Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Fiasp (insulin aspart) – Fuljett ta’ tagħrif - A10AB05

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFiasp
Kodiċi ATCA10AB05
Sustanzainsulin aspart
ManifatturNovo Nordisk A/S

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Fiasp 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest insulina aspart

Din il-mediċina hija suġġetta għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Fiasp u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Fiasp

3.Kif għandek tuża Fiasp

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Fiasp

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Fiasp u għalxiex jintuża

Fiasp hu insulina li tittieħed fil-ħin tal-ikel u li jaħdem malajr biex ibaxxi z-zokkor fid-demm. Fiasp hu soluzzjoni għall-injezzjoni li fih insulina aspart u li jintuża għall-kura tad-dijabete mellitus fl-adulti. Id-dijabete hija marda fejn il-ġisem tiegħek ma jagħmilx biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm. Kura b’Fiasp tgħin biex tippreveni komplikazzjonijiet mid-dijabete tiegħek.

Fiasp għandu jiġi injettat sa 2 minuti qabel il-bidu tal-ikla, bl-għażla li jiġi injettat sa 20 minuta wara li tibda l-ikla.

Din il-mediċina jkollha l-effett massimu tagħha bejn siegħa u 3 sigħat wara l-injezzjoni, u l-effett idum għal 3 sa 5 sigħat.

Din il-mediċina għandha normalment tintuża flimkien ma’ preparazzjonijiet oħrajn tal-insulina li jaġixxu b’effett intermedju jew li jaġixxu fit-tul.

Din il-mediċina tista’ tintuża wkoll għall-infużjoni kontinwa f’sistema ta’ pompa.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Fiasp

Tużax Fiasp

jekk inti allerġiku għall-insulina aspart jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Fiasp. Fuq kollox oqgħod attent għal dawn li ġejjin:

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) – Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx wisq, segwi l-gwida ta’ kif għandek tagħmel meta jkollok livell baxx ta’ zokkor fid- demm f’sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’. Fiasp jibda jbaxxi z-zokkor fid-demm aktar malajr meta mqabbel ma’ insulini oħrajn li jittieħdu fil-ħin tal-ikel. Jekk isseħħ l-ipogliċemija, inti jista’ jkollok din il-kundizzjoni aktar malajr wara injezzjoni b’Fiasp.

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija) – Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun għoli wisq, segwi l-gwida ta’ kif għandek tagħmel meta jkollok livell għoli ta’ zokkor fid- demm f’sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’.

Meta tbiddel minn prodotti mediċinali oħra tal-insulina – Jista’ jkun li jkollok bżonn tbiddel id- doża tiegħek tal-insulina jekk inti taqleb minn insulina oħra.

Pioglitazone użat flimkien mal-insulina – Dan jista’ jżid ir-riskju ta’ insuffiċjenza kardijaka, ara taħt ‘Mediċini oħra u Fiasp’ hawn taħt.

Disturbi fl-għajnejnId-disturb fl-għajnejn minħabba d-dijabete jista’ b’mod temporanju jmur għall-agħar jekk it-titjib fil-kontroll taz-zokkor fid-demm isir b’rata mgħaġġla.

Uġigħ minħabba ħsara fin-nervituri – Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjieb b’rata mgħaġġla ħafna, jista’ jkollok uġigħ relatat man-nervituri, li.normalment ikun temporanju.

Nefħa madwar il-ġogi tiegħek – Meta tibda tuża l-mediċina tiegħek għall-ewwel darba, ġismek jista’ jżomm aktar ilma milli suppost. Dan jikkawża nefħa madwar l-għekiesi tiegħek u ġogi oħrajn. Dan normalment ma jdumx għal tul ta’ żmien.

Jekk għandek vista batuta, jekk jogħġbok ara sezzjoni 3 ‘Kif għandek tuża Fiasp’.

Xi kundizzjonijiet u attivitajiet jistgħu jaffettwaw kemm għandek bżonn insulina. Kellem lit-tabib tiegħek:

jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied, jew tal-glandola adrenali, pitwitarja jew tat- tirojde.

jekk qed tagħmel iktar eżerċizzju mis-soltu jew jekk trid tibdel id-dieta normali tiegħek, għax dan jista’ jkollu effett fuq il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

jekk inti marid, kompli ħu l-insulina tiegħek u kellem lit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tintuża fi tfal u fl-adolexxenti, peress li m’hemmx esperjenza b’din il- mediċina fi tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Fiasp

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Xi mediċini jaffettwaw il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek – dan jista’ jfisser li d-doża tal-insulina tiegħek trid tinbidel.

Hawn taħt hawn elenkati l-iktar mediċini komuni li jistgħu jaffettwaw il-kura tiegħek bl-insulina.

Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ (ipogliċemija) jekk tieħu:

mediċini oħra għall-kura tad-dijabete (orali jew li jistgħu jiġu injettati)

sulphonamides – użati fil-kura ta’ infezzjonijiet

sterojdi anaboliċi – bħal testosterone

imblokkaturi tar-riċetturi beta – eż. użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm jew l-anġina. Jistgħu jagħmluha aktar diffiċli li tagħraf is-sinjali ta’ twissija ta’ livell baxx ta’ zokkor fid- demm (ara sezzjoni 4 għal ‘Sinjali ta’ twissija ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm’)

acetysalicylic acid (u salicylates oħrajn) – użati biex itaffu l-uġigħ u deni ħafif

inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO) – użati fil-kura tad-dipressjoni

inibituri tal-enzima li tikkonverti angiotensin (ACE) – użati fil-kura ta’ xi kundizzjonijiet tal- qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm.

Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija) jekk tieħu:

danazol – għall-endometrijosi

kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq (pilloli li jikkontrollaw biex ma tinqabadx tqala)

ormoni tat-tirojde – għal problemi fil-glandola tat-tirojde

ormon tat-tkabbir – għal defiċjenza ta’ ormon tat-tkabbir

glukokortikojdi bħal ‘cortisone’ – użat fil-kura tal-infjammazzjoni

simpatomimetiċi bħal epinephrine (adrenaline), salbutamol jew terbutaline – użati fil-kura tal- ażżma

thiazides – użati fil-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew jekk il-ġisem tiegħek ikun qed iżomm ilma żżejjed (żamma ta’ ilma).

Octreotide u lanreotide – użati għall-kura ta’ kundizzjoni rari fejn ikun hemm ammont eċċessiv ta’ ormon ta’ tkabbir (akromegalija). Dawn jistgħu kemm iżidulek kif ukoll inaqqsulek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Pioglitazone – mediċina orali kontra d-dijabete li tintuża għall-kura tad-dijabete mellitus ta’ tip 2. Xi pazjenti li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu minn dijabete ta’ tip 2 u minn mard tal-qalb, jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazoneu u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu, żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik (jew jekk m’intix ċert), kellem lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Fiasp mal-alkoħol

Jekk tixrob l-alkoħol, il-ħtieġa tiegħek għall-insulina tista’ tinbidel hekk kif il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista’ jitla’ jew jinżel. Għalhekk għandek timmonitorja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek aktar ta’ spiss mis-soltu.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Jista’ jkun hemm il-bżonn li tinbidel id-doża tal-insulina tiegħek waqt it- tqala u wara l-ħlas. Il-kontroll bil-għaqal tad-dijabete tiegħek hu meħtieġ waqt it-tqala. Il-prevenzjoni ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) hu partikularment importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.

M’hemm ebda restrizzjonijiet għall-kura b’Fiasp waqt it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx dan jista’ jaffettwa l-ħila li ssuq jew tuża kwalunkwe għodod jew magni. Jekk il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx, il- konċentrazzjoni u l-abbiltà tiegħek biex tirreaġixxi jistgħu jiġu affettwati. Dan jista’ jkun perikoluż għalik u għal ħaddieħor. Staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq jekk:

ta’ spiss ikollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm

issibha diffiċli biex tinduna li għandek livell baxx ta’ zokkor fid-demm.

Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti fi Fiasp

Din il-mediċina fiha anqas minn mmol 1 ta’ sodium (23 mg) f’kull doża. Dan ifisser li din il-mediċina hi essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.

3.Kif għandek tuża Fiasp

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Jekk inti persuna għamja jew għandek vista batuta u ma tistax taqra l-kontatur tad-doża fuq il-pinna, tużax din il-pinna mingħajr għajnuna. Fittex għajnuna mingħand persuna li għandha vista tajba u li hija mħarrġa fl-użu tal-pinna mimlija għal-lest FlexTouch.

Il-pinna mimlija għal-lest tipprovdi doża ta’ 1-80 unità f’injezzjoni waħda f’żidiet ta’ 1 unità.

Meta għandek tuża Fiasp

Fiasp hu insulina li tittieħed fil-ħin tal-ikel.

Fiasp għandu jiġi injettat sa 2 minuti qabel il-bidu tal-ikla, bl-għażla li jiġi injettat sa 20 minuta wara li tibda l-ikla.

Din il-mediċina jkollha l-effett massimu tagħha bejn siegħa u 3 sigħat wara l-injezzjoni, u l-effett idum għal 3 sa 5 sigħat.

Id-doża ta’ Fiasp

Doża għad-dijabete ta’ tip 1 u ta’ tip 2

It-tabib tiegħek se jiddeċiedi miegħek:

l-ammont ta’ Fiasp li se jkollok bżonn ma’ kull ikla

meta tiċċekkja l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek u jekk ikollokx bżonn ta’ doża ogħla jew iktar baxxa.

Jekk tkun tixtieq tibdel id-dieta tas-soltu tiegħek, l-ewwel iċċekkja mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal- infermier tiegħek, għax bidla fid-dieta tas-soltu tiegħek tista’ tibdel il-bżonn tiegħek għall-insulina.

Meta tuża mediċini oħrajn, staqsi lit-tabib tiegħek jekk il-kura tiegħek għandhiex bżonn tiġi aġġustata.

Aġġustament fid-doża għad-dijabete ta’ tip 2

Id-doża ta’ kuljum għandha tkun ibbażata fuq il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek fil-ħin tal-ikel u fil-ħin tal-irqad tal-ġurnata preċedenti.

Qabel il-kolazzjonid-doża għandha tiġi aġġustata skont il-livell taz-zokkor fid-demm qabel l- ikla ta’ nofsinhar tal-ġurnata preċedenti

Qabel l-ikla ta’ nofsinhar – id-doża għandha tiġi aġġustata skont il-livell taz- zokkor fid-demm qabel iċ-ċena ta’ filgħaxija tal-ġurnata preċedenti

Qabel iċ-ċena ta’ filgħaxija – id-doża għandha tiġi aġġustata skont il-livell taz- zokkor fid- demm fil-ħin tal-irqad tal-ġurnata preċedenti

Tabella 1 Aġġustament fid-doża

Zokkor fid-demm fil-ħin tal-ikel jew fil-ħin tal-

Aġġustament fid-doża

irqad

 

 

mmol/L

mg/dL

 

inqas minn 4.0

inqas minn 71

Naqqas id-doża b’unità 1

4.0-6.0

71-108

L-ebda aġġustament fid-doża

iktar minn 6.0

iktar minn 108

Żid id-doża b’unità 1

Użu f’pazjenti anzjani (65 sena jew aktar)

Din il-mediċina tista’ tintuża f’pazjenti anzjani. Kellem lit-tabib tiegħek dwar tibdil fid-doża tiegħek.

Jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied

Jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied, jista’ jkollok bżonn tiċċekkja l-livell ta’ zokkor fid- demm tiegħek b’mod aktar regolari. Kellem lit-tabib tiegħek dwar tibdil fid-doża tiegħek.

Kif tinjetta Fiasp

Din il-mediċina hija għall-injezzjoni taħt il-ġilda (injezzjoni subkutanja).

Qabel ma tuża Fiasp għall-ewwel darba, it-tabib jew l-infermier tiegħek se jurik kif tuża l-pinna mimlija għal-lest.

Fejn għandek tagħmel l-injezzjoni

L-aħjar postijiet fejn tinjetta huma n-naħa ta’ quddiem ta’ qaddek (iż-żaqq) jew in-naħa ta’ fuq ta’ dirgħajk.

Tinjettax ġo vina jew ġo muskolu.

Ibdel il-post fiż-żona fejn tinjetta kuljum biex tnaqqas ir-riskju li tiżviluppa bidliet taħt il-ġilda

(ara sezzjoni 4).

Tużax Fiasp

jekk il-pinna tkun bil-ħsara jew ma tkunx inħażnet kif suppost (ara sezzjoni 5 ‘Kif taħżen

Fiasp’).

jekk l-insulina ma tidhirx ċara (eż. tidher imċajpra) u bla kulur.

Istruzzjonijiet dettaljati għall-użu jinsabu fuq in-naħa l-oħra ta’ dan il-fuljett.

Jekk tuża Fiasp aktar milli suppost

Jekk tuża żżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitbaxxa żżejjed (ipogliċemija); ara l-parir f’sezzjoni 4 taħt ‘Livell baxx ta’ zokkor fid-demm’.

Jekk tinsa tuża Fiasp

Jekk tinsa tuża l-insulina tiegħek, iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Ara sezzjoni 4 taħt ‘Livell għoli ta’ zokkor fid-demm’.

Tliet passi sempliċi biex tevita livell baxx jew għoli ta’ zokkor fid-demm huma:

Dejjem żomm pinna żejda fil-każ li titlef il-pinna tiegħek jew jiġrilha l-ħsara.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek li turi li għandek id-dijabete.

Dejjem żomm fuqek prodotti li jkun fihom iz-zokkor. Ara sezzjoni 4 taħt ‘X’għandek tagħmel jekk ikollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm’.

Jekk tieqaf tuża Fiasp

Tiqafx tuża l-insulina tiegħek mingħajr ma l-ewwel titkellem mat-tabib tiegħek. Jekk tieqaf tuża l- insulina tiegħek, dan jista’ jwassal għal livell għoli ħafna ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija severa) u ketoaċidożi (kundizzjoni fejn ikun hemm wisq aċtu fid-demm, li hu potenzjalment ta’ periklu għall-

ħajja). Ara s-sintomi u l-pariri f’sezzjoni 4 taħt ‘Livell għoli ta’ zokkor fid-demm’.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) huwa komuni ħafna b’kura bl-insulina (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10). Jista’ jkun serju ħafna. Jekk il-livell taz-zokkor fid- demm jinżel wisq, inti tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tikkawża ħsara fil-moħħ u tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Jekk għandek sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu passi minnufih biex iżżid il-livell taz-zokkor fid-demm. Ara l-parir taħt ‘Livell baxx ta’ zokkor fid-demm’ aktar ’l isfel.

Jekk ikollok reazzjoni allerġika serja għall-insulina jew għal xi wieħed mis-sustanzi fi Fiasp, ieqaf uża din il-mediċina u għamel kuntatt minnufih mas-servizz tal-emerġenza medika.

Is-sinjali ta’ reazzjoni allerġika serja jistgħu jinkludu:

reazzjonijiet lokali (eż., raxx, ħmura u ħakk) li jinfirxu għal partijiet oħra ta’ ġismek

f’daqqa waħda ma tħossokx tajjeb u tibda tegħreq

tibda tiddardar (rimettar)

ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs

ikollok taħbit tal-qalb mgħaġġel jew tħossok stordut.

Reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx tal-ġilda ġeneralizzat u nefħa fil-wiċċ jistgħu jseħħu. Dawn mhumiex komuni u jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100. Fittex tabib jekk is-sintomi jmorru għall-agħar jew ma tarax titjib wara xi ftit ġimgħat.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

Reazzjoni fis-sit mnejn jingħata: Reazzjonijiet lokali jistgħu jseħħu fil-post fejn tinjetta lilek innifsek. Is-sinjali jistgħu jinkludu: raxx, ħmura, infjammazzjoni, tbenġil u ħakk. Normalment dawn ir- reazzjonijiet imorru wara ftit jiem.

Reazzjonijiet tal-ġilda: Sinjali ta’ allerġija fuq il-ġilda bħal ekżema, raxx, ħakk, urtikarja u dermatite jistgħu jseħħu.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

Tibdil taħt il-ġilda fejn tagħmel l-injezzjoni (lipodistrofija): It-tessut tax-xaħam taħt il-ġilda jista’ jirqaq (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). Li tibdel il-post fejn tinjetta kull darba jista’ jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa dan it-tibdil fil-ġilda. Jekk tinnota dan it-tibdil fil-ġilda, għid lit-tabib jew lill- infermier tiegħek. Jekk tkompli tinjetta fl-istess post, dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jsiru aktar severi u jaffettwaw l-ammont ta’ mediċina li ġismek jikseb.

Effetti ġenerali mill-kura bl-insulina inkluż Fiasp

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) (komuni ħafna)

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:

Tixrob l-alkoħol; tinjetta żżejjed insulina; tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu; tiekol ftit wisq jew taqbeż xi ikla.

Sinjali ta’ twissija ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm – dawn jistgħu jiġu f’daqqa:

Uġigħ ta’ ras

diskors ma jiftiehemx

taħbit tal-qalb mgħaġġel

għaraq kiesaħ

ġilda kiesħa u pallida

tħossok imdardar

tħossok bil-ġuħ ħafna

rogħda jew tħossok nervuż jew inkwetat

tħoss għeja, dgħufija jew ikollok ngħas mhux tas-soltu

tħossok konfuż

diffikultà biex tikkonċentra

tibdil temporanju fil-vista.

X’għandek tagħmel jekk ikollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm

Jekk inti konxju, ikkura minnufih il-livell baxx ta’ zokkor fid-demm permezz ta’ 15-20 g ta’ karboidrat li jaġixxi b’mod mgħaġġel; kul pilloli tal-glukosju jew ikla oħra ħafifa b’ħafna zokkor, bħal meraq tal-frott, ħelu jew biskuttini (dejjem ġorr miegħek pilloli tal-glukosju jew ikla ħafifa b’ħafna zokkor, għal li jista’ jkun).

Huwa rrakkomandat li terġa’ tiċċekkja l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek wara 15-20 minuta u terġa’ tieħu l-kura jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek għadhom inqas minn 4 mmol/L.

Stenna sakemm is-sinjali ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jibqgħux jidhru jew meta l- livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun ġie lura għan-normal. Imbagħad kompli ħu l-kura bl- insulina tiegħek bħas-soltu.

X’għandhom ikunu jafu persuni oħrajn jekk iħossok ħażin

Għid lill-persuni kollha li tqatta’ ż-żmien magħhom li għandek id-dijabete. Għidilhom x’jista’ jiġri meta l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa żżejjed, inkluż ir-riskju li jista’ jtik ħass ħażin.

Għidilhom li jekk iħossok ħażin, huma jridu:

idawruk fuq ġenbek biex tevita li tifga

iġibu għajnuna medika minnufih

ma jtukx l-ebda ikel jew xorb, għax tista’ tifga.

Meta tintilef minn sensik tista’ tirkupra aktar malajr b’injezzjoni ta’ glucagon. Dan jista’ jingħata biss minn xi ħadd li jaf jużah.

Jekk tingħata glucagon, se jkollok bżonn tieħu z-zokkor jew xi ħaġa ħafifa b’ħafna zokkor malli tiġi f’sensik.

Jekk ma tirrispondix għall-kura b’injezzjoni ta’ glucagon, se jkollok bżonn tiġi kkurat fi sptar.

Jekk livell baxx ħafna ta’ zokkor ma jiġix ikkurat, maż-żmien jista’ jikkawża ħsara fil-moħħ. Dan jista’ jdum għal ftit żmien jew idum ħafna. Jista’ wkoll jikkawża l-mewt.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk:

il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek tbaxxa tant li ħassek ħażin

ingħatajt injezzjoni ta’ glucagon

kellek livell baxx iżżejjed ta’ zokkor fid-demm għal ftit drabi dan l-aħħar.

Dan hu għax id-dożaġġ jew il-ħin ta’ meta tieħu l-injezzjonijiet tal-insulina, l-ikel jew l-eżerċizzju, jista’ jkollhom bżonn jinbidlu.

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija) frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:

Tiekol aktar jew tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu; tixrob l-alkoħol; ikollok infezzjoni jew deni; ma tużax insulina biżżejjed; tieħu inqas insulina milli għandek bżonn ripetutament; tinsa tieħu l-insulina jew tieqaf tieħu l-insulina.

Sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm – dawn normalment jidhru gradwalment:

Ħmura fil-wiċċ

ġilda xotta

tħossok bi ngħas jew għajjien

ħalq xott

riħa ta’ frott (acetone) fil-ħalq

tagħmel l-awrina aktar ta’ spiss

tħossok bil-għatx

titlef l-aptit

tħossok imqalla’ (dardir jew rimettar).

Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni gravi ħafna msejħa ketoaċidożi. Din hi akkumulazzjoni ta’ aċtu fid-demm għax il-ġisem ikun qed ikisser ix-xaħam minflok iz-zokkor. Jekk ma tikkurahiex, din tista’ twassal għal koma dijabetika u eventwalment mewt.

X’għandek tagħmel jekk ikollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm

Ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Agħti doża ta’ korrezzjoni tal-insulina jekk ġejt mgħallem kif għandek tagħmel dan.

Ittestja l-awrina tiegħek għal ketones.

Jekk għandek il-ketones, fittex għajnuna medika immedjatament.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Fiasp

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara ‘JIS’. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Qabel ma jinfetaħ għall-ewwel darba:

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża. Żommu ’l bogħod mill-element li jiffriża. Żomm l- għatu tal-pinna f’postu sabiex tilqa’ mid-dawl.

Wara li jinfetaħ għall-ewwel darba jew meta jinġarr bħala sper: Tista’ ġġorr il-pinna mimlija għal-lest (FlexTouch) tiegħek miegħek u żżommha fit-temperatura tal-kamra (mhux aktar minn 30°C) jew fi friġġ (2°C – 8°C) sa perjodu ta’ 4 ġimgħat. Dejjem żomm l-għatu fuq il-pinna meta ma tkunx qed tużaha sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Fiasp

Is-sustanza attiva hi insulina aspart. Millilitru ta’ soluzzjoni fih 100 unità ta’ insulina aspart. Pinna waħda mimlija għal-lest fiha 300 unità ta’ insulina aspart f’soluzzjoni ta’ 3 mL.

Is-sustanzi l-oħra huma phenol, metacresol, glycerol, zinc acetate, disodium phosphate

dihydrate, arginine hydrochloride, nicotinamide (vitamin B3), hydrochloric acid (għall- aġġustament tal-pH), sodium hydroxide (għall-aġġustament tal-pH) (ara t-tmiem ta’ sezzjoni 2 taħt ‘Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti fi Fiasp’) u l-ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Fiasp u l-kontenut tal-pakkett

Fiasp hu ppreżentat bħala soluzzjoni ċara, bla kulur u akweja għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal- lest.

Daqsijiet tal-pakketti ta’ 1, 5 jew pakkett multiplu bi 2 x 5 pinen mimlija għal-lest ta’ 3 mL. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Novo Nordisk A/S,

Novo Allé

DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka

Issa aqleb għal informazzjoni dwar kif tuża l-FlexTouch tiegħek.

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Istruzzjonijiet dwar kif tuża Fiasp FlexTouch

Jekk jogħġbok aqra sew dawn l-istruzzjonijiet li ġejjin qabel ma tuża l-pinna mimlija għal-lest

FlexTouch tiegħek. Jekk ma ssegwix sew l-istruzzjonijiet, tista’ tieħu ftit wisq jew żżejjed ta’ insulina, li jista’ jwassal għal livell ta’ zokkor fid-demm għoli jew baxx.

Tużax il-pinna mingħajr taħriġ kif suppost mit-tabib jew mill-infermier tiegħek.

Ibda billi tiċċekkja l-pinna tiegħek biex tiżgura li fiha Fiasp 100 unità/mL, imbagħad ħares lejn l- istampi hawn taħt biex issir familjari mal-partijiet differenti tal-pinna u l-labra tiegħek.

Jekk inti persuna għamja jew għandek vista batuta u ma tistax taqra l-kontatur tad-doża fuq il- pinna, tużax din il-pinna mingħajr għajnuna. Ikseb għajnuna mingħand persuna b’vista tajba u li tkun imħarrġa biex tuża l-pinna mimlija għal-lest tiegħek FlexTouch.

Il-pinna tiegħek hi pinna tal-insulina mimlija għal-lest li tħallik tisselezzjona d-doża u fiha 300 unità ta’ insulina. Tista’ tagħżel massimu ta’ 80 unità f’kull doża, f’żidiet ta’ unità 1. Il-pinna tiegħek hi maħsuba biex tintuża ma’ labar NovoTwist, NovoFine jew NovoFine Plus li jintużaw darba biss u li jintremew wara li jintużaw, u li jkollhom tul sa 8 mm. Il-labar mhumiex inklużi f’dan il-pakkett.

Tagħrif importanti

Oqgħod attent ħafna għal dawn in-noti għax huma importanti għall-użu korrett tal-pinna.

Fiasp pinna mimlija għal-lest u labra (eżempju) (FlexTouch)

®FlexTouch

Għatu tal-pinna

Skala tal- insulina

Tieqa tal-insulina

Tikketta tal- pinna

Kontatur tad- doża

Indikatur tad- doża

Selettur tad-doża

Buttuna tal- injezzjoni

Għatu ta' barra tal- labra

Għatu ta'

ġewwa tal- labra

Labra

Siġill protettiv

Buttuna tal- injezzjoni b’żewġ linji

1 Ipprepara l-pinna tiegħek b’labra ġdida

Iċċekkja l-isem u l-qawwa fuq it-tikketta tal-pinna tiegħek, biex taċċerta ruħek li jkun fiha Fiasp 100 unità/mL. Dan hu importanti b’mod speċjali jekk tieħu aktar minn tip wieħed ta’ insulina. Jekk tieħu tip żbaljat ta’ insulina, il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq jew jitbaxxa wisq.

Neħħi l-għatu tal-pinna.

A

Iċċekkja li l-insulina fil-pinna tiegħek tkun ċara u bla kulur.

Ħares minn ġot-tieqa tal-insulina. Jekk l-insulina tidher imċajpra, tużax il-pinna.

B

Ħu labra ġdida u aqta’ s-siġill protettiv.

C

Imbotta l-labra dritt fuq il-pinna. Dawwar sakemm tkun issikkata.

D

Neħħi l-għatu ta’ barra tal-labra u żommu għal wara. Se jkollok bżonnu wara l-injezzjoni, biex tneħħi l-labra minn mal-pinna bla periklu.

E

Neħħi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra u armih. Jekk tipprova terġa’ tpoġġih f’postu, tista’ tniggeż jew tweġġa’ lilek innifsek aċċidentalment bil-labra.

Qatra insulina tista’ tidher fil-ponta tal-labra. Dan hu normali, iżda xorta waħda trid tiċċekkja l- fluss tal-insulina.

Twaħħalx labra ġdida mal-pinna tiegħek sakemm tkun lest biex tieħu l-injezzjoni tiegħek.

F

Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni.

Dan inaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, infezzjoni, nixxija ta’ insulina, labar imblukkati u dożaġġ mhux preċiż.

Qatt m’għandek tuża labra mgħawġa jew bil-ħsara.

2 Iċċekkja l-fluss tal-insulina

Dejjem iċċekkja l-fluss tal-insulina qabel ma tibda.

Dan jgħinek biex tiżgura li tieħu d-doża sħiħa tiegħek tal-insulina.

Dawwar is-selettur tad-doża biex tagħżel 2 unitajiet. Kun ċert li l-kontatur tad-doża juri 2.

A

Isselezzjonati

2unitajiet

Żomm il-pinna bil-labra tipponta ’l fuq.

Taptap in-naħa ta’ fuq tal-pinna bil-mod għal ftit drabi biex jekk ikun hemm xi bżieżaq tal- arja dawn jitilgħu fuq nett.

B

Agħfas u żomm il-buttuna tal-injezzjoni magħfusa ’l ġewwa sakemm il-kontatur tad-doża jerġa’ lura fuq iż-0.

Iż-0 irid ikun bi dritt l-indikatur tad-doża.

Qatra ta’ insulina għandha tidher fit-tarf tal-labra.

C

Bużżieqa żgħira tal-arja tista’ tibqa’ fit-tarf tal-labra, iżda mhux se tiġi injettata.

Jekk ma tidher l-ebda qatra, irrepeti passi 2A sa 2C għal massimu ta’ 6 darbiet. Jekk il-qatra xorta tibqa’ ma tidhirx, ibdel il-labra u rrepeti passi 2A sa 2C għal darba oħra.

Jekk il-qatra tal-insulina xorta tibqa’ ma titfaċċax, armi l-pinna u uża waħda ġdida.

Dejjem aċċerta ruħek li tidher qatra fit-tarf tal-labra qabel ma tinjetta. B’hekk tiżgura li l-fluss tal-insulina jkun kif suppost.

Jekk ma tidher l-ebda qatra, l-ebda insulina mhi se tiġi injettata, anki jekk il-kontatur tad-doża jista’ jiċċaqlaq. Dan jista’ jindika li hemm xi labra imblukkata jew bil-ħsara.

Dejjem iċċekkja l-fluss qabel ma tinjetta. Jekk ma tiċċekkjax il-fluss, tista’ tieħu ftit wisq ta’ insulina jew lanqas qatra ta’ insulina. Dan jista’ jwassal li jkollok livell għoli ta’ zokkor fid- demm.

3 Agħżel id-doża tiegħek

Aċċerta ruħek li l-kontatur tad-doża juri 0 qabel ma tibda.

Iż-0 jrid jiġi bi dritt mal-indikatur tad-doża.

Dawwar is-selettur tad-doża biex tagħżel id-doża li teħtieġ, skont l-istruzzjonijiet tat-tabib jew tal-infermier tiegħek.

Jekk tagħżel doża ħażina, tista’ ddawwar is-selettur tad-doża ’l quddiem jew lura biex tagħżel id-doża korretta.

Il-pinna tista’ tagħżel sa massimu ta’ 80 unità.

A

Eżempji

Isselezjonati

5 unitajiet

Isselezjonati

24 unità

Is-selettur tad-doża jibdel in-numru ta’ unitajiet. Il-kontatur tad-doża u l-indikatur tad-doża biss se juru kemm unitajiet tkun għażilt għal kull doża.

Tista’ tagħżel sa 80 unità għal kull doża. Meta l-pinna tiegħek ikun fiha inqas minn 80 unità, il- kontatur tad-doża jieqaf fuq in-numru ta’ unitajiet li jkun fadal.

Qabel ma tinjetta l-insulina, dejjem uża l-kontatur tad-doża u l-indikatur tad-doża biex tara kemm tkun għażilt unitajiet.

Tgħoddx il-klikks tal-pinna biex tissettja d-doża. Jekk tagħżel u tinjetta d-doża żbaljata, il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq jew jitbaxxa wisq.

Tużax l-iskala tal-insulina, għax din turi biss bejn wieħed u ieħor kemm ikun fadal insulina fil- pinna tiegħek.

Is-selettur tad-doża jagħmel ħsejjes differenti meta tkun qed iddawru l-quddiem, lura jew tkun dawwart iżjed mill-unitajiet li fadal.

4 Injetta d-doża tiegħek

Daħħal il-labra fil-ġilda kif ġejt muri mit-tabib jew mill-infermier tiegħek.

Aċċerta ruħek li tkun tista’ tara l-kontatur tad-doża.

Tmissx il-kontatur tad-doża b’subgħajk. Dan jista’ jinterrompi l-injezzjoni.

A

Agħfas u żomm ’l isfel il-buttuna tal-injezzjoni sakemm il-kontatur tad-doża juri 0.

Iż-0 irid ikun bi dritt l-indikatur tad-doża. Tista’ mbagħad tisma’ jew tħoss klikk.

B

Żomm il-labra fil-ġilda wara li l-kontatur tad-doża jkun reġa’ lura fuq iż-0 u għodd bil-mod sa 6.

Jekk il-labra titneħħa qabel, tista’ tara nixxiegħa ta’ insulina ħierġa mill-ponta tal-labra. Jekk dan iseħħ, id-doża sħiħa ma tkunx ingħatat, u għandek tiċċekkja l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek aktar spiss.

CGħodd bil-mod:

Neħħi l-labra minn ġol-ġilda. Jekk jidher xi demm fejn tkun tajt l-injezzjoni, agħfas bil-mod fuq il-ġilda għal ftit minuti biex twaqqaf il-ħruġ tad-demm. Togħrokx dik iż-żona.

D

Tista’ tara qatra insulina fil-ponta tal-labra wara li tinjetta. Dan hu normali u ma jaffettwax id- doża tiegħek.

Dejjem ħares lejn il-kontatur tad-doża biex tkun taf kemm unitajiet se tinjetta. Żomm il- buttuna tal-injezzjoni ’l isfel sakemm il-kontatur tad-doża juri 0. Jekk il-kontatur tad-doża ma jerġax lura fuq iż-0, id-doża sħiħa ma tkunx ingħatat, li jista’ jirriżulta f’livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Kif tagħraf labra mblukkata jew bil-ħsara?

Jekk ma jidhirx iż-0 fil-kontatur tad-doża wara li tagħfas il-buttuna tal-injezzjoni kontinwament, jista’ jkun li tkun użajt labra mblukkata jew bil-ħsara.

F’dan il-każ – inti ma tkun irċivejt l-ebda mediċina – anki jekk il-kontatur tad-doża jkun mexa mid-doża oriġinali li tkun għażilt.

X’tagħmel b’labra mblukkata?

Neħħi l-labra kif spjegat f’sezzjoni 5 u rrepeti l-passi kollha billi tibda minn sezzjoni 1: Ipprepara l- pinna tiegħek b’labra ġdida. Aċċerta ruħek li tagħżel id-doża sħiħa li teħtieġ.

Qatt m’għandek tmiss il-kontatur tad-doża meta tinjetta.

Dan jista’ jinterrompi l-injezzjoni.

5Wara l-injezzjoni

Fuq wiċċ ċatt daħħal it-tarf tal-labra ġol-għatu ta’ barra tal-labra mingħajr ma tmiss il-labra jew l-għatu ta’ barra tal-labra.

A

Ġaladarba l-labra tkun mgħottija, imbotta bil-mod l-għatu ta’ barra tal-labra biex tagħlqu kompletament.

Ħoll il-labra u armiha kif infurmawk it-tabib, l-infermier, l-ispiżjar jew l-awtoritajiet lokali tiegħek.

B

Wara kull użu, poġġi l-għatu fuq il-pinna tiegħek sabiex tipproteġi l-insulina mid-dawl.

C

Dejjem armi l-labra wara kull injezzjoni. Dan inaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, infezzjoni, nixxija ta’ insulina, labar imblukkati u dożaġġ mhux preċiż. Jekk il-labra tkun imblukkata, inti m’int se tinjetta l-ebda insulina.

Meta l-pinna tkun vojta, armiha mingħajr ma jkollha labra mwaħħla, kif infurmawk it-tabib, l- infermier, l-ispiżjar jew l-awtoritajiet lokali tiegħek.

Qatt m’għandek tipprova tpoġġi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra lura fuq il-labra. Tista’ tniggeż jew tweġġa’ lilek innifsek bil-labra.

Dejjem neħħi l-labra mill-pinna wara kull injezzjoni u aħżen il-pinna tiegħek mingħajr mal- labra tkun imwaħħla. Dan inaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, infezzjoni, nixxija ta’ insulina, labar imblukkati u dożaġġ mhux preċiż.

6 Kemm fadal insulina?

L-iskala tal-insulina turik bejn wieħed u ieħor kemm ikun fadal insulina fil-pinna tiegħek.

A

Bejn wieħed u ieħor

kemm fadals insulina

Biex tara eżatt kemm fadal insulina, uża l-kontatur tad-doża:

Dawwar is-selettur tad-doża sakemm il-kontatur tad-doża jieqaf. Jekk juri 80, ikun fadal mill-inqas 80 unità fil-pinna tiegħek.

Jekk juri inqas minn 80, in-numru muri jkun in-numru ta’ unitajiet li jkun fadal fil-pinna tiegħek.

B

Eżempju

Il-kontatur tad-doża waqaf: fadal

16-il unità

Dawwar is-selettur tad-doża lura sakemm il-kontatur tad-doża juri 0.

Jekk ikollok bżonn ta’ iktar unitajiet ta’ insulina mill-unitajiet li jkun fadal, tista’ taqsam id-doża tiegħek bejn żewġ pinen.

Oqgħod attent ħafna biex tikkalkula b’mod korrett jekk qed/a taqsam id-doża tiegħek.

Jekk ikollok xi dubju, ħu d-doża sħiħa billi tuża pinna ġdida. Jekk qsamt id-doża ħażin, int se tinjetta ftit wisq jew iżżejjed insulina, li jista’ jwassal għal livell għoli jew baxx ta’ zokkor fid- demm.

Informazzjoni importanti addizzjonali

Dejjem żomm il-pinna tiegħek fuqek.

Dejjem żomm fuqek pinna żejda u labar ġodda, f’każ li titlef il-pinna jew il-pinna tkun bil-

ħsara.

Dejjem żomm il-pinna u l-labar fejn ma jidhrux u fejn ma jistgħux jintlaħqu minn persuni oħrajn, speċjalment tfal.

Qatt m’għandek taqsam il-pinna jew il-labar tiegħek ma’ persuni oħrajn. Dan jista’ jwassal li tinfettaw lil xulxin.

Qatt m’għandek taqsam il-pinna tiegħek ma’ persuni oħrajn. Il-mediċina tiegħek tista’ tkun ta’ ħsara għalihom.

Persuni li jieħdu ħsieb il-pazjent iridu joqogħdu attenti ħafna kif jimmaniġġjaw il-labar użati – biex inaqqsu r-riskju li jweġġgħu bil-labar u jinfettaw lilhom infushom.

Kif tieħu ħsieb il-pinna tiegħek

Ħu ħsieb il-pinna tiegħek. L-immaniġġar bil-goff jew l-użu mhux kif suppost jista’ jikkawża dożaġġ li ma jkunx preċiż, li jista’ jwassal għal livell għoli jew baxx ta’ zokkor fid-demm.

Tħallix il-pinna f’karozza jew f’post ieħor fejn tista’ tisħon ħafna jew tiksaħ ħafna.

Tħallix il-pinna tiegħek tiġi esposta għal trab, ħmieġ jew likwidu.

Taħsilx, tgħaddasx jew tillubrikax il-pinna tiegħek. Jekk ikun hemm bżonn, naddafha b’deterġent ħafif fuq biċċa drapp niedja.

Twaqqax il-pinna tiegħek jew tħabbatha ma’ superfiċji ibsin.

Jekk twaqqagħha jew tissuspetta problema, waħħal labra ġdida u ċċekkja l-fluss tal-insulina qabel ma tinjetta.

Tippruvax timla mill-ġdid il-pinna tiegħek. Ġaladarba tkun vojta, trid tintrema.

Tippruvax issewwi l-pinna tiegħek jew iżżarmaha.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Fiasp 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ insulina aspart

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Fiasp u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Fiasp

3.Kif għandek tuża Fiasp

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Fiasp

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Fiasp u għalxiex jintuża

Fiasp hu insulina li tittieħed fil-ħin tal-ikel u li jaħdem malajr biex ibaxxi z-zokkor fid-demm. Fiasp hu soluzzjoni għall-injezzjoni li fih insulina aspart u li jintuża għall-kura tad-dijabete mellitus fl-adulti. Id-dijabete hija marda fejn il-ġisem tiegħek ma jagħmilx biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm. Kura b’Fiasp tgħin biex tippreveni komplikazzjonijiet mid-dijabete tiegħek.

Fiasp għandu jiġi injettat sa 2 minuti qabel il-bidu tal-ikla, bl-għażla li jiġi injettat sa 20 minuta wara li tibda l-ikla.

Din il-mediċina jkollha l-effett massimu tagħha bejn siegħa u 3 sigħat wara l-injezzjoni, u l-effett idum għal 3 sa 5 sigħat.

Din il-mediċina għandha normalment tintuża flimkien ma’ preparazzjonijiet oħrajn ta’ insulina li jaġixxu b’effett intermedju jew li jaġixxu fit-tul.

Din il-mediċina tista’ tintuża wkoll għall-infużjoni kontinwa f’sistema ta’ pompa.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Fiasp

Tużax Fiasp

jekk inti allerġiku għall-insulina aspart jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Fiasp. Fuq kollox oqgħod attent għal dawn li ġejjin:

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) – Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx wisq, segwi l-gwida ta’ kif għandek tagħmel meta jkollok livell baxx ta’ zokkor fid- demm f’sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’. Fiasp jibda jbaxxi z-zokkor fid-demm aktar malajr meta mqabbel ma’ insulini oħrajn li jittieħdu fil-ħin tal-ikel. Jekk isseħħ l-ipogliċemija, inti jista’ jkollok din il-kundizzjoni aktar malajr wara injezzjoni b’Fiasp.

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija) – Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun għoli wisq, segwi l-gwida ta’ kif għandek tagħmel meta jkollok livell għoli ta’ zokkor fid- demm f’sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’.

Meta tbiddel minn prodotti mediċinali oħra tal-insulina – Jista’ jkun li jkollok bżonn tbiddel id- doża tiegħek tal-insulina jekk inti taqleb minn insulina oħra.

Pioglitazone użat flimkien mal-insulina – Dan jista’ jżid ir-riskju ta’ insuffiċjenza kardijaka, ara taħt ‘Mediċini oħra u Fiasp’ hawn taħt.

Disturbi fl-għajnejnId-disturb fl-għajnejn minħabba d-dijabete jista’ b’mod temporanju jmur għall-agħar jekk it-titjib fil-kontroll taz-zokkor fid-demm isir b’rata mgħaġġla.

Uġigħ minħabba ħsara fin-nervituri – Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjieb b’rata mgħaġġla ħafna, jista’ jkollok uġigħ relatat man-nervituri, li normalment ikun temporanju.

Nefħa madwar il-ġogi tiegħek – Meta tibda tuża l-mediċina tiegħek għall-ewwel darba, ġismek jista’ jżomm aktar ilma milli suppost. Dan jikkawża nefħa madwar l-għekiesi tiegħek u ġogi oħrajn. Dan normalment ma jdumx għal tul ta’ żmien.

Jekk għandek vista batuta, jekk jogħġbok ara sezzjoni 3 ‘Kif għandek tuża Fiasp’.

Xi kundizzjonijiet u attivitajiet jistgħu jaffettwaw kemm għandek bżonn insulina. Kellem lit-tabib tiegħek:

jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied, jew tal-glandola adrenali, pitwitarja jew tat- tirojde.

jekk qed tagħmel iktar eżerċizzju mis-soltu jew jekk trid tibdel id-dieta normali tiegħek, għax dan jista’ jista’ jkollu effett fuq il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

jekk inti marid, kompli ħu l-insulina tiegħek u kellem lit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tintuża fi tfal u fl-adolexxenti, peress li m’hemmx esperjenza b’din il- mediċina fi tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Fiasp

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Xi mediċini jaffettwaw il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek – dan jista’ jfisser li d-doża tal-insulina tiegħek trid tinbidel.

Hawn taħt hawn elenkati l-iktar mediċini komuni li jistgħu jaffettwaw il-kura tiegħek bl-insulina.

Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ (ipogliċemija) jekk tieħu:

mediċini oħra għall-kura tad-dijabete (orali jew li jistgħu jiġu injettati)

sulphonamides – użati fil-kura ta’ infezzjonijiet

sterojdi anaboliċi – bħal testosterone

imblokkaturi tar-riċetturi beta – eż. użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm jew l-anġina. Jistgħu jagħmluha aktar diffiċli li tagħraf is-sinjali ta’ twissija ta’ livell baxx ta’ zokkor fid- demm (ara sezzjoni 4 għal ‘Sinjali ta’ twissija ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm’)

acetysalicylic acid (u salicylates oħrajn) – użati biex itaffu l-uġigħ u deni ħafif

inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO) – użati fil-kura tad-dipressjoni

inibituri tal-enzima li tikkonverti angiotensin (ACE) – użati fil-kura ta’ xi kundizzjonijiet tal- qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm.

Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija) jekk tieħu:

danazol – għall-endometrijosi

kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq (pilloli li jikkontrollaw biex ma tinqabadx tqala)

ormoni tat-tirojde – għal problemi fil-glandola tat-tirojde

ormon tat-tkabbir – għal defiċjenza ta’ ormon tat-tkabbir

glukokortikojdi bħal ‘cortisone’ – użat fil-kura tal-infjammazzjoni

simpatomimetiċi bħal epinephrine (adrenaline), salbutamol jew terbutaline – użati fil-kura tal- ażżma

thiazides – użati fil-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew jekk il-ġisem tiegħek ikun qed iżomm ilma żżejjed (żamma ta’ ilma).

Octreotide u lanreotide – użati għall-kura ta’ kundizzjoni rari fejn ikun hemm ammont eċċessiv ta’ ormon ta’ tkabbir (akromegalija). Dawn jistgħu kemm iżidulek kif ukoll inaqqsulek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Pioglitazone – mediċina orali kontra d-dijabete li tintuża għall-kura tad-dijabete mellitus ta’ tip 2. Xi pazjenti li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu minn dijabete ta’ tip 2 u minn mard tal-qalb, jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazoneu u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu, żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik (jew jekk m’intix ċert), kellem lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Fiasp mal-alkoħol

Jekk tixrob l-alkoħol, il-ħtieġa tiegħek għall-insulina tista’ tinbidel hekk kif il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista’ jitla’ jew jinżel. Għalhekk għandek timmonitorja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek aktar ta’ spiss mis-soltu.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Jista’ jkun hemm il-bżonn li tinbidel id-doża tal-insulina tiegħek waqt it- tqala u wara l-ħlas. Il-kontroll bil-għaqal tad-dijabete tiegħek hu meħtieġ waqt it-tqala. Il-prevenzjoni ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) hu partikularment importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.

M’hemm ebda restrizzjonijiet għall-kura b’Fiasp waqt it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx dan jista’ jaffettwa l-ħila li ssuq jew tuża kwalunkwe għodod jew magni. Jekk il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx, il- konċentrazzjoni u l-abbiltà tiegħek biex tirreaġixxi jistgħu jiġu affettwati. Dan jista’ jkun perikoluż għalik u għal ħaddieħor. Staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq jekk:

ta’ spiss ikollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm

issibha diffiċli biex tinduna li għandek livell baxx ta’ zokkor fid-demm.

Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti fi Fiasp

Din il-mediċina fiha anqas minn mmol 1 ta’ sodium (23 mg) f’kull doża. Dan ifisser li din il-mediċina hi essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.

3. Kif għandek tuża Fiasp

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Jekk inti persuna għamja jew għandek vista batuta u ma tistax taqra l-kontatur tad-doża fuq il-pinna, tużax dan il-prodott mediċinali tal-insulina mingħajr għajnuna. Fittex għajnuna mingħand persuna li għandha vista tajba u li hija mħarrġa fl-użu tal-pinna.

Meta għandek tuża Fiasp

Fiasp hu insulina li tittieħed fil-ħin tal-ikel.

Fiasp għandu jiġi injettat sa 2 minuti qabel il-bidu tal-ikla, bl-għażla li jiġi injettat sa 20 minuta wara li tibda l-ikla.

Din il-mediċina jkollha l-effett massimu tagħha bejn siegħa u 3 sigħat wara l-injezzjoni, u l-effett idum għal 3 sa 5 sigħat.

Id-doża ta’ Fiasp

Doża għad-dijabete ta’ tip 1 u ta’ tip 2

It-tabib tiegħek se jiddeċiedi miegħek:

l-ammont ta’ Fiasp li se jkollok bżonn ma’ kull ikla

meta tiċċekkja l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek u jekk ikollokx bżonn ta’ doża ogħla jew iktar baxxa.

Jekk tkun tixtieq tibdel id-dieta tas-soltu tiegħek, l-ewwel iċċekkja mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal- infermier tiegħek, għax bidla fid-dieta tas-soltu tiegħek tista’ tibdel il-bżonn tiegħek għall-insulina.

Meta tuża mediċini oħrajn, staqsi lit-tabib tiegħek jekk il-kura tiegħek għandhiex bżonn tiġi aġġustata.

Aġġustament fid-doża għad-dijabete ta’ tip 2

Id-doża ta’ kuljum għandha tkun ibbażata fuq il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek fil-ħin tal-ikel u fil-ħin tal-irqad tal-ġurnata preċedenti.

Qabel il-kolazzjonid-doża għandha tiġi aġġustata skont il-livell taz-zokkor fid-demm qabel l- ikla ta’ nofsinhar tal-ġurnata preċedenti

Qabel l-ikla ta’ nofsinhar – id-doża għandha tiġi aġġustata skont il-livell taz- zokkor fid-demm qabel iċ-ċena ta’ filgħaxija tal-ġurnata preċedenti

Qabel iċ-ċena ta’ filgħaxija – id-doża għandha tiġi aġġustata skont il-livell taz- zokkor fid- demm fil-ħin tal-irqad tal-ġurnata preċedenti

Tabella 1 Aġġustament fid-doża

Zokkor fid-demm fil-ħin tal-ikel jew fil-ħin tal-

Aġġustament fid-doża

irqad

 

 

mmol/L

mg/dL

 

inqas minn 4.0

inqas minn 71

Naqqas id-doża b’unità 1

4.0-6.0

71-108

L-ebda aġġustament fid-doża

iktar minn 6.0

iktar minn 108

Żid id-doża b’unità 1

Użu f’pazjenti anzjani (65 sena jew aktar)

Din il-mediċina tista’ tintuża f’pazjenti anzjani. Kellem lit-tabib tiegħek dwar tibdil fid-doża tiegħek.

Jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied

Jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied, jista’ jkollok bżonn tiċċekkja l-livell ta’ zokkor fid- demm tiegħek b’mod aktar regolari. Kellem lit-tabib tiegħek dwar tibdil fid-doża tiegħek.

Kif tinjetta Fiasp

Din il-mediċina hija għall-injezzjoni taħt il-ġilda (injezzjoni subkutanja).

Qabel ma tuża Fiasp għall-ewwel darba, it-tabib jew l-infermier tiegħek se jurik kif tużah.

Fejn għandek tagħmel l-injezzjoni

L-aħjar postijiet fejn tinjetta huma n-naħa ta’ quddiem ta’ qaddek (iż-żaqq) jew in-naħa ta’ fuq ta’ dirgħajk.

Tinjettax ġo vina jew ġo muskolu.

Ibdel il-post fiż-żona fejn tinjetta kuljum biex tnaqqas ir-riskju li tiżviluppa bidliet taħt il-ġilda

(ara sezzjoni 4).

Tużax Fiasp

jekk l-iskartoċċ jew is-sistema ta’ forniment li tkun qed tuża jkollha l-ħsara. Ħudu lura mingħand min xtrajtu. Ara l-manwal tas-sistema ta’ forniment tiegħek għal istruzzjonijiet addizzjonali.

jekk l-iskartoċċ ma jkunx inħażen kif suppost (ara sezzjoni 5 ‘Kif taħżen Fiasp’).

jekk l-insulina ma tidhirx ċara (eż. tidher imċajpra) u bla kulur.

Kif tinjetta Fiasp

Aqra l-manwal li jiġi mas-sistema ta’ forniment tal-insulina tiegħek.

Iċċekkja l-isem u l-qawwa fuq it-tikketta tal-iskartoċċ (Penfill) biex taċċerta ruħek li hi Fiasp.

Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni biex tevita l-kontaminazzjoni.

M’għandekx taqsam il-labar ma’ oħrajn.

Jekk tuża Fiasp aktar milli suppost

Jekk tuża żżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitbaxxa żżejjed (ipogliċemija); ara l-parir f’sezzjoni 4 taħt ‘Livell baxx ta’ zokkor fid-demm’.

Jekk tinsa tuża Fiasp

Jekk tinsa tuża l-insulina tiegħek, iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Ara sezzjoni 4 taħt ‘Livell għoli ta’ zokkor fid-demm’.

Tliet passi sempliċi biex tevita livell baxx jew għoli ta’ zokkor fid-demm huma:

Dejjem żomm skrataċ żejda ta’ Fiasp fuqek.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek li turi li għandek id-dijabete.

Dejjem żomm fuqek prodotti li jkun fihom iz-zokkor. Ara sezzjoni 4 taħt ‘X’għandek tagħmel jekk ikollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm’.

Jekk tieqaf tuża Fiasp

Tiqafx tuża l-insulina tiegħek mingħajr ma l-ewwel titkellem mat-tabib tiegħek. Jekk tieqaf tuża li nsulina tiegħek, dan jista’ jwassal għal livell għoli ħafna ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija severa) u ketoaċidożi (kundizzjoni fejn ikun hemm wisq aċtu fid-demm, li hu potenzjalment ta’ periklu għall- ħajja). Ara s-sintomi u l-pariri f’sezzjoni 4 taħt ‘Livell għoli ta’ zokkor fid-demm’.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) huwa komuni ħafna b’kura bl-insulina (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10). Jista’ jkun serju ħafna. Jekk il-livell taz-zokkor fid- demm jinżel wisq, inti tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tikkawża ħsara fil-moħħ u tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Jekk għandek sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu passi minnufih biex iżżid il-livell taz-zokkor fid-demm. Ara l-parir taħt ‘Livell baxx ta’ zokkor fid-demm’ aktar ’l isfel.

Jekk ikollok reazzjoni allerġika serja għall-insulina jew għal xi wieħed mis-sustanzi fi Fiasp, ieqaf uża din il-mediċina u għamel kuntatt minnufih mas-servizz tal-emerġenza medika.

Is-sinjali ta’ reazzjoni allerġika serja jistgħu jinkludu:

reazzjonijiet lokali (eż., raxx, ħmura u ħakk) li jinfirxu għal partijiet oħra ta’ ġismek

f’daqqa waħda ma tħossokx tajjeb u tibda tegħreq

tibda tiddardar (rimettar)

ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs

ikollok taħbit tal-qalb mgħaġġel jew tħossok stordut.

Reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx tal-ġilda ġeneralizzat u nefħa fil-wiċċ jistgħu jseħħu. Dawn mhumiex komuni u jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100. Fittex tabib jekk is-sintomi jmorru għall-agħar jew ma tarax titjib wara xi ftit ġimgħat.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

Reazzjoni fis-sit mnejn jingħata: Reazzjonijiet lokali jistgħu jseħħu fil-post fejn tinjetta lilek innifsek. Is-sinjali jistgħu jinkludu: raxx, ħmura, infjammazzjoni, tbenġil u ħakk. Normalment dawn ir- reazzjonijiet imorru wara ftit jiem.

Reazzjonijiet tal-ġilda: Sinjali ta’ allerġija fuq il-ġilda bħal ekżema, raxx, ħakk, urtikarja u dermatite jistgħu jseħħu.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

Tibdil taħt il-ġilda fejn tagħmel l-injezzjoni (lipodistrofija): It-tessut tax-xaħam taħt il-ġilda jista’ jirqaq (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). Li tibdel il-post fejn tinjetta kull darba jista’ jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa dan it-tibdil fil-ġilda. Jekk tinnota dan it-tibdil fil-ġilda, għid lit-tabib jew lill- infermier tiegħek. Jekk tkompli tinjetta fl-istess post, dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jsiru aktar severi u jaffettwaw l-ammont ta’ mediċina li ġismek jikseb.

Effetti ġenerali mill-kura bl-insulina inkluż Fiasp

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) (komuni ħafna)

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:

Tixrob l-alkoħol; tinjetta żżejjed insulina; tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu; tiekol ftit wisq jew taqbeż xi ikla.

Sinjali ta’ twissija ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm – dawn jistgħu jiġu f’daqqa:

Uġigħ ta’ ras

diskors ma jiftiehemx

taħbit tal-qalb mgħaġġel

għaraq kiesaħ

ġilda kiesħa u pallida

tħossok imdardar

tħossok bil-ġuħ ħafna

rogħda jew tħossok nervuż jew inkwetat

tħoss għeja, dgħufija jew ikollok ngħas mhux tas-soltu

tħossok konfuż

diffikultà biex tikkonċentra

tibdil temporanju fil-vista.

X’għandek tagħmel jekk ikollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm

Jekk inti konxju, ikkura minnufih il-livell baxx ta’ zokkor fid-demm permezz ta’ 15-20 g ta’ karboidrat li jaġixxi b’mod mgħaġġel; kul pilloli tal-glukosju jew ikla oħra ħafifa b’ħafna zokkor, bħal meraq tal-frott, ħelu jew biskuttini (dejjem ġorr miegħek pilloli tal-glukosju jew ikla ħafifa b’ħafna zokkor, għal li jista’ jkun).

Huwa rrakkomandat li terġa’ tiċċekkja l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek wara 15-20 minuta u terġa’ tieħu l-kura jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek għadhom inqas minn 4 mmol/L.

Stenna sakemm is-sinjali ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jibqgħux jidhru jew meta l- livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun ġie lura għan-normal. Imbagħad kompli ħu l-kura bl- insulina tiegħek bħas-soltu.

X’għandhom ikunu jafu persuni oħrajn jekk iħossok ħażin

Għid lill-persuni kollha li tqatta’ ż-żmien magħhom li għandek id-dijabete. Għidilhom x’jista’ jiġri meta l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa żżejjed, inkluż ir-riskju li jista’ jtik ħass ħażin.

Għidilhom li jekk iħossok ħażin, huma jridu:

idawruk fuq ġenbek biex tevita li tifga

iġibu għajnuna medika minnufih

ma jtukx l-ebda ikel jew xorb, għax tista’ tifga.

Meta tintilef minn sensik tista’ tirkupra aktar malajr b’injezzjoni ta’ glucagon. Dan jista’ jingħata biss minn xi ħadd li jaf jużah.

Jekk tingħata glucagon, se jkollok bżonn tieħu z-zokkor jew xi ħaġa ħafifa b’ħafna zokkor malli tiġi f’sensik.

Jekk ma tirrispondix għall-kura b’injezzjoni ta’ glucagon, se jkollok bżonn tiġi kkurat fi sptar.

Jekk livell baxx ħafna ta’ zokkor ma jiġix ikkurat, maż-żmien jista’ jikkawża ħsara fil-moħħ. Dan jista’ jdum għal ftit żmien jew idum ħafna. Jista’ wkoll jikkawża l-mewt.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk:

il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek tbaxxa tant li ħassek ħażin

ingħatajt injezzjoni ta’ glucagon

kellek livell baxx iżżejjed ta’ zokkor fid-demm għal ftit drabi dan l-aħħar.

Dan hu għax id-dożaġġ jew il-ħin ta’ meta tieħu l-injezzjonijiet tal-insulina, l-ikel jew l-eżerċizzju, jista’ jkollhom bżonn jinbidlu.

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija) frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:

Tiekol aktar jew tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu; tixrob l-alkoħol; ikollok infezzjoni jew deni; ma tużax insulina biżżejjed; tieħu inqas insulina milli għandek bżonn ripetutament; tinsa tieħu l-insulina jew tieqaf tieħu l-insulina.

Sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm – dawn normalment jidhru gradwalment:

Ħmura fil-wiċċ

ġilda xotta

tħossok bi ngħas jew għajjien

ħalq xott

riħa ta’ frott (acetone) fil-ħalq

tagħmel l-awrina aktar ta’ spiss

tħossok bil-għatx

titlef l-aptit

tħossok imqalla’ (dardir jew rimettar).

Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni gravi ħafna msejħa ketoaċidożi. Din hi akkumulazzjoni ta’ aċtu fid-demm għax il-ġisem ikun qed ikisser ix-xaħam minflok iz-zokkor. Jekk ma tikkurahiex, din tista’ twassal għal koma dijabetika u eventwalment mewt.

X’għandek tagħmel jekk ikollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm

Ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Agħti doża ta’ korrezzjoni tal-insulina jekk ġejt mgħallem kif għandek tagħmel dan.

Ittestja l-awrina tiegħek għal ketones.

Jekk għandek il-ketones, fittex għajnuna medika immedjatament.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi

tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Fiasp

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara ‘JIS’. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Qabel ma jinfetaħ għall-ewwel darba:

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża. Żommu ’l bogħod mill-element li jiffriża. Żomm l- iskartoċċ fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Wara li jinfetaħ għall-ewwel darba jew meta jinġarr bħala sper. Tagħmlux fil-friġġ. Tista’ ġġorr l- iskartoċċ (Penfill) miegħek u żżommu fit-temperatura tal-kamra (mhux aktar minn 30°C) sa perjodu ta’ 4 ġimgħat. Dejjem żomm l-iskartoċċ fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Armi l-labra wara kull injezzjoni.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Fiasp

Is-sustanza attiva hi insulina aspart. Millilitru ta’ soluzzjoni fih 100 unità ta’ insulina aspart. Skartoċċ wieħed fih 300 unità ta’ insulina aspart f’soluzzjoni ta’ 3 mL.

Is-sustanzi l-oħra huma phenol, metacresol, glycerol, zinc acetate, disodium phosphate

dihydrate, arginine hydrochloride, nicotinamide (vitamin B3), hydrochloric acid (għall- aġġustament tal-pH), sodium hydroxide (għall-aġġustament tal-pH) (ara t-tmiem ta’ sezzjoni 2 taħt ‘Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti fi Fiasp’) u l-ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Fiasp u l-kontenut tal-pakkett

Fiasp hu ppreżentat bħala soluzzjoni ċara, bla kulur u akweja għall-injezzjoni fi skartoċċ.

Daqsijiet tal-pakketti ta’ 5 u 10 skrataċ ta’ 3 mL. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Novo Nordisk A/S,

Novo Allé

DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Fiasp 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’kunjett insulina aspart

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Fiasp u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Fiasp

3.Kif għandek tuża Fiasp

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Fiasp

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Fiasp u għalxiex jintuża

Fiasp hu insulina li tittieħed fil-ħin tal-ikel u li jaħdem malajr biex ibaxxi z-zokkor fid-demm. Fiasp hu soluzzjoni għall-injezzjoni li fih insulina aspart u li jintuża għall-kura tad-dijabete mellitus fl-adulti. Id-dijabete hija marda fejn il-ġisem tiegħek ma jagħmilx biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm. Kura b’Fiasp tgħin biex tippreveni komplikazzjonijiet mid-dijabete tiegħek.

Fiasp għandu jiġi injettat sa 2 minuti qabel il-bidu tal-ikla, bl-għażla li jiġi injettat sa 20 minuta wara li tibda l-ikla.

Din il-mediċina jkollha l-effett massimu tagħha bejn siegħa u 3 sigħat wara l-injezzjoni, u l-effett idum għal 3 sa 5 sigħat.

Din il-mediċina għandha normalment tintuża flimkien ma’ preparazzjonijiet oħrajn ta’ insulina li jaġixxu b’effett intermedju jew li jaġixxu fit-tul.

Din il-mediċina tista’ tintuża wkoll għall-infużjoni kontinwa f’sistema ta’ pompa.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Fiasp

Tużax Fiasp

jekk inti allerġiku għall-insulina aspart jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Fiasp. Fuq kollox oqgħod attent għal dawn li ġejjin:

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) – Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx wisq, segwi l-gwida ta’ kif għandek tagħmel meta jkollok livell baxx ta’ zokkor fid- demm f’sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’. Fiasp jibda jbaxxi z-zokkor fid-demm aktar malajr meta mqabbel ma’ insulini oħrajn li jittieħdu fil-ħin tal-ikel. Jekk isseħħ l-ipogliċemija, inti jista’ jkollok din il-kundizzjoni aktar malajr wara injezzjoni b’Fiasp.

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija) – Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun għoli wisq, segwi l-gwida ta’ kif għandek tagħmel meta jkollok livell għoli ta’ zokkor fid- demm f’sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’.

Meta tbiddel minn prodotti mediċinali oħra tal-insulina – Jista’ jkun li jkollok bżonn tbiddel id- doża tiegħek tal-insulina jekk inti taqleb minn insulina oħra.

Pioglitazone użat flimkien mal-insulina – Dan jista’ jżid ir-riskju ta’ insuffiċjenza kardijaka, ara taħt ‘Mediċini oħra u Fiasp’ hawn taħt.

Disturbi fl-għajnejnId-disturb fl-għajnejn minħabba d-dijabete jista’ b’mod temporanju jmur għall-agħar jekk it-titjib fil-kontroll taz-zokkor fid-demm isir b’rata mgħaġġla.

Uġigħ minħabba ħsara fin-nervituri – Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjieb b’rata mgħaġġla ħafna, jista’ jkollok uġigħ relatat man-nervituri, li normalment ikun temporanju.

Nefħa madwar il-ġogi tiegħek – Meta tibda tuża l-mediċina tiegħek għall-ewwel darba, ġismek jista’ jżomm aktar ilma milli suppost. Dan jikkawża nefħa madwar l-għekiesi tiegħek u ġogi oħrajn. Dan normalment ma jdumx għal tul ta’ żmien.

Xi kundizzjonijiet u attivitajiet jistgħu jaffettwaw kemm għandek bżonn insulina. Kellem lit-tabib tiegħek:

jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied, jew tal-glandola adrenali, pitwitarja jew tat- tirojde.

jekk qed tagħmel iktar eżerċizzju mis-soltu jew jekk trid tibdel id-dieta normali tiegħek, għax dan jista’ jkollu effett fuq il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

jekk inti marid, kompli ħu l-insulina tiegħek u kellem lit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tintuża fi tfal u fl-adolexxenti, peress li m’hemmx esperjenza b’din il- mediċina fi tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Fiasp

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Xi mediċini jaffettwaw il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek – dan jista’ jfisser li d-doża tal-insulina tiegħek trid tinbidel.

Hawn taħt hawn elenkati l-iktar mediċini komuni li jistgħu jaffettwaw il-kura tiegħek bl-insulina.

Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ (ipogliċemija) jekk tieħu:

mediċini oħra għall-kura tad-dijabete (orali jew li jistgħu jiġu injettati)

sulphonamides – użati fil-kura ta’ infezzjonijiet

sterojdi anaboliċi – bħal testosterone

imblokkaturi tar-riċetturi beta – eż. użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm jew l-anġina. Jistgħu jagħmluha aktar diffiċli li tagħraf is-sinjali ta’ twissija ta’ livell baxx ta’ zokkor fid- demm (ara sezzjoni 4 għal ‘Sinjali ta’ twissija ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm’)

acetysalicylic acid (u salicylates oħrajn) – użati biex itaffu l-uġigħ u deni ħafif

inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO) – użati fil-kura tad-dipressjoni

inibituri tal-enzima li tikkonverti angiotensin (ACE) – użati fil-kura ta’ xi kundizzjonijiet tal- qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm.

Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija) jekk tieħu:

danazol – għall-endometrijosi

kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq (pilloli li jikkontrollaw biex ma tinqabadx tqala)

ormoni tat-tirojde – għal problemi fil-glandola tat-tirojde

ormon tat-tkabbir – għal defiċjenza ta’ ormon tat-tkabbir

glukokortikojdi bħal ‘cortisone’ – użat fil-kura tal-infjammazzjoni

simpatomimetiċi bħal epinephrine (adrenaline), salbutamol jew terbutaline – użati fil-kura tal- ażżma

thiazides – użati fil-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew jekk il-ġisem tiegħek ikun qed iżomm ilma żżejjed (żamma ta’ ilma).

Octreotide u lanreotide – użati għall-kura ta’ kundizzjoni rari fejn ikun hemm ammont eċċessiv ta’ ormon ta’ tkabbir (akromegalija). Dawn jistgħu kemm iżidulek kif ukoll inaqqsulek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Pioglitazone – mediċina orali kontra d-dijabete li tintuża għall-kura tad-dijabete mellitus ta’ tip 2. Xi pazjenti li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu minn dijabete ta’ tip 2 u minn mard tal-qalb, jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazoneu u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu, żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik (jew jekk m’intix ċert), kellem lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Fiasp mal-alkoħol

Jekk tixrob l-alkoħol, il-ħtieġa tiegħek għall-insulina tista’ tinbidel hekk kif il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista’ jitla’ jew jinżel. Għalhekk għandek timmonitorja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek aktar ta’ spiss mis-soltu.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Jista’ jkun hemm il-bżonn li tinbidel id-doża tal-insulina tiegħek waqt it- tqala u wara l-ħlas. Il-kontroll bil-għaqal tad-dijabete tiegħek hu meħtieġ waqt it-tqala. Il-prevenzjoni ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) hu partikularment importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.

M’hemm ebda restrizzjonijiet fuq il-kura b’Fiasp waqt it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx dan jista’ jaffettwa l-ħila li ssuq jew tuża kwalunkwe għodod jew magni. Jekk il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx, il- konċentrazzjoni u l-abbiltà tiegħek biex tirreaġixxi jistgħu jiġu affettwati. Dan jista’ jkun perikoluż għalik u għal ħaddieħor. Staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq jekk:

ta’ spiss ikollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm

issibha diffiċli biex tinduna li għandek livell baxx ta’ zokkor fid-demm.

Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti fi Fiasp

Din il-mediċina fiha anqas minn mmol 1 ta’ sodium (23 mg) f’kull doża. Dan ifisser li din il-mediċina hi essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.

3. Kif għandek tuża Fiasp

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Meta għandek tuża Fiasp

Fiasp hu insulina li tittieħed fil-ħin tal-ikel.

Fiasp għandu jiġi injettat sa 2 minuti qabel il-bidu tal-ikla, bl-għażla li jiġi injettat sa 20 minuta wara li tibda l-ikla.

Din il-mediċina jkollha l-effett massimu tagħha bejn siegħa u 3 sigħat wara l-injezzjoni, u l-effett idum għal 3 sa 5 sigħat.

Id-doża ta’ Fiasp

Doża għad-dijabete ta’ tip 1 u ta’ tip 2

It-tabib tiegħek se jiddeċiedi miegħek:

l-ammont ta’ Fiasp li se jkollok bżonn ma’ kull ikla

meta tiċċekkja l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek u jekk ikollokx bżonn ta’ doża ogħla jew iktar baxxa.

Jekk tkun tixtieq tibdel id-dieta tas-soltu tiegħek, l-ewwel iċċekkja mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal- infermier tiegħek, għax bidla fid-dieta tas-soltu tiegħek tista’ tibdel il-bżonn tiegħek għall-insulina.

Meta tuża mediċini oħrajn, staqsi lit-tabib tiegħek jekk il-kura tiegħek għandhiex bżonn tiġi aġġustata.

Aġġustament fid-doża għad-dijabete ta’ tip 2

Id-doża ta’ kuljum għandha tkun ibbażata fuq il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek fil-ħin tal-ikel u fil-ħin tal-irqad tal-ġurnata preċedenti.

Qabel il-kolazzjonid-doża għandha tiġi aġġustata skont il-livell taz-zokkor fid-demm qabel l- ikla ta’ nofsinhar tal-ġurnata preċedenti

Qabel l-ikla ta’ nofsinhar – id-doża għandha tiġi aġġustata skont il-livell taz- zokkor fid-demm qabel iċ-ċena ta’ filgħaxija tal-ġurnata preċedenti

Qabel iċ-ċena ta’ filgħaxija – id-doża għandha tiġi aġġustata skont il-livell taz- zokkor fid- demm fil-ħin tal-irqad tal-ġurnata preċedenti

Tabella 1 Aġġustament fid-doża

Zokkor fid-demm fil-ħin tal-ikel jew fil-ħin tal-

Aġġustament fid-doża

irqad

 

 

mmol/L

mg/dL

 

inqas minn 4.0

inqas minn 71

Naqqas id-doża b’unità 1

4.0-6.0

71-108

L-ebda aġġustament fid-doża

iktar minn 6.0

iktar minn 108

Żid id-doża b’unità 1

Użu f’pazjenti anzjani (65 sena jew aktar)

Din il-mediċina tista’ tintuża f’pazjenti anzjani. Kellem lit-tabib tiegħek dwar tibdil fid-doża tiegħek.

Jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied

Jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied, jista’ jkollok bżonn tiċċekkja l-livell ta’ zokkor fid- demm tiegħek b’mod aktar regolari. Kellem lit-tabib tiegħek dwar tibdil fid-doża tiegħek.

Kif tinjetta Fiasp

Din il-mediċina hija għall-injezzjoni taħt il-ġilda (injezzjoni subkutanja) jew għal infużjoni kontinwa fil-pompi. It-teħid permezz ta’ pompa tkun teħtieġ istruzzjoni komprensiva mill-professjonist fil-kura tas-saħħa tiegħek.

Fejn għandek tagħmel l-injezzjoni

L-aħjar postijiet fejn tinjetta huma n-naħa ta’ quddiem ta’ qaddek (iż-żaqq) jew in-naħa ta’ fuq ta’ dirgħajk.

Tinjettax ġo vina jew ġo muskolu.

Ibdel il-post fiż-żona fejn tinjetta kuljum biex tnaqqas ir-riskju li tiżviluppa bidlet taħt il-ġilda

(ara sezzjoni 4).

Tużax Fiasp

Jekk l-għatu prottetiv fuq il-kunjett huwa laxk jew nieqes. Il-kunjett għandu għatu protettiv tal- plastik sabiex ma jkunx jista’ jsir tbagħbis bil-kontenitur. Jekk il-kunjett ma jkunx f’kundizzjoni perfetta meta tirċevih, roddu lura lil min ipprovdihulek.

jekk il-kunjett ma ġiex maħżun tajjeb (ara sezzjoni 5 ‘Kif taħżen Fiasp’).

jekk l-insulina ma tidhirx ċara (eż. tidher imċajpra) u bla kulur.

Kif tinjetta Fiasp

Qabel ma tuża Fiasp għall-ewwel darba, it-tabib jew l-infermier tiegħek se jurik kif tużah.

1Iċċekkja l-isem u l-qawwa fuq it-tikketta tal-kunjett biex taċċerta ruħek li hu Fiasp.

2Neħħi l-għatu protettiv minn fuq il-kunjett.

3Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni biex tippreveni l-kontaminazzjoni. M’għandekx taqsam il-labar u s-siringi ma oħrajn.

4Iġbed ġos-siringa l-istess ammont ta’ arja daqs id-doża tal-insulina li tkun se tinjetta. Injetta l- arja fil-kunjett.

5Aqleb il-kunjett u s-siringa ta’ taħt fuq u iġbed id-doża korretta tal-insulina fis-siringa. Oħroġ il- labra ’l barra mill-kunjett. Neħħi l-arja minn ġos-siringa u ċċekkja li d-doża hija korretta.

6Injetta l-insulina taħt il-ġilda. Uża t-teknika tal-injezzjoni li kien tak parir biex tuża t-tabib jew l- infermier tiegħek.

7Armi l-labra wara kull injezzjoni.

Għall-użu f’sistema ta’ pompa għall-infużjoni

Segwi l-istruzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet mit-tabib tiegħek rigward l-użu ta’ Fiasp f’pompa. Qabel l-użu ta’ Fiasp f’sistema ta’ pompa, għandek tkun irċivejt istruzzjoni komprensiva fuq l-użu u tagħrif dwar kwalunkwe azzjoni li għandha tittieħed f’każ ta’ mard, livell għoli jew baxx ta’ zokkor fid-demm jew ħsara fis-sistema tal-pompa.

Kif timla l-pompa

Fiasp qatt m’għandu jiġi dilwit jew jitħallat ma’ kwalunkwe insulina oħra.

Qabel iddaħħal il-labra, użu sapun u ilma biex tnaddaf idejk, kif ukoll dik il-parti tal-ġilda fejn tkun se ddaħħal il-labra, sabiex tevita infezzjonijiet fil-post fejn tingħata l-infużjoni.

Meta timla reċipjent ġdid, tħallix bżieżaq kbar tal-arja, fis-siringa jew fit-tubi.

Tibdil fis-sett tal-infużjoni (tubi u labra), għandu isir skont l-istruzzjonijiet fit-tagħrif dwar il- prodott provdut mas-sett tal-infużjoni.

Biex tieħu l-benefiċċju tal-infużjoni tal-insulina, u tiskopri jekk hemm xi ħsara fil-pompa tal-insulina, hu rrakkomandat li tiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek regolarment.

X’tagħmel f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-pompa

Dejjem għandu jkollok metodu alternattiv disponibbli biex tieħu l-insulina tiegħek li tista’ tingħata bħaħa injezzjoni taħt il-ġilda (pereżempju, injettur ta’ pinna jew siringi) jekk għal li jista’ jkun ikollha l-ħsara s-sistema tal-pompa.

Jekk tuża Fiasp aktar milli suppost

Jekk tuża żżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitbaxxa żżejjed (ipogliċemija); ara l-parir f’sezzjoni 4 taħt ‘Livell baxx ta’ zokkor fid-demm’.

Jekk tinsa tuża Fiasp

Jekk tinsa tuża l-insulina tiegħek, iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Ara sezzjoni 4 taħt ‘Livell għoli ta’ zokkor fid-demm’.

Tliet passi sempliċi biex tevita livell baxx jew għoli ta’ zokkor fid-demm huma:

Dejjem żomm fuqek siringi żejda u kunjett żejjed ta’ Fiasp.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek li turi li għandek id-dijabete.

Dejjem żomm fuqek prodotti li jkun fihom iz-zokkor. Ara sezzjoni 4 taħt ‘X’għandek tagħmel jekk ikollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm’.

Jekk tieqaf tuża Fiasp

Tiqafx tuża l-insulina tiegħek mingħajr ma l-ewwel titkellem mat-tabib tiegħek. Jekk tieqaf tuża l- insulina tiegħek, dan jista’ jwassal għal livell għoli ħafna ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija severa) u

ketoaċidożi (kundizzjoni fejn ikun hemm wisq aċtu fid-demm, li hu potenzjalment ta’ periklu għall- ħajja). Ara s-sintomi u l-pariri f’sezzjoni 4 taħt ‘Livell għoli ta’ zokkor fid-demm’.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) huwa komuni ħafna b’kura bl-insulina (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10). Jista’ jkun serju ħafna. Jekk il-livell taz-zokkor fid- demm jinżel wisq, inti tista’ tintilef minn sensik. Ipogliċemija serja tista’ tikkawża ħsara fil-moħħ u tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Jekk għandek sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu passi minnufih biex iżżid il-livell taz-zokkor fid-demm. Ara l-parir taħt ‘Livell baxx ta’ zokkor fid- demm’aktar ’l isfel.

Jekk ikollok reazzjoni allerġika serja għall-insulina jew għal xi wieħed mis-sustanzi fi Fiasp, ieqaf uża din il-mediċina u għamel kuntatt minnufih mas-servizz tal-emerġenza medika.

Is-sinjali ta’ reazzjoni allerġika serja jistgħu jinkludu:

reazzjonijiet lokali (eż., raxx, ħmura u ħakk) li jinfirxu għal partijiet oħra ta’ ġismek

f’daqqa waħda ma tħossokx tajjeb u tibda tegħreq

tibda tiddardar (rimettar)

ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs

ikollok taħbit tal-qalb mgħaġġel jew tħossok stordut.

Reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx tal-ġilda ġeneralizzat u nefħa fil-wiċċ jistgħu jseħħu. Dawn mhumiex komuni u jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100. Fittex tabib jekk is-sintomi jmorru għall-agħar jew ma tarax titjib wara xi ftit ġimgħat.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

Reazzjoni fis-sit mnejn jingħata: Reazzjonijiet lokali jistgħu jseħħu fil-post fejn tinjetta lilek innifsek. Is-sinjali jistgħu jinkludu: raxx, ħmura, infjammazzjoni, tbenġil u ħakk. Normalment dawn ir- reazzjonijiet imorru wara ftit jiem.

Reazzjonijiet tal-ġilda: Sinjali ta’ allerġija fuq il-ġilda bħal ekżema, raxx, ħakk, urtikarja u dermatite jistgħu jseħħu.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

Tibdil taħt il-ġilda fejn tagħmel l-injezzjoni (lipodistrofija): It-tessut tax-xaħam taħt il-ġilda jista’ jirqaq (lipoatrofija) jew jeħxien (lipoipertrofija). Li tibdel il-post fejn tinjetta kull darba jista’ jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa dan it-tibdil fil-ġilda. Jekk tinnota dan it-tibdil fil-ġilda, għid lit-tabib jew lill- infermier tiegħek. Jekk tkompli tinjetta fl-istess post, dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jsiru aktar severi u jaffettwaw l-ammont ta’ mediċina li ġismek jikseb.

Effetti ġenerali mill-kura bl-insulina inkluż Fiasp

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) (komuni ħafna)

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:

Tixrob l-alkoħol; tinjetta żżejjed insulina; tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu; tiekol ftit wisq jew taqbeż xi ikla.

Sinjali ta’ twissija ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm – dawn jistgħu jiġu f’daqqa:

Uġigħ ta’ ras

diskors ma jiftiehemx

taħbit tal-qalb mgħaġġel

għaraq kiesaħ

ġilda kiesħa u pallida

tħossok imdardar

tħossok bil-ġuħ ħafna

rogħda jew tħossok nervuż jew inkwetat

tħoss għeja, dgħufija jew ikollok ngħas mhux tas-soltu

tħossok konfuż

diffikultà biex tikkonċentra

tibdil temporanju fil-vista.

X’għandek tagħmel jekk ikollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm

Jekk inti konxju, ikkura minnufih il-livell baxx ta’ zokkor fid-demm permezz ta’ 15-20 g ta’ karboidrat li jaġixxi b’mod mgħaġġel; kul pilloli tal-glukosju jew ikla oħra ħafifa b’ħafna zokkor, bħal meraq tal-frott, ħelu jew biskuttini (dejjem ġorr miegħek pilloli tal-glukosju jew ikla ħafifa b’ħafna zokkor, għal li jista’ jkun).

Huwa rrakkomandat li terġa’ tiċċekkja l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek wara 15-20 minuta u terġa’ tieħu l-kura jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek għadhom inqas minn 4 mmol/L.

Stenna sakemm is-sinjali ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jibqgħux jidhru jew meta l- livell taz-zokkor fid-demm tiegħek ikun ġie lura għan-normal. Imbagħad kompli ħu l-kura bl- insulina tiegħek bħas-soltu.

X’għandhom ikunu jafu persuni oħrajn jekk iħossok ħażin

Għid lill-persuni kollha li tqatta’ ż-żmien magħhom li għandek id-dijabete. Għidilhom x’jista’ jiġri meta l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa żżejjed, inkluż ir-riskju li jista’ jtik ħass ħażin.

Għidilhom li jekk iħossok ħażin, huma jridu:

idawruk fuq ġenbek biex tevita li tifga

iġibu għajnuna medika minnufih

ma jtukx l-ebda ikel jew xorb, għax tista’ tifga.

Meta tintilef minn sensik tista’ tirkupra aktar malajr b’injezzjoni ta’ glucagon. Dan jista’ jingħata biss minn xi ħadd li jaf jużah.

Jekk tingħata glucagon, se jkollok bżonn tieħu z-zokkor jew xi ħaġa ħafifa b’ħafna zokkor malli tiġi f’sensik.

Jekk ma tirrispondix għall-kura b’injezzjoni ta’ glucagon, se jkollok bżonn tiġi kkurat fi sptar.

Jekk livell baxx ħafna ta’ zokkor ma jiġix ikkurat, maż-żmien jista’ jikkawża ħsara fil-moħħ. Dan jista’ jdum għal ftit żmien jew idum ħafna. Jista’ wkoll jikkawża l-mewt.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk:

il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek tbaxxa tant li ħassek ħażin

ingħatajt injezzjoni ta’ glucagon

kellek livell baxx iżżejjed ta’ zokkor fid-demm għal ftit drabi dan l-aħħar.

Dan hu għax id-dożaġġ jew il-ħin ta’ meta tieħu l-injezzjonijiet tal-insulina, l-ikel jew l-eżerċizzju, jista’ jkollhom bżonn jinbidlu.

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija) frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:

Tiekol aktar jew tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu; tixrob l-alkoħol; ikollok infezzjoni jew deni; ma tużax insulina biżżejjed; tieħu inqas insulina milli għandek bżonn ripetutament; tinsa tieħu l-insulina jew tieqaf tieħu l-insulina.

Sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm – dawn normalment jidhru gradwalment:

Ħmura fil-wiċċ

ġilda xotta

tħossok bi ngħas jew għajjien

ħalq xott

riħa ta’ frott (acetone) fil-ħalq

tagħmel l-awrina aktar ta’ spiss

tħossok bil-għatx

titlef l-aptit

tħossok imqalla’ (dardir jew rimettar).

Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni gravi ħafna msejħa ketoaċidożi. Din hi akkumulazzjoni ta’ aċtu fid-demm għax il-ġisem ikun qed ikisser ix-xaħam minflok iz-zokkor. Jekk ma tikkurahiex, din tista’ twassal għal koma dijabetika u eventwalment mewt.

X’għandek tagħmel jekk ikollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm

Ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Agħti doża ta’ korrezzjoni tal-insulina jekk ġejt mgħallem kif għandek tagħmel dan.

Ittestja l-awrina tiegħek għal ketones.

Jekk għandek il-ketones, fittex għajnuna medika immedjatament.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Fiasp

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara ‘JIS’. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Qabel ma jinfetaħ għall-ewwel darba:

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża. Żommu ’l bogħod mill-element li jiffriża. Żomm il- kunjett fil-kartuna sabiex tilqa’ mid-dawl.

Wara li jinfetaħ għall-ewwel darba jew meta jinġarr bħala sper: Tista’ ġġorr il-kunjett miegħek u żżommu f’temperatura tal-kamra (mhux aktar minn 30°C) jew fi friġġ (2°C – 8°C) sa perjodu ta’

4 ġimgħat. Dejjem għandek iżżomm il-kunjett fil-kartuna sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Fiasp

Is-sustanza attiva hi insulina aspart. Millilitru ta’ soluzzjoni fih 100 unità ta’ insulina aspart. Kunjett wieħed fih 1,000 unità ta’ insulina aspart f’soluzzjoni ta’ 10 mL.

Is-sustanzi l-oħra huma phenol, metacresol, glycerol, zinc acetate, disodium phosphate

dihydrate, arginine hydrochloride, nicotinamide (vitamin B3), hydrochloric acid (għall- aġġustament tal-pH), sodium hydroxide (għall-aġġustament tal-pH) (ara t-tmiem ta’ sezzjoni 2 taħt ‘Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti fi Fiasp’) u l-ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Fiasp u l-kontenut tal-pakkett

Fiasp hu ppreżentat bħala soluzzjoni ċara, bla kulur u akweja għall-injezzjoni f’kunjett. Kull kunjett fih 10 mL ta’ soluzzjoni.

Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 5 jew pakkett multiplu b’5 x (1 x 10 mL) kunjetti. Jista’ jkun li mhux il- pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Novo Nordisk A/S,

Novo Allé

DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati