Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Filgrastim Hexal (filgrastim) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L03AA02

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFilgrastim Hexal
Kodiċi ATCL03AA02
Sustanzafilgrastim
ManifatturHexal AG

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Filgrastim HEXAL 30 MU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest Filgrastim HEXAL 48 MU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Filgrastim HEXAL 30 MU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest Kull ml ta’ soluzzjoni fih 60 miljun unità (MU) [ekwivalenti għal 600 mikrogramma [μg]] ta’ filgrastim*.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 30 MU (ekwivalenti għal 300 μg) ta’ filgrastim f’0.5 ml.

Filgrastim HEXAL 48 MU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest Kull ml ta’ soluzzjoni fih 96 miljun unità (MU) (ekwivalenti għal 960 mikrogramma [μg]) ta’ filgrastim*.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 48 MU (ekwivalenti għal 480 μg) ta’ filgrastim f’0.5 ml.

* recombinant methionylated human granulocyte-colony stimulating factor (G-CSF) magħmul f’E. coli b’teknoloġija tad-DNA rikombonanti.

Eċċipjent b’effett magħruf:

Kull ml ta’ soluzzjoni fih 50 mg ta’ sorbitol (E420).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest (injezzjoni jew infużjoni) Soluzzjoni ċara, bla kulur jew ta’ kulur kemm kemm isfar.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

-It-tnaqqis fit-tul ta’ żmien ta’ newtropenja u l-inċidenza ta’ newtropenja bid-deni f’pazjenti kkurati b’kimoterapija ċitotossika stabbilita għal malinn (bl-eċċezzjoni ta’ lewkimja majelojde kronika u sindromi majelodisplastiċi) u tnaqqis fit-tul ta’ żmien ta’ newtropenja f’pazjenti li jkollhom terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun li huma kkunsidrati li jkunu f’riskju miżjud ta’ newtropenja severa għal żmien twil.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim huma simili fl-adulti u t-tfal li jkunu qed jirċievu l-kimoterapija ċitotossika.

-Il-mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenituri tad-demm periferali (PBPCs).

-F’pazjenti, tfal jew adulti b’newtropenja severa konġenitali, ċiklika, jew idjopatika b’għadd assolut tan-newtrofili (ANC) ta’ ≤ 0.5 x 109/l, u storja medika ta’ infezzjonijiet severi jew rikorrenti, l-għoti fit-tul ta’ filgrastim hu indikat biex iżid l-għadd tan-newtrofili u biex inaqqas l-inċidenza u t-tul ta’ żmien ta’ avvenimenti assoċjati mal-infezzjoni.

-Il-kura ta’ newtropenja persistenti (ANC ≤ 1.0 x 109/l) f’pazjenti b’infezzjoni avvanzata tal-HIV, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet batterjali meta għażliet oħrajn għall-immaniġġjar tan-newtropenja ma jkunux adattati.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-terapija b’filgrastim għandha tingħata biss b’kollaborazzjoni ma’ ċentru ta’ onkoloġija li jkollu l-esperjenza fil-kura b’G-CSF u l-ematoloġija u li jkollu l-faċilitajiet dijanjostiċi meħtieġa.

Il-proċeduri tal-mobilizzazzjoni u l-aferesi għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ ċentru tal-onkoloġija-ematolġija b’esperjenza aċċettabbli f’dan il-qasam u fejn il-monitoraġġ taċ-ċelluli ematopojetiċi proġenituri jkun jista’ jitwettaq b’mod korrett.

Kimoterapija ċitotossika stabbilita

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim hi ta’ 0.5 MU/kg/kuljum (5 μg/kg/kuljum). L-ewwel doża ta’ filgrastim għandha tingħata mill-inqas 24 siegħa wara l-kimoterapija ċitotossika. Fi studji kliniċi li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali intużat doża taħt il-ġilda ta’ 230 μg/m2/kuljum

(4.0 sa 8.4 μg/kg/kuljum).

Id-dożaġġ ta’ kuljum b’filgrastim għandu jitkompla sakemm l-għadd minimu mistenni tan-newtrofili jkun għadda u l-għadd tan-newtrofili jkun irkupra għall-medda normali. Wara kimoterapija stabbilita għal tumuri solidi, limfomi, u lewkimja limfojde, hu mistenni li t-tul ta’ żmien tal-kura meħtieġa biex dawn il-kriterji jintlaħqu ser ikun sa 14-il jum. Wara l-induzzjoni u l-kura ta’ konsolidazzjoni għal lewkimja majelojde akuta, it-tul ta’ żmien tal-kura jista’ jkun itwal b’mod sostanzjali (sa 38 jum) skont it-tip, id-doża u l-iskeda tal-kimoterapija ċitotossika użati.

F’pazjenti li jkunu qed jirċievu l-kimoterapija ċitotossika, żieda temporanja fl-għadd tan-newtrofili tipikament tiġi osservata minn jum sa jumejn wara l-bidu tat-terapija b’filgrastim. Madankollu, għal rispons terapewtiku sostnut, it-terapija b’filgrastim m’għandhiex titwaqqaf qabel il-punt minimu mistenni jkun għadda u l-għadd tan-newtrofili ikun irkuprat għall-medda normali. It-twaqqif prematur tat-terapija b’filgrastim, qabel iż-żmien tal-għadd minimu mistenni tan-newtrofili, mhuwiex rakkomandat.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Filgrastim jista’ jingħata bħala injezzjoni ta’ kuljum taħt il-ġilda jew bħala infużjoni ta’ kuljum ġol-vini dilwita f’5% ta’ soluzzjoni tal-glucose mogħtija fuq perjodu ta’ 30 minuta (ara sezzjoni 6.6). L-għoti taħt il-ġilda hu ppreferut fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Hemm xi evidenza minn studju dwar l-għoti ta’ doża waħda li d-dożaġġ ġol-vini jista’ jqassar it-tul tal-effett. Ir-rilevanza klinika ta’ din is-sejba fir-rigward tal-għoti ta’ dożi multipli mhijiex ċara. L-għażla tal-mod tal-għoti għandha tiddependi fuq iċ-ċirkustanzi kliniċi individwali.

F’pazjenti kkurati b’terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun

Pożoloġija

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ filgrastim hi ta’ 1.0 MU/kg/kuljum (10 μg/kg/kuljum). L-ewwel doża ta’ filgrastim għandha tingħata mill-inqas 24 siegħa wara kimoterapija ċitotossika u mill-inqas 24 siegħa wara infużjoni tal-mudullun tal-għadam.

Ġaladarba l-għadd minimu tan-newtrofili jkun għadda, id-doża ta’ kuljum ta’ filgrastim għandha tkun ittritata kontra r-rispons tan-newtrofili kif ġej:

Għadd tan-newtrofili

Aġġustament fid-doża ta’ Filgrastim

> 1.0 x 109/l għal 3 jiem konsekuttivi

Naqqas għal 0.5 MU/kg/kuljum (5 μg/kg/kuljum)

Imbagħad, jekk l-ANC jibqa’ > 1.0 x 109/l

Waqqaf filgrastim

għal 3 ijiem konsekuttivi iktar

 

Jekk l-ANC jonqos għal < 1.0 x 109/l matul il-perjodu tal-kura, id-doża ta’ filgrastim għandha tiżdied mill-ġdid skont il-passi t’hawn fuq

ANC = għadd assolut ta’ newtrofili

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Filgrastim jingħata bħala infużjoni qasira ġol-vini fuq perjodu ta’ 30 minuta jew bħala infużjoni kontinwa taħt il-ġilda jew ġol-vini fuq perjodu ta’ 24 siegħa. Filgrastim għandu jiġi dilwit f’20 ml ta’ soluzzjoni ta’ 5% ta’ glucose (ara sezzjoni 6.6).

Għall-mobilizzazzjoni tal-PBPC f’pazjenti li jkunu qed jirċievu terapija majelosoppressiva jew majeloablattiva segwita minn trapjant ta’ PBPC awtologi

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC meta jintuża waħdu hi ta’ 1.0 MU/kg/kuljum (10 μg/kg/kuljum) għal 5 - 7 t’ijiem konsekuttivi. Meta tingħata

l-lewkaferesi: 1 jew 2 lewkaferesi f’jiem 5 u 6 ta’ spiss ikunu suffiċjenti. F’ċirkustanzi oħra, jista’ jkun hemm bżonn ta’ lewkaferesi addizzjonali. Id-dożaġġ ta’ filgrastim għandu jinżamm sal-aħħar lewkaferesi.

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC wara kimoterapija majelosoppressiva hi ta’ 0.5 MU/kg/kuljum (5 μg/kg/kuljum) mill-ewwel jum wara t-tlestija tal-kimoterapija sakemm l-għadd minimu mistenni tan-newtrofili jkun għadda u l-għadd tan-newtrofili jkun irkupra għal medda normali. Il-lewkaferesi għandha titwettaq matul il-perjodu meta l-ANC jitla’ minn < 0.5 x 109/l għal > 5.0 x 109/l. Għal pazjenti li ma kellhomx kimoterapija estensiva, lewkaferesi waħda ta’ spiss tkun suffiċjenti. F’ċirkustanzi oħrajn, lewkaferesi addizzjonali huma rakkomandati.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC meta jintuża waħdu:

Filgrastim jista’ jingħata bħala infużjoni kontinwa ta’ 24 siegħa taħt il-ġilda jew injezzjoni taħt il-ġilda. Għall-infużjonijiet, filgrastim għandu jiġi dilwit f’20 ml ta’ 5% ta’ soluzzjoni ta’ glucose (ara sezzjoni 6.6).

Filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC wara kimoterapija majelosoppressiva:

Filgrastim għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

Għal mobilizzazzjoni tal-PBPCs f’donaturi normali qabel trapjant alloġeneiku tal-PBPC

Pożoloġija

Għal mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali, filgrastim għandu jingħata f’doża

ta’ 1.0 MU/kg/kuljum (10 μg/kg/kuljum) għal 4 – 5 t’ ijiem konsekuttivi. Il-lewkaferesi għandha tinbeda f’jum 5 u titkompla sa jum 6 jekk meħtieġ sabiex tiġbor 4 x 106 CD34+ ċelluli/kg ta’ piż tal-ġisem tar-reċipjent.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Filgrastim għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

F’pazjenti b’newtropenja kronika severa (SCN)

Pożoloġija

Newtropenja konġenitali:

Id-doża tal-bidu rakkomandata hi ta’ 1.2 MU/kg/kuljum (12 μg/kg/kuljum) bħala doża waħda jew dożi maqsumin.

Newtropenja idjopatika jew ċiklika:

Id-doża tal-bidu rakkomandata hi ta’ 0.5 MU/kg/kuljum (5 μg/kg/kuljum) bħala doża waħda jew dożi maqsumin.

Aġġustament fid-doża:

Filgrastim għandu jingħata kuljum permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda sakemm l-għadd tan-newtrofili jilħaq u jkun jista’ jinżamm f’iktar minn 1.5 x 109/l. Meta r-rispons ikun inkiseb, id-doża minima effettiva biex jinżamm dan il-livell għandha tiġi stabbilita. L-għoti ta’ kuljum għal tul ta’ żmien hu meħtieġ biex iżomm għadd adegwat ta’ newtrofili. Wara ġimgħa jew tnejn ta’ terapija, id-doża tal-bidu tista’ tiġi rduppjata jew titnaqqas bin-nofs, skont ir-rispons tal-pazjent. Sussegwentement id-doża tista’ tiġi aġġustata individwalment kull ġimgħa-ġimagħtejn biex iżżomm il-medja tal-għadd tan-newtrofili bejn 1.5 x 109/l u 10 x 109/l. Skeda iktar mgħaġġla ta’ żieda fid-doża tista’ tkun ikkunsidrata f’pazjenti li jkollhom infezzjonijiet severi. Fi provi kliniċi, 97% tal-pazjenti li rrispondew kellhom rispons sħiħ f’dożi ≤ 24 μg/kg/kuljum. Is-sigurtà fit-tul tal-għoti ta’ filgrastim f’iktar minn 24 μg/kg/kuljum f’pazjenti b’SCN ma kinitx stabbilita.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Newtropenija konġenitali, idjopatika jew ċiklika: Filgrastim għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

Pazjenti b’infezzjoni bl-HIV

Pożoloġija

Għat-treġġigħ lura ta’ newtropenja:

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ filgrastim hi ta’ 0.1 MU/kg/kuljum (1 μg/kg/kuljum), b’titrazzjoni sa massimu ta’ 0.4 MU/kg/kuljum (4 μg/kg/kuljum) sakemm jintlaħaq għadd normali ta’ newtrofili u jkun jista’ jinżamm (ANC > 2.0 x 109/l). Fi studji kliniċi, > 90% tal-pazjenti rrispondew f’dawn id-dożi, u kisbu t-treġġigħ lura tan-newtropenja f’medjan ta’ jumejn.

F’numru żgħir ta’ pazjenti (< 10%), dożi sa 1.0 MU/kg/kuljum (10 μg/kg/kuljum) kienu meħtieġa biex iwettqu t-treġġigħ lura tan-newtropenja.

Għall-manteniment tal-għadd normali tan-newtrofili:

Meta jkun inkiseb it-treġġigħ lura tan-newtropenja, id-doża effettiva minima biex iżżomm għadd normali ta’ newtrofili għandha tiġi stabbilita. L-aġġustament fid-doża tal-bidu għal dożaġġ kull jumejn bi 30 MU/kuljum (300 μg/kuljum) hu rakkomandat. Aġġustament addizzjonali fid-doża jista’ jkun meħtieġ, kif stabbilit mill-ANC tal-pazjent, biex jinżamm l-għadd tan-newtrofili f’> 2.0 x 109/l. Fi studji kliniċi, dożaġġ bi 30 MU/kuljum (300 μg/kuljum) fuq perjodu ta’ 1 - 7 ijiem kull ġimgħa kien meħtieġ biex iżomm l-ANC > 2.0 x 109/l, bil-medjan tal-frekwenza tad-doża li tkun ta’ 3 t’ijiem kull

ġimgħa. L-għoti fit-tul jista’ jkun meħtieġ biex iżomm l-ANC f’> 2.0 x 109/l.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għat-treġġigħ lura ta’ newtropenija jew għall-manteniment tal-għadd normali tan-newtrofili: Filgrastim għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda.

Anzjani

Provi kliniċi b’filgrastim inkludew numru żgħir ta’ pazjenti anzjani. Iżda ma sar l-ebda studju speċjali f’dan il-grupp u għalhekk, ma jistgħux isiru rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar id-dożaġġ.

Indeboliment renali

Studji dwar filgrastim f’pazjenti b’indeboliment sever tal-funzjoni renali jew epatika juru profil farmakokinetiku u farmakodinamiku li hu simili bħal dak li jkun osservat f’individwi normali. L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ f’dawn iċ-ċirkustanzi.

Użu pedjatriku f’pazjenti li għandhom SCN u kanċer

Ħamsa u sittin fil-mija tal-pazjenti studjati fil- programm ta’ provi ta’ SCN kellhom inqas minn 18-il sena. L-effikaċja tal-kura kienet ċara għal dan il-grupp ta’ età, li kien jinkludi l-biċċa l-kbira ta’ pazjenti b’newtropenja konġenitali. Ma kien hemm l-ebda differenzi fil-profil tas-sigurtà għal pazjenti pedjatriċi kkurati għal SCN.

Dejta minn studji kliniċi f’pazjenti pedjatriċi tindika li s-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim huma simili kemm fl-adulti kif ukoll fit-tfal li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika.

Ir-rakkomandazzjonijiet tad-dożaġġ f’pazjenti pedjatriċi huma l-istess bħal dawk fl-adulti li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika majelosoppressiva.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Twissijiet speċjali

Filgrastim m’għandux jintuża biex iżid id-doża tal-kimoterapija ċitotossika lilhemm minn korsijiet ta’ dożaġġ stabbiliti (ara hawn taħt).

Filgrastim m’għandux jingħata lil pazjenti b’newtropenja severa konġenitali li jiżviluppaw lewkimja jew għandhom evidenza ta’ evoluzzjoni ta’ lewkimja.

Sensittività eċċessiva, li tinkludi reazzjonijiet anafilattiċi, li jseħħu meta tingħata l-kura inizjali jew kura sussegwenti, ġew irrappurtati f’pazjenti kkurati b’filgrastim. Waqqaf b’mod permanenti Filgrastim HEXAL f’pazjenti b’sensittività eċċessiva klinikament sinifikanti. Tagħtix Filgrastim HEXAL lil pazjenti bi storja medika ta’ sensittività eċċessiva għal filgrastim jew pegfilgrastim.

Bħal fil-każ tal-proteini terapewtiċi kollha, hemm potenzjal għal immunoġeniċità. Ir-rati ta’ ġenerazzjoni ta’ antikorpi kontra filgrastim hi ġeneralment baxxa. Antikorpi li jeħlu huma preżenti kif mistenni bil-prodotti bijoloġiċi kollha; madankollu, fil-preżent, dawn ma ġewx assoċjati ma’ attività li tinnewtralizza.

Kimoterapija ċitotossika stabbilita

Tkabbir malinn taċ-ċelluli

G-CSF jista’ jippromwovi t-tkabbir ta’ ċelluli majelojde in vitro, u effetti simili jistgħu jiġu osservati fuq xi ċelluli majelojde in vitro.

Is-sigurtà u l-effikaċja tal-għoti ta’ filgrastim f’pazjenti bis-sindrome majelodisplastiku, jew b’lewkemija majeloġena kronika, ma kinux stabbiliti. Filgrastim mhuwiex indikat għall-użu f’dawn il-kundizzjonijiet. Għandha tingħata attenzjoni partikulari biex wieħed jiddistingwi d-dijanjosi tat-trasformazzjoni tal-blasts ta’ lewkimja majelojde kronika minn lewkimja majelojde akuta.

Minħabba d-dejta limitata dwar is-sigurtà u l-effikaċja f’pazjenti b’AML sekondarja, filgrastim għandu jingħata bl-attenzjoni.

Is-sigurtà u l-effikaċja tal-għoti ta’ filgrastim f’pazjenti AML de novo li kellhom < 55 sena b’ċitoġeniċi tajbin [t(8;21), t(15;17), u inv(16)] ma kinux stabbiliti.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti bil-kanċer

Każijiet ta’ splenomegalija u ta’ ftuq tal-milsa ġew irrappurtati b’mod mhux komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. Xi każijiet ta’ ftuq tal-milsa kienu fatali. Individwi li jirċievu filgrastim li jirrappurtaw uġigħ fin-naħa tax-xellug ta’ fuq tal-addome u/jew fit-tarf tal-ispalla għandhom jiġu evalwati għal tkabbir tal-milsa jew għal ftuq tal-milsa.

Lewkoċitosi

Għadd taċ-ċelluli tad-demm bojod ta’ 100 x 109/l jew iżjed kien osservat f’inqas minn 5% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu filgrastim f’dożi ta’ iktar minn 0.3 MU/kg/kuljum (3 μg/kg/kuljum). L-ebda effetti mhux mixtieqa attribwibbli direttament għal dan il-grad ta’ lewkoċitosi ma kienu rrappurtati. Madankollu, minħabba r-riskji potenzjali assoċjati ma’ lewkoċitosi severa, għadd taċ-ċelluli tad-demm bojod għandu jitwettaq f’intervalli regolari matul it-terapija b’filgrastim. Jekk l-għadd tal-lewkoċiti jaqbeż 50 x 109/l wara l-għadd minimu mistenni, filgrastim għandu jitwaqqaf immedjatament. Madankollu, matul il-perjodu tal-għoti ta’ filgrastim għal mobilizzazzjoni tal-PBPC, dan għandu jitwaqqaf jew id-dożaġġ tiegħu għandha titnaqqas jekk l-għadd tal-lewkoċiti jitla’ għal > 70 x 109/l.

Riskji assoċjati ma’ żieda fid-dożi tal-kimoterapija

Għandha tintuża attenzjoni speċjali meta wieħed jikkura pazjenti b’doża għolja ta’ kimoterapija minħabba li ma ntweriex riżultat imtejjeb tat-tumur, u dożi intensifikati ta’ mediċini kimoterapewtiċi jistgħu jwasslu għal żieda fit-tossiċitajiet li jinkludu effetti kardijaċi, pulmonari, newroloġiċi, u dermatoloġiċi (jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott tal-mediċini tal-kimoterapija speċifika li tintuża).

Il-kura b’filgrastim waħdu ma tipprekludix it-tromboċitopenja u l-anemija minħabba kimoterapija majelosoppressiva. Minħabba l-potenzjal li tirċievi dożi ogħla ta’ kimoterapija (eż. dożi sħaħ fuq l-iskeda preskritta) il-pazjent jista’ jkun f’riskju ikbar ta’ tromboċitopenja u anemija. Monitoraġġ regolari tal-għadd tal-plejtlits u tal-ematokrit hu rakkomandat. Għandha tingħata attenzjoni speċjali meta tagħti mediċini kimoterapewtiċi waħidhom jew flimkien, li hu magħruf li jikkawżaw tromboċitopenja severa.

Intwera li l-użu tal-PBPCs immobilizzati b’filgrastim inaqqas il-profondità u t-tul ta’ tromboċitopenja wara kimoterapija majelosoppressiva jew majeloablattiva.

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

L-effetti ta’ filgrastim f’pazjenti bi proġenituri majelojdi mnaqqsa b’mod sostanzjali ma kinux studjati. Filgrastim jaġixxi primarjament fuq prekursuri newtrofili biex jeżerċita l-effett tiegħu biex iżid l-għadd tan-newtrofili. Għalhekk, f’pazjenti bi prekursuri mnaqqsa, ir-rispons tan-newtrofili jista’ jitnaqqas (bħal dawk ikkurati b’radjuterapija jew kimoterapija estensivi, jew dawk b’infiltrazzjoni tal-mudullun mit-tumur).

Disturbi vaskulari, li jinkludu mard venookklużiv u disturbi fil-volum tal-fluwidi, ġew irrappurtati xi kultant f’pazjenti li kienet qed issirilhom kimoterapija b’doża għolja segwita minn trapjant.

Kien hemm rapporti ta’ Graft versus Host Disease (GvHD) u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun (ara sezzjoni 4.8 u 5.1).

Żieda fl-attività ematopoietika tal-mudullun b’rispons għat-terapija tal-fattur tat-tkabbir ġiet assoċjata ma’ scans anormali temporanji tal-għadam. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta wieħed jinterpreta r-riżultati tal-immaġni tal-għadam.

Mobilizzazzjoni tal-PBPC

M’hemm l-ebda paragun prospettiv magħżul b’mod każwali taż-żewġ metodi tal-mobilizzazzjoni rakkomandati (Filgrastim waħdu jew flimkien ma’ kimoterapija majelsoppressiva) fl-istess

popolazzjoni ta’ pazjenti. Il-grad ta’ varjazzjoni bejn pazjenti individwali u bejn l-assaġġi tal-laboratorju ta’ ċelluli CD34+ ifisser li paragun dirett bejn studji differenti hu diffiċli. Għalhekk hu diffiċli li tirrakkomanda l-aħjar metodu. L-għażla tal-metodu ta’ mobilizzazzjoni għandu jiġi kkunsidrat fir-rigward tal-objettivi totali tal-kura għal pazjent individwali.

Espożizzjoni fil-passat għal mediċini ċitotossiċi

Pazjenti li kellhom terapija majelosoppressiva estensiva ħafna fil-passat, jistgħu ma jurux mobilizzazzjoni suffiċjenti ta’ PBPC biex jiksbu l-ammont minimu rakkomandat

(≥ 2.0 x 106 CD34+ ċelluli/kg) jew l-aċċelerazzjoni tal-irkuprar tal-plejtlits għall-istess grad.

Xi mediċini ċitotossiċi juru tossiċitajiet partikulari għal pool ta’ proġenituri ematopojetiċi u jistgħu jaffettwaw b’mod avvers il-mobilizzazzjoni tal-proġenituri. Mediċini bħal melphalan, carmustine (BCNU) u carboplatin, meta jingħataw fuq perjodi twal ta’ żmien qabel ma wieħed jipprova l-mobilizzazzjoni tal-proġenituri, jistgħu jnaqqsu l-ammont tal-proġenituri. Madankollu, intwera li l-għoti ta’ melphalan, carboplatin jew BCNU flimkien ma’ filgrastim kien effettiv għall-mobilizzazzjoni tal-proġenituri. Meta trapjant tal-PBPC ikun ippjanat, hu rakkomandat li tippjana l-proċedura tal-mobilizzazzjoni taċ-ċelluli staminali kmieni fil-kors tal-kura tal-pazjent. Attenzjoni partikulari għandha tingħata lin-numru ta’ proġenituri immobilizzati f’dawn il-pazjenti qabel l-għoti ta’ doża għolja ta’ kimoterapija. Jekk l-ammonti prodotti jkunu inadegwati, kif imkejla mill-kriterji t’hawn fuq, forom alternattivi ta’ kura li ma jeħtiġux sapport tal-proġenituri, għandhom jiġu kkunsidrati.

Evalwazzjoni tal-ammonti prodotti ta’ ċelluli proġenituri

Fl-evalwazzjoni tan-numru ta’ ċelluli proġenituri miġbura f’pazjenti kkurati b’filgrastim, għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-metodu ta’ kwantifikazzjoni. Ir-riżultati tal-analiżi tal-fluss ċitometriku tan-numri taċ-ċelluli CD34+ tvarja skont il-metodoloġija preċiża li tintuża u għalhekk, rakkomandazzjonijiet dwar numri bbażati fuq studji f’laboratorji oħrajn jeħtieġ li jkunu interpretati bl-attenzjoni.

Analiżi statistika tar-relazzjoni bejn in-numru ta’ ċelluli CD34+ li jkunu infużi mill-ġdid u r-rata ta’ irkuprar tal-plejtlits wara kimoterapija b’doża għolja tindika relazzjoni kumplessa iżda kontinwa.

Ir-rakkomandazzjoni ta’ ammont prodott minimu ta’ ≥ 2.0 x 106 CD34+ ċelluli/kg hu bbażat fuq esperjenza ppubblikata li tirriżulta f’rikostituzzjoni ematoloġika adegwata. L-ammonti prodotti iżjed minn dan l-ammont minimu jidhru li jikkorrelaw ma’ irkuprar iktar mgħaġġel, dawk inqas ma’ irkuprar iktar bil-mod.

Donaturi normali li tkun qed issirilhom mobilizzazzjoni tal-PBPC

Il-mobilizzazzjoni tal-PBPC ma tipprovdix benefiċċju kliniku dirett lil donaturi normali u għandha tiġi kkunsidrata biss għall-iskop ta’ trapjant ta’ ċelluli staminali alloġeneiċi.

Il-mobilizzazzjoni tal-PBPC għandha tiġi kkunsidrata biss f’donaturi li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibilità normali kliniċi u tal-laboratorju għal donazzjoni ta’ ċelluli staminali, b’attenzjoni speċjali għall-valuri ematoloġiċi u mard infettiv.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim ma kinux evalwati f’donaturi normali ta’ < 16-il sena jew ta’ > 60 sena.

Tromboċitopenija ġiet irrappurtata b’mod komuni ħafna f’pazjenti li jirċievu filgrastim. Għalhekk, l-għadd ta’ plejtlits għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib.

Tromboċitopenja temporanja (plejtlits < 100 x 109/l) wara l-għoti ta’ filgrastim u lewkaferesi kienet osservata f’35% tal-pazjenti studjati. Fost dawn, żewġ każijiet b’għadd tal-plejtlits ta’ < 50 x 109/l kienu rrappurtati u attribwiti għall-proċedura tal-lewkaferesi.

Jekk iktar minn lewkaferesi waħda tkun meħtieġa, għandha tingħata attenzjoni partikulari għal donaturi b’għadd tal-plejtlits ta’ < 100 x 109/l qabel il-lewkaferesi; b’mod ġenerali l-aferesi m’għandhiex titwettaq jekk l-għadd tal-plejtlits ikun ta’ < 75 x 109/l.

Il-lewkaferesi m’għandhiex titwettaq f’donaturi li jkunu antikoagulati jew li jkollhom difetti magħrufa fl-emostasi.

L-għoti ta’ filgrastim għandu jitwaqqaf jew id-dożaġġ tiegħu jitnaqqas jekk l-għadd tal-lewkoċiti jiżdied għal > 70 x 109/l.

Donaturi li jirċievu G-CSFs għal mobilizzazzjoni tal-PBPC għandhom jiġu mmonitorjati sakemm l-indiċi ematoloġiċi jerġgħu lura għan-normal.

Anormalitajiet ċitoġenetiċi transitorji ġew osservati f’donaturi b’saħħithom wara l-użu ta’ G-CSF. Ir-rilevanza ta’ dawn il-bidliet mhijiex magħrufa. Madankollu, riskju li jwassal għall-iżvilupp ta’ klonu majelojde malinn ma jistax jiġi eskluż. Hu rakkomandat li ċ-ċentru tal-aferesi jżomm rekord sistematiku u tracking tad-donaturi taċ-ċelluli staminali għal mill-inqas 10 snin biex ikun żgurat il-monitoraġġ tas-sigurtà fit-tul.

Każijiet komuni iżda ġeneralment mingħajr sintomi ta’ splenomegalija u każijiet mhux komuni ta’ qsim tal-milsa ġew irrappurtati f’donaturi b'saħħithom (u f’pazjenti) wara li ngħataw G-CSFs. Xi każijiet ta’ qsim tal-milsa kienu fatali. Għalhekk, id-daqs tal-milsa għandu jiġi mmonitorjat b’attenzjoni (eż. eżami kliniku, ultrasound). Dijanjosi ta’ qsim tal-milsa għandha tiġi kkunsidrata f’donaturi u/jew f’pazjenti li jirrappurtaw uġigħ fin-naħa tax-xellug tal-addome jew fit-tarf tal-ispalla.

F’donaturi normali, qtugħ ta’ nifs ġie rrappurtat b’mod komuni u avvenimenti avversi pulmonari oħrajn (emoptisi, emorraġija pulmonari, infiltrati tal-pulmun, u nuqqas ta’ ossiġnu) kienu rrappurtati b’mod mhux komuni.F’każ ta’ avvenimenti avversi pulmonari ssuspettati jew ikkonfermati, it-twaqqif tal-kura b’filgrastim għandu jiġi kkunsidrat u għandha tingħata kura medika adattata.

Reċipjenti tal-PBPCs alloġeneiċi mobilizzati b’filgrastim

Id-dejta kurrenti tindika li interazzjonijiet immunoloġiċi bejn trapjant alloġeneiku tal-PBPC u r-reċipjent jistgħu jiġu assoċjati ma’ riskju miżjud ta’ GvHD akut u kroniku meta mqabbel ma’ trapjant tal-mudullun.

SCN

Għadd taċ-ċelluli tad-demm

Tromboċitopenija ġiet irrappurtata b’mod komuni f’pazjenti li jkunu qed jirċievu filgrastim. L-għadd tal-plejtlits għandu jkun immonitorjat mill-qrib, speċjalment matul l-ewwel ftit ġimgħat tat-terapija b’filgrastim. Għandha tingħata konsiderazzjoni għal waqfien intermittenti jew it-tnaqqis tad-doża ta’ filgrastim f’pazjenti li jiżviluppaw tromboċitopenja, i.e. għadd tal-plejtlits li jkun b’mod konsistenti ta’ < 100,000/mm³.

Tibdil ieħor fiċ-ċelluli tad-demm jseħħ, li jinkludi anemija u żidiet temporanji fil-proġenituri majelojde, li jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib tal-għadd taċ-ċelluli.

It-trasformazzjoni għal-lewkimja jew għas-sindrome majelodisplastiku

Attenzjoni specjali trid tingħata fid-dijanjosi ta’ SCNs biex tiddistingwihom minn disturbi ematopojetiċi oħrajn bħal anemija aplastika, majelodisplasija, u lewkimja majelojde. L-għadd sħiħ taċ-ċelluli tad-demm bl-għadd differenzjali u tal-plejtlits, u evalwazzjoni tal-morfoloġija tal-mudullun u l-karjotip għandhom jitwettqu qabel il-kura.

Kien hemm frekwenza baxxa (ta’ madwar 3%) ta’ sindromi majelodisplastiċi (MDS) jew lewkimja f’pazjenti b’SCN li fuqhom saru provi kliniċi, ikkurati b’filgrastim. Din l-osservazzjoni saret biss f’pazjenti b’newtropenja konġenitali. MDS u lewkimji huma kumplikazzjonijiet naturali tal-marda u għandhom relazzjoni inċerta mat-terapija b’filgrastim. Sotto-sett ta’ madwar 12% tal-pazjenti li

kellhom evalwazzjonijiet ċitoġeniċi normali fil-linja bażi, sussegwentement instab li kellhom anormalitajiet, li kienu jinkludu monosomija 7, meta saret ir-ripetizzjoni tal-evalwazzjoni ta’ rutina. Bħalissa mhuwiex ċar jekk il-kura fit-tul ta’ pazjenti b’SCN ser tippredisponi l-pazjenti għal anormalitajiet ċitoġeniċi, MDS jew trasformazzjoni lewkemika. Hu rakkomandat li jsiru eżamijiet morfoloġiċi u ċitoġeniċi tal-mudullun fil-pazjenti f’intervalli regolari (madwar kull 12-il xahar).

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Il-kawżi ta’ newtropenja temporanja, bħal infezzjonijiet virali, għandhom jiġu esklużi.

Każijiet ta’ splenomegalija ġew irrappurtati b’mod komuni ħafna u każijiet ta’ ftuq tal-milsa ġew irrappurtati b’mod komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. Individwi li jirċievu filgrastim li jirrappurtaw uġigħ fin-naħa tax-xellug ta’ fuq tal-addome u/jew fit-tarf tal-ispalla għandhom jiġu evalwati għal tkabbir tal-milsa jew għal ftuq tal-milsa.

L-isplenomegalijahu effett dirett tal-kura b’filgrastim. Wieħed u tletin fil-mija (31%) tal-pazjenti fl-istudji kienu dokumentati bħala li kellhom splenomegalija li tista’ tinħass b’eżami bl-idejn. Żidiet fil-volum, imkejla b’mod radjografiku, seħħew kmieni matul it-terapija b’filgrastim u kellhom tendenza li jistabbilizzaw. Kien osservat li tnaqqis fid-doża jnaqqas jew iwaqqaf il-progressjoni ta’ tkabbir tal-milsa, u fi 3% tal-pazjenti, splenektomija kienet meħtieġa. Id-daqs tal-milsa għandu jkun evalwat regolarment. Eżami taż-żaqq bl-idejn (palpation) għandu jkun suffiċjenti biex jiġu osservati żidiet anormali fil-volum tal-milsa.

Ematurja kienet komuni u proteinuria seħħet f’numru żgħir ta’ pazjenti. Analiżi regolari tal-awrina għandhom jitwettqu biex isir monitoraġġ ta’ dan l-avveniment.

Is-sigurtà u l-effikaċja fit-trabi tat-twelid u f’pazjenti b’newtropenja awtoimmuni ma kinux stabbiliti.

Infezzjoni bl-HIV

Każijiet ta’ splenomegalija ġew irrappurtati b’mod komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. Għalhekk, individwi li jirċievu filgrastim li jirrappurtaw uġigħ fin-naħa tax-xellug ta’ fuq tal-addome u/jew fit-tarf tal-ispalla għandhom jiġu evalwati għal tkabbir tal-milsa jew ftuq tal-milsa.

Għadd taċ-ċelluli tad-demm

L-għadd assolut tan-newtrofili (ANC) għandu jkun immonitorjat mill-qrib, speċjalment matul l-ewwel ftit ġimgħat tat-terapija b’filgrastim. Xi pazjenti jistgħu jirrispondu malajr ħafna u b’żieda konsiderevoli fl-għadd tan-newtrofili, għad-doża tal-bidu ta’ filgrastim. Hu rakkomandat li l-ANC jitkejjel kuljum għall-ewwel 2 - 3 t’ijiem tal-għoti ta’ filgrastim. Wara dak il-perjodu, hu rakkomandat li l-ANC jitkejjel mill-inqas darbtejn kull ġimgħa għall-ewwel ġimagħejn u sussegwentement darba f’ġimgħa jew darba kull ħmistax matul it-terapija ta’ manutenzjoni. Matul id-dożaġġ intermittenti

bi 30 MU/kuljum (300 μg/kuljum) ta’ filgrastim, jista’ jkun hemm fluttwazzjonijiet kbar fl-ANC tal-pazjent mal-medda taż-żmien. Sabiex tiddetermina l-iktar punt baxx tal-ANC ta’ pazjent, hu rakkomandat li jittieħdu kampjuni tad-demm biex jitkejjel l-ANC immedjatament qabel kwalunkwe dożaġġ skedat b’filgrastim.

Riskju assoċjat ma’ żieda fid-dożi ta’ prodotti mediċinali majelsoppressivi

Il-kura b’filgrastim waħdu ma tipprekludix it-tromboċitopenja u l-anemija minħabba kuri majelsoppressivi. Bħala riżultat tal-potenzjal li jirċievi dożi ogħla jew numru ikbar ta’ dawn il-prodotti mediċinali bit-terapija b’filgrastim, il-pazjent jista’ jkun f’riskju ogħla li jiżviluppa t-tromboċitopenja u l-anemija. Monitoraġġ regolari tal-għadd tad-demm hu rakkomandat (ara hawn fuq).

Infezzjonijiet u malinni li jikkawżaw majelosoppressjoni

In-newtropenja tista’ tkun minħabba infezzjonijiet opportunistiċi li jinfiltraw il-mudullun bħall-kumpless Mycobacterium avium jew malinni bħal limfoma. F’pazjenti b’infezzjonijiet magħrufa opportunistiċi li jinfiltraw il-mudullun jew malinn, ikkunsidra terapija adattata għall-kura tal-kundizzjoni diġà eżistenti flimkien mal-għoti ta’ filgrastim għal kura ta’ newtropenja. L-effetti ta’ filgrastim fuq in-newtropenja minħabba infezzjoni li tinfiltra l-mudullun jew malinn, ma kinux stabbiliti tajjeb.

Karatteristika għal, jew mard taċ-ċelluli sickle

Kriżijiet taċ-ċelluli sickle, f’xi każijiet fatali, kienu rrappurtati bl-użu ta’ filgrastim f’pazjenti li kellhom il-karatteristika għal, jew il-marda taċ-ċelluli sickle. It-tobba għandhom joqogħdu attenti meta jikkunsidraw l-użu ta’ filgrastim f’pazjenti bil-karatteristika għal, jew bil-marda taċ-ċelluli sickle.

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Reazzjonijiet avversi pulmonari, b’mod partikulari mard interstizjali tal-pulmun, kienu rrappurtati wara l-għoti ta’ G-CSF. Pazjenti bi storja medika riċenti ta’ infiltrati tal-pulmun jew pnewmonja jistgħu jkunu f’riskju ogħla. Il-bidu ta’ sinjali pulmonari, bħal sogħla, deni u qtugħ ta’ nifs b’rabta ma’ sinjali radjoloġiċi ta’ infiltrati pulmonari u deterjorament fil-funzjoni pulmonari, jistgħu jkunu sinjali preliminari ta’ Sindrome ta’ Problemi Respiratorji Akuti (ARDS - Acute Respiratory Distress

Syndrome). Filgrastim għandu titwaqqaf u tingħata kura adattata f’dawn il-każijiet.

Il-monitoraġġ tad-densità tal-għadam jista’ jkun indikat f’pazjenti li jkollhom mard eżistenti osteoporotiku tal-għadam li jirċievu terapija kontinwa b’filgrastim għal iktar minn 6 xhur..

Sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari ġie irrappurtat wara amministrazzjoni tal-fattur li jistimula il-kolonji ta' granuloċiti u huwa kkaratterizzat minn pressjoni baxxa, ipoalbuminemija, edema u hemokonċentrazzjoni. Pazjenti li jiżviluppaw sintomi ta' sindromu ta' tnixxija tal-kapillari għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib u jirċievu kura simtomatika standard, li jistgħu jinkludu ħtieġa għal kura intensiva (ara sezzjoni 4.8).

Glomerulonefrite kienet irrappurtata f’pazjenti li kienu qed jirċievu filgrastim jew pegfilgrastim. Ġeneralment, avvenimenti ta’ glomerulonefrite għaddew wara tnaqqis fid-doża jew twaqqif ta’ filgrastim jew pegfilgrastim. Huwa rakkomandat monitoraġġ tal-awrina.

Individwi sensittivi għal-latex

L-għatu tal-labra li jista’ jitneħħa ta’ din is-siringa mimlija għal-lest fih derivattiv ta’ latex ta’ gomma naturali. Sal-lum, ma ġie osservat l-ebda latex ta’ gomma naturali fl-għatu tal-labra li jista’ jitneħħa.

Madankollu, l-użu ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni Filgrastim HEXAL f’siringa mimlija għal-lest f’individwi sensittivi għal-latex ma ġiex studjat u għalhekk hemm riskju potenzjali għal reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li ma jistax jiġi eskluż kompletament.

Eċċipjenti

Filgrastim HEXAL fih sorbitol (E420). Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose, m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

L-isem tal-prodott mediċinali amministrat għandu jitnizzel b’mod ċar fil-fajl tal-pazjent sabiex il-granulocyte-colony stimulating factor (G-CSFs) ikun aktar traċċabbli.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim mogħti fl-istess jum li tingħata l-kimoterapija ċitotossika majelosoppressiva ma kinux stabbiliti b’mod definittiv. Minħabba s-sensittività taċ-ċelluli majelojde li jinqasmu malajr għal kimoterapija ċitotossika majelosoppressiva, l-użu ta’ filgrastim mhuwiex rakkomandat fil-perjodu minn 24 siegħa qabel sa 24 siegħa wara l-kimoterapija. Evidenza preliminari

minn numru żgħir ta’ pazjenti li kienu kkurati fl-istess ħin b’filgrastim u b’5-fluorouracil tindika li s-severità tan-newtropenja tista’ tiħrax.

Interazzjonijiet possibbli ma’ fatturi tat-tkabbir ematopojetiċi oħra u cytokines, s’issa ma kinux investigati fi provi kliniċi.

Billi l-lithium jippromwovi l-ħruġ tan-newtrofili, il-lithium x’aktarx li ser iżid l-effett ta’ filgrastim. Għalkemm din l-interazzjoni ma kinitx investigata formalment, m’hemm l-ebda evidenza li interazzjoni bħal din hi ta’ ħsara.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ filgrastim waqt it-tqala. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva. Ġiet osservata żieda fl-inċidenza ta’ telf ta’ embriji fil-fniek f’multipli għoljin ta’ esponiment u fil-preżenza ta’ tossiċità materna (ara sezzjoni 5.3). Hemm rapporti fil-letteratura fejn intwera l-passaġġ transplaċentali ta’ filgrastim f’nisa tqal.

Filgrastim HEXAL mhux irrikkmandat waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk filgrastim/metabolitijiġux mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż.

Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigћ jew twaqqafx it-trattament b’Filgrastim HEXAL, wara li jigi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l-benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

Fertilità

Filgrastim ma affettwax il-prestazzjoni riproduttiva jew il-fertilità f’firien irġiel jew nisa (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fil-provi kliniċi, f’pazjenti bil-kanċer l-iktar effett mhux mixtieq frekwenti kien uġigħ muskoloskeletriku li kien ħafif jew moderat f’10%, u sever fi 3% tal-pazjenti.

Kien hemm rapporti ta’ Graft versus Host Disease (GvHD) ukoll (ara hawn isfel).

F’mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali l-iktar effett komuni mhux mixtieq li ġie rrappurtat kien uġigħ muskoloskeletriku. Lewkoċitożi ġiet osservata fid-donaturi, u tromboċitopenija wara l-għoti ta’ filgrastim u lewkaferesi ġiet osservata wkoll fid-donaturi. Splenomegalija u ftuq tal-milsa ġew irrappurtati wkoll. Xi każijiet ta’ ftuq tal-milsa kienu fatali.

F’pazjenti b’SCN l-iktar effetti frekwenti mhux mixtieqa attribwibbli għal filgrastim kienu wġigħ fl-għadam, uġigħ muskoloskeletriku ġenerali u splenomegalija. Sindromi majelodisplastiċi (MDS) jew lewkimja żviluppaw f’pazjenti b’newtropenija konġenitali kkurati b’filgrastim (ara sezzjoni 4.4).

Sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari, li tista' tkun ta' periklu għall-ħajja jekk it-trattament huwa tardjat, ġie irrapportat b'mod mhux komuni (≥ 1/1000 sa < 1/100) f'pazjenti b' kanċer waqt il-kimoterapija u f’donaturi b’saħħithom li jkollhom mobilizzazzjoni tal-PBPC wara l-għoti ta' fatturi li jistimulaw kolonji granuloċiti; ara hawn taħt u sezzjoni 4.4.

Fi studji kliniċi fuq pazjenti bl-HIV, l-uniċi effetti mhux mixtieqa li kienu kkunsidrati b’mod konsistenti li huma marbuta mal-għoti ta’ filgrastim kienu wġigħ muskoloskeletriku, uġigħ fl-għadam u mijalġja.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Id-dejta fit-tabelli t’hawn taħt tiddeskrivi r-reazzjonijiet avversi rrappurtati minn provi kliniċi u minn rappurtaġġ spontanju. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma ppreżentati f’ordni fejn kull ma jmur il-gravità tonqos. Id-dejta hija ppreżentata separatament għall-pazjenti bil-kanċer, mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali, pazjenti b’SCN u pazjenti bl-HIV, u tirrifletti l-profili differenti ta’ reazzjonijet avversi f’dawn il-popolazzjonijiet.

Tabella 1. Pazjenti bil-kanċer

Sistema

Reazzjonijiet avversi

 

 

 

tal-klassifika

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

tal-organi

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa

(≥ 1/1,000 sa

(≥ 1/10,000 s

ħafna

MedDRA

 

< 1/10)

< 1/100)

a < 1/1,000)

(< 1/10,00

 

 

 

 

 

0)

Disturbi

 

 

Ftuq tal-milsaa

 

 

tad-demm u

 

 

Splenomegalija

 

 

tas-sistema

 

 

a, e

 

 

limfatika

 

 

Kriżijiet

 

 

 

 

 

taċ-ċelluli

 

 

 

 

 

sicklea

 

 

Disturbi

 

Sensittività

Graft versus

 

 

fis-sistema

 

eċċessiva

Host Diseaseb

 

 

immuni

 

għall-mediċin

 

 

 

 

 

aa

 

 

 

Disturbi

Żieda ta’ uric

 

Psewdogottaa

 

 

fil-metaboliżmu

acid fid-demm

 

 

 

 

u n-nutrizzjoni

Żieda ta’ lactate

 

 

 

 

 

dehydrogenase

 

 

 

 

 

fid-demm

 

 

 

 

 

Tnaqqis fl-aptita

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Uġigħ ta’ rasa

 

 

 

 

fis-sistema

 

 

 

 

 

nervuża

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Pressjoni

Mard

 

 

vaskulari

 

baxxa

venookklużivd

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

 

 

fil-volum

 

 

 

 

 

tal-fluwidi

 

 

 

 

 

Sindromu ta’

 

 

 

 

 

tnixxija

 

 

 

 

 

tal-kapillaria

 

 

Disturbi

Uġigħ fil-ħalq u

Emoptisie

Sindrome ta’

 

 

respiratorji,

fil-farinġia

 

problemi

 

 

toraċiċi u

Sogħlaa

 

respiratorji

 

 

Sistema

Reazzjonijiet avversi

 

 

 

tal-klassifika

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

tal-organi

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa

(≥ 1/1,000 sa

(≥ 1/10,000 s

ħafna

MedDRA

 

< 1/10)

< 1/100)

a < 1/1,000)

(< 1/10,00

 

 

 

 

 

0)

medjastinali

Dispneja

 

akutia

 

 

 

 

 

Insuffiċjenza

 

 

 

 

 

respiratorjaa

 

 

 

 

 

Edema

 

 

 

 

 

pulmonaria

 

 

 

 

 

Mard

 

 

 

 

 

interstizjali

 

 

 

 

 

tal-pulmuna

 

 

 

 

 

Infiltrazzjoni

 

 

 

 

 

tal-pulmuna

 

 

 

 

 

Emorraġija

 

 

 

 

 

pulmonari

 

 

Disturbi

Dijareaa

 

 

 

 

gastro-intestinali

Rimettara

 

 

 

 

 

Stitikezzaa

 

 

 

 

 

Dardira

 

 

 

 

Disturbi

Żieda ta’

 

 

 

 

fil-fwied u

gamma-glutamyl

 

 

 

 

fil-marrara

transferase

 

 

 

 

 

Żieda ta’ alkaline

 

 

 

 

 

phosphatase

 

 

 

 

 

fid-demm

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

Raxxa

 

Sindrome ta’

 

 

u fit-tessuti ta’

Alopeċjaa

 

Sweet

 

 

taħt il-ġilda

 

 

Vaskulite

 

 

 

 

 

tal-ġildaa

 

 

Disturbi

Uġigħ

 

Aggravament

 

 

muskolu-skeletri

muskoloskeletrik

 

ta’ artrite

 

 

ċi u tat-tessuti

uċ

 

rewmatojde

 

 

konnettivi

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Disurija

Anormalitajiet

 

 

fil-kliewi u

 

 

urinarji

 

 

fis-sistema

 

 

Glomerulonefri

 

 

urinarja

 

 

te

 

 

Disturbi

Astenjaa

Uġigħ

 

 

 

ġenerali u

Għejaa

fis-sidera

 

 

 

kondizzjonijiet

Infjammazzjoni

 

 

 

 

ta' mnejn

tal-mukużaa

 

 

 

 

jingħata

Uġigħa

 

 

 

 

aAra hawn taħt

bKien hemm rapporti ta’ Graft versus Host Disease (GvHD) u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun (ara hawn taħt)

ċJinkludi wġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar, artralġja, mijalġja, uġigħ fl-estrimitajiet, uġigħ

muskoloskeletriku, uġigħ muskoloskeletriku fis-sider, uġigħ fl-għonq

dKażijiet ġew osservati wara t-tqegħid fis-suq f’pazjenti li kienu għaddejjin minn trapjant tal-mudullun jew mobilizzazzjoni tal-PBPC

eKażijiet ġew osservati waqt il-provi kliniċi

Tabella 2. Mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali

Sistema

Reazzjonijiet avversi

tal-klassifika

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Rari

tal-organi

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa

(≥ 1/1,000 sa

(≥ 1/10,000

ħafna

MedDRA

 

< 1/10)

< 1/100)

sa

(< 1/10,00

 

 

 

 

< 1/1,000)

0)

Disturbi

Tromboċitopenij

Splenomegalij

Ftuq tal-milsaa

 

 

tad-demm u

aa

aa

Kriżijiet

 

 

tas-sistema

Lewkoċitosia

 

taċ-ċelluli

 

 

limfatika

 

 

sicklea

 

 

Disturbi

 

 

Reazzjoni

 

 

fis-sistema

 

 

anafilattika

 

 

immuni

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Żieda ta’

Iperuriċemija

 

 

fil-metaboliżmu

 

lactate

(żieda ta’ uric

 

 

u n-nutrizzjoni

 

dehydrogenas

acid fid-demm)

 

 

 

 

e fid-demm

 

 

 

Disturbi

Uġigħ ta’ ras

 

 

 

 

fis-sistema

 

 

 

 

 

nervuża

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

Sindromu ta’

 

 

vaskulari

 

 

tnixxija

 

 

 

 

 

tal-kapillaria

 

 

Disturbi

 

Qtugħ ta’ nifs

Emorraġija

 

 

respiratorji,

 

 

pulmonari

 

 

toraċiċi u

 

 

Emoptisi

 

 

medjastinali

 

 

Infiltrazzjoni

 

 

 

 

 

tal-pulmun

 

 

 

 

 

Ipoksija

 

 

Disturbi

 

Żieda ta’

Żieda ta’

 

 

fil-fwied u

 

alkaline

aspartate

 

 

fil-marrara

 

phosphatase

aminotransfera

 

 

 

 

fid-demm

se

 

 

Disturbi

Uġigħ

 

Aggravament

 

 

muskolu-skeletri

muskoloskeletrik

 

ta’ artrite

 

 

ċi u tat-tessuti

ub

 

rewmatojde

 

 

konnettivi

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Glomerulonefri

 

 

kliewi u fis-

 

 

te

 

 

sistema urinarja

 

 

 

 

 

aAra hawn taħt

bJinkludi uġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar, artralġja, mijalġja, uġigħ fl-estrimitajiet, uġigħ muskoloskeletriku, uġigħ muskoloskeletriku fis-sider, uġigħ fl-għonq

Tabella 3. Pazjenti b’SCN

Sistema

Reazzjonijiet avversi

 

 

 

tal-klassifika

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari ħafna

tal-organi

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa

komuni

(≥ 1/10,000 s

(< 1/10,00

MedDRA

 

< 1/10)

(≥ 1/1,000 s

a < 1/1,000)

0)

 

 

 

a < 1/100)

 

 

Disturbi

Splenomegalijaa

Ftuq tal-milsaa

Kriżijiet

 

 

tad-demm u

Anemija

Tromboċitopenij

taċ-ċelluli

 

 

tas-sistema

 

aa

sicklea

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

Disturbi

Iperurikemija

 

 

 

 

fil-metaboliżmu

Tnaqqis ta’

 

 

 

 

u n-nutrizzjoni

glucose

 

 

 

 

Sistema

Reazzjonijiet avversi

 

 

 

tal-klassifika

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari ħafna

tal-organi

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa

komuni

(≥ 1/10,000 s

(< 1/10,00

MedDRA

 

< 1/10)

(≥ 1/1,000 s

a < 1/1,000)

0)

 

 

 

a < 1/100)

 

 

 

fid-demm

 

 

 

 

 

Żieda ta’ lactate

 

 

 

 

 

dehydrogenase

 

 

 

 

 

fid-demm

 

 

 

 

Disturbi

Uġigħ ta’ ras

 

 

 

 

fis-sistema

 

 

 

 

 

nervuża

 

 

 

 

 

Disturbi

Epistassi

 

 

 

 

respiratorji,

 

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

 

Disturbi

Dijarea

 

 

 

 

gastro-intestinali

 

 

 

 

 

Disturbi

Epatomegalija

 

 

 

 

fil-fwied u

Żieda ta’ alkaline

 

 

 

 

fil-marrara

phosphatase

 

 

 

 

 

fid-demm

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

Raxx

Vaskulite

 

 

 

u fit-tessuti ta’

 

tal-ġilda

 

 

 

taħt il-ġilda

 

Alopeċja

 

 

 

Disturbi

Uġigħ

Osteoporożi

 

 

 

muskolu-skeletri

muskoloskeletrik

 

 

 

 

ċi u tat-tessuti

ub

 

 

 

 

konnettivi

Artralġja

 

 

 

 

Disturbi

 

Ematurija

Proteinurija

 

 

fil-kliewi u

 

Glomerulonefrit

 

 

 

fis-sistema

 

e

 

 

 

urinarja

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali

 

Reazzjoni fis-sit

 

 

 

u kondizzjonijiet

 

tal-injezzjoni

 

 

 

ta' mnejn

 

 

 

 

 

jingħata

 

 

 

 

 

aAra hawn taħt

bJinkludi uġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar, artralġja, mijalġja, uġigħ fl-estrimitajiet, uġigħ muskoloskeletriku, uġigħ muskoloskeletriku fis-sider, uġigħ fl-għonq

Tabella 4. Pazjenti bl-HIV

Sistema

Reazzjonijiet avversi

 

 

 

tal-klassifika

 

 

 

 

 

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari ħafna

tal-organi

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa

komuni

(≥ 1/10,000

(< 1/10,000)

MedDRA

 

< 1/10)

(≥ 1/1,000

sa

 

 

 

 

sa < 1/100)

< 1/1,000)

 

Disturbi

 

Splenomegalij

Kriżijiet

 

 

tad-demm u

 

aa

taċ-ċelluli

 

 

tas-sistema

 

 

sicklea

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

Disturbi

Uġigħ

 

 

 

 

muskolu-skeletr

muskoloskeletrik

 

 

 

 

iċi u tat-tessuti

ub

 

 

 

 

konnettivi

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

 

Glomerulonefri

kliewi u fis-

 

 

 

 

te

sistema urinarja

 

 

 

 

 

aAra hawn taħt

bJinkludi uġigħ fl-għadam, uġigħ fid-dahar, artralġja, mijalġja, uġigħ fl-estrimitajiet, uġigħ muskoloskeletriku, uġigħ muskoloskeletriku fis-sider, uġigħ fl-għonq

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Kien hemm rapporti ta’ GvHD u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun (ara sezzjoni 4.4 u 5.1).

Każijiet ta' sindromu ta' tnixxija tal-kapillari kienu rrappurtati fil-iffissar ta’ wara it-tqejjid fis-suq ma l-użu ta’ fatturi li jistimulaw kolonji granuloċiti. Dawn ġeneralment seħħew f'pazjenti b'mard malinn avvanzati, sepsis, jieħdu mediċini multipli tal-kimoterapija jew għaddejjin minn aferesi (ara

sezzjoni 4.4).

Pazjenti bil-kanċer

Fi studji kliniċi, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, ikkontrollati bi plaċebo, filgrastim ma żiedx l-inċidenza tal-effetti mhux mixtieqa assoċjati ma’ kimoterapija ċitotossika. F’dawk il-provi kliniċi l-effetti mhux mixtieqa rrappurtati bi frekwenza ugwali f’pazjenti kkurati b’filgrastim/kimoterapija u bi plaċebo/kimoterapija kienu jinkludu nawseja u rimettar, alopeċja, dijarea, għeja kbira, anoreksja (tnaqqis fl-aptit), infjammazzjoni tal-mukuża, uġigħ ta’ ras, sogħla, raxx, uġigħ fis-sider, astenja, uġigħ faringolarinġeali (uġigħ orofarinġeali) u stitikezza.

Wara t-tqegħid fis-suq, vaskulite tal-ġilda ġiet irrappurtata f’pazjenti kkurati b’filgrastim. Il-mekkaniżmu ta’ vaskulite f’pazjenti li jkunu qed jirċievu filgrastim mhuwiex magħruf. Il-frekwenza hi stmata bħala mhux komuni mid-dejta tal-provi kliniċi.

Każijiet tas-Sindrome ta’ Sweet (dermatożi febbrili akuta) ġew irrappurtati wara t-tqegħid fis-suq. Il-frekwenza hi stmata bħala mhux komuni mid-dejta tal-provi kliniċi.

Fi studji kliniċi u wara t-tqegħid fis-suq, reazzjonijiet pulmonari avversi li kienu jinkludu mard interstizjali tal-pulmun, edema pulmonari, u infiltrazzjoni tal-pulmun, ġew irrappurtati f’xi każijiet b’riżultat ta’ waqfien tan-nifs jew sindrome ta’ problemi respiratorji akuti, li jistgħu jkunu fatali (ara sezzjoni 4.4).

Każijiet ta’ splenomegalija u ta’ ftuq tal-milsa ġew irrappurtati b’mod mhux komuni wara l-għoti ta’ filgrastim. Xi każijiet ta’ ftuq tal-milsa kienu fatali (ara sezzjoni 4.4).

Reazzjonijiet tat-tip ta’ sensittività eċċessiva li jinkludu anafilassi, raxx, urtikarja, anġjoedema, dispneja u pressjoni baxxa li sseħħ fil-kura inizjali jew matul kura sussegwenti, ġew irrappurtati fi studji kliniċi u fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Globalment, ir-rapporti kienu iktar komuni wara l-għoti ġol-vini. F’xi każijiet, is-sintomi reġgħu seħħew b’rechallenge, u dan jissuġġerixxi relazzjoni kawżali. Filgrastim għandu jitwaqqaf b’mod permanenti f’pazjenti li jkollhom reazzjoni allerġika serja.

Wara t-tqegħid fis-suq, każijiet iżolati ta’ kriżijiet taċ-ċelluli sickle ġew irrappurtati f’pazjenti bil- karatteristika taċ-ċelluli sickle jew bil-marda taċ-ċelluli sickle (ara sezzjoni 4.4). Il-frekwenza hi stmata bħala mhux komuni mid-dejta tal-provi kliniċi.

Psewdogotta ġiet irrappurtata f’pazjenti b’kanċer li kienu kkurati b’filgrastim. Il-frekwenza hi stmata bħala mhux komuni mid-dejta tal-provi kliniċi.

Mobilizzazzjoni tal-PBPC f’donaturi normali

Każijiet komuni iżda ġeneralment asintomatiċi ta’ splenomegalija u każijiet rari ħafna ta’ ftuq tal-milsa ġew irrappurtati f’donaturi b’saħħithom u fil-pazjenti wara l-għoti ta’ filgrastim. Xi każijiet ta’ ftuq tal-milsa kienu fatali (ara sezzjoni 4.4).

Avvenimenti avversi pulmonari (emoptisi, emorraġija pulmonari, infiltrazzjoni fil-pulmun, qtugħ ta’ nifs u nuqqas ta’ ossiġnu) ġew irrappurtati(ara sezzjoni 4.4).

Aggravament ta’ sintomi ta’ artrite ġew osservati b’mod mhux komuni.

Lewkoċitożi (WBC > 50 x 109/l) ġiet osservata f’41% tad-donaturi u tromboċitopenija temporanja (plejtlits < 100 x 109/l) wara filgrastim u lewkafereżi ġiet osservata f’35% tad-donaturi (ara sezzjoni 4.4).

F’pazjenti b’SCN

Effetti mhux mixtieqa li ġew osservati jinkludu splenomegalija, li tista’ tkun progressiva f’minorità ta’ każijiet, ftuq tal-milsa u tromboċitopenija (ara sezzjoni 4.4).

Effetti mhux mixtieqa possibbilment marbuta mat-terapija b’filgrastim u li tipikament seħħew fi < 2% ta’ pazjenti b’SCN kienu reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni, uġigħ ta’ ras, epatomegalija, artralġja, alopeċja, osteoporożi, u raxx.

Matul l-użu fit-tul, vaskulite tal-ġilda ġiet irrappurtata fi 2% ta’ pazjenti b’SCN.

F’pazjenti bl-HIV

Splenomegalija ġiet irrappurtata li kienet marbuta mat-terapija b’filgrastim fi < 3% tal-pazjenti. Fil-każijiet kollha din kienet ħafifa jew moderata meta sar eżami fiżiku, u l-kors kliniku kien beninn; l-ebda pazjent ma kellu dijanjosi ta’ iperspleniżmu u l-ebda pazjent ma saritlu splenektomija. Billi splenomegalija tinsab b’mod komuni f’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV u tinsab fi gradi differenti fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti bl-AIDS, ir-relazzjoni mal-kura b’filgrastim mhijiex ċara (ara

sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Dejta minn studji kliniċi f’pazjenti pedjatriċi juru li s-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim huma simili kemm fl-adulti kif ukoll fit-tfal li jirċievu kimoterapija ċitotossika, u tissuġġerixxi għalhekk li m’hemm l-ebda differenza marbuta mal-età fil-farmokokinetika ta’ filgrastim. L-unika avveniment avvers irrappurtat b’mod konsistenti kien uġigħ muskoloskeletriku, li mhuwiex differenti mill-esperjenza fil-popolazzjoni adulta.

M’hemmx dejta biżżejjed biex jiġi evalwat b’mod addizzjonali l-użu ta’ filgrastim f’individwi pedjatriċi.

Popolazzjonijiet speċjali oħra

Użu ġerjatriku

L-ebda differenzi globali fis-sigurtà u l-effikaċja ma kienu osservati f’individwi li kellhom iktar minn 65 sena meta mqabbla ma’ adulti iżgħar (> 18-il sena) li kienu qed jirċievu kimoterapija

ċitotossika, u l-esperjenza klinika ma identifikatx differenzi fir-rispons bejn pazjenti adulti anzjani u pazjenti adulti iżgħar. M’hemmx dejta biżżejjed biex jiġi evalwat l-użu ta’ filgrastim f’individwi

ġerjatriċi għall-indikazzjonijiet approvati ta’ filgrastim.

Pazjenti pedjatriċi b’SCN

Każijiet ta’ tnaqqis ta’ densità tal-għadam u ta’ osteoporożi ġew irrappurtati f’pazjenti pedjatriċi b’newtropenija kronika li kienu qed jirċievu kura b’filgrastim. Il-frekwenza hi stmata bħala ‘komuni’ mid-dejta tal-prova klinika.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*.

4.9Doża eċċessiva

L-effetti ta’ dożaġġ eċċessiv ta’ filgrastim ma kinux stabbiliti. It-twaqqif tat-terapija b’filgrastim normalment jirriżulta fi tnaqqis ta’ 50% fin-newtrofili li jkunu jiċċirkolaw fi żmien minn jum sa jumejn, b’ritorn għal-livelli normali fi żmien minn jum sa 7 ijiem.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Immunostimulanti, fatturi li jistimulaw il-kolonji, Kodiċi ATC: L03AA02

Filgrastim HEXAL hu prodott mediċinali bijoloġiku simili. Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

G-CSF umana hi glikoproteina li tirregola l-produzzjoni u l-ħruġ ta’ newtrofili funzjonali mill-mudullun. Filgrastim HEXAL li fih r-metHuG-CSF (filgrastim) jikkawża żidiet notevoli fl-għadd tan-newtrofili tad-demm periferali fi żmien 24 siegħa, b’żidiet żgħar fil-monoċiti. F’xi pazjenti b’SCN, filgrastim jista’ jikkaġuna wkoll żieda żgħira fin-numru ta’ eosinofili u basofili li jkunu jiċċirkolaw meta mqabbel mal-linja bażi; xi wħud minn dawn il-pazjenti jista’ jkollhom diġà eosinofilja jew basofilja qabel il-kura. Iż-żidiet fl-għadd tan-newtrofili jiddependu fuq id-doża fid-dożi rakkomandati. In-newtrofili prodotti b’rispons għal filgrastim juru funzjoni normali jew imtejba kif muri minn testijiet tal-funzjoni kemotattika u fagoċitika. Wara t-tmiem tat-terapija b’filgrastim, l-għadd tan-newtrofili li jkunu jiċċirkolaw jonqos b’50% fi żmien minn jum sa jumejn, u għal-livelli normali żmien 1 - 7 ijiem.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti li jkunu qed jirċievu kimoterapija ċitotossika jwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-inċidenza, is-severità u t-tul ta’ żmien ta’ newtropenja u newtropenja bid-deni. Il-kura

b’filgrastim tnaqqas b’mod sinifikanti it-tul ta’ żmien kemm iddum in-newtropenja bid-deni, l-użu tal-antibijotiċi u ż-żmien li wieħed idum l-isptar wara l-kimoterapija tal-induzzjoni għal lewkimja majeloġena akuta jew terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun. L-inċidenza ta’ deni u infezzjonijiet dokumentati ma tnaqqsux fl-ebda setting minn dawn. It-tul ta’ żmien tad-deni ma tnaqqasx f’pazjenti li kien qed ikollhom terapija majeloablattiva segwita minn trapjant tal-mudullun.

L-użu ta’ filgrastim, jew waħdu, jew wara l-kimoterapija, jimmobilizza ċ-ċelluli ematopojetiċi proġenituri fid-demm periferali. Dawn il-PBPCs awtologi jistgħu jinġabru u jingħataw bħala infużjoni wara terapija ċitotossika b’doża għolja, jew minflok, jew flimkien mat-trapjant tal-mudullun. L-infużjoni tal-PBPC taċċelera l-irkuprar ematopojetiku u tnaqqas it-tul ta’ żmien ta’ riskju għal kumplikazzjonijiet emorraġiċi u l-ħtieġa għal trasfużjonijiet tal-plejtlits.

Ir-reċipjenti ta’ PBPCs alloġeneiċi immobilizzati b’filgrastim, kellhom irkuprar ematoloġiku li kien ferm iktar mgħaġġel, li wassal għal tnaqqis sinifikanti fiż-żmien għal irkuprar mhux appoġġjat tal-plejtlits meta mqabbel ma’ trapjant alloġeneiku tal-mudullun.

Studju retrospettiv Ewropew li evalwa l-użu ta’ G-CSF wara trapjant alloġeneiku tal-mudullun f’pazjenti b’lewkimji akuti, issuġġerixxa żieda fir-riskju ta’ GvHD, mortalità marbuta mal-kura (TRM) u l-mortalità meta ngħata G-CSF. Fi studju retrospettiv internazzjonali separat li sar fuq pazjenti b’lewkimji akuti u majeloġeni kroniċi, ma kien osservat l-ebda effett fuq ir-riskju ta’ GvHD, TRM u l-mortalità. Meta-analiżi ta’ studji fuq trapjanti alloġeneiċi, li tinkludi r-riżultati ta’ disa’ provi prospettivi randomized, 8 studji retrospettivi u każ 1 ta’ studju kkontrollat mill-każ, ma sabet l-ebda effett fuq ir-riskji ta’ GvHD akuta, GvHD kronika jew mortalità relatata mal-kura bikrija.

Riskju Relattiv (95% CI) ta’ GvHD u TRM

Wara l-kura b’G-CSF wara trapjant tal-mudullun

 

Perjodu

 

GvHD akuta

GvHD

TRM

Pubblikazzjoni

N

ta’ grad

tal-Istudju

kronika

 

 

II - IV

 

 

 

 

 

 

Meta-Analiżi

 

 

1.08

1.02

0.70

(2003)

1986 - 2001a

(0.87, 1.33)

(0.82, 1.26)

(0.38, 1.31)

Retrospettiva

 

 

 

 

 

Ewropea

 

 

1.33

1.29

1.73

Studju (2004)

1992 - 2002b

(1.08, 1.64)

(1.02, 1.61)

(1.30, 2.32)

Retrospettiva

 

 

 

 

 

Internazzjonali

 

 

1.11

1.10

1.26

Studju (2006)

1995 - 2000b

(0.86, 1.42)

(0.86, 1.39)

(0.95, 1.67)

aL-analiżi tinkludi studji li jinvolvu trapjant tal-mudullun matul dan il-perjodu; xi studji użaw GM-CSF

bL-analiżi tinkludi pazjenti li kienu qed jirċievu trapjant tal-mudullun matul dan il-perjodu

L-użu ta’ filgrastim għall-mobilizzazzjoni tal-PBPCs f’donaturi normali qabel it-trapjant alloġeneiku tal-PBPC

F’donaturi normali, doża ta’ 1 MU/kg/kuljum (10 μg/kg/kuljum) mogħtija taħt il-ġilda għal 4 - 5 ijiem konsekuttivi, tippermetti l-ġbir ta’ ≥ 4 x 106 CD34+ ċelluli/kg piż tal-ġisem tar-reċipjent fil-maġġoranza tad-donaturi wara żewġ lewkaferesi.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti, tfal jew adulti, b’SCN (newtropenja konġenitali severa, ċiklika, u idjopatika) jikkaġuna żieda sostnuta fl-ANCs fid-demm periferali u tnaqqis fl-infezzjoni u avvenimenti relatati.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV iżomm l-għadd ta’ newtrofili f’livell normali biex jippermetti d-dożaġġ skedat ta’ kuri antivirali u/jew ta’ medikazzjonijiet majelsoppressivi oħrajn.

M’hemm l-ebda evidenza li pazjenti b’infezzjoni bl-HIV kkurati b’filgrastim juru żieda fir-replikazzjoni tal-HIV.

Bħal ma jiġri fil-każ ta’ fatturi tat-tkabbir ematopojetiċi oħrajn, G-CSF wera proprjetajiet li jistimulaw in vitro fuq ċelluli endoteljali umani.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Studji crossover, randomised, double-blind, dwar dożi waħidhom u dożi multipli li saru

fuq 204 voluntiera b’saħħithom, urew li l-profil farmakokinetiku ta’ Filgrastim HEXAL kien komparabbli ma’ dak tal-prodott tar-referenza wara l-għoti taħt il-ġilda u l-għoti ġol-vini.

Assorbiment

Doża waħda taħt il-ġilda ta’ 0.5 MU/kg (5 µg/kg) irriżultat f’konċentrazzjonijiet massimi fis-serum wara tmax ta’ 4.5 ± 0.9 sigħat (medja ± SD).

Distribuzzjoni

Il-volum tad-distribuzzjoni fid-demm hu ta’ madwar 150 ml/kg. Wara l-għoti taħt il-ġilda tad-dożi rakkomandati, il-konċentrazzjonijiet fis-serum inżammu fuq 10 ng/ml għal 8 - 16-il siegħa. Hemm korrelazzjoni lineari pożittiva bejn id-doża u l-konċentrazzjoni fis-serum ta’ filgrastim, kemm jekk jingħata ġol-vina jew taħt il-ġilda.

Eliminazzjoni

Il-medjan tal-half-life (t½) tal-eliminazzjoni apparenti ta’ filgrastim fis-serum wara dożi waħidhom varja minn 2.7 sigħat (1.0 MU/kg, 10 µg/kg) sa 5.7 sigħat (0.25 MU/kg, 2.5 µg/kg) u twal wara 7 ijiem ta’ dożaġġ għal 8.5 - 14-il siegħa, rispettivament.

Infużjoni kontinwa b’filgrastim fuq perjodu sa 28 jum, f’pazjenti li jkunu qed jirkupraw minn trapjant awtologu tal-mudullun, ma rriżultat fl-ebda evidenza ta’ akkumulazzjoni tal-mediċina u tal-half-lives tal-eliminazzjoni komparabbli.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Filgrastim ġie studjat fi studji dwar tossiċità ta’ dożi ripetuti li damu sa sena, li żvelaw tibdil attribwibbli għall-azzjonijiet farmakoloġiċi mistennija, li jinkludu żidiet fil-lewkoċiti, iperplasija majelojde fil-mudullun, granulopoiesis extramedullari u tkabbir tal-milsa. Dan it-tibdil kollu treġġa’ lura wara t-twaqqif tal-kura.

L-effetti ta’ filgrastim fuq l-iżvilupp qabel it-twelid ġew studjati fil-firien u l-fniek. L-għoti ġol-vini (80 µg/kg/kuljum) ta’ filgrastim lil fniek matul il-perjodu ta’ organoġenesi kien tossiku għall-omm u żied l-aborti spontanji, telf wara l-impjantazzjoni, u ġew osservati tnaqqis fil-medja tan-numru ta’ frieħ ħajjin u l-piż tal-fetu.

Ibbażat fuq dejta rrappurtata għal prodott ieħor, filgrastim simili għall-prodott filgrastim ta’ referenza, f’doża ta’ 100 µg/kg/kuljum ġew osservati sejbiet komparabbli flimkien ma’ żieda ta’ malformazzjonijiet fetali, doża tossika għall-omm li tikkorrispondi għal esponiment sistemiku ta’ madwar 50 – 90 darba tal-esponimenti osservati f’pazjenti kkurati bid-doża klinika ta’ 5 µg/kg/kuljum. Il-livell ta’ effett avvers osservat għal tossiċità embrijofetali f’’dan l-istudju kienet

ta’ 10 µg/kg/kuljum, li jikkorrispondi għal esponiment sistemiku ta’ madwar 3 – 5 darbiet tal-esponimenti osservati f’pazjenti kkurati bid-doża klinika.

F’firien tqal, ma ġiet osservata l-ebda tossiċità materna jew fetali f’dożi sa 575 µg/kg/kuljum. Frieħ tal-firien mogħtija filgrastim matul il-perjodi immedjatament qabel u wara t-twelid u t-treddigħ, urew dewmien fid-differenzazzjoni esterna u dewmien fit-tkabbir (≥20 µg/kg/kuljum) u r-rata ta’ sopravivenza ftit imnaqqsa (100 µg/kg/kuljum).

Filgrastim ma kellu l-ebda effett osservat fuq il-fertilità ta’ firien irġiel jew nisa.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Glutamic acid

Sorbitol (E420)

Polysorbate 80

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Filgrastim HEXAL m’għandux jiġi dilwit b’soluzzjoni ta’ sodium chloride.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

Filgrastim dilwit jista’ jkun adsorbit mal-ħġieġ u materjali tal-plastik, ħlief jekk ikun dilwit f’soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) ta’ glucose (ara sezzjoni 6.6).

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

36 xahar.

Wara d-dilwizzjoni: L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni dilwita għall-infużjoni ntweriet għal 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2°C sa 8°C. Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent, u normalment ma jkunux itwal

minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C, ħlief jekk id-dilwizzjoni ma tkunx saret f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u vvalidati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Żomm is-siringa mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Fi żmien il-perijodu ta’ fuq l-ixkaffa għal skopijiet ambulatorji, il-pazjent għandu jneħħi l-prodott minn ġol-friġġ u jaħżnu f’temperatura ambjentali tal-kamra (mhux aktar minn 25°C) għal perijodu wieħed sa 72 siegħa. Fi tmiem dan il-perijodu, il-prodott m’għandux jitqiegħed fil-friġġ, u għandu jintrema.

Għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Siringa mimlija għal-lest (ħġieġ ta’ tip I) b’labra tal-injezzjoni (azzar li ma jsaddadx), bi jew mingħajr protezzjoni tas-sigurtà tal-labra, li fiha 0.5 ml soluzzjoni.

Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 3, 5 jew 10 siringi mimlija għal-lest.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Is-soluzzjoni għandha tiġi eżaminata viżwalment qabel l-użu. Għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet li jkunu ċari u mingħajr partikuli.

L-espożizzjoni aċċidentali għal temperaturi taħt iż-żero mhux ser taffettwa b’mod negattiv l-istabbiltà ta’ filgrastim.

Filgrastim HEXAL ma fih ebda preservattiv. Minħabba r-riskju possibbli ta’ kontaminazzjoni mikrobjali, is-siringi b’Filgrastim HEXAL jintużaw darba biss.

Il-parti ta' ġewwa tal-għatu tal-labra tas-siringa jista' jkun fih gomma xotta (latex). Persuni sensittivi għal-latex għandhom joqogħdu attenti b'mod speċjali b'Filgrastim HEXAL (ara sezzjoni 4.4).

Dilwizzjoni qabel l-għoti (mhux tabilfors)

Jekk ikun meħtieġ, Filgrastim HEXAL jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) ta’ glucose.

Id-dilwizzjoni għal konċentrazzjoni finali ta’ < 0.2 MU/ml (2 μg/ml) mhijiex rakkomandata fi kwalunkwe ħin.

Għal pazjenti kkurati b’filgrastim dilwit għal konċentrazzjonijiet ta’ < 1.5 MU/ml (15 μg/ml), l-albumina tas-serum uman (HSA) għandha tiġi miżjuda għal konċentrazzjoni finali ta’ 2 mg/ml.

Eżempju: F’volum finali 20 ml, dożi totali ta’ filgrastim inqas minn 30 MU (300 μg) għandhom jingħataw ma’ soluzzjoni ta’ 0.2 ml ta’ albumina tas-serum uman (Ph. Eur.) 200 mg/ml (20%).

Meta jkun dilwit f’soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) ta’ glucose, filgrastim hu kompatibbli mal-ħġieġ u ma’ varjetà ta’ plastiks li jinkludu polyvinylchloride, polyolefin (copolymer ta’ polypropylene u polyethylene) u polypropylene.

Kif tuża s-siringa mimlija għal-lest bi protezzjoni tas-sigurtà tal-labra

Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra tgħatti l-labra biex jiġi evitat korriment ikkawżat mit-tingiż tal-labra. Dan ma jaffettwax l-operat normali tas-siringa. Agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti sakemm id-doża kollha tkun ingħatat u l-planġer ma jkunx jista’ jingħafas iktar. Filwaqt li tkompli tagħfas il-planġer, neħħi s-siringa mill-pazjent. Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra ser tgħatti l-labra meta terħi l-planġer.

Kif tuża s-siringa mimlija għal-lest mingħajr protezzjoni tas-sigurtà tal-labra

Agħti d-doża skont il-protokoll standard.

Rimi

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

HEXAL AG

Industriestrasse 25

D-83607 Holzkirchen

Il-Ġermanja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Filgrastim HEXAL 30 MU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest EU/1/08/496/001

EU/1/08/496/002

EU/1/08/496/003

EU/1/08/496/004

EU/1/08/496/009

EU/1/08/496/010

EU/1/08/496/011

EU/1/08/496/012

Filgrastim HEXAL 48 MU/0.5 ml soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest EU/1/08/496/005

EU/1/08/496/006

EU/1/08/496/007

EU/1/08/496/008

EU/1/08/496/013

EU/1/08/496/014

EU/1/08/496/015

EU/1/08/496/016

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 06 ta’ Frar 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 13 ta' Novembru 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

<{XX/SSSS}>

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati