Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Foscan (temoporfin) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XD05

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFoscan
Kodiċi ATCL01XD05
Sustanzatemoporfin
ManifatturBiolitec Pharma Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Foscan 1 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni

Temoporfin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Foscan u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Foscan

3.Kif għandek tuża Foscan

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Foscan

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Foscan u għalxiex jintuża

Is-sustanza attiva f’Foscan hi temoporfin.

Foscan huwa, mediċina porfirina fotosensitizzanti li żżid is-sensittività tiegħek għad-dawl u li tiġi attivata permezz ta’ dawl minn laser f’kura msejħa terapija fotodinamika.

Foscan jintuża għat-trattament ta’ kanċer tar-ras u tal-għonq f’pazjenti li ma jistgħux jiġu ttrattati b’terapiji oħra.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tuża Foscan

Tużax Foscan

-jekk inti allerġiku għal temoporfin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-jekk tbati minn sensittività eċċessiva (allerġija) għal porphyrins

-jekk għandek porfirja jew mard ieħor li jista' jiggrava bid-dawl

-jekk it-tumur li qed jiġi kkurat jgħaddi minn xi vina/arterja prinċipali

-jekk se tagħmel xi operazzjoni fi żmiem 30 ġurnata

-jekk għandek mard f’għajnejk li jeħtieġ li jiġi eżaminat b’dawl qawwi fit-30 ġurnata li jmiss

-jekk diġà qed tiġi kkurat permezz ta’ sustanza fotosensitizzanti

Twissijiet u prekawzjonijiet

Foscan se jagħmlek sensittiv għad-dawl għal madwar 15-il ġurnata wara l-injezzjoni. Dan ifisser li dawl normali tax-xemx jew dawl qawwi ta’ ġewwa jista’ jaħraqlek il-ġilda. Biex dan ma jiġrix, int għandek issegwi b'attenzjoni l-istruzzjonijiet għall-espożizzjoni gradwali biex iżżid il-livelli tad-dawl ta’ ġewwa matul l-ewwel ġimgħa u dawl fid-dell ta' barra matul it-tieni

ġimgħa ta’ wara l-kura (jekk jogħġbok ara t-tabella fl-aħħar ta’ dan il-fuljett).

Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek dwar dan qabel ma tmur id-dar wara li tkun ġejt injettat b’Foscan.

Kremi li jipproteġu l-ġilda mix-xemx mhux se jevitaw din is-sensittività.

Bil-mod il-mod, issir inqas sensittiv għad-dawl. Normalment, il-persuni jistgħu jerġgħu lura għad-dawl normali ta’ barra wara 15-il ġurnata.

M'għandekx tħalli lil tekniku jew lil speċjalista tal-għajnejn jeżaminalek għajnejk b’dawl qawwi, għal 30 jum wara injezzjoni b'Foscan.

M’għandekx tuża sodod tax-xemx tal-UV jew toqgħod tixxemmex sa 3 xhur wara injezzjoni b’Foscan.

Għal 6 xhur wara l-għoti tat-terapija ta’ FOSCAN tikxifx is-sit ta’ l-injezzjoni għax-xemx għal żmien twil. Bħala miżura ta’ prekawzjoni, jekk xi attività fuq barra hija ppjanata għal tul ta’ ħin, id-driegħ injettat għandu jiġi protett billi tilbes ilbies b’komma twila kkulurita.

It-tabella ta’ struzzjonijiet tgħidlek x’għandek tagħmel biex tevita l-ħruq tal-ġilda. Għandek issegwi dawn l-istruzzjonijiet b’attenzjoni.

Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infirmiera tiegħek jekk m’intix ċert dwar xi ħaġa.

Ħin wara

X’għandi nagħmel biex nevita l-ħruq tal-ġilda?

l-Injezzjoni ta’

 

Foscan

 

L-1 Ġurnata (0-

Ibqa’ ġewwa f’kamra mudlama. Żomm il-purtieri magħluqin u uża bozoz ta’ 60

24 siegħa)

W jew anqas.

 

Evita l-espożizzjoni diretta għad-dawl tax-xemx.

 

 

2-7 Ġurnata

Int tista’ ftit ftit tirritorna għad-dawl normali fuq ġewwa. Ftakar li għandek

 

tevita dawl tax-xemx dirett mit-tieqa jew dawl dirett minn tagħmir tad-dar

 

bħal lampi tal-qari. Tista’ tara t-televiżjoni.

 

Tista’ toħroġ mid-dar wara li tinżel ix-xemx.

 

Jekk ikun assolutament meħtieġ li toħroġ barra matul il-ħin tad-dawl tax-xemx,

 

għandek toqgħod attent li tgħatti l-ġilda tiegħek kollha inklużi wiċċek u idejk

 

u ilbes nuċċali skur.

 

It-tip ta’ ħwejjeġ li għandek tilbes jinkludu:

 

Kappell bil-faldi wiesa’: għar-ras, għonq, imnieħer u widnejn

 

Xalla: għar-ras u l-għonq

 

Nuċċali tax-xemx b’pannelli tal-ġenb: għall-għajnejn u l-ġilda ta’

 

madwar l-għajnejn

 

Flokk tal-komma twila: għall-parti ta’ fuq tal-ġisem/dirgħajn

 

Qalziet twil: għall-parti t’isfel tal-ġisem/riġlejn

 

Ingwanti: għall-idejn, polz u swaba

 

Kalzetti: għas-saqajn u l-għekiesi

 

Żarbun magħluq: għas-saqajn

 

Tilbisx ħwejjeġ ħfief ħafna, għaliex ma jħarsukx mid-dawl qawwi.

 

Ilbes ħwejjeġ skuri, minsuġin tajjeb.

 

Jekk tesponi ruħek għad-dawl bi żball, tista’ tħoss il-ġilda tniggeż jew

 

taħraq. Oħroġ mid-dawl

immedjatament.

 

Għajnejk jistgħu jkunu sensittivi ħafna għad-dawl qawwi matul din il-ġimgħa.

 

Jista’ jkollok uġigħ f’għajnejk jew uġigħ ta’ ras meta tixgħel id-dawl. Jekk

 

ikollok din il-problema, ilbes nuċċali skur.

 

 

8-14 Ġurnata

Issa tista’ tibda toħroġ barra matul il-ħin tad-dawl tax-xemx. Ibqa’ f’żoni dellin

 

jew oħroġ meta jkun imsaħħab. Ibqa’ ilbes ħwejjeġ skuri u li huma minsuġin

 

tajjeb.

 

 

Mat-8 ġurnata ibda oħroġ barra għal 10-15-il minuta. Jekk ma tara l-ebda ħmura sa l-24 siegħa li jmiss, tista’ gradwalment iżżid il-ħin tiegħek barra matul il- ġimgħa.

Evita d-dawl tax-xemx dirett jew dawl qawwi ta’ ġewwa. Ibqa’ fid-dell.

15-il Ġurnata `l Is-sensittività tiegħek għad-dawl qegħda tirritorna lura għan-normal. quddiem

Għandek tivverifika dan b’attenzjoni billi tesponi n-naħa ta’ wara ta’ idejk għax-xemx għal 5 minuti. Agħti 24 siegħa ċans biex tara jekk hemmx xi ħmura. Jekk hemm il-ħmura, għandek tevita d-dawl tax-xemx dirett għal 24 siegħa oħra. Wara, tista’ tirrepeti din il-prova.

Jekk m’hemmx ħmura, tista’ tibda żżid bil-mod l-espożizzjoni tiegħek għax- xemx ġurnata b’ġurnata. Għall-ewwel darba, tibqax aktar minn 15-il minuta fid-dawl tax-xemx. Il-parti l-kbira tan-nies jerġgħu lura għar-rutina normali wara madwar 22 ġurnata.

Fl-ewwel ġurnata wara l-prova fuq il-ġilda, tista’ tibqa fid-dawl tax-xemx dirett għal 15-il minuta. Tista’ żżid l-espożizzjoni tiegħek bi 15-il minuta kuljum, i.e. it-tieni ġurnata 30 minuta, it-tielet ġurnata 45 minuta, ir-raba’ ġurnata 60 minuta, u tibqa’ sejjer hekk. Jekk fi kwalunkwe mument tinnota xi tingiż jew ħruq jew tara ħmura fuq il-ġilda wara l-espożizzjoni għax-xemx, agħti ċans li din titlaq qabel ma terġa tesponi l-ġilda tiegħek għad-dawl għal dan it-tul ta’ ħin għal darba oħra.

Għal 30 ġurnata wara l-kura b’Foscan evita li tagħmel testijiet ta’ l-għajnejn li jużaw dawl qawwi. Għal 3 xhur wara l-kura b' Foscan, evita li tixxemmex b’soddod tal-UV. Tixxemmix.

Għal 6 xhur wara l-għoti tat-terapija ta’ FOSCAN evita l-espożizzjoni prolongata diretta tas-sit ta’ l-injezzjoni għax-xemx. Bħala miżura ta’ prekawzjoni, jekk xi attività fuq barra hija ppjanata għal tul ta’ ħin, id-driegħ injettat għandu jiġi protett billi tilbes ilbies b’komma twila kkulurita.

Mediċini oħra u Foscan

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

Tqala u treddigħ

Int għandek tevita li toħroġ tqila sa 3 xhur wara l-kura b’Foscan.

Itlob għall-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina jekk inti tqila.

Treddax għal ta' l-anqas xahar wara l-injezzjoni.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-ammont ta’ alkoħol f’din il-mediċina jista’ jimpedixxi l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni għal ftit sigħat wara l-injezzjoni.

Mhux irrakkomandat li ssuq u tħaddem magni għall-ewwel 15-il ġurnata ta’ wara l-injezzjoni ta’ Foscan, minħabba r-restrizzjonijiet tal-espożizzjoni rrakkomandata għad-dawl.

Foscan fih ethanol (alkoħol):

48% tal-piż tal-prodott huwa ethanol (alkoħol), i.e sa 4,2 g kull doża, li hu ekwivalenti għal 84 ml ta’ birra, 35 ml ta’ inbid kull doża. Dan il-prodott hu ta’ ħsara wkoll għal dawk li jbatu mill-alkoħoliżmu. Nisa tqal jew nisa qed ireddgħu, it-tfal u dawk il-gruppi li jinsabu f’riskju għoli bħal pazjenti b’mard tal-fwied u epilessija, huma wkoll f’riskju.

L-ammont ta’ alkoħol f’dan il-prodott jista’ jibdel l-effetti ta’ mediċini oħra.

3.Kif għandek tuża Foscan

It-tabib jew l-infirmiera tiegħek se jagħtuk Foscan b’injezzjoni bil-mod ġol-vina li ser tieħu madwar 6 minuti.

Erbat ijiem wara l-injezzjoni, it-tabib tiegħek se jittrattalek il-kanċer bid-dawl tal-laser. It-tabib tiegħek se jgħatti t-tessut normali li jkun madwar il-kanċer tiegħek u mbagħad se jiddi d-dawl tal-laser direttament fuq il-kanċer għal madwar 5 minuti. Id-dawl tal-laser ma jkunx jaħraq u mhux se jaħraq il-ġilda.

Jekk tingħata aktar Foscan milli suppost

Tista’ ma tingħatax il-kura bil-laser.

Tista’ tkun sensittiv għal dawl għal aktar minn 15-il ġurnata.

Għandek issegwi b'attenzjoni l-istruzzjonijiet biex tevita l-ħruq tal-ġilda.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Foscan jista’ jikkawża effetti sekondarji.

Kull min jieħu Foscan se jkun sensittiv għad-dawl għal madwar 15-il ġurnata wara l-injezzjoni.

Int għandek issegwi l-istruzzjonijiet mogħtija lilek biex tevita d-dawl tax-xemx u d-dawl qawwi ta’ ġewwa.

Dawn l-istruzzjonijiet huma miktuba f’dan il-fuljett. It-tabib tiegħek se jgħidlek ukoll x’għandek tagħmel.

Jekk ma ssegwix dawn l-istruzzjonijiet jista’ jkollok ħruq qawwi tax-xemx li jwassal għal marki permanenti.

Il-biċċa l-kbira mill-effetti sekondarji relatati ma’ terapija fotodinamika huma effetti lokali li jidhru bħala konsegwenza tal-attivazzjoni ta’ Foscan bil-laser. Inti tista’ tħoss l-uġigħ wara l-kura bil-laser. Dan l-uġigħ se jiġi kkontrollat permezz ta’ mediċini li jtaffu l-uġigħ. Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk ikollok uġigħ jew jekk il-mediċini li jtaffu l-uġigħ ma jkunux qed jaħdmu. Flimkien ma’ dan, inti probabbilment se tinnota nefħa u ħmura madwar iż-żona li tkun ġiet ikkurata. Inti tista’ tingħata xi mediċina biex tnaqqas in-nefħa. Wara minn jumejn sa erbat ijiem, iż-żona kkurata se ssir sewda. Dan il-kulur iswed hu kkawżat minn ċelluli tal-kanċer mejtin (nekrożi). Foscan jista’ wkoll jagħmel ħsara lit-tessut li jkun madwar it-tumur.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 f’10 persuni):

Tista’ tħoss xi wġigħ meta jiġi injettat Foscan.

Wara l-kura bil-laser, tista’ tħoss uġigħ fiż-żona kkurata, eż. uġigħ f’wiċċek jew uġigħ ta’ ras.

Jista’ jkun hemm ukoll ħruġ ta’ demm, ulċeri, nefħa fiż-żona kkurata bħal nefħa tal-wiċċ jew tal-ilsien, u ċikatriċi.

Jista’ jkollok l-istitikezza.

Dawn l-effetti jistgħu jagħmluha diffiċli biex tiekol u tixrob.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 f’10 persuni):

Jista’ jkun hemm xi irritazzjoni, sensazzjoni ta’ ħruq jew ħsara lill-ġilda fejn ġie injettat Foscan, imma dan ma jdumx wisq.

Jista’ wkoll ikollok ulċeri, infafet, ħmura tal-ġilda, jew il-ġilda tiskura.

Rimettar

Deni

Nawseja

Anemija

Sensittività għad-dawl

Ħruq mix-xemx

Ħruq

Diffikultà biex tibla’

Mejt

Jista’ jkun hemm nefħa jew inti jista’ jkollok ebusija fix-xedaq. Xi nies jista’ jkollhom infezzjoni fiż-żona kkurata, eż. infjammazzjoni tal-gerżuma jew tal-ħalq.

Avvenimenti li jseħħu bi frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli):

Imblukkar tal-passaġġ tan-nifs bħala konsegwenza ta’ nefħa fiż-żona kkurata

Fistula fiż-żona kkurata

Sepsis

Tiċrit tal-vina

Effetti sekondarji serji bħal infjammazzjoni tal-kanal tal-bila jew tal-marrara, axxess tal-fwied jew perforazzjoni fiż-żona kkurata, ġew irrappurtati meta l-mediċini ntużaw f’kanċer li ma kienx fir-ras u fl-għonq. Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Foscan

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Foscan jinħażen fl-ispiżerija ta’ l-isptar. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25 C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl. Ġaladarba titneħħa mill-pakkett tagħha, din il- mediċina trid tintuża immedjatament.

Kull kunjett jirrappreżenta doża waħda u kwalunkwe mediċina mhux użata trid tintrema.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Foscan

-Is-sustanza attiva hi temoporfin. Kull ml fih 1 mg ta’ temoporfin.

-Is-sustanzi l-oħra huma ethanol (E1510) u propylene glycol (E1520).

Kif jidher Foscan u l-kontenut tal-pakkett

Is-soluzzjoni għall-injezzjoni Foscan hija soluzzjoni vjola skura f’kunjett tal-ħġieġ ambra, li jkun fih 1 ml, 3 ml jew 6 ml ta’ soluzzjoni.

Kull pakkett fih kunjett tal-ħġieġ wieħed u filtru.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

biolitec Pharma Ltd. Otto-Schott-Str. 15 07745 Jena Il-Ġermanja

Telefon: +49 3641 5195330 Fax: +49 3641 5195331

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku

FOSCAN 1 mg/ml Soluzzjoni għall-Injezzjoni

Temoporfin

1. IL-KONTENUT

TAL-PAKKETT

Is-sustanza attiva hi temoporfin. Kull ml ta’ soluzzjoni fiha 1 mg ta’ temoforin. Is-sustanzi mhux attivi huma ethanol mhux idrat u Ppropylene glycol. Jingħata wkoll filtru li jeħel mas-siringa u mal-kannula b’Luer lock.

Kull pakkett jipprovdi 1 kunjett li jkun fih 1 ml, 3 ml jew 6 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni.

Kull kunjett fih doża waħda u kull soluzzjoni mhux użata għandha tintrema.

2. KALKULAZZJONI

TAD-DOŻA

Ikkalkula d-doża meħtieġa ta’ Foscan skont il-piż tal-pazjent. Id-doża hi ta’ 0.15 mg/kg piż tal-ġisem.

3. L-GĦOTI

TA’ FOSCAN (96 siegħa qabel l-illuminazzjoni bil-laser tas-sit li qed jiġi ikkurat)

Foscan għandu jingħata permezz ta’ kannula f’vina qrib tar-riġel/driegħ, preferibbilment fil-fossa antekubitali. Il-kondizzjoni tal-kannula mqegħda għandha tkun eżaminata qabel kull injezzjoni.

Il-kulur vjola skur tas-soluzzjoni, flimkien mal-kunjett kulur ambra, ma jippermettix kontroll viżwali għal xi frak. Għalhekk, għandu jintuża filtru fis-sistema bħala miżura ta’ prekawzjoni u dan issibu fil- pakkett.

Iġbed il-kontenut kollu tal-kunjett li fih Foscan f’siringa u neħħi l-arja (stampa 1).

Stampa 1

Waħħal il-filtru mas-siringa (Stampa 2).

Stampa 2

Agħfas il-planġer tas-siringa biex timla l-ispazju vojt kollu fi ħdan il-filtru. Kompli agħfas il-planġer biex tneħħi l-ammont żejjed ta’ Foscan sakemm il-volum meħtieġ jibqa’ fis-siringa, li jippermetti ammont suffiċjenti biex ikopri l-ispazju vojt fil-kannula ta’ ġewwa l-vina (Stampa 3).

Stampa 3

Waħħal is-siringa u l-filtru mal-kannula. Agħti d-doża meħtieġa ta’ Foscan b’injezzjoni bil-mod ġol- vina, fuq medda ta’ mhux anqas minn 6 minuti (Stampa 4).

Stampa 4

Neħħi l-kannula minn ġol-vina immedjatament wara l-injezzjoni. TLAĦLAĦX b’soluzzjonijiet akweji bħal soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9 %) sodium chloride jew ilma għall-injezzjonijiet.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex tevita li joħroġ xi likwidu fis-sit ta’ l-injezzjoni. Jekk dan jiġri, ipproteġi din il-parti mid-dawl għal mill-anqas 3 xhur. M’hemm l-ebda benefiċċju magħruf mill- injezzjoni ta’ xi sustanza oħra fis-sit fejn ħareġ il-likwidu.

Foscan hu fotosensittiv. Hekk kif jitneħħa mill-kaxxa tiegħu għandu jingħata immedjatament. Meta ma jistax jingħata mill-ewwel, is-soluzzjoni għandha tkun protetta mid-dawl.

4. ILLUMINAZZJONI

BIL-LASER TAS-SIT TAL-KURA

Jekk jogħġbok irreferi għall-manwal għall-użu tal-laser, u għall-fuljett ta’ tagħrif tal-mikrolens tal-fibra ottika.

96 siegħa wara l-għoti ta’ Foscan, is-sit tal-kura għandu jkun illuminat bid-dawl ta' 652 nm minn sors ta’ laser approvat. Id-dawl għandu jasal fuq il-wiċċ kollu tat-tumur permezz ta’ mikrolens tal-fibra ottika, approvat. Kull meta jkun possibli, il-parti lluminata għandha taqbeż il-marġini tat-tumur b’distanza ta’ 0.5 ċm.

Id-dawl għandu jingħata għal mhux anqas minn 90 siegħa u mhux aktar minn 110 sigħat wara li tingħata l-injezzjoni ta’ Foscan.

Id-doża ta’ dawl mitfugħ hi ta’ 20 J/ċm2, imwassla permezz tal-mikrolens tal-fibra ottika b’moviment ċirkolari fil-wiċċ tat-tumur b’irridazzjoni ta’ 100 mW/ċm2 fil-wiċċ tat-tumur, li jimplika ħin ta’ illuminazzjoni ta’ madwar 200 sekonda.

Kull parti għandha tiġi lluminata darba biss matul kull trattament. Jistgħu jiġu illuminati aktar minn parti waħda li ma jmissux ma’ xulxin. Għandha tingħata attenzjoni biex ikun assigurat li l-ebda parti ta' tessut ma’ jirċievi aktar mid-doża ta’ dawl speċifikat. It-tessut li ma jridx jintlaqat għandu jitgħatta kompletament sabiex jiġi evitat il-fotoattivazzjoni mit-tifrix jew riflessjoni tad-dawl.

5. INFORMAZZJONI DWAR

IS-SIGURTÀ

Foscan mhux irritanti.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati