Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Firmagon (degarelix) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L02BX02

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFirmagon
Kodiċi ATCL02BX02
Sustanzadegarelix
ManifatturFerring Pharmaceuticals A/S

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

FIRMAGON 80 mg trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 80 mg ta’ degarelix (bħala acetate). Wara r-rikostituzzjoni, kull millilitru ta’ soluzzjoni jkun fih 20 mg ta’ degarelix.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Trab: Trab ta’ lewn minn abjad sa off-white

Solvent: Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

FIRMAGON hu antagonist tal-ormon li jerħi gonadotrophin (GnRH) indikat għall-kura ta’ pazjenti rġiel adulti b’kanċer tal-prostata avvanzat dipendenti fuq l-ormoni.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Doża tal-bidu

Doża tal-manteniment – għoti ta’ kull

 

xahar

 

 

240 mg mogħtija bħala żewġ injezzjonijiet

80 mg mogħtija bħala injezzjoni waħda

konsekuttivi taħt il-ġilda ta’ 120 mg kull

taħt il-ġilda

waħda

 

 

 

L-ewwel doża tal-manteniment għandha tingħata xahar wara d-doża tal-bidu.

L-effett terapewtiku ta’ degarelix għandu jiġi mmonitorjat permezz tal-parametri kliniċi u l-livelli fis-serum ta’ antiġen speċifiku għall-prostata (PSA). Studji kliniċi wrew li t-trażżin tat-testosterone (T) iseħħ immedjatment wara l-għoti tad-doża tal-bidu b’96% tal-pazjenti li jkollhom livelli ta’ testosterone fis-serum li jikkorrispondu għall-kastrazzjoni medika (T0.5 ng/mL) wara tlett ijiem u 100% wara xahar. Il-kura fit-tul bid-doża tal-manteniment sa sena turi li 97% tal-pazjenti jkollhom livelli ta’ testosterone imrażżna sostnuti (T0.5 ng/ml).

F’każ li r-rispons kliniku tal-pazjent jidher li ma jkunx mill-aħjar, għandu jkun ikkonfermat li l-livelli tat- testosterone fis-serum qed jibqgħu mrażżna b’mod suffiċjenti.

Minħabba li degarelix ma jikkawżax żieda f’daqqa fit-testosterone, mhux meħtieġ li żżid antiandrogen bħala protezzjoni kontra ż-żieda f’daqqa fil-bidu tat-terapija.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani, u dawk b’indeboliment epatiku jew renali:

M’hemmx bżonn li taġġusta d-doża għal pazjenti anzjani jew f’pazjenti b’indeboliment ħafif jew moderat fil- funzjoni tal-fwied jew tal-kliewi (ara sezzjoni 5.2). Pazjenti li jkollhom indeboliment sever tal-fwied jew tal- kliewi ma kinux studjati u għalhekk hu rakkomandat li tintuża l-kawtela (ara sezzjoni 4.4).

Populazzjoni pedjatrikja

M’hemmx użu rilevanti ta’ FIRMAGON fi tfal u adolexxenti fil-kura ta’ pazjenti rġiel adulti b’kanċer tal- prostata avvanzat dipendenti fuq l-ormoni.

Metodu ta’ kif ta’ għandu jingħata

FIRMAGON irid ikun rikostitwit qabel l-għoti. Għal struzzjonijiet dwar ir-rikostituzzjoni u l-għoti, jekk jogħġbok ara sezzjoni 6.6.

FIRMAGON għandu jintuża taħt il-ġilda BISS, m’għandux jingħata ġol-vina.

L-għoti ġol-muskoli mhuwiex rakkomandat għax għadu ma kienx studjat.

FIRMAGON jingħata bħala injezzjoni taħt il-ġilda fiż-żona addominali. Is-sit tal-injezzjoni għandu jinbidel perjodikament. L-injezzjonijiet għandhom jingħataw f’żoni fejn il-pazjent ma jkunx espost għal pressjoni, eż. mhux qrib il-qadd jew fejn jintlibes iċ-ċinturin u mhux qrib il-kustilji.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni

6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Effett fuq l-intervall QT/QTc

It-terapija fit-tul bi privazzjoni tal-androgen tista’ ttawwal l-intervall QT. Fl-istudju konfermatorju li qabbel FIRMAGON ma’ leuprorelin mogħti perjodikament (kull xahar), saru elettrokardjogrammi (ECGs); iż-żewġ terapiji wrew intervalli tal-QT/QTcs li kienu jaqbżu 450 msek f’madwar 20% tal-pazjenti, u 500 msek f’1% u 2% tal-pazjenti li kienu qed jieħdu degarelix u leuprorelin, rispettivament (ara sezzjoni 5.1).

FIRMAGON ma kienx studjat f’pazjenti bi storja medika ta’ intervall tal-QT ikkoreġut ta’ iktar minn

450 msek; f’pazjenti bi storja medika ta’, jew fatturi ta’ riskju għal torsades de pointes u f’pazjenti li jkunu jirċievu prodotti mediċinali fl-istess li jistgħu jtawlu l-intervall QT. Għalhekk, f’dawn il-pazjenti, il- proporzjon tal-benefiċċju/riskju ta’ FIRMAGON għandu jiġi evalwat bir-reqqa (ara sezzjonijiet 4.5 u 4.8). Studju bir-reqqa dwar il-QT wera li ma kien hemm l-ebda effett intrinsiku ta’ degarelix fuq l-intervall ta’ QT/QTc (ara sezzjoni 4.8).

Indeboliment epatiku

Pazjenti b’disturb epatiku magħruf jew issuspettat ma kinux inklużi fi provi kliniċi fit-tul b’degarelix. Żidiet ħfief u temporanji fl-ALT u l-AST kienu osservati, dawn ma kinux akkompanjati minn żieda fil-bilirubina jew fis-sintomi kliniċi. Il-monitoraġġ tal-funzjoni tal-fwied f’pazjenti b’disturb epatiku magħruf jew issuspettat hu rakkomandat matul il-kura. Il-farmakokinetika ta’ degarelix kienet investigata wara l-għoti ta’ doża waħda ġol-vini f’individwi li kellhom indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment renali

Degarelix ma kienx studjat f’pazjenti b’indeboliment renali sever u għalhekk il-kawtela hi meħtieġa.

Sensittività eċċessiva

Degarelix ma kienx studjat f’pazjenti bi storja medika ta’ ażma severa mhux ikkurata, reazzjonijiet anafilattiċi jew urtikarja jew anġjoedima severi.

Tibdil fid-densità tal-għadam

Tnaqqis fid-densità tal-għadam kien irrappurtat fil-letteratura medika f’irġiel li kellhom orkijektomija jew kienu ġew ikkurati b’agonist ta’ GnRH. Jista’ jkun antiċipat li perjodi twal ta’ trażżin tat-testosterone fl-irġiel ser ikollhom effetti fuq id-densità tal-għadam. Id-densità tal-għadam ma tkejlitx matul il-kura b’degarelix.

Tolleranza għaz-zokkor

Tnaqqis fit-tolleranza għaz-zokkor kien osservat f’irġiel li kellhom orkijektomija jew li kienu kkurati b’agonist ta’ GnRH. L-iżvilupp jew l-aggravament tad-dijabete jista’ jseħħ; għalhekk pazjenti dijabetiċi jista’ jkollhom bżonn monitoraġġ iktar frekwenti taz-zokkor fid-demm meta jkunu qed jirċievu terapija tal- privazzjoni tal-androgen. L-effett ta’ degarelix fuq il-livelli tal-insulina u taz-zokkor ma kienx studjat.

Mard kardjovaskulari

Mard kardjovaskulari bħal puplesija u infart mijokardijaku ġew irrappurtati fil-letteratura medika f’pazjent b’terapija ta’ deprivazzjoni ta’ androgen. Għalhekk, il-fatturi kollha ta’ riskju kardjovaskulari għandhom jiġu kkunsidrati.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni.

Minħabba li l-kura tal-privazzjoni tal-androgen tista’ ttawwal l-intervall QTc, l-użu fl-istess ħin ta’ degarelix ma’ prodotti mediċinali li huma magħrufa li jtawlu l-intervall QTc jew prodotti mediċinali li huma kapaċi jikkaġunaw torsades de pointes bħal prodotti mediċinali antiarritmiċi tal-klassi IA (eż. quinidine, disopyramide) jew tal-klassi III (eż. amiodarone, sotalol, dofetilide, ibutilide), methadone, moxifloxacin, mediċini antipsikotiċi, eċċ. għandhom jiġu evalwati b’attenzjoni (ara sezzjoni 4.4).

Degarelix mhuwiex substrat għas-sistema CYP450 umana u ma ntweriex li jikkaġuna jew jinibixxi CYP1A2, CYP2C8, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6, CYP2E1, jew CYP3A4/5 f’xi grad partikularment kbir in vitro. Għalhekk, interazzjonijiet farmakokinetiċi klinikament sinifikanti bejn mediċina u oħra fil-metaboliżmu relatat ma’ dawn l-isoenzimi mhumiex mistennija.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala u treddigħ

Mhemmx indikazzjoni rilevanti għall-użu ta’ FIRMAGON fin-nisa.

Fertilità

FIRMAGON jista’ jimpedixxi l-fertilità maskili sakemm it-testosterone jiġi mrażżan.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

FIRMAGON m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, l-għeja kbira u l-isturdament huma reazzjonijiet avversi komuni li jistgħu jinfluwenzaw il-ħila li ssuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-iktar reazzjonijiet avversi li kienu osservati b’mod komuni matul it-terapija b’degarelix fi studju konfermatorju ta’ fażi III (N=409) kienu minħabba l-effetti fiżjoloġiċi mistennija tat-trażżin tat-testosterone, li jinkludu fwawar u żieda fil-piż (irrappurtati f’25% u 7%, rispettivament, tal-pazjenti li kienu qed jirċievu l- kura għal sena), jew reazzjonijiet avversi fil-post fejn tingħata l-injezzjoni. Tkexkix ta’ bard temporanju, deni jew mard qisu influwenza kienu rrappurtati li seħħew fis-sigħat ta’ wara d-dożaġġ (fi 3%, 2% u 1% tal- pazjenti, rispettivament).

Ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati fis-sit tal-injezzjoni kienu primarjament uġigħ u eritema, irrappurtati fi 28% u fi 17% tal-pazjenti, rispettivament, u b’mod inqas frekwenti kienu rrappurtati nefħa (6%), ebusija (4%) u l-formazzjoni ta’ għoqod (3%). Dawn l-avvenimenti seħħew primarjament bid-doża tal-bidu, filwaqt li matul it-terapija tal-manteniment bid-doża ta’ 80 mg, l-inċidenza ta’ dawn l-avvenimenti għal kull 100 injezzjoni kienet: 3 għall-uġigħ u <1 għall-eritema, nefħa, formazzjoni ta’ għoqod u ebusija. L-avvenimenti rrappurtati kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom temporanji, ta’ intensità minn ħafifa sa moderata u wasslu għal ammont żgħir ħafna ta’ waqfien mit-terapija (<1%). Reazzjonijiet serji fis-sit tal-injezzjoni ġew irrappurtati b’mod rari ħafna, bħal infezzjoni fis-sit tal-injezzjoni, axxess fis-sit tal-injezzjoni jew nekrożi fis-sit tal- injezzjoni li jista’ jkollha bżonn ta’ kura kiruġika/tneħħija tal-fluwidu.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Il-frekwenza tal-effetti mhux mixtieqa elenkati hawn taħt hi definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: Komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa <1/1,000) u rari ħafna (<1/10,000). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skond is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Tabella 1: Frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi tal-mediċina rrappurtati f’1259 pazjent ikkurat għal total ta’ 1781 sena ta’ kura tal-pazjenti (studji ta’ fażi II u III) u minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux Komuni

Rari

Klassifika tal-

ħafna

 

 

 

Organi

 

 

 

 

MedDRA

 

 

 

 

(SOC)

 

 

 

 

Disturbi tad-

 

Anemija*

 

Deni

demm u tas-

 

 

 

newtropeniku

sistema

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

Sensittività eċċessiva

Reazzjonijiet

sistema immuni

 

 

 

anafilattiċi

Disturbi fil-

 

Żieda fil-piż*

Ipergliċemija/dijabete

 

metaboliżmu u

 

 

mellitus, żieda fil-

 

n-nutrizzjoni

 

 

kolesterol, tnaqqis fil-

 

 

 

 

piż, tnaqqis fl-aptit,

 

 

 

 

tibdil fil-calcium fid-

 

 

 

 

demm

 

Disturbi

 

Nuqqas ta’ rqad

Dipressjoni, tnaqqis fil-

 

psikjatriċi

 

 

libido*

 

Disturbi fis-

 

Sturdament, uġigħ

Indeboliment mentali,

 

sistema

 

ta’ ras

ipoestesija

 

nervuża

 

 

 

 

Disturbi fl-

 

 

Vista mċajpra

 

għajnejn

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Arritmija kardijaka (li

Infart

qalb

 

 

tinkludi fibrillazzjoni

mijokardijaku,

 

 

 

atrijali), palpitazzjonijiet,

insuffiċjenza

 

 

 

titwil tal-QT* (ara

kardijaka

 

 

 

sezzjonijiet 4.4 u 4.5)

 

Disturbi

Fawra*

 

Pressjoni għolja,

 

vaskulari

 

 

reazzjoni vasovagali (li

 

 

 

 

tinkludi pressjoni baxxa)

 

Disturbi

 

 

Qtugħ ta’ nifs

 

respiratorji,

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

Disturbi gastro-

 

Dijarea, nawsja

Stitikezza, rimettar,

intestinali

 

 

uġigħ addominali,

 

 

 

skonfort addominali,

 

 

 

ħalq xott

Disturbi fil-

 

Żieda fit-

Żieda fil-bilirubina,

fwied u fil-

 

transaminases tal-

żieda fl-alkaline

marrara

 

fwied

phosphatase

Disturbi fil-

 

Iperidrosi (li

Urtikarja, għoqod fil-

ġilda u fit-

 

tinkludi għaraq

ġilda, alopeċja, ħakk,

tessuti ta’ taħt

 

matul il-lejl)*,

eritema

il-ġilda

 

raxx

 

Disturbi

 

Uġigħ u skonfort

Osteoporożi/osteopenija,

muskolu-

 

muskoloskeletriku

artralġja, dgħjufija fil-

skeletriċi u tat-

 

 

muskoli, spażmi tal-

tessuti

 

 

muskoli, nefħa/ebusija

konnettivi u

 

 

fil-ġogi

tal-għadam

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Pollakijurja, urġenza

kliewi u fis-

 

 

biex tagħmel l-awrina,

sistema urinarja

 

 

uġigħ u diffikultà biex

 

 

 

tagħmel l-awrina,

 

 

 

nokturja, indeboliment

 

 

 

renali, inkontinenza

Disturbi fis-

 

Ġinekomastija*,

Uġigħ testikulari, uġigħ

sistema

 

atrofija

fis-sider, uġigħ pelviku,

riproduttiva u

 

testikulari*,

irritazzjoni ġenitali,

fis-sider

 

disfunzjoni

insuffiċjenza fl-

 

 

erettili*

ejakulazzjoni

Disturbi

Avvenimenti

Tkexkix ta’ bard,

Telqa, edema periferali

ġenerali u

avversi fis-sit

deni, għeja kbira*,

 

kondizzjonijiet

tal-injezzjoni

mard bħal dak tal-

 

ta’ mnejn

 

influwenza

 

jingħata

 

 

 

*Konsegwenza fiżjoloġika magħrufa tat-trażżin tat-testosterone

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Tibdil fil-parametri tal-laboratorju

It-tibdil fil-valuri tal-laboratorju li kien osservat matul sena ta’ kura fl-istudju konfermatorju ta’ fażi III (N=409) kien fl-istess medda għal degarelix u agonist ta’ GnRH (leuprorelin) li ntuża bħala komparatur. Valuri li kienu anormali b’mod ċar (>3*ULN) għal transaminase tal-fwied (ALT, AST u GGT) kienu osservati f’2-6% tal-pazjenti b’valuri normali qabel il-kura, wara li ngħataw kura biż-żewġ prodotti mediċinali. Tnaqqis b’mod ċar fil-valuri ematoloġiċi, fl-ematokrit (≤0.37) u fl-emoglobina (≤115 g/l), kienu osservati f’40% u fi 13-15%, rispettivament, tal-pazjenti li kellhom valuri normali qabel il-kura, wara li ngħataw kura biż-żewġ prodotti mediċinali. Mhux magħruf sa liema grad dan it-tnaqqis fil-valuri ematoloġiċi kien ikkawżat mill-kanċer tal-prostata nnifsu u sa liema grad kien konsegwenza tat-terapija tal- privazzjoni tal-androgen. Valuri anormali b’mod ċar ta’ potassium (≥5.8 mmol/l), krejatinina (≥177 μmol/l) u BUN (≥10.7 mmol/l) f’pazjenti b’valuri normali qabel il-kura, kienu osservati f’6%, 2% u 15% tal-pazjenti kkurati b’degarelix, u fi 3%, 2% u 14% tal-pazjenti kkurati b’leuprorelin, rispettivament.

Tibdil fil-kejl tal-ECG

It-tibdil fil-kejl tal-ECG li deher matul sena ta’ kura fl-istudju konfermatorju ta’ fażi III (N=409) kien fl- istess medda għal degarelix u agonist ta’ GnRH (leuprorelin) li ntuża bħala komparatur. Tlieta (<1%) minn 409 pazjenti fil-grupp ta’ degarelix u erbgħa (2%) minn 201 pazjent fil-grupp ta’ 7.5 mg leuprorelin, kellhom

QTcF ta’ ≥ 500 msek. Mil-linja bażi sat-tmiem tal-istudju, il-medjan tal-bidla fil-QTcF għal degarelix kien ta’ 12.0 msek u għal leuprorelin kien ta’ 16.7 msek.

In-nuqqas ta’ effett intrinsiku ta’ degarelix fuq ir-ripolarizzazzjoni kardijaka (QTcF), ir-rata tal-qalb, il- konduzzjoni AV, id-depolarizzazzjoni kardijaka, jew il-morfoloġija tat-T jew U wave, ġie kkonfermat fi studju bir-reqqa dwar il-QT f’individwi b’saħħithom (N=80) li kienu qed jirċievu infużjoni ta’ degarelix ġol-

vini fuq perjodu ta’ 60 minuta, u laħqu medja ta’ Cmax ta’ 222 ng/mL, madwar 3-4 darbiet tas-Cmax miksuba waqt il-kura kontra kanċer tal-prostata.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

M’hemm l-ebda esperjenza klinika bl-effetti ta’ doża eċċessiva akuta b’degarelix. Fil-każ ta’ doża eċċessiva, il-pazjent għandu jiġi mmonitorjat u għandha tingħata kura adattata ta’ appoġġ, jekk dan ikun ikkunsidrat bħala meħtieġ.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Terapija endokrina, Antagonisti oħrajn tal-ormoni u sustanzi relatati, Kodiċi ATC: L02BX02

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Degarelix hu antagonist selettiv tal-ormon li jerħi gonadotrophin (GnRH) li b’mod kompetittiv u b’mod riversibbli jeħel mar-riċetturi GnRH pitwitarji, b’hekk inaqqas malajr il-ħruġ ta’ gonadotrophins, ormon luteinizing (LH) u ormon li jistimula l-follikulu (FSH), u b’hekk inaqqas it-tnixxija tat-testosterone (T) mit- testikoli. Il-karċinoma prostatika hi magħrufa li hi sensittiva għall-androgen u tirrispondi għall-kura li tneħħi s-sors tal-androgen. B’kuntrast mal-agonisti ta’ GnRH, l-antagonisti ta’ GnRH ma jikkaġunawx żieda f’daqqa f’LH, li sussegwentement tikkawża żieda f’daqqa fit-testosterone/stimulazzjoni tat-tumur u l- aggravament sintomatiku potenzjali wara l-bidu tal-kura.

Doża waħda ta’ 240 mg ta’ degarelix, segwita minn doża tal-manteniment ta’ 80 mg kull xahar, malajr jikkawżaw tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet ta’ LH, FSH u sussegwentement tat-testosterone. Il-konċentrazzjoni ta’ dihydrotestosterone (DHT) fis-serum tonqos b’mod jixbaħ lit-testosterone.

Degarelix hu effettiv fil-kisba u l-manteniment tat-trażżin tat-testosterone taħt sew tal-livell tal-kastrazzjoni medika ta’ 0.5 ng/ml. Id-dożaġġ tal-manteniment ta’ kull xahar ta’ 80 mg irriżulta fi trażżin sostnut tat- testosterone f’97% tal-pazjenti għal mill-inqas sena. Ma ġiet osservata l-ebda żieda żgħira tat-testosterone wara l-għoti mill-ġdid ta’ injezzjoni matul il-kura b’degarelix. Il-medjan tal-livelli tat-testosterone wara sena ta’ kura kien ta’ 0.087 ng/ml (medda interquartile minn 0.06-0.15) N=167.

Riżultati tal-istudju konfermatorju ta’ Fażi III

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ degarelix kienu evalwati fi studju open-label, multiċentriku, randomised, ikkontrollat minn komparatur attiv, u f’grupp parallel. L-istudju investiga l-effikaċja u s-sigurtà ta’ żewġ korsijiet differenti ta’ dożaġġ ta’ degarelix mogħtija kull xahar, b’doża tal-bidu ta’ 240 mg (40 mg/ml) segwita minn dożi ta’ 160 mg (40 mg/ml) jew 80 mg (20 mg/ml) mogħtija kull xahar taħt il-ġilda, mqabbel ma’ 7.5 mg leuprorelin mogħti kull xahar ġol-muskoli f’pazjenti b’kanċer tal-prostata li kienu jeħtieġu terapija tal-privazzjoni tal-androgen. B’kollox 620 pazjent kienu randomised għal wieħed mit-tliet gruppi tal- kura, li minnhom 504 (81%) pazjenti temmew l-istudju. Fil-grupp tal-kura ta’ degarelix 240/80 mg, 41 (20%) pazjent ma komplewx bl-istudju, meta mqabbel ma’ 32 (16%) pazjent fil-grupp ta’ leuprorelin.

Mis-610 pazjenti li kienu kkurati

31% kellhom kanċer tal-prostata lokalizzat

29% kellhom kanċer tal-prostata lokalment avvanzat

20% kellhom kanċer tal-prostata metastatiku

7% kellhom stat metastatiku mhux magħruf

13% kellhom operazzjoni fil-passat li l-għan tagħha kienet il-kura, jew radjazzjoni u PSA li qed jiżdied

Id-demografija fil-linja bażi kienet simili bejn il-fergħat tal-istudju. Il-medjan tal-età kienet ta’ 74 sena (medda minn 47 sa 98 sena). L-għan primarju kien biex jintwera li degarelix hu effettiv fir-rigward tal-kisba u l-manteniment tat-trażżin tat-testosterone taħt livell ta’ 0.5 ng/ml, matul it-12-il xahar tal-kura.

L-inqas doża effettiva tal-manteniment ta’ 80 mg ta’ degarelix kienet magħżula.

Il-kisba ta’ testosterone fis-serum ta’ ≤0.5 ng/ml

FIRMAGON hu effettiv fil-kisba ta’ trażżin mgħaġġel tat-testosterone, ara Tabella 2.

Tabella 2: Perċentwali ta’ pazjenti li kisbu T≤0.5 ng/ml wara l-bidu tal-kura.

Ħin

Degarelix 240/80 mg

Leuprorelin 7.5 mg

 

 

 

Jum 1

52%

0%

 

 

 

Jum 3

96%

0%

 

 

 

Jum 7

99%

1%

 

 

 

Jum 14

100%

18%

 

 

 

Jum 28

100%

100%

 

 

 

L-ilqugħ kontra żieda f’daqqa tat-testosterone

Iż-żieda f’daqqa kienet definita bħala testosterone li jaqbeż il-linja bażi bi ≥15% fl-ewwel ġimagħtejn. Ħadd mill-pazjenti kkurati b’degarelix ma kellu żieda f’daqqa fit-testosterone; kien hemm tnaqqis medju ta’ 94% fit-testosterone f’jum 3. Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti kkurati b’leuprorelin kellhom żieda f’daqqa fit- testosterone; kien hemm żieda medja ta’ 65% fit-testosterone f’jum 3. Din id-differenza kienet statistikament sinifikanti (p<0.001).

Figura 1: Bidla perċentwali fit-testosterone mil-linja bażi skont il-grupp tal-kura sa jum 28 (medjan bil- meded interquartile).

Bidla perċentwali fit-testosterone minn Jum 0sa 28

perċentwali

Bidla

Żmien mill-ewwel doża(jiem)

Grupp tal-kura

Degarelix

Leuprorelin

Il-punt aħħari primarju fl-istudju kien ir-rati tat-trażżin tat-testosterone wara sena ta’ kura b’degarelix jew b’leuprorelin. Il-benefiċċju kliniku għal degarelix meta mqabbel ma’ leuprorelin flimkien ma’ anti-androgen fil-fażi inizjali tal-kura ma ntweriex.

Riversibbiltà tat-Testosterone

Fi studju li kien jinvolvi pazjenti b’livelli ta’ PSA li jkunu qed qed jogħlew wara terapija lokalizzata (il-biċċa l-kbira prostatektomija radikali u radjazzjoni), dawn ingħataw FIRMAGON għal seba’ xhur segwit minn perjodu ta’ monitoraġġ ta’ seba’ xhur. Il-ħin medjan għall-irkuprar tal-livell ta’ testosterone (>0.5 ng/mL, fuq il-livell ta’ kastrazzjoni) wara t-twaqqif tal-kura kien ta’ 112-il jum (magħduda mill-bidu tal-kura, i.e. 28 jum wara l-aħħar injezzjoni). Il-ħin medjan għal livell ta’ testosterone ta’ >1.5 ng/mL (’il fuq mil-limitu l-baxx tal-medda normali) kien ta’ 168 jum.

Effett fit-tul

Rispons li rnexxa fl-istudju kien definit bħala l-kisba ta’ kastrazzjoni medika f’jum 28 u l-manteniment sa jum 364 fejn lanqas waħda mill-konċentrazzjoni tat-testosterone ma kienet akbar minn 0.5 ng/ml.

Tabella 3: Probabbiltà kumulattiva ta’ testosterone ≤0.5 ng/ml minn Jum 28 sa Jum 364.

 

Degarelix 240/80 mg

Leuprorelin 7.5 mg

 

N=207

N=201

 

 

 

Nru. ta’ dawk li rrispondew

 

 

 

Rata ta’ Rispons

97.2%

96.4%

(intervalli tal-kunfidenza)*

(93.5; 98.8%)

(92.5; 98.2%)

 

 

 

* Stimi Kaplan Meier fil-grupp

 

 

Il-kisba ta’ tnaqqis tal-antiġen speċifiku għall-prostata (PSA)

Id-daqs tat-tumur ma tkejjilx direttament matul il-programm tal-provi kliniċi, iżda kien hemm rispons utli indirett għat-tumur kif muri minn tnaqqis ta’ 95% wara 12-il xahar fil-medja tal-PSA għal degarelix.

Il-medjan tal-PSA fl-istudju fil-linja bażi kien:

19.8 ng/ml (medda interquartile: P25 9.4 ng/ml, P75 46.4 ng/ml) għall-grupp tal-kura b’degarelix 240/80 mg

17.4 ng/ml (medda interquartile: P25 8.4 ng/ml, P75 56.5 ng/ml) għall-grupp tal-kura ta’ leuprorelin 7.5 mg

Figura 2: Bidla perċentwali fil-PSA mil-linja bażi skont il-grupp tal-kura sa Jum 56 (medjan bil-meded interquartile).

Din id-differenza kienet statistikament sinifikanti (p<0.001) għall-analiżi pre-speċifika f’jum 14 u jum 28.

Il-livelli tal-antiġen speċifiku għall-prostata (PSA) tnaqqsu b’64% ġimagħtejn wara l-għoti ta’ degarelix, 85% wara xahar, 95% wara tliet xhur, u baqgħu mrażżna (madwar 97%) matul is-sena tal-kura.

Minn jum 56 sa jum 364 ma kien hemm l-ebda differenzi sinifikanti bejn degarelix u l-komparatur fil-bidla perċentwali mil-linja bażi.

Effett fuq il-volum tal-prostata

Tliet xhur ta’ terapija b’degarelix (programm ta’ kura ta’ doża ta’ 240/80 mg) irriżulta fi tnaqqis ta’ 37% fil- volum tal-prostata kif imkejjel minn trans-rectal ultrasound scan (TRUS) f’pazjenti li kienu jeħtieġu terapija ormonali qabel ir-radjuterapija u f’pazjenti li kienu kandidati għal kastrazzjoni medika. It-tnaqqis fil-volum tal-prostata kien simili għal dak li nkiseb b’goserelin flimkien ma’ protezzjoni antiandroġena kontra l- aggravar.

Effett fuq l-intervalli tal-QT/QTc

Fi studju konfermatorju li qabbel FIRMAGON ma’ leuprorelin, saru elettrokardjogrammi perjodiċi. Iż-żewġ terapiji wrew intervalli QT/QTcs li kienu jaqbżu 450 msek f’madwar 20% tal-pazjenti. Mil-linja bażi sat- tmiem tal-istudju, il-medjan tal-bidla għal FIRMAGON kien ta’ 12.0 msek u għal leuprorelin kien ta’

16.7 msek.

Antikorp antidegarelix

L-iżvilupp tal-antikorp antidegarelix kien osservat f’10% tal-pazjenti wara l-kura b’FIRMAGON għal sena u 29% tal-pazjenti wara kura b’FIRMAGON għal sa 5.5 snin. M’hemm l-ebda indikazzjoni li l-effikaċja jew is-sigurtà tal-kura b’FIRMAGON tkun affettwata mill-formazzjoni tal-antikorp wara sa 5.5 snin ta’ kura.

Populazzjoni pedjatrikja

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jigu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’FIRMAGON f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ 240 mg ta’ degarelix f’konċentrazzjoni ta’ 40 mg/ml lil pazjenti b’kanċer tal- prostata fl-istudju importanti ħafna CS21, l-AUC0-28 jum kienet ta’ 635 (602-668) kuljum*ng/ml, is-Cmax kienet ta’ 66.0 (61.0-71.0) ng/ml u seħħet f’tmax f’40 (37-42) siegħa. Il-medja tal-valuri minimi kienu ta’ madwar 11-12 ng/ml wara d-doża tal-bidu, u 11-16 ng/ml wara d-doża tal-manteniment ta’ 80 mg f’konċentrazzjoni ta’ 20 mg/ml. Wara li s-Cmax tal-konċentrazzjoni ta’ degarelix fil-plażma tonqos b’mod bifażiku, bil-medja tal-half-life (t½) terminali ta’ madwar 29 jum għad-doża tal-manteniment. Il-half-life twila wara l-għoti taħt il-ġilda hi konsegwenza tat-tnixxija bil-mod ħafna ta’ degarelix mid-depot li jifforma fis- sit(i) tal-injezzjoni. L-imġiba farmakokinetika tal-prodott mediċinali hi influwenzata mill-konċentrazzjoni tagħha fis-soluzzjoni għall-injezzjoni. Għaldaqstant, is-Cmax u l-bijodisponibilità għandhom tendenza li jonqsu maż-żieda fil-konċentrazzjoni tad-doża, filwaqt li l-half-life tiżdied. Għalhekk, l-ebda konċentrazzjonijiet oħrajn tad-doża ħlief dawk rakkomandati m’għandhom jintużaw.

Distribuzzjoni

Il-volum tad-distribuzzjoni f’irġiel anzjani b’saħħithom hu ta’ madwar 1 l/kg. It-twaħħil mal-proteini fil- plażma hu stmat li hu ta’ madwar 90%.

Bijotrasformazzjoni

Degarelix hu suġġett għal degradazzjoni peptidika komuni matul il-passaġġ mis-sistema epatobiljari u jitneħħa primarjament bħala bċejjeċ tal-peptide fl-ippurgar. L-ebda metaboliti sinifikanti ma kienu osservati fil-kampjuni tal-plażma wara l-għoti taħt il-ġilda. Studji in vitro wrew li degarelix mhuwiex substrat għas- sistema CYP450 umana.

Eliminazzjoni

F’irġiel b’saħħithom, madwar 20-30% ta’ doża waħda mogħtija ġol-vina titneħħa fl-awrina, li jissuġġerixxi li 70-80% titneħħa permezz tas-sistema epatobiljari. Instab li t-tneħħija ta’ degarelix, meta mogħti bħala dożi waħidhom ġol-vini (0.864-49.4 µg/kg) f’irġiel anzjani b’saħħithom, kienet ta’ 35-50 ml/siegħa/kg.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment renali

Ma saru l-ebda studji farmakokinetiċi f’pazjenti li kellhom indeboliment renali. Minn 20-30% biss tad- doża mogħtija ta’ degarelix titneħħa mhux mibdula mill-kliewi. Analiżi dwar il-farmakokinetika tal-popolazzjoni tad-dejta minn studju konfermatorju ta’ Fażi III wriet li t-tneħħija ta’ degarelix f’pazjenti b’indeboliment renali minn ħafif sa moderat titnaqqas b’madwar 23%; għalhekk, l-aġġustament fid-doża f’pazjenti b’indeboliment renali ħafif jew moderat mhuwiex rakkomandat. Dejta fuq pazjenti b’indeboliment renali sever hi skarsa u għalhekk il-kawtela hija meħtieġa f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti.

Pazjenti b’indeboliment epatiku

Degarelix kien investigat fi studju farmakokinetiku f’pazjenti b’indeboliment epatiku li kien minn ħafif sa moderat. Ma kienu osservati l-ebda sinjali ta’ żieda fl-esponiment f’persuni li kellhom indeboliment epatiku meta mqabbel ma’ persuni b’saħħithom. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-dożaġġ għal pazjenti li għandhom indeboliment epatiku ħafif jew moderat. Pazjenti li jkollhom disfunzjoni epatika severa ma kinux studjati u għalhekk hu rakkomandat li tintuża l-kawtela f’dan il-grupp.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji dwar ir-riproduzzjoni fl-annimali wrew li degarelix ikkawża l-infertilità f’annimali rġiel. Dan hu minħabba l-effett farmakoloġiku; u l-effett kien riversibbli.

Fi studji dwar it-tossiċità tar-riproduzzjoni fin-nisa, degarelix żvela sejbiet mistennija mit-tagħrif farmakoloġiku. Hu kkawża titwil, li kien dipendenti fuq id-dożaġġ, taż-żmien għat-tgħammir u t-tqala, tnaqqis fin-numru ta’ corpora lutea, u żieda fin-numru ta’ telf ta’ qabel u wara l-impjantazzjoni, aborti, imwiet bikrija tal-embriju/tal-fetu, twelidijiet prematuri u fit-tul tal-ħin tal-ħlas.

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, u riskju ta’ kanċer, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Kemm studji in vitro kif ukoll in vivo ma wrew l-ebda sinjali ta’ titwil tal-QT.

L-ebda tossiċità tal-organu fil-mira ma kienet osservata minn studji dwar tossiċità akuta, sottoakuta u kronika fuq firien u xadini wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ degarelix. Irritazzjoni lokali marbuta mal-mediċina kienet osservata fl-annimali meta degarelix ingħata taħt il-ġilda f’dożi qawwija.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Trab

Mannitol (E421)

Solvent

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbilitajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

Wara r-rikostituzzjoni

L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet li ddum sagħtejn f’temperatura ta’ 25ºC. Mill-aspett mikrobijoloġiku, ħlief jekk il-metodu tar-rikostituzzjoni jipprekludi r-riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobjali, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna u l- kundizzjonijiet waqt l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min jagħmel użu minnu.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett tal-ħġieġ (tip I) b’tapp tal-lastku tal-bromobutyl u siġill tal-aluminju li jinfetaħ b’saba’ wieħed li fih 80 mg trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Siringa tal-ħġieġ (tip I) mimlija għal-lest b’tapp planġer tal-elastomer, għatu tat-tarf u marka ta’ linja f’4 ml li fiha 4.2 ta’ solvent

Lasta tal-planġer

Adapter tal-kunjett

Labra tal-injezzjoni (25G 0.5 x 25 mm)

Daqsijiet tal-pakkett

FIRMAGON hu disponibbli f’2 daqsijiet ta’ pakketti:

Daqs ta’ pakkett ta’ 1 trej li jkun fih: 1 kunjett bit-trab, 1 siringa mimlija għal-lest bis-solvent, 1 lasta tal- planġer, 1 adapter tal-kunjett u 1 labra.

Daqs ta’ pakkett ta’ 3 trej li jkun fih: 3 kunjetti bit-trab, 3 siringi mimlija għal-lest bis-solvent, 3 lasti tal- planġer, 3 adapters tal-kunjett u 3 labriet.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-istruzzjonijiet għar-rikostituzzjoni għandhom jiġu segwiti b’kawtela.

L-għoti ta’ konċentrazzjonijiet oħrajn mhuwiex rakkomandat minħabba li l-formazzjoni tal-ġell depot jiġi influwenzat mill-konċentrazzjoni. Is-soluzzjoni rikostitwita għandha tkun likwidu ċar, li ma jkollux materjal mhux maħlul.

NOTA:

IL-KUNJETTI M’GĦANDHOMX JITĦAWDU

Il-pakkett fih kunjett wieħed ta’ trab u siringa waħda mimlija għal-lest bis-solvent li jridu jiġu ppreparati għal injezzjoni taħt il-ġilda.

1. Neħħi

l-għatu mill-pakkett tal-adapters tal-kunjett.

Waħħal l-adapter mal-kunjett bit-trab billi tagħfas l-adapter ’l isfel sakemm il -ponta tippenetra ġot- tapp tal-lastku u l-adapter jikklikkja f’postu.

2. Ipprepara s-siringa mimlija għal-lest billi twaħħal il-lasta tal-planġer.

3. Neħħi

l-għatu tas-siringa mimlija għal-lest.

Waħħal is-siringa mal-kunjett bit-trab billi ddawwarha u tissikkaha fuq l-adapter.

Ittrasferixxi s-solvent kollu fil-kunjett bit-trab.

4. Bis-siringa

li tkun għadha mwaħħla mal-adapter, dawwar bil-mod ħafna sakemm il- likwidu jidher ċar u mingħajr trab jew frak mhux maħlul. F’każ li t-trab jeħel mal-kunjett fuq il-wiċċ tal-likwidu, il-kunjett jista’ jitmejjel ftit. Iċċaqalqux bis-saħħa biex tevita l-formazzjoni tar-ragħwa.

Ċirku ta’ bżieżaq żgħar tal-arja fuq il-wiċċ tal- likwidu hu aċċettabbli. Il-proċedura tar- rikostituzzjoni normalment tieħu ftit minuti, iżda tista’ tieħu, sa 15-il minuta f’xi każijiet.

5. Aqleb

il-kunjett ta’ taħt fuq u iġbed sal-marka tal- linja fuq is-siringa għall-injezzjoni.

Dejjem aċċerta ruħek li tiġbed il-volum preċiż u li taġġusta għal kwalunkwe bżieżaq tal-arja.

6. s-siringaAqla’ minn mal-adapter tal-kunjett u waħħal il-labra mas-siringa għal injezzjoni profonda taħt il-ġilda.

7. Wettaq injezzjoni profonda taħt

il-ġilda. Biex tagħmel dan, aqbad il-ġilda tal-addome, u erfa’ t-tessut ta’ taħt il-ġilda u daħħal il-labra fil-fond f’angolu ta’ mhux inqas minn 45 grad.

Injetta 4 ml ta’ FIRMAGON 80 mg bil-mod, immedjatament wara r-rikostituzzjoni.

8. il-pazjent

M’għandhomx jingħataw injezzjonijiet f’żoni fejn se jkun espost għal pressjoni, eż. madwar iċ-ċintorin jew fid-dawra tal-qadd jew qrib il-kustilji.

Tinjettax direttament ġo vina. Iġbed lura l-planġer bil-mod biex tiċċekkja jekk jinġibidx xi demm. Jekk jidher xi demm fis-siringa, il-prodott mediċinali ma jistax jintuża aktar. Waqqaf il-proċedura u armi s-siringa u l-labra (irrikostitwixxi doża ġdida għall-pazjent).

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Ferring Pharmaceuticals A/S Kay Fiskers Plads 11 DK-2300 Copenhagen S Id-Danimarka

Tel: +45 88 33 88 34

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/08/504/001

EU/1/08/504/003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 17/02/2009

Data tal-aħħar tiġdid: 19/09/2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

{JJ/XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

FIRMAGON 120 mg trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 120 mg ta’ degarelix (bħala acetate). Wara r-rikostituzzjoni, kull millilitru ta’ soluzzjoni jkun fih 40 mg ta’ degarelix.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Trab: Trab ta’ lewn minn abjad sa off-white

Solvent: Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

FIRMAGON hu antagonist tal-ormon li jerħi gonadotrophin (GnRH) indikat għall-kura ta’ pazjenti rġiel adulti b’kanċer tal-prostata avvanzat dipendenti fuq l-ormoni.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Doża tal-bidu

Doża tal-manteniment – għoti ta’ kull

 

xahar

 

 

240 mg mogħtija bħala żewġ injezzjonijiet

80 mg mogħtija bħala injezzjoni waħda

konsekuttivi taħt il-ġilda ta’ 120 mg kull

taħt il-ġilda

waħda

 

 

 

L-ewwel doża tal-manteniment għandha tingħata xahar wara d-doża tal-bidu.

L-effett terapewtiku ta’ degarelix għandu jiġi mmonitorjat permezz tal-parametri kliniċi u l-livelli fis-serum ta’ antiġen speċifiku għall-prostata (PSA). Studji kliniċi wrew li t-trażżin tat-testosterone (T) iseħħ immedjatment wara l-għoti tad-doża tal-bidu b’96% tal-pazjenti li jkollhom livelli ta’ testosterone fis-serum li jikkorrispondu għall-kastrazzjoni medika (T0.5 ng/mL) wara tlett ijiem u 100% wara xahar. Il-kura fit-tul bid-doża tal-manteniment sa sena turi li 97% tal-pazjenti jkollhom livelli ta’ testosterone imrażżna sostnuti (T0.5 ng/ml).

F’każ li r-rispons kliniku tal-pazjent jidher li ma jkunx mill-aħjar, għandu jkun ikkonfermat li l-livelli tat- testosterone fis-serum qed jibqgħu mrażżna b’mod suffiċjenti.

Minħabba li degarelix ma jikkawżax żieda f’daqqa fit-testosterone, mhux meħtieġ li żżid antiandrogen bħala protezzjoni kontra ż-żieda f’daqqa fil-bidu tat-terapija.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani, u dawk b’indeboliment epatiku jew renali:

M’hemmx bżonn li taġġusta d-doża għal pazjenti anzjani jew f’pazjenti b’indeboliment ħafif jew moderat fil- funzjoni tal-fwied jew tal-kliewi (ara sezzjoni 5.2). Pazjenti li jkollhom indeboliment sever tal-fwied jew tal- kliewi ma kinux studjati u għalhekk hu rakkomandat li tintuża l-kawtela (ara sezzjoni 4.4).

Populazzjoni pedjatrikja

M’hemmx użu rilevanti ta’ FIRMAGON fi tfal u adolexxenti fil-kura ta’ pazjenti rġiel adulti b’kanċer tal- prostata avvanzat dipendenti fuq l-ormoni.

Metodu ta’ kif ta’ għandu jingħata

FIRMAGON irid ikun rikostitwit qabel l-għoti. Għal struzzjonijiet dwar ir-rikostituzzjoni u l-għoti, jekk jogħġbok ara sezzjoni 6.6.

FIRMAGON għandu jintuża taħt il-ġilda BISS, m’għandux jingħata ġol-vina.

L-għoti ġol-muskoli mhuwiex rakkomandat għax għadu ma kienx studjat.

FIRMAGON jingħata bħala injezzjoni taħt il-ġilda fiż-żona addominali. Is-sit tal-injezzjoni għandu jinbidel perjodikament. L-injezzjonijiet għandhom jingħataw f’żoni fejn il-pazjent ma jkunx espost għal pressjoni, eż. mhux qrib il-qadd jew fejn jintlibes iċ-ċinturin u mhux qrib il-kustilji.

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni

6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Effett fuq l-intervall QT/QTc

It-terapija fit-tul bi privazzjoni tal-androgen tista’ ttawwal l-intervall QT. Fl-istudju konfermatorju li qabbel FIRMAGON ma’ leuprorelin mogħti perjodikament (kull xahar), saru elettrokardjogrammi (ECGs); iż-żewġ terapiji wrew intervalli tal-QT/QTcs li kienu jaqbżu 450 msek f’madwar 20% tal-pazjenti, u 500 msek f’1% u 2% tal-pazjenti li kienu qed jieħdu degarelix u leuprorelin, rispettivament (ara sezzjoni 5.1).

FIRMAGON ma kienx studjat f’pazjenti bi storja medika ta’ intervall tal-QT ikkoreġut ta’ iktar minn

450 msek; f’pazjenti bi storja medika ta’, jew fatturi ta’ riskju għal torsades de pointes u f’pazjenti li jkunu jirċievu prodotti mediċinali fl-istess li jistgħu jtawlu l-intervall QT. Għalhekk, f’dawn il-pazjenti, il- proporzjon tal-benefiċċju/riskju ta’ FIRMAGON għandu jiġi evalwat bir-reqqa (ara sezzjonijiet 4.5 u 4.8). Studju bir-reqqa dwar il-QT wera li ma kien hemm l-ebda effett intrinsiku ta’ degarelix fuq l-intervall tal- QT/QTc (ara sezzjoni 4.8).

Indeboliment epatiku

Pazjenti b’disturb epatiku magħruf jew issuspettat ma kinux inklużi fi provi kliniċi fit-tul b’degarelix. Żidiet ħfief u temporanji fl-ALT u l-AST kienu osservati, dawn ma kinux akkompanjati minn żieda fil-bilirubina jew fis-sintomi kliniċi. Il-monitoraġġ tal-funzjoni tal-fwied f’pazjenti b’disturb epatiku magħruf jew issuspettat hu rakkomandat matul il-kura. Il-farmakokinetika ta’ degarelix kienet investigata wara l-għoti ta’ doża waħda ġol-vini f’individwi li kellhom indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment renali

Degarelix ma kienx studjat f’pazjenti b’indeboliment renali sever u għalhekk il-kawtela hi meħtieġa.

Sensittività eċċessiva

Degarelix ma kienx studjat f’pazjenti bi storja medika ta’ ażma severa mhux ikkurata, reazzjonijiet anafilattiċi jew urtikarja jew anġjoedima severi.

Tibdil fid-densità tal-għadam

Tnaqqis fid-densità tal-għadam kien irrappurtat fil-letteratura medika f’irġiel li kellhom orkijektomija jew kienu ġew ikkurati b’agonist ta’ GnRH. Jista’ jkun antiċipat li perjodi twal ta’ trażżin tat-testosterone fl-irġiel ser ikollhom effetti fuq id-densità tal-għadam. Id-densità tal-għadam ma tkejlitx matul il-kura b’degarelix.

Tolleranza għaz-zokkor

Tnaqqis fit-tolleranza għaz-zokkor kien osservat f’irġiel li kellhom orkijektomija jew li kienu kkurati b’agonist ta’ GnRH. L-iżvilupp jew l-aggravament tad-dijabete jista’ jseħħ; għalhekk pazjenti dijabetiċi jista’ jkollhom bżonn monitoraġġ iktar frekwenti taz-zokkor fid-demm meta jkunu qed jirċievu terapija tal- privazzjoni tal-androgen. L-effett ta’ degarelix fuq il-livelli tal-insulina u taz-zokkor ma kienx studjat.

Mard kardjovaskulari

Mard kardjovaskulari bħal puplesija u infart mijokardijaku ġew irrappurtati fil-letteratura medika f’pazjent b’terapija ta’ deprivazzjoni ta’ androgen. Għalhekk, il-fatturi kollha ta’ riskju kardjovaskulari għandhom jiġu kkunsidrati.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni.

Minħabba li l-kura tal-privazzjoni tal-androgen tista’ ttawwal l-intervall QTc, l-użu fl-istess ħin ta’ degarelix ma’ prodotti mediċinali li huma magħrufa li jtawlu l-intervall QTc jew prodotti mediċinali li huma kapaċi jikkaġunaw torsades de pointes bħal prodotti mediċinali antiarritmiċi tal-klassi IA (eż. quinidine, disopyramide) jew tal-klassi III (eż. amiodarone, sotalol, dofetilide, ibutilide), methadone, moxifloxacin, mediċini antipsikotiċi, eċċ. għandhom jiġu evalwati b’attenzjoni (ara sezzjoni 4.4).

Degarelix mhuwiex substrat għas-sistema CYP450 umana u ma ntweriex li jikkaġuna jew jinibixxi CYP1A2, CYP2C8, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6, CYP2E1, jew CYP3A4/5 f’xi grad partikularment kbir in vitro. Għalhekk, interazzjonijiet farmakokinetiċi klinikament sinifikanti bejn mediċina u oħra fil-metaboliżmu relatat ma’ dawn l-isoenzimi mhumiex mistennija.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala u treddigħ

Mhemmx indikazzjoni rilevanti għall-użu ta’ FIRMAGON fin-nisa.

Fertilità

FIRMAGON jista’ jimpedixxi l-fertilità maskili sakemm it-testosterone jiġi mrażżan.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Firmagon m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, l-għeja kbira u l-isturdament huma reazzjonijiet avversi komuni li jistgħu jinfluwenzaw il-ħila li ssuq u tħaddem magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-iktar reazzjonijiet avversi li kienu osservati b’mod komuni matul it-terapija b’degarelix fi studju konfermatorju ta’ fażi III (N=409) kienu minħabba l-effetti fiżjoloġiċi mistennija tat-trażżin tat-testosterone, li jinkludu fwawar u żieda fil-piż (irrappurtati f’25% u 7%, rispettivament, tal-pazjenti li kienu qed jirċievu l- kura għal sena), jew reazzjonijiet avversi fil-post fejn tingħata l-injezzjoni. Tkexkix ta’ bard temporanju, deni jew mard qisu influwenza kienu rrappurtati li seħħew fis-sigħat ta’ wara d-dożaġġ (fi 3%, 2% u 1% tal- pazjenti, rispettivament).

Ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati fis-sit tal-injezzjoni kienu primarjament uġigħ u eritema, irrappurtati fi 28% u fi 17% tal-pazjenti, rispettivament, u b’mod inqas frekwenti kienu rrappurtati nefħa (6%), ebusija (4%) u l-formazzjoni ta’ għoqod (3%). Dawn l-avvenimenti seħħew primarjament bid-doża tal-bidu, filwaqt li matul it-terapija tal-manteniment bid-doża ta’ 80 mg, l-inċidenza ta’ dawn l-avvenimenti għal kull 100 injezzjoni kienet: 3 għall-uġigħ u <1 għall-eritema, nefħa, formazzjoni ta’ għoqod u ebusija. L-avvenimenti rrappurtati kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom temporanji, ta’ intensità minn ħafifa sa moderata u wasslu għal ammont żgħir ħafna ta’ waqfien mit-terapija (<1%). Reazzjonijiet serji fis-sit tal-injezzjoni ġew irrappurtati b’mod rari ħafna, bħal infezzjoni fis-sit tal-injezzjoni, axxess fis-sit tal-injezzjoni jew nekrożi fis-sit tal- injezzjoni li jista’ jkollha bżonn ta’ kura kiruġika/tneħħija tal-fluwidu.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Il-frekwenza tal-effetti mhux mixtieqa elenkati hawn taħt hi definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: Komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa <1/1,000) u rari ħafna (<1/10,000). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skond is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Tabella 1: Frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi tal-mediċina rrappurtati f’1259 pazjent ikkurat għal total ta’ 1781 sena ta’ kura tal-pazjenti (studji ta’ fażi II u III) u minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux Komuni

Rari

Klassifika tal-

ħafna

 

 

 

Organi

 

 

 

 

MedDRA

 

 

 

 

(SOC)

 

 

 

 

Disturbi tad-

 

Anemija*

 

Deni

demm u tas-

 

 

 

newtropeniku

sistema

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

Sensittività eċċessiva

Reazzjonijiet

sistema immuni

 

 

 

anafilattiċi

Disturbi fil-

 

Żieda fil-piż*

Ipergliċemija/dijabete

 

metaboliżmu u

 

 

mellitus, żieda fil-

 

n-nutrizzjoni

 

 

kolesterol, tnaqqis fil-

 

 

 

 

piż, tnaqqis fl-aptit,

 

 

 

 

tibdil fil-calcium fid-

 

 

 

 

demm

 

Disturbi

 

Nuqqas ta’ rqad

Dipressjoni, tnaqqis fil-

 

psikjatriċi

 

 

libido*

 

Disturbi fis-

 

Sturdament, uġigħ

Indeboliment mentali,

 

sistema

 

ta’ ras

ipoestesija

 

nervuża

 

 

 

 

Disturbi fl-

 

 

Vista mċajpra

 

għajnejn

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Arritmija kardijaka (li

Infart

qalb

 

 

tinkludi fibrillazzjoni

mijokardijaku,

 

 

 

atrijali), palpitazzjonijiet,

insuffiċjenza

 

 

 

titwil tal-QT* (ara

kardijaka

 

 

 

sezzjonijiet 4.4 u 4.5)

 

Disturbi

Fawra*

 

Pressjoni għolja,

 

vaskulari

 

 

reazzjoni vasovagali (li

 

 

 

 

tinkludi pressjoni baxxa)

 

Disturbi

 

 

Qtugħ ta’ nifs

 

respiratorji,

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

Disturbi gastro-

 

Dijarea, nawsja

Stitikezza, rimettar,

intestinali

 

 

uġigħ addominali,

 

 

 

skonfort addominali,

 

 

 

ħalq xott

Disturbi fil-

 

Żieda fit-

Żieda fil-bilirubina,

fwied u fil-

 

transaminases tal-

żieda fl-alkaline

marrara

 

fwied

phosphatase

Disturbi fil-

 

Iperidrosi (li

Urtikarja, għoqod fil-

ġilda u fit-

 

tinkludi għaraq

ġilda, alopeċja, ħakk,

tessuti ta’ taħt

 

matul il-lejl)*,

eritema

il-ġilda

 

raxx

 

Disturbi

 

Uġigħ u skonfort

Osteoporożi/osteopenija,

muskolu-

 

muskoloskeletriku

artralġja, dgħjufija fil-

skeletriċi u tat-

 

 

muskoli, spażmi tal-

tessuti

 

 

muskoli, nefħa/ebusija

konnettivi u

 

 

fil-ġogi

tal-għadam

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Pollakijurja, urġenza

kliewi u fis-

 

 

biex tagħmel l-awrina,

sistema urinarja

 

 

uġigħ u diffikultà biex

 

 

 

tagħmel l-awrina,

 

 

 

nokturja, indeboliment

 

 

 

renali, inkontinenza

Disturbi fis-

 

Ġinekomastija*,

Uġigħ testikulari, uġigħ

sistema

 

atrofija

fis-sider, uġigħ pelviku,

riproduttiva u

 

testikulari*,

irritazzjoni ġenitali,

fis-sider

 

disfunzjoni

insuffiċjenza fl-

 

 

erettili*

ejakulazzjoni

Disturbi

Avvenimenti

Tkexkix ta’ bard,

Telqa, edema periferali

ġenerali u

avversi fis-sit

deni, għeja kbira*,

 

kondizzjonijiet

tal-injezzjoni

mard bħal dak tal-

 

ta’ mnejn

 

influwenza

 

jingħata

 

 

 

*Konsegwenza fiżjoloġika magħrufa tat-trażżin tat-testosterone

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Tibdil fil-parametri tal-laboratorju

It-tibdil fil-valuri tal-laboratorju li kien osservat matul sena ta’ kura fl-istudju konfermatorju ta’ fażi III (N=409) kien fl-istess medda għal degarelix u agonist ta’ GnRH (leuprorelin) li ntuża bħala komparatur. Valuri li kienu anormali b’mod ċar (>3*ULN) għal transaminase tal-fwied (ALT, AST u GGT) kienu osservati f’2-6% tal-pazjenti b’valuri normali qabel il-kura, wara li ngħataw kura biż-żewġ prodotti mediċinali. Tnaqqis b’mod ċar fil-valuri ematoloġiċi, fl-ematokrit (≤0.37) u fl-emoglobina (≤115 g/l), kienu osservati f’40% u fi 13-15%, rispettivament, tal-pazjenti li kellhom valuri normali qabel il-kura, wara li ngħataw kura biż-żewġ prodotti mediċinali. Mhux magħruf sa liema grad dan it-tnaqqis fil-valuri ematoloġiċi kien ikkawżat mill-kanċer tal-prostata nnifsu u sa liema grad kien konsegwenza tat-terapija tal- privazzjoni tal-androgen. Valuri anormali b’mod ċar ta’ potassium (≥5.8 mmol/l), krejatinina (≥177 μmol/l) u BUN (≥10.7 mmol/l) f’pazjenti b’valuri normali qabel il-kura, kienu osservati f’6%, 2% u 15% tal-pazjenti kkurati b’degarelix, u fi 3%, 2% u 14% tal-pazjenti kkurati b’leuprorelin, rispettivament.

Tibdil fil-kejl tal-ECG

It-tibdil fil-kejl tal-ECG li deher matul sena ta’ kura fl-istudju konfermatorju ta’ fażi III (N=409) kien fl- istess medda għal degarelix u agonist ta’ GnRH (leuprorelin) li ntuża bħala komparatur. Tlieta (<1%) minn 409 pazjenti fil-grupp ta’ degarelix u erbgħa (2%) minn 201 pazjent fil-grupp ta’ 7.5 mg leuprorelin, kellhom

QTcF ta’ ≥ 500 msek. Mil-linja bażi sat-tmiem tal-istudju, il-medjan tal-bidla fil-QTcF għal degarelix kien ta’ 12.0 msek u għal leuprorelin kien ta’ 16.7 msek.

In-nuqqas ta’ effett intrinsiku ta’ degarelix fuq ir-ripolarizzazzjoni kardijaka (QTcF), ir-rata tal-qalb, il- konduzzjoni AV, id-depolarizzazzjoni kardijaka, jew il-morfoloġija tat-T jew U wave, ġie kkonfermat fi studju bir-reqqa dwar il-QT f’individwi b’saħħithom (N=80) li kienu qed jirċievu infużjoni ta’ degarelix ġol-

vini fuq perjodu ta’ 60 minuta, u laħqu medja ta’ Cmax ta’ 222 ng/mL, madwar 3-4 darbiet tas-Cmax miksuba waqt il-kura kontra kanċer tal-prostata.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

M’hemm l-ebda esperjenza klinika bl-effetti ta’ doża eċċessiva akuta b’degarelix. Fil-każ ta’ doża eċċessiva, il-pazjent għandu jiġi mmonitorjat u għandha tingħata kura adattata ta’ appoġġ, jekk dan ikun ikkunsidrat bħala meħtieġ.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Terapija endokrina, Antagonisti oħrajn tal-ormoni u sustanzi relatati, Kodiċi ATC: L02BX02

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Degarelix hu antagonist selettiv tal-ormon li jerħi gonadotrophin (GnRH) li b’mod kompetittiv u b’mod riversibbli jeħel mar-riċetturi GnRH pitwitarji, b’hekk inaqqas malajr il-ħruġ ta’ gonadotrophins, ormon luteinizing (LH) u ormon li jistimula l-follikulu (FSH), u b’hekk inaqqas it-tnixxija tat-testosterone (T) mit- testikoli. Il-karċinoma prostatika hi magħrufa li hi sensittiva għall-androgen u tirrispondi għall-kura li tneħħi s-sors tal-androgen. B’kuntrast mal-agonisti ta’ GnRH, l-antagonisti ta’ GnRH ma jikkaġunawx żieda f’daqqa f’LH, li sussegwentement tikkawża żieda f’daqqa fit-testosterone/stimulazzjoni tat-tumur u l- aggravament sintomatiku potenzjali wara l-bidu tal-kura.

Doża waħda ta’ 240 mg ta’ degarelix, segwita minn doża tal-manteniment ta’ 80 mg kull xahar, malajr jikkawżaw tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet ta’ LH, FSH u sussegwentement tat-testosterone. Il-konċentrazzjoni ta’ dihydrotestosterone (DHT) fis-serum tonqos b’mod jixbaħ lit-testosterone.

Degarelix hu effettiv fil-kisba u l-manteniment tat-trażżin tat-testosterone taħt sew tal-livell tal-kastrazzjoni medika ta’ 0.5 ng/ml. Id-dożaġġ tal-manteniment ta’ kull xahar ta’ 80 mg irriżulta fi trażżin sostnut tat- testosterone f’97% tal-pazjenti għal mill-inqas sena. Ma ġiet osservata l-ebda żieda żgħira tat-testosterone wara l-għoti mill-ġdid ta’ injezzjoni matul il-kura b’degarelix. Il-medjan tal-livelli tat-testosterone wara sena ta’ kura kien ta’ 0.087 ng/ml (medda interquartile minn 0.06-0.15) N=167.

Riżultati tal-istudju konfermatorju ta’ Fażi III

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ degarelix kienu evalwati fi studju open-label, multiċentriku, randomised, ikkontrollat minn komparatur attiv, u f’grupp parallel. L-istudju investiga l-effikaċja u s-sigurtà ta’ żewġ korsijiet differenti ta’ dożaġġ ta’ degarelix mogħtija kull xahar, b’doża tal-bidu ta’ 240 mg (40 mg/ml) segwita minn dożi ta’ 160 mg (40 mg/ml) jew 80 mg (20 mg/ml) mogħtija kull xahar taħt il-ġilda, mqabbel ma’ 7.5 mg leuprorelin mogħti kull xahar ġol-muskoli f’pazjenti b’kanċer tal-prostata li kienu jeħtieġu terapija tal-privazzjoni tal-androgen. B’kollox 620 pazjent kienu randomised għal wieħed mit-tliet gruppi tal- kura, li minnhom 504 (81%) pazjenti temmew l-istudju. Fil-grupp tal-kura ta’ degarelix 240/80 mg, 41 (20%) pazjent ma komplewx bl-istudju, meta mqabbel ma’ 32 (16%) pazjent fil-grupp ta’ leuprorelin.

Mis-610 pazjenti li kienu kkurati

31% kellhom kanċer tal-prostata lokalizzat

29% kellhom kanċer tal-prostata lokalment avvanzat

20% kellhom kanċer tal-prostata metastatiku

7% kellhom stat metastatiku mhux magħruf

13% kellhom operazzjoni fil-passat li l-għan tagħha kienet il-kura, jew radjazzjoni u PSA li qed jiżdied

Id-demografija fil-linja bażi kienet simili bejn il-fergħat tal-istudju. Il-medjan tal-età kienet ta’ 74 sena (medda minn 47 sa 98 sena). L-għan primarju kien biex jintwera li degarelix hu effettiv fir-rigward tal-kisba u l-manteniment tat-trażżin tat-testosterone taħt livell ta’ 0.5 ng/ml, matul it-12-il xahar tal-kura.

L-inqas doża effettiva tal-manteniment ta’ 80 mg ta’ degarelix kienet magħżula.

Il-kisba ta’ testosterone fis-serum ta’ ≤0.5 ng/ml

FIRMAGON hu effettiv fil-kisba ta’ trażżin mgħaġġel tat-testosterone, ara Tabella 2.

Tabella 2: Perċentwali ta’ pazjenti li kisbu T≤0.5 ng/ml wara l-bidu tal-kura.

Ħin

Degarelix 240/80 mg

Leuprorelin 7.5 mg

 

 

 

Jum 1

52%

0%

 

 

 

Jum 3

96%

0%

 

 

 

Jum 7

99%

1%

 

 

 

Jum 14

100%

18%

 

 

 

Jum 28

100%

100%

 

 

 

L-ilqugħ kontra żieda f’daqqa tat-testosterone

Iż-żieda f’daqqa kienet definita bħala testosterone li jaqbeż il-linja bażi bi ≥15% fl-ewwel ġimagħtejn. Ħadd mill-pazjenti kkurati b’degarelix ma kellu żieda f’daqqa fit-testosterone; kien hemm tnaqqis medju ta’ 94% fit-testosterone f’jum 3. Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti kkurati b’leuprorelin kellhom żieda f’daqqa fit- testosterone; kien hemm żieda medja ta’ 65% fit-testosterone f’jum 3. Din id-differenza kienet statistikament sinifikanti (p<0.001).

Figura 1: Bidla perċentwali fit-testosterone mil-linja bażi skont il-grupp tal-kura sa jum 28 (medjan bil- meded interquartile).

Bidla perċentwali fit-testosterone minn Jum 0 sa 28

Bidla perċentwali

Żmienmill-ewwel doża (jiem)

Grupp tal-kura

Degarelix

Leuprorelin

 

 

Il-punt aħħari primarju fl-istudju kien ir-rati tat-trażżin tat-testosterone wara sena ta’ kura b’degarelix jew b’leuprorelin. Il-benefiċċju kliniku għal degarelix meta mqabbel ma’ leuprorelin flimkien ma’ anti-androgen fil-fażi inizjali tal-kura ma ntweriex.

Riversibbiltà tat-Testosterone

Fi studju li kien jinvolvi pazjenti b’livelli ta’ PSA li jkunu qed qed jogħlew wara terapija lokalizzata (il-biċċa l-kbira prostatektomija radikali u radjazzjoni), dawn ingħataw FIRMAGON għal seba’ xhur segwit minn perjodu ta’ monitoraġġ ta’ seba’ xhur. Il-ħin medjan għall-irkuprar tal-livell ta’ testosterone (>0.5 ng/mL, fuq il-livell ta’ kastrazzjoni) wara t-twaqqif tal-kura kien ta’ 112-il jum (magħduda mill-bidu tal-kura, i.e. 28 jum wara l-aħħar injezzjoni). Il-ħin medjan għal livell ta’ testosterone ta’ >1.5 ng/mL (’il fuq mil-limitu l-baxx tal-medda normali) kien ta’ 168 jum.

Effett fit-tul

Rispons li rnexxa fl-istudju kien definit bħala l-kisba ta’ kastrazzjoni medika f’jum 28 u l-manteniment sa jum 364 fejn lanqas waħda mill-konċentrazzjoni tat-testosterone ma kienet akbar minn 0.5 ng/ml.

Tabella 3: Probabbiltà kumulattiva ta’ testosterone ≤0.5 ng/ml minn Jum 28 sa Jum 364.

 

Degarelix 240/80 mg

Leuprorelin 7.5 mg

 

N=207

N=201

 

 

 

Nru. ta’ dawk li rrispondew

 

 

 

Rata ta’ Rispons

97.2%

96.4%

(intervalli tal-kunfidenza)*

(93.5; 98.8%)

(92.5; 98.2%)

 

 

 

* Stimi Kaplan Meier fil-grupp

 

 

Il-kisba ta’ tnaqqis tal-antiġen speċifiku għall-prostata (PSA)

Id-daqs tat-tumur ma tkejjilx direttament matul il-programm tal-provi kliniċi, iżda kien hemm rispons utli indirett għat-tumur kif muri minn tnaqqis ta’ 95% wara 12-il xahar fil-medja tal-PSA għal degarelix.

Il-medjan tal-PSA fl-istudju fil-linja bażi kien:

19.8 ng/ml (medda interquartile: P25 9.4 ng/ml, P75 46.4 ng/ml) għall-grupp tal-kura b’degarelix 240/80 mg

17.4 ng/ml (medda interquartile: P25 8.4 ng/ml, P75 56.5 ng/ml) għall-grupp tal-kura ta’ leuprorelin 7.5 mg

Figura 2: Bidla perċentwali fil-PSA mil-linja bażi skont il-grupp tal-kura sa Jum 56 (medjan bil-meded interquartile).

Din id-differenza kienet statistikament sinifikanti (p<0.001) għall-analiżi pre-speċifika f’jum 14 u jum 28.

Il-livelli tal-antiġen speċifiku għall-prostata (PSA) tnaqqsu b’64% ġimagħtejn wara l-għoti ta’ degarelix, 85% wara xahar, 95% wara tliet xhur, u baqgħu mrażżna (madwar 97%) matul is-sena tal-kura.

Minn jum 56 sa jum 364 ma kien hemm l-ebda differenzi sinifikanti bejn degarelix u l-komparatur fil-bidla perċentwali mil-linja bażi.

Effett fuq il-volum tal-prostata

Tliet xhur ta’ terapija b’degarelix (programm ta’ kura ta’ doża ta’ 240/80 mg) irriżulta fi tnaqqis ta’ 37% fil- volum tal-prostata kif imkejjel minn trans-rectal ultrasound scan (TRUS) f’pazjenti li kienu jeħtieġu terapija ormonali qabel ir-radjuterapija u f’pazjenti li kienu kandidati għal kastrazzjoni medika. It-tnaqqis fil-volum tal-prostata kien simili għal dak li nkiseb bi goserelin flimkien ma’ protezzjoni antiandroġena kontra l- aggravar .

Effett fuq l-intervalli tal-QT/QTc

Fi studju konfermatorju li qabbel FIRMAGON ma’ leuprorelin, saru elettrokardjogrammi perjodiċi. Iż-żewġ terapiji wrew intervalli QT/QTcs li kienu jaqbżu 450 msek f’madwar 20% tal-pazjenti. Mil-linja bażi sat- tmiem tal-istudju, il-medjan tal-bidla għal FIRMAGON kien ta’ 12.0 msek u għal leuprorelin kien ta’

16.7 msek.

Antikorp antidegarelix

L-iżvilupp tal-antikorp antidegarelix kien osservat f’10% tal-pazjenti wara l-kura b’FIRMAGON għal sena u 29% tal-pazjenti wara kura b’FIRMAGON għal sa 5.5 snin. M’hemm l-ebda indikazzjoni li l-effikaċja jew is-sigurtà tal-kura b’FIRMAGON tkun affettwata mill-formazzjoni tal-antikorp wara sa 5.5 snin ta’ kura.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jigu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’FIRMAGON f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika {ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku}.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ 240 mg ta’ degarelix f’konċentrazzjoni ta’ 40 mg/ml lil pazjenti b’kanċer tal- prostata fl-istudju importanti ħafna CS21, l-AUC0-28 jum kienet ta’ 635 (602-668) kuljum*ng/ml, is-Cmax kienet ta’ 66.0 (61.0-71.0) ng/ml u seħħet f’tmax f’40 (37-42) siegħa. Il-medja tal-valuri minimi kienu ta’ madwar 11-12 ng/ml wara d-doża tal-bidu, u 11-16 ng/ml wara d-doża tal-manteniment ta’ 80 mg f’konċentrazzjoni ta’ 20 mg/ml. Wara li s-Cmax tal-konċentrazzjoni ta’ degarelix fil-plażma tonqos, bil-medja tal-half-life (t½) terminali ta’ madwar 29 jum għad-doża tal-manteniment, kif stmat ibbażat fuq l-immudellar tal-farmakokinetika tal-popolazzjoni. Il-half-life twila wara l-għoti taħt il-ġilda hi konsegwenza tat-tnixxija bil-mod ħafna ta’ degarelix mid-depot li jifforma fis-sit(i) tal-injezzjoni. L-imġiba farmakokinetika tal- prodott mediċinali hi influwenzata mill-konċentrazzjoni tagħha fis-soluzzjoni għall-injezzjoni. Għaldaqstant, is-Cmax u l-bijodisponibilità għandhom tendenza li jonqsu maż-żieda fil-konċentrazzjoni tad-doża, filwaqt li l-half-life tiżdied. Għalhekk, l-ebda konċentrazzjonijiet oħrajn tad-doża ħlief dawk rakkomandati m’għandhom jintużaw.

Distribuzzjoni

Il-volum tad-distribuzzjoni f’irġiel anzjani b’saħħithom hu ta’ madwar 1 l/kg. It-twaħħil mal-proteini fil- plażma hu stmat li hu ta’ madwar 90%.

Bijotrasformazzjoni

Degarelix hu suġġett għal degradazzjoni peptidika komuni matul il-passaġġ mis-sistema epatobiljari u jitneħħa primarjament bħala bċejjeċ tal-peptide fl-ippurgar. L-ebda metaboliti sinifikanti ma kienu osservati fil-kampjuni tal-plażma wara l-għoti taħt il-ġilda. Studji in vitro wrew li degarelix mhuwiex substrat għas- sistema CYP450 umana.

Eliminazzjoni

F’irġiel b’saħħithom, madwar 20-30% ta’ doża waħda mogħtija ġol-vina titneħħa fl-awrina, li jissuġġerixxi li 70-80% titneħħa permezz tas-sistema epatobiljari. Instab li t-tneħħija ta’ degarelix, meta mogħti bħala dożi waħidhom ġol-vini (0.864-49.4 µg/kg) f’irġiel anzjani b’saħħithom, kienet ta’ 35-50 ml/siegħa/kg.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment renali

Ma saru l-ebda studji farmakokinetiċi f’pazjenti li kellhom indeboliment renali. Minn 20-30% biss tad- doża mogħtija ta’ degarelix titneħħa mhux mibdula mill-kliewi. Analiżi dwar il-farmakokinetika tal-popolazzjoni tad-dejta minn studju konfermatorju ta’ Fażi III wriet li t-tneħħija ta’ degarelix f’pazjenti b’indeboliment renali minn ħafif sa moderat titnaqqas b’madwar 23%; għalhekk, l-aġġustament fid-doża f’pazjenti b’indeboliment renali ħafif jew moderat mhuwiex rakkomandat. Dejta fuq pazjenti b’indeboliment renali sever hi skarsa u għalhekk il-kawtela hija meħtieġa f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti.

Pazjenti b’indeboliment epatiku

Degarelix kien investigat fi studju farmakokinetiku f’pazjenti b’indeboliment epatiku li kien minn ħafif sa moderat. Ma kienu osservati l-ebda sinjali ta’ żieda fl-esponiment f’persuni li kellhom indeboliment epatiku meta mqabbel ma’ persuni b’saħħithom. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-dożaġġ għal pazjenti li għandhom indeboliment epatiku ħafif jew moderat. Pazjenti li jkollhom disfunzjoni epatika severa ma kinux studjati u għalhekk hu rakkomandat li tintuża l-kawtela f’dan il-grupp.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji dwar ir-riproduzzjoni fl-annimali wrew li degarelix ikkawża l-infertilità f’annimali rġiel. Dan hu minħabba l-effett farmakoloġiku; u l-effett kien riversibbli.

Fi studji dwar it-tossiċità tar-riproduzzjoni fin-nisa, degarelix żvela sejbiet mistennija mit-tagħrif farmakoloġiku. Hu kkawża titwil, li kien dipendenti fuq id-dożaġġ, taż-żmien għat-tgħammir u t-tqala, tnaqqis fin-numru ta’ corpora lutea, u żieda fin-numru ta’ telf ta’ qabel u wara l-impjantazzjoni, aborti, imwiet bikrija tal-embriju/tal-fetu, twelidijiet prematuri u fit-tul tal-ħin tal-ħlas.

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, u riskju ta’ kanċer, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Kemm studji in vitro kif ukoll in vivo ma wrew l-ebda sinjali ta’ titwil tal-QT.

L-ebda tossiċità tal-organu fil-mira ma kienet osservata minn studji dwar tossiċità akuta, sottoakuta u kronika fuq firien u xadini wara l-għoti taħt il-ġilda ta’ degarelix. Irritazzjoni lokali marbuta mal-mediċina kienet osservata fl-annimali meta degarelix ingħata taħt il-ġilda f’dożi qawwija.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Trab

Mannitol (E421)

Solvent

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2 Inkompatibbilitajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

Wara r-rikostituzzjoni

L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet li ddum sagħtejn f’temperatura ta’ 25ºC. Mill-aspett mikrobijoloġiku, ħlief jekk il-metodu tar-rikostituzzjoni jipprekludi r-riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobjali, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna u l- kundizzjonijiet waqt l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min jagħmel użu minnu.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjetti tal-ħġieġ (tat-Tip I), b’tapp tal- -bromobutyl u siġill tal-aluminju li jinfetaħ b’saba’ wieħed li fih 120 mg trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Siringi tal-ħġieġ (tip I) mimlija għal-lest b’tapp planġer tal-elastomer, għatu tat-tarf u marka ta’ linja fi 3 ml li fihom 3 ml ta’ solvent

Lasti tal-planġer

Adapters tal-kunjett

Labriet għall-injezzjoni (25G 0.5 x 25 mm)

Daqs tal-pakkett

Daqs ta’ pakkett ta’ 2 trejs li jkun fih 2 kunjetti bit-trab, 2 siringa mimlija għal-lest bis-solvent, 2 lasti tal- planġer, 2 adapters tal-kunjett u 2 labriet.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-istruzzjonijiet għar-rikostituzzjoni għandhom jiġu segwiti b’kawtela.

L-għoti ta’ konċentrazzjonijiet oħrajn mhuwiex rakkomandat minħabba li l-formazzjoni tal-ġell depot jiġi influwenzat mill-konċentrazzjoni. Is-soluzzjoni rikostitwita għandha tkun likwidu ċar, li ma jkollux materjal mhux maħlul.

NOTA:

IL-KUNJETTI M’GĦANDHOMX JITĦAWDU

Il-pakkett fih żewġ kunjetti bit-trab u żewġ siringi mimlija għal-lest bis-solvent li jridu jiġu ppreparati għal injezzjoni taħt il-ġilda. Għaldaqstant, il-proċedura deskritta hawn taħt jeħtieġ li tiġi rripetuta għat-tieni darba.

1. Neħħi l-għatu mill-pakkett tal-adapters tal-kunjett.

Waħħal l-adapter mal-kunjett bit-trab billi tagħfas l-adapter ’l isfel sakemm il -ponta tippenetra ġot- tapp tal-lastku u l-adapter jikklikkja f’postu.

2. Ipprepara

s-siringa mimlija għal-lest billi twaħħal il-lasta tal-planġer.

3. Neħħi l-għatu tas-siringa mimlija għal-lest.

Waħħal is-siringa mal-kunjett bit-trab billi ddawwarha u tissikkaha fuq l-adapter.

Ittrasferixxi s-solvent kollu fil-kunjett bit-trab.

4. Bis-siringa li tkun għadha mwaħħla mal - adapter, dawwar bil-mod ħafna sakemm il-likwidu jidher ċar u mingħajr trab jew frak mhux maħlul. F’każ li t-trab jeħel mal-kunjett fuq il-wiċċ tal- likwidu, il-kunjett jista’ jitmejjel ftit. Iċċaqalqux bis- saħħa biex tevita l-formazzjoni tar-ragħwa.

Ċirku ta’ bżieżaq żgħar tal-arja fuq il-wiċċ tal- likwidu hu aċċettabbli. Il-proċedura tar- rikostituzzjoni normalment tieħu ftit minuti, iżda tista’ tieħu, sa 15-il minuta f’xi każijiet.

5. Aqleb il-kunjett ta’ taħt fuq u iġbed sal-marka tal- linja fuq is-siringa għall-injezzjoni.

Dejjem aċċerta ruħek li tiġbed il-volum preċiż u li taġġusta għal kwalunkwe bżieżaq tal-arja.

6. s-siringa

Aqla’ minn mal-adapter tal-kunjett u waħħal il-labra mas-siringa għal injezzjoni profonda taħt il-ġilda.

7. Wettaq injezzjoni profonda taħt il-ġilda. Biex tagħmel dan, aqbad il-ġilda tal-addome, u erfa’ t- tessut ta’ taħt il-ġilda u daħħal il-labra fil-fond f’angolu ta’ mhux inqas minn 45 grad.

Injetta 3 ml ta’ FIRMAGON 120 mg bil-mod, immedjatament wara r-rikostituzzjoni.

8. il-pazjentM’għandhomx jingħataw injezzjonijiet f’żoni fejn se jkun espost għal pressjoni, eż. madwar iċ-ċintorin jew fid-dawra tal-qadd jew qrib il-kustilji.

Tinjettax direttament ġo vina. Iġbed lura l-planġer bil-mod biex tiċċekkja jekk jinġibidx xi demm. Jekk jidher xi demm fis-siringa, il-prodott mediċinali ma jistax jintuża aktar. Waqqaf il-proċedura u armi s-siringa u l-labra (irrikostitwixxi doża ġdida għall-pazjent).

9. l-proċedura

Irrepeti tar-rikostituzzjoni għat-tieni doża. Agħżel post differenti fejn tagħti l- injezzjoni u injetta 3 ml.

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Ferring Pharmaceuticals A/S Kay Fiskers Plads 11 DK-2300 Copenhagen S Id-Danimarka

Tel: +45 88 33 88 34

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/08/504/002

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 17/02/2009

Data tal-aħħar tiġdid: 19/09/2013

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

{JJ/XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati