeric, wara li jigi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l-benefiċċju tat-terapija gћall-mara.

Fertilità

M'hemmx data disponibbli dwar l-effett potenzjali ta’ Fexeric fuq il-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Fexeric m'għandu l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Ir-reazzjonijiet avversi komunement l-aktar irrapportati f’pazjenti b’mard kroniku tal-kliewi dipendenti fuq id-dijalisi (CKD 5D) waqt il-kura kienu ppurgar skulurit u dijarea li seħħew fi 18% u 13% tal-pazjenti, rispettivament. Dawn ir-reazzjonijiet avversi huma karatteristiċi ta’ prodotti mediċinali li fihom il-ħadid u jonqsu maż-żmien b’dożaġġ kontinwu. Ir-reazzjonijiet avversi serji kollha kienu ta’ natura gastrointestinali (uġigħ addominali, stitikezza, dijarea, gastrite, gastrite erożiva, u ematemesi). Dawn ir-reazzjonijiet avversi serji ma kinux komuni (anqas minn każ 1 kull waħda għal

kull 100 pazjent) u kull waħda kienet irrapportata f’0.2% (1/557) tal-pazjenti b’CKD 5D li rċevew

Fexeric.

Ir-reazzjonijiet avversi komunement l-aktar irrapportati f’pazjenti b’CKD li ma kinux dipendenti fuq id-dijalisi (CKD ND) matul il-kura kienu ppurgar skulurit, stitikezza u dijarea li seħħew f’27%, 13% u 11% tal-pazjenti, rispettivament. L-ebda avveniment serju rrapportat fl-Istudju 204 ma kien meqjus bħala possibbilment relatat ma’ Fexeric. Fil-bqija tal-istudji fuq pazjenti li ma kinux fuq dijalisi, total ta’ 3 reazzjonijiet avversi serji rapportati f’2 pazjenti kienu ta’ natura gastrointestinali (ulċera gastrointestinali, polipi gastriċi u polipi fil-kolon).

Ġew osservati żidiet fil-ferritin u f'TSAT ogħla mil-limiti ta’ sigurtà bl-użu ta’ Fexeric.

Lista f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

Is-sigurtà ta’ Fexeric għall-kura ta’ iperfosfatemija ġiet investigata fi 18-il prova klinika li fihom ħadu sehem total ta’ 1388 pazjent b’CKD 5D b’tul ta’ kura sa sentejn u 145 pazjent b’CKD ND b’tul ta’ kura minn 12-il ġimgħa sa sena.

F’pazjenti b’CKD 5D, il-valutazzjoni primarja tas-sigurtà hija bbażata fuq l-analiżi integrata tad-data minn 4 studji li fihom ħadu sehem 557 pazjent b’CKD 5D li ngħataw kura b’Fexeric sa sena.

F’pazjenti b’CKD ND, il-valutazzjoni primarja tas-sigurtà hija bbażata fuq data mill-istudju pivotali (Studju 204), fejn 75 pazjent ingħataw kura b’Fexeric għal 12-il ġimgħa. Ir-reazzjonijiet avversi rapportati f’pazjenti b’CKD 5D u b’CKD ND huma preżentati fit-Tabelli 1 u 2, rispettivament. Il- frekwenzi tar-reazzjonijiet avversi huma definiti bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna

(≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); u rari ħafna (< 1/10,000).

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi osservati waqt studji kliniċi li fihom Fexeric ingħata lil pazjenti b’CKD 5D fuq emodijalisi jew fuq dijalisi peritoneali.

Sistema tal-klassifika tal-organi skont

Reazzjoni Avversa

MedDRA

 

Infezzjonijiet u Infestazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Bronkite

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

 

Mhux komuni:

Tnaqqis fl-aptit, iperkalemija, iperfosfatemija,

 

żieda fl-aptit

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Mhux komuni:

Sturdament, uġigħ ta’ ras

Disturbi kardijaċi

 

Mhux komuni:

Palpitazzjonijiet, qtugħ ta’ nifs

Disturbi vaskulari

 

Mhux komuni:

Ipertensjoni malinna

Disturbi Respiratorji, Toraċiċi u

 

Medjastinali

 

Mhux komuni:

Edema pulmonari, tħarħir

Disturbi gastrointestinali

 

Komuni ħafna:

Dijarea, ippurgar skulurit

Komuni:

Uġigħ/skumdità/nefħa addominali, stitikezza,

 

nawżja, rimettar

Mhux komuni:

Ippurgar mhux normali, ippurgar irregolari, ħalq

 

xott, disgewsja, dispepsja, gass, ippurgar frekwenti,

 

gastrite, gastrite erożiva, mard ta’ rifluss

 

gastrointestinali, ematemesi, ulċera peptika

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

Mhux komuni:

Ħakk, raxx

Disturbi renali u fis-sistema urinarja

 

Mhux komuni:

Inkontinenza

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet fil-post

 

mnejn jingħata

 

Mhux komuni:

Uġigħ, għatx

Investigazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Ħsejjes anomali man-nifs, żieda fil-ferritin fis-

 

serum, żieda fis-saturazzjoni ta’ transferrin, żieda

 

fil-piż

Korriment, Avvelenament u

 

Komplikazzjonijiet Proċedurali

 

Mhux komuni:

Ħsara fil-muskoli

Tabella 2: Reazzjonijiet avversi osservati waqt studji kliniċi li fihom Fexeric ingħata lil pazjenti b’CKD ND.

Sistema tal-Klassifika tal-Organi skont

Reazzjoni Avversa

MedDRA

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

 

Komuni:

Ipofosfatemija

Disturbi gastrointestinali

 

Komuni ħafna:

Dijarea, stitikezza, ippurgar skulurit

Komuni:

uġigħ/skumdità addominali, nawżja, rimettar,

 

murliti, haematochezia, ippurgar mukuż, dispepsja,

 

gass, ħalq xott

Rapportar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali elenkata f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

M'hemm l-ebda data disponibbli dwar doża eċċessiva ta’ Fexeric fil-bnedmin. F’pazjenti b’CKD li jkunu fuq dijalisi, id-doża massima studjata kienet ta’ 12 g (12-il pillola) ta’ Fexeric kuljum.

Doża eċċessiva tal-ħadid hija perikoluża, b'mod partikolari fit-tfal, u teħtieġ attenzjoni minnufih. Is- sintomi ta’ doża eċċessiva akuta ta’ ħadid jinkludu rimettar, dijarea, uġigħ addominali, irritabbiltà, u ħedla. Jekk xi ħadd ikun magħruf jew suspettat li aċċidentalment jew intenzjonalment bela' doża eċċessiva ta’ Fexeric, għandha titfittex attenzjoni medika minnufih.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini għall-kura ta’ iperkalimja u ta’ iperfosfatimija Kodiċi ATC: V03AE08

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Din il-mediċina fiha l-kumpless ta’ koordinazzjoni taċ-ċitrat ferriku bħala s-sustanza attiva. Il- komponent tal-ħadid jirreaġixxi mal-fosfat mid-dieta fil-passaġġ gastrointestinali (GI) u jippreċipita l- fosfat bħala fosfat ferriku. Dan il-kompost ma jinħallx u jiġi eliminat fl-ippurgar, u b’hekk inaqqas l- ammont ta’ fosfat li jiġi assorbit mill-passaġġ GI. Billi jeħel mal-fosfat fil-passaġġ GI u jnaqqas l-

assorbiment, Fexeric inaqqas il-livelli tal-fosfru fis-serum. Wara l-assorbiment, iċ-ċitrat jiġi konvertit f’bikarbonat mit-tessuti.

Effikaċja klinika

Il-kapaċità ta’ Fexeric li jikkontrolla l-fosfru fis-serum f’pazjenti b’CKD kienet prinċipalment ivvalutata fi prova pivotali fit-tul tal-Fażi III (Studju 304) f’pazjenti b’CKD 5D, u fi prova pivotali, ikkontrollata bi plaċebo, fuq 12-il ġimgħa tal-Fażi II (Studju 204) f’pazjenti b’CKD ND b’anemija. Iż- żewġ studji saru fuq pazjenti mill-Amerika ta’ Fuq u/jew Asjatiċi.

Bħala punt tat-tmiem sekondarju f’pazjenti fuq dijalisi, u punt tat-tmiem koprimarju f’pazjenti li ma kinux fuq dijalisi, ġiet ivvalutata wkoll il-kapaċità ta’ Fexeric li jżid il-ħażniet tal-ħadid.

Effetti fuq l-omeostasi tal-fosfru

Fl-istudju 304 pivotali fuq pazjenti fuq dijalisi, wara perjodu ta’ tneħħija (washout) ta’ ġimagħtejn-, 441 pazjent b’CKD 5D b’iperfosfatimija kienu randomizzati biex jirċievu Fexeric (n=292) jew kontroll attiv (karbonat ta’ sevelamer u/jew aċetat tal-kalċju; n=149) b’tikketta mikxufa għal

52 ġimgħa. Id-doża tal-bidu ta’ Fexeric kienet ta’ 6 pilloli/kuljum (6 g/kuljum), f’dożi maqsumin mal- ikel. Id-doża tal-bidu tal-kontroll attiv kienet id-doża tal-pazjent qabel il-perjodu ta’ tneħħija.

Id-doża tal-aġent li jingħaqad mal-fosfat ġiet ittitrata skont il-ħtieġa biex il-livelli tal-fosfru fis-serum jinżammu bejn 3.5 u 5.5 mg/dl, għal massimu ta’ 12 g/kuljum. In-nuqqas ta’ inferjorità għal karbonat ta’ sevelamer ġie stabbilit fil-Ġimgħa 12. Wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 52- ġimgħa b’kontroll attiv, il- pazjenti kienu eliġibbli biex jidħlu f’perjodu ta’ 4- ġimgħat ikkontrollat bi plaċebo li fih reġgħu ġew randomizzati biex jirċievu Fexeric (n=96) jew plaċebo (n=96).

Wara 12-il ġimgħa ta’ kura, il-bidla medja (± SD) fil-fosfru fis-serum mil-linja bażi kienet ta’

−2.02 ± 2.0 mg/dl għal Fexeric u ta’ −2.21 ± 2.18 mg/dl għall-karbonat ta’ sevelamer, li juri n-nuqqas ta’ inferjorità ta’ Fexeric għal sevelamer. Matul il-perjodu kollu ta’ 52- ġimgħa b’kontroll attiv, it- tnaqqis fil-fosfru fis-serum (ta’ madwar 2.0 mg/dl wara perjodu ta’ tneħħija ta’ ġimagħtejn) u l- perċentwal ta’ pazjenti li laħqu u li żammew il-fosfru fis-serum ≤ 5.5 mg/dl (madwar 62%) kienu komparabbli kemm fil-grupp ta’ Fexeric kif ukoll f'dak tal-kontroll attiv (Tabella 3). Matul il-perjodu sussegwenti ta’ 4- ġimgħat ikkontrollat bi plaċebo, il-livelli tal-fosfru fis-serum baqgħu stabbli fil- pazjenti li kienu qed jirċievu Fexeric (tnaqqis medju ta’ 0.24 mg/dl), filwaqt li l-pazjenti li kienu rċevew plaċebo kellhom żieda medja ta’ 1.79 mg/dl (p<0.0001 għad-differenza bejn il-kuri).

Fl-istudju 204 pivotali fuq pazjenti mhux fuq dijalisi, total ta’ 148 pazjent b’CKD ND b’iperfosfatimija u b'anemija b’defiċjenza tal-ħadid, irċevew kura bil-mediċina tal-istudju; kien hemm 141 pazjent fil-popolazzjoni b’intenzjoni li jiġu kkurati (Fexeric: 72 pazjent; Plaċebo: 69 pazjent). Id- doża tal-bidu ta’ Fexeric kienet ta’ 3 pilloli kuljum (3 g/kuljum) f’dożi maqsumin mal-ikel u ġiet aġġustata skont il-bżonn sa massimu ta’ 12 g/kuljum sabiex il-livelli tal-fosfru fis-serum jinżammu bejn 3.0 u 3.5 mg/dl.

Matul il-perjodu ta’ kura ta’ 12-il ġimgħa, il-pazjenti li ngħataw kura b’Fexeric kellhom tnaqqis sinifikanti fil-fosfru fis-serum, meta mqabbla mal-grupp tal-plaċebo (p<0.001 għad-differenza bejn il- kuri) (Tabella 3). It-tneħħija tal-fosfru u tal-FGF-23 fl-awrina tnaqqset ukoll b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-linja bażi fil-pazjenti b’CKD ND li ngħataw kura b’Fexeric meta mqabbla mal-pazjenti li ngħataw kura bi plaċebo.

Tabella 3: Sommarju tal-parametri tal-effikaċja fuq l-omeostasi tal-fosfru fil-Ġimgħa 12 u fil- Ġimgħa 52 fl-Istudju 304 (CKD 5D) u fil-Ġimgħa 12 fl-Istudju 204 (CKD ND)

 

Studju 304 (CKD 5D)

Studju 204 (CKD ND)

Parametru

Fexeric

Kontroll Attiv

Fexeric

 

Plaċebo

N=281

N=146

N=72

 

N=69

Fosfru fis-serum fil-linja

 

 

 

 

 

bażi

7.41 ± 1.6

7.56 ± 1.7

4.5 ± 0.61

 

4.7 ± 0.60

(medja ± SD, mg/dl)

 

 

 

 

 

Bidla fil-Fosfru fis-Serum

 

−2.22 ± 2.1

 

 

 

mil-linja bażi fil-Ġimgħa

−2.02 ± 2.0

(−2.21 ± 2.2

−0.7 ± 0.61

 

−0.3 ± 0.74

12§

għal sevelamer

 

(medja ± SD, mg/dl)

 

biss)

 

 

 

Bidla fil-Fosfru fis-Serum

 

 

 

 

 

mil-linja bażi fil-Ġimgħa

−2.03 ± 2.0

−2.18 ± 2.3

 

NAP

 

 

 

 

 

 

(medja ± SD, mg/dl)

 

 

 

 

 

Proporzjon ta’ dawk li

 

 

 

 

 

rrispondew għall-fosfru fis-

60.9*

63.7*

69.4**

 

27.5**

serum fil-Ġimgħa 12 (%)

 

 

 

 

 

Proporzjon ta’ dawk li

62.3*

63.0*

 

NAP

rrispondew għall-fosfru fis-

 

serum fil-Ġimgħa 52 (%)

 

 

 

 

 

§ Punt tat-tmiem primarju fl-Istudju 304; Punt tat-tmiem koprimarju fl-Istudju 204. *Proporzjon ta’ pazjenti li kisbu fosfru fis-serum ≤ 5.5 mg/dl f’pazjenti b’CKD 5D; **Proporzjon ta’ pazjenti li kisbu fosfru fis-serum ≤ 4.0 mg/dl f’pazjenti b’CKD ND NAP: mhux applikabbli; SD: devjazzjoni standard

Effetti fuq l-omeostasi tal-ħadid

Fl-istudju pivotali 304 fuq pazjenti fuq dijalisi, il-pazjenti b’CKD 5D li ngħataw kura b’Fexeric, meta mqabbla ma’ pazjenti li ngħataw kura b’kontroll attiv, kellhom żidiet sinifikament ogħla fil-livelli ta’ ferritin u ta’ TSAT wara 52 ġimgħa ta’ kura (Tabella 4), u ħadid kumulattiv ġol-vina (96 meta mqabbel ma' 149 mg/fix-xahar) u użu ta’ ESA (7,713 meta mqabbel ma' 9,183 IU/fil-ġimgħa) sinifikament aktar baxxi matul l-istess perjodu. Matul il-perjodu ta’ kura ta’ 52- ġimgħa, l-emoglobina baqgħet relattivament stabbli fil-grupp ta’ Fexeric meta mqabbla mal-grupp ta’ kontroll attiv

(Tabella 4).

Fl-istudju 204 mhux pivotali fuq pazjenti li ma kinux fuq dijalisi, il-pazjenti b’CKD ND li ngħataw kura b’Fexeric kellhom żieda sinifikanti fil-livelli ta’ TSAT, ta’ ferritin u ta’ emoglobina fis-serum meta mqabbla mal-grupp tal-plaċebo wara 12-il ġimgħa ta’ kura (p<0.001 għad-differenzi bejn il-kuri għal kull parametru) (Tabella 4).

Tabella 4: Sommarju tar-riżultati dwar l-omeostasi tal-ħadid fil-Ġimgħa 12 u fil-Ġimgħa 52 fl- Istudju 304 (CKD 5D) u fil-Ġimgħa 12 fl-Istudju 204 (CKD ND)

 

Studju 304 (CKD 5D)

Studju 204 (CKD ND)

Parametru

Fexeric

Kontroll Attiv

Fexeric

 

Plaċebo

N=281

N=146

N=72

 

N=69

TSAT fil-linja bażi

31.3 ± 11.2

30.8 ± 11.6

21.6 ± 7.4

 

21.0 ± 8.3

(medja ± SD, %)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bidla f'TSAT mil-linja bażi

 

 

 

 

 

fil-Ġimgħa 12§

8.8 ± 18.3

0.5 ±15.8

10.2 ± 12.5

 

−1.0 ± 7.0

(medja ± SD, %)

 

 

 

 

 

Bidla f'TSAT mil-linja bażi

 

 

 

 

 

fil-Ġimgħa 52

7.9 ± 18.3

−1.0 ± 14.9

 

NAP

(medja ± SD, %)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ferritin fil-linja bażi

592.8 ± 292.9

609.5 ± 307.7

115.8 ± 83.1

 

110 ± 80.9

(medja ± SD, ng/ml)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bidla fil-ferritin mil-linja

 

 

 

 

 

bażi fil-Ġimgħa 12

162.7 ± 284.3

44.0 ± 270.4

73.5 ± 76.2

 

−4.4 ± 47.5

(medja ± SD, ng/ml)

 

 

 

 

 

Bidla fil-ferritin mil-linja

 

 

 

 

 

bażi fil-Ġimgħa 52

302.1 ± 433.7

22.4 ± 374.0

 

NAP

(medja ± SD, ng/ml)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Proporzjon b’ferritin

166 (59.1%)

87 (59.6%)

 

> 500 ng/ml fil-linja bażi

 

 

 

 

 

 

Proporzjon b’ferritin

174 (61.9%)

86 (58.9%)

3 (4.2%)

 

> 500 ng/ml fil-Ġimgħa 12

 

 

 

 

 

 

Proporzjon b’ferritin

160 (56.9%)

63 (43.2%)

 

NAP

> 500 ng/ml fil-Ġimgħa 52

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hgb fil-linja bażi

11.61 ± 1.24

11.71 ± 1.26

10.5 ± 0.81

 

10.6 ± 1.1

(medja ± SD, g/dl)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bidla fl-Hgb mil-linja bażi

 

 

 

 

 

fil-Ġimgħa12

0.19 ± 1.41

0.19 ± 1.53

0.4 ± 0.75

 

−0.2 ± 0.91

(medja ± SD, g/dl)

 

 

 

 

 

Bidla fl-Hgb mil-linja bażi

 

 

 

 

 

fil-Ġimgħa 52

0.20 ± 1.34

0.55 ± 1.59

 

NAP

(medja ± SD, g/dl)

 

 

 

 

 

§ Punt tat-tmiem ko-primarju fl-Istudju 204.

Il-parametri l-oħra kollha kienu punti tat-tmiem sekondarji jew esploratorji fiż-żewġ studji.

Hgb: emoglobina; NAP: mhux applikabbli; SD: devjazzjoni standard; TSAT: saturazzjoni ta’ transferrin

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Fexeric f’wieħed jew iktar subsettijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ iperfosfatemija relatata ma’ mard kroniku tal-kliewi (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Indeboliment epatiku

Mill-557 pazjent li kienu qed jirċievu Fexeric fil-popolazzjoni raggruppata tas-sigurtà, kien hemm 67 (12%) pazjent b’evidenza ta’ disfunzjoni tal-fwied fil-linja bażi. Dawn il-pazjenti ngħataw kura skont l-iskeda rakkomandata tad-dożaġġ mingħajr ebda tħassib dwar is-sigurtà.

Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ indeboliment epatiku jew tibdil sinifikanti tal-enzimi epatiċi fl- istudji kliniċi b’Fexeric, inklużi l-istudji fit-tul.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Minħabba l-mekkaniżmu primarju ta’ azzjoni predominantement lokalizzat tal-mediċina fil-passaġġ GI ma twettqux studji farmakokinetiċi formali.

Eżami tal-parametri tal-ħażna tal-ħadid fis-serum wera li hemm assorbiment sistemiku baxx tal-ħadid ta’ madwar 1% minn Fexeric.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Il-programm mhux kliniku kien ibbażat fuq studji tossikoloġiċi b’7 dożi ripetuti fil-firien u fil-klieb. F’dożi għoljin l-organu fil-mira għat-tossiċità primarja taċ-ċitrat ferriku huwa l-passaġġ GI, b’evidenza ta’ erożjoni mukuża u infjammazzjoni akuta għal subakuta tal-passaġġ GI fil-klieb. Fi klieb b’livell tajjeb ta’ ħadid, sejbiet mikroskopiċi u makroskopiċi fil-fwied kienu konsistenti ma’ sinjali ta’ akkumulazzjoni tal-ħadid.

Data dwar il-farmakodinamika primarja u sekondarja, is-sigurtà farmakoloġika u l-farmakokinetika ta’ Fexeric inkisbet mill-istudji tossikoloġiċi b’dożi ripetuti, u ma wriet l-ebda tħassib dwar is-sigurtà għall-bnedmin.

Informazzjoni dwar il-ġenotossiċità, il-potenzjal karċinoġeniku, it-tossiċità għar-riproduzzjoni u l- iżvilupp ta’ ċitrat ferriku inġabret mid-dokumentazzjoni xjentifika. Data minn studji dwar il- karċinoġeneċità wriet li ċ-ċitrat ferriku mhuwiex karċinoġeniku fil-ġrieden u fil-firien meta jingħata ġol-muskolu jew taħt il-ġilda. Iċ-ċitrat ferriku la kien mutaġeniku fit-test tal-mutazzjoni riversiva batterika (test Ames) u lanqas klastoġeniku fit-test tal-aberrazzjoni kromosomali f’fibroblasti fil-

ħamster Ċiniż.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Qalba tal-pillola

Lamtu, preġelatinizzat

Calcium stearate

Ir-rita tal-pillola

Ipromellożu (hypromellose)

Titanium Dioxide

Triacetin

Sunset Yellow FCF (E110)

Allura Red AC (E129)

Indigo Carmine

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn.

Żmien kemm idum tajjeb wara li l-flixkun ikun infetaħ għall-ewwel darba: 60 jum

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Żomm il-flixkun magħluq sew sabiex tipproteġi mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta' dak li hemm ġo fih

Fliexken HDPE b’għeluq reżistenti għat-tfal b’dessikant.

Daqs tal-pakkett: 200 pillola miksija b’rita.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda rekwiżit speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Keryx Biopharma UK Ltd.

Riverbank House

2 Swan Lane

Londra

EC4R 3TT

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/15/1039/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 23 ta’ Settembru 2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati