Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Gardasil 9 (human papillomavirus vaccine [types...) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J07BM

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaGardasil 9
Kodiċi ATCJ07BM
Sustanzahuman papillomavirus vaccine [types 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, 58] (recombinant, adsorbed)
ManifatturSanofi Pasteur MSD

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni.

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest.

Vaċċin b’9 tipi ta’ Papillomavirus Uman (Rikombinanti, adsorbit)

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Doża waħda (0.5 ml) fiha madwar:

 

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 6 proteina L12,3

30 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 11 proteina L12,3

40 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 16 proteina L12,3

60 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 18 proteina L12,3

40 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 31 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 33 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 45 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 52 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 58 proteina L12,3

20 mikrogramma

1Papillomavirus Uman = HPV.

2 Proteina L1 f’għamla ta’ partiċelli qishom virus magħmula f’ċelluli tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae CANADE 3C-5 (Razza 1895)) permezz ta’ teknoloġija rikombinanti tad-DNA. 3Adsorbit fuq aluminium hydroxyphosphate sulphate amorfu awżiljari (0.5 milligrammi Al).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni għall-injezzjoni.

Suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest.

Likwidu ċar bi preċipitat abjad.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Gardasil 9 huwa indikat għal tilqim attiv ta’ individwi mill-età ta’ 9 snin kontra l-mard ta’ HPV li ġej:

Leżjonijiet qabel isiru malinni u kanċers li jaffettwaw l-għonq tal-utru, il-vulva, il-vaġina u l- anus ikkawżati mit-tipi ta’ HPV tal-vaċċin

Felul ġenitali (Condyloma acuminata) ikkawżati minn tipi speċifiċi ta’ HPV.

Ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1 għal informazzjoni importanti dwar id-dejta li ssostni dawn l- indikazzjonijiet.

L-użu ta’ Gardasil 9 għandu jkun skont ir-rakkomandazzjonijiet uffiċjali.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Individwi li jkollhom minn 9 snin sa u inkluż 14-il sena meta tingħata l-ewwel injezzjoni

Gardasil 9 jista’ jingħata skont skeda ta’ 2 dożi (ara sezzjoni 5.1). It-tieni doża għandha tingħata bejn 5 xhur u 13-il xahar wara l-ewwel doża. Jekk it-tieni doża tal-vaċċin tingħata qabel 5 xhur wara l- ewwel doża, għandha dejjem tingħata t-tielet doża.

Gardasil 9 jista’ jingħata skont skeda ta’ 3 dożi (0, 2, 6 xhur). It-tieni doża għandha tingħata mill- anqas xahar wara l-ewwel doża u t-tielet doża għandha tingħata mill-anqas 3 xhur wara t-tieni doża. It- tliet dożi għandhom jingħataw fi żmien sena.

Individwi li jkollhom 15-il sena u aktar meta tingħata l-ewwel injezzjoni

Gardasil 9 għandu jingħata skont skeda ta’ 3 dożi (0, 2, 6 xhur).

It-tieni doża għandha tingħata mill-inqas xahar wara l-ewwel doża u t-tielet doża għandha tingħata mill-inqas 3 xhur wara t-tieni doża. It-tliet dożi għandhom jingħataw fi żmien sena.

L-użu ta’ Gardasil 9 għandu jsir skont ir-rakkomandazzjonijiet uffiċjali.

Huwa rakkomandat li individwi li jirċievu l-ewwel doża ta’ Gardasil 9 itemmu l-kors ta’ tilqim b’Gardasil 9 (ara sezzjoni 4.4).

Il-ħtieġa ta’ doża ta’ rinforz ma ġietx determinata.

Ma sarux studji li jużaw skeda mħallta (tibdel wieħed ma’ ieħor) ta’ vaċċini ta’ HPV għal Gardasil 9.

Individwi li kienu diġà tlaqqmu bi skeda ta’ 3 dożi ta’ vaċċin li kien fih erba’ tipi ta’ HPV – it-tipi 6, 11, 16, u 18 (Gardasil jew Silgard), li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ vaċċin qHPV (quadrivalent- fih erba’ tipi), jistgħu jirċievu 3 dożi ta’ Gardasil 9 (ara sezzjoni 5.1).

Popolazzjoni pedjatrika (tfal b’età <9 snin)

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Gardasil 9 fit-tfal taħt l-età ta’ 9 snin ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli (ara sezzjoni 5.1).

Popolazzjoni ta’ nisa b’età ≥ 27 sena

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Gardasil 9 f’nisa b’età ta’ 27 sena jew aktar ma ġewx studjati (ara sezzjoni 5.1).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-vaċċin għandu jingħata permezz ta’ injezzjoni ġol-muskoli. Is-sit ippreferut huwa ż-żona tad-deltojd fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ jew iż-żona anterolaterali ta’ fuq tal-koxxa.

Gardasil 9 m’għandux jiġi injettat ġol-kanali tad-demm, taħt il-ġilda jew minn ġol-ġilda. Il-vaċċin m’għandux jitħallat fl-istess siringa ma’ kwalunkwe vaċċin jew soluzzjoni oħra.

Għal struzzjonijiet dwar l-immaniġġjar tal-vaċċin qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanzi attivi jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Individwi li żviluppaw sensittività eċċessiva wara li kienu ngħataw Gardasil 9 jew Gardasil/Silgard m’għandhomx jirċievu Gardasil 9.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Meta tittieħed deċiżjoni li individwu jitlaqqam wieħed għandu jqis ir-riskju ta’ esponiment għal HPV qabel u l-benefiċċju li jista’ jieħu mit-tilqim.

Bħat-tilqim kollu li jingħata b’injezzjoni, kura medika xierqa u superviżjoni għandhom ikunu dejjem disponibbli immedjatament f’każ ta’ reazzjonijiet anafilattiċi rari wara l-għoti tal-vaċċin.

Sinkope (ħass ħażin), xi drabi assoċjat ma’ waqgħa, jista’ jseħħ wara, jew saħansitra qabel, kwalunkwe tilqim, speċjalment fl-adolexxenti bħala rispons psikoġeniku għal-labra tal-injezzjoni. Dan jista’ jiġri flimkien ma’ diversi sinjali newroloġiċi bħal disturb temporanju fil-vista, paresteżija u ċaqliq toniku-kloniku tar-riġlejn u d-dirgħajn waqt l-irkupru. Għalhekk, il-persuni li jitlaqqmu għandhom jiġu osservati għal madwar 15-il minuta wara t-tilqim. Huwa importanti li jkun hemm proċeduri biex jiġi evitat korriment ikkawżat minn ħass ħażin.

It-tilqim għandu jiġi pospost f’individwi li jkunu qed ibatu minn mard akut b’deni qawwi. Madankollu, meta jkun hemm xi infezzjoni żgħira, bħal infezzjoni ħafifa fin-naħa ta’ fuq tal-apparat tan-nifs jew deni mhux qawwi, dan m’għandux ikun ta’ kontraindikazzjoni għall-immunizzazzjoni.

Bħal b’kull vaċċin ieħor, tilqim b’Gardasil 9 jista’ ma jwassalx għal protezzjoni f’kull min jingħata l- vaċċin.

Il-vaċċin jipproteġi biss kontra l-mard ikkawżat mit-tipi tal-HPV li għalihom qiegħed il-vaċċin (ara sezzjoni 5.1). Għaldaqstant, għandhom ikomplu jittieħdu prekawzjonijiet xierqa kontra mard li jixtered mis-sess.

Il-vaċċin qiegħed għal użu profilattiku biss u m’għandu l-ebda effett fuq infezzjonijiet attivi ta’ HPV jew fuq mard kliniku stabbilit. Ma ntweriex li l-vaċċin għandu effett terapewtiku. Għalhekk, il-vaċċin mhuwiex indikat għall-kura ta’ kanċer tal-għonq tal-utru, tal-vulva, tal-vaġina u tal-anus, leżjonijiet displastiċi ta’ grad għoli tal-għonq tal-utru, tal-vulva, tal-vaġina u tal-anus jew felul ġenitali. Ukoll, mhuwiex maħsub biex jevita l-progressjoni ta’ leżjonijiet stabbiliti oħra marbuta mal-HPV.

Gardasil 9 ma jevitax leżjonijiet ikkawżati mit-tip ta’ HPV tal-vaċċin f’individwi li jkunu infettati b’dak it-tip ta’ HPV meta jieħdu t-tilqima (ara sezzjoni 5.1).

It-tilqim ma jiħux post l-eżami ta’ rutina tal-għonq tal-utru. Minħabba li l-ebda tilqima ma hija effettiva 100% u Gardasil 9 ma jipprovdix protezzjoni kontra kull tip ta’ HPV, jew kontra infezzjonijiet b’HPV li jkunu preżenti meta tittieħed it-tilqima, l-eżami ta’ rutina tal-għonq tal-utru jibqa’ importanti ħafna u għandu jsegwi r-rakkomandazzjonijiet lokali.

Ma teżistix dejta dwar l-użu ta’ Gardasil 9 f’individwi b’indeboliment fir-rispons immuni. Is-sigurtà u l-immunoġeniċità ta’ vaċċin qHPV ġew ivvalutati f’individwi b’età minn 7 snin sa 12-il sena magħrufa li kienu infettati bil-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV - human immunodeficiency virus) (ara sezzjoni 5.1).

Individwi b’indeboliment fir-rispons immuni, ikkawżat minn użu ta’ terapija immunosoppressiva qawwija, difett ġenetiku, infezzjoni bil-Virus tal-Immunodefiċjenza Umana (HIV), jew inkella minħabba kawżi oħra, jistgħu ma jirrispondux għall-vaċċin.

Il-vaċċin għandu jingħata b’attenzjoni lill-individwi bi tromboċitopenija jew kwalunkwe disturb tal- koagulazzjoni minħabba li f’dawn l-individwi jista’ jseħħ ħruġ tad-demm wara l-għoti ġol-muskoli.

Attwalment għadhom għaddejjin studji ta’ segwitu fit-tul biex jiġi determinat it-tul ta’ żmien tal- protezzjoni. (Ara sezzjoni 5.1).

Ma hemm l-ebda dejta dwar is-sigurtà, l-immunoġeniċità jew l-effikaċja li ssostni li tilqim b’żewġ tipi jew erba’ tipi ta’ HPV jista’ jieħu post il-vaċċin Gardasil 9.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Is-sigurtà u l-immunoġeniċità f’individwi li rċevew immunoglobulina jew prodotti oħra li ġejjin mid- demm fit-3 xhur ta’ qabel it-tilqim ma ġewx studjati fi provi kliniċi.

L-użu ma’ tilqim ieħor

Gardasil 9 jista’ jingħata flimkien ma’ vaċċin ta’ rinforz ikkombinat li fih difterite (d) u tetnu (T) ma’ pertussis [aċellulari, komponent] (ap) u/jew poljomijelite [inattivat] (IPV) (vaċċini dTap, dT-IPV, dTap-IPV) mingħajr l-ebda tfixkil sinifikanti fir-rispons tal-antikorpi għal kwalunkwe wieħed mill- komponenti taż-żewġ vaċċini. Dan huwa bbażat fuq ir-riżultati minn prova klinika li fiha vaċċin dTap- IPV ikkombinat ingħata flimkien mal-ewwel doża ta’ Gardasil 9 (ara sezzjoni 4.8).

L-użu ma’ kontraċettivi tal-ormoni

Fi studji kliniċi, 60.2% tan-nisa b’età minn 16 sa 26 sena li rċevew Gardasil 9 kienu qed jużaw kontraċettivi tal-ormoni waqt il-perjodu ta’ tilqim tal-istudji kliniċi. L-użu ta’ kontraċettivi tal-ormoni ma deherx li affettwa r-risponsi immuni speċifiċi għat-tip għal Gardasil 9.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ammont kbir ta’ dejta dwar l-użu f’nisa tqal (aktar minn 1,000 riżultat ta’ tqala) juri li m’hemm l-ebda effett ta’ formazzjoni difettuża jew effetti tossiċi fil-fetu/tarbija tat-twelid wara l-użu ta’ Gardasil 9 (ara sezzjoni 5.1).

Studji fl-annimali ma jindikawx effetti tossiċi fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Madankollu, din id-dejta mhijiex meqjusa biżżejjed biex ikun irrakkomandat l-użu ta’ Gardasil 9 waqt it-tqala. It-tilqim għandu jiġi pospost sa wara t-tqala (ara sezzjoni 5.1).

Treddigħ

Gardasil 9 jista’ jintuża waqt it-treddigħ.

Total ta’ 92 mara kienu qed ireddgħu waqt il-perjodu ta’ tilqim tal-istudji kliniċi ta’ Gardasil 9. Fl- istudji, l-immunoġeniċità tal-vaċċin kienet komparabbbli bejn nisa’ li kienu qed ireddgħu u dawk li ma reddawx. Barra dan, il-profil ta’ esperjenzi avversi għal nisa li kienu qed ireddgħu kien jixbah lil dak tan-nisa fil-popolazzjoni ta’ sigurtà globali. Ma kien hemm l-ebda esperjenzi avversi serji marbuta mat-tilqima rrappurtati fi tfal li kienu qed jitreddgħu waqt il-perjodu tat-tilqim.

Fertilità

Ma hija disponibbli l-ebda dejta fil-bniedem dwar l-effett ta’ Gardasil 9 fuq il-fertilità. Studji fl- annimali ma jindikawx effetti ta’ ħsara fuq il-fertilità (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Gardasil 9 m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, xi wħud mill-effetti msemmija fis-sezzjoni 4.8 “Effetti mhux mixtieqa” jistgħu jaffettwaw b’mod temporanju l-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

A. Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

F’7 provi kliniċi, l-individwi ngħataw Gardasil 9 fil-jum tar-reġistrazzjoni u madwar xahrejn u 6 xhur wara dan. Is-sigurtà ġiet ivvalutata bl-użu ta’ sorveljanza megħjuna b’biljett ta’ rapport tat-tilqim (VRC - vaccination report card) għal 14-il jum wara kull injezzjoni ta’ Gardasil 9. Total ta’

15,776 individwu (10,495 individwu b’eta minn 16 sa 26 sena u 5,281 adolexxent b’età minn 9 snin sa 15-il sena meta rreġistraw għall-istudju) rċevew Gardasil 9. Ftit mill-individwi (0.1%) waqfu minħabba esperjenzi avversi.

Ir-reazzjonijiet avversi l-aktar komuni li ġew osservati b’Gardasil 9 kienu reazzjonijiet avversi fis-sit tal-injezzjoni (84.8% tal-persuni mlaqqma fi żmien 5 ijiem minn kwalunkwe vista tat-tilqim) u uġigħ ta’ ras (13.2% tal-persuni mlaqqma fi żmien 15-il jum wara kwalunkwe vista tat-tilqim). Dawn ir- reazzjonijiet avversi ġeneralment kienu ħfief jew moderati fl-intensità tagħhom.

B. Reazzjonijiet avversi fil-qosor miġbura f’tabella

Provi Kliniċi

Reazzjonijiet avversi meqjusa li għandhom mill-inqas il-possibbiltà ta’ rabta mat-tilqim ġew ikkategorizzati skont il-frekwenza.

Il-frekwenzi huma rrappurtati bħala:

-Komuni ħafna (≥1/10)

-Komuni (≥1/100 sa <1/10)

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi wara l-għoti ta’ Gardasil 9 li seħħew bi frekwenza ta’ mill-inqas 1.0% minn provi kliniċi

Klassi tas-Sistemi u tal-Organi

Frekwenza

Reazzjonijiet avversi

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna

Uġigħ ta’ ras

Komuni

Sturdament

 

Disturbi gastrointestinali

Komuni

Nawsja

 

Komuni ħafna

Fis-sit tal-injezzjoni: uġigħ, nefħa, eritema

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet

 

 

ta’ mnejn jingħata

Komuni

Deni, għeja,

 

 

Fis-sit tal-injezzjoni: ħakk, tbenġil

 

 

 

Fi prova klinika ta’ 1,053 adolexxent f’saħħithom b’età ta’ 11-15-il sena, l-għoti tal-ewwel doża ta’ Gardasil 9 flimkien ma’ vaċċin ta’ rinforz ikkombinat ta’difterite, tetnu, pertussis [aċellulari, komponent] u poljomijelite [inattivat] wera li ġew irrappurtati aktar reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (nefħa, eritema), uġigħ ta’ ras u deni. Id-differenzi osservati kienu < 10% u fil-biċċa l-kbira tal- individwi, il-każijiet avversi kienu rrappurtati bħala ħfief sa moderati fl-intensità tagħhom (ara sezzjoni 4.5).

Esperjenza ta’ Wara t-Tqegħid fis-Suq

L-esperjenzi avversi li jmiss kienu rrappurtati b’mod spontanju waqt l-użu ta’ wara l-approvazzjoni tal-vaċċin qHPV u jistgħu jidhru wkoll waqt esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq b’Gardasil 9. L- esperjenza ta’ sigurtà wara t-tqegħid fis-suq bil-vaċċin qHPV hija rilevanti għal Gardasil 9 minħabba li t-tilqimiet fihom il-proteini L1 ta’ HPV ta’ 4 mill-istess tipi ta’ HPV.

Minħabba li dawn il-każijiet kienu rrappurtati b’mod volontarju minn popolazzjoni ta’ daqs mhux ċert mhuwiex possibbli li tistma l-frekwenza tagħhom jew tistabbilixxi, għal kull każ, b’mod li wieħed jista’ joqgħod fuqu, jekk dan kienx ikkawżat minn esponiment għall-vaċċin.

Infezzjonijiet jew infestazzjonijiet: Ċellulite fis-sit tal-injezzjoni.

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika: Purpura tromboċitopenika idjopatika, limfadenopatija.

Disturbi fis-sistema immuni: Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi/anafilaktojd, bronkospażmu u urtikarja.

Disturbi fis-sistema nervuża: Enċefalomijelite akuta u mifruxa, Sindrome ta’ Guillain-Barré, sinkope xi drabi flimkien ma’ ċaqliq toniku-kloniku.

Disturbi gastrointestinali: Rimettar.

Disturbi muskoluskeletriċi u tat-tessuti konnettivi: Artralġja, mijalġja.

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata: Astenja, tkexkix ta’ bard, telqa tal-ġisem mingħajr sinjal ta’ mard.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Ma ġie rappurtat l-ebda każ ta’ doża eċċessiva.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Vaċċini, Vaċċini għal Papillomavirus, Kodiċi ATC: J07BM03

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Gardasil 9 huwa vaċċin awżiljat, rikombinanti mhux infettiv ta’ 9 tipi ta’ HPV. Huwa jiġi ppreparat minn partiċelli qishom virus ippurifikati ħafna (VLPs - virus-like particles) tal-proteina L1 prinċipali tal-kapsula mill-istess erba’ tipi ta’ HPV (6, 11, 16, 18) fil-vaċċin qHPV Gardasil jew Silgard u minn 5 tipi (31, 33, 45, 52, 58) addizzjonali ta’ HPV. Huwa juża l-istess sustanza awżiljari, aluminium hydroxyphosphate sulphate amorfu bħall-vaċċin qHPV. Il-VLPs ma jistgħux jinfettaw iċ-ċelluli, jirriproduċu jew jikkawżaw mard. L-effikaċja tal-vaċċini VLP L1 hija maħsuba li hi medjata mill- iżvilupp ta’ rispons immuni umorali.

Abbażi ta’ studji epidemjoloġiċi, Gardasil 9 huwa antiċipat li jipproteġi kontra t-tipi ta’ HPV li jikkawżaw madwar: 90% tal-kanċers tal-għonq tal-utru, aktar minn 95% tal-adenokarċinoma in situ (AIS - adenocarcinoma in situ), 75-85% tan-neoplażja ta’ grad għoli ġewwa ċ-ċellula tal-epitelju tal- għonq tal-utru (CIN 2/3 - cervical intraepithelial neoplasia grade 2/3), 85-90% tal-kanċers tal-vulva marbuta ma’ HPV, 90-95% tan-neoplażja ta’ grad għoli ġewwa ċ-ċellula tal-epitelju tal-vulva (VIN 2/3 - vulvar intraepithelial neoplasia grade 2/3) marbuta ma’ HPV, 80-85% tal-kanċers tal-vaġina marbuta ma’ HPV, 75-85% tan-neoplażja ta’ grad għoli ġewwa ċ-ċellula tal-epitelju tal-vaġina (VaIN 2/3 - vaginal intraepithelial neoplasia grade 2/3) marbuta ma’ HPV, 90-95% tal-kanċer tal-anus marbut ma’ HPV, 85-90% tan-neoplażja ta’ grad għoli ġewwa ċ-ċellula tal-epitelju tal-anus (AIN2/3 - anal intraepithelial neoplasia grade 2/3), u 90% tal-felul ġenitali.

L-indikazzjoni ta’ Gardasil 9 hija bbażata fuq il-fatt li:

l-immunoġeniċità bejn Gardasil 9 u l-vaċċin qHPV għat-Tipi 6, 11, 16 u 18 ta’ HPV fi bniet b’età minn 9 snin sa 15-il sena, nisa u rġiel b’età minn 16 sa 26 sena mhijiex inferjuri; b’konsegwenza li tista’ tinġibed konklużjoni li l-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra infezzjoni persistenti u mard marbut mat-Tipi 6, 11, 16, jew 18 ta’ HPV hija komparabbli ma’ dik tal- vaċċin qHPV.

intweriet effikaċja kontra infezzjoni persistenti u mard marbut mat-Tipi 31, 33, 45, 52 u 58 ta’ HPV fi bniet u nisa b’età minn 16 sa 26 sena, u

intweriet immunoġeniċità mhux inferjuri kontra t-tipi ta’ HPV ta’ Gardasil 9 f’subien u bniet b’età minn 9 snin sa 15-il sena u f’irġiel b’età minn 16 sa 26 sena, meta mqabbla ma’ bniet u nisa b’età minn 16 sa 26 sena.

Studji kliniċi għall-vaċċin qHPV

Effikaċja f’nisa u rġiel li kellhom minn 16-26 sena

L-effikaċja ġiet stmata f’6 studji kliniċi ta’ Fażi II u III ikkontrollati bi plaċebo fejn la l-investigatur u lanqas l-individwi li ntgħażlu b’mod każwali ma kienu jafu x’vaċċin qed jingħata, li vvalutaw 28,413-il individwu (20,541 tifla u mara b’età minn 16 sa 26 sena, 4,055 tifel u raġel b’età minn 16 sa 26 sena, 3,817-il mara b’età minn 24 sa 45 sena). Il-vaċċin qHPV kien effikaċi fit-tnaqqis tal- inċidenza ta’ CIN (kwalunkwe grad inkluż CIN 2/3); AIS; felul ġenitali; VIN 2/3; u VaIN 2/3 marbuta mat-tipi 6, 11, 16, jew 18 ta’ HPV tal-vaċċin f’dawk il-bniet u n-nisa li kienu negattivi b’PCR u seronegattivi fil-linja bażi (Tabella 2). Il-vaċċin qHPV kien effikaċi fit-tnaqqis tal-inċidenza ta’ felul ġenitali marbuta mat-tipi 6 u 11 ta’ HPV tal-vaċċin f’subien u rġiel li kienu negattivi b’PCR u seronegattivi fil-linja bażi. L-effikaċja kontra neoplażja ta’ ġewwa ċ-ċellula tal-epitelju tal-pene/tal- perinew/ta’ madwar l-anus (PIN - penile/perineal/perianal intraepithelial neoplasia) ta’ gradi 1/2/3 jew kanċer tal-pene/tal-perinew/ta’ madwar l-anus ma ntwerietx minħabba li n-numru ta’ każijiet kien limitat wisq biex jilħaq sinifikat statistiku (Tabella 2). Il-vaċċin qHPV kien effikaċi fit-tnaqqis tal- inċidenza ta’ neoplażja ta’ ġewwa ċ-ċellula tal-epitelju tal-anus (AIN - anal intraepithelial neoplasia) tal-gradi 2 u 3 marbuta mat-tipi 6, 11, 16, u 18 ta’ HPV tal-vaċċin f’subien u irġiel li kienu negattivi b’PCR u seronegattivi fil-linja bażi (Tabella 2).

Tabella 2: Analiżi tal-Effikaċja tal-vaċċin qHPV fil-Popolazzjoni PPE* għat-Tipi ta’ HPV tal-Vaċċin

 

 

qHPV

Kontroll bi Plaċebo

% ta’ Effikaċja (

Punti Finali tal-Marda

 

 

Numru

 

Numru ta’

N

 

ta’

N

CI ta’ 95%)

 

 

każijiet

 

 

 

każijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bniet u Nisa li Kellhom Minn 16 Sa 26 Sena

 

 

 

 

CIN 2/3 jew AIS marbuta ma’

 

98.2

(93.5, 99.8)

HPV 16 jew 18**

 

CIN (CIN 1, CIN 2/3) jew AIS

 

96.0

(92.3, 98.2)

marbuta ma’ HPV 6, 11, 16,

 

jew 18

 

 

 

 

 

 

 

VIN 2/3 marbuta ma’ HPV 6,

 

100.0

(67.2, 100.0)

11, 16 jew 18

 

 

 

 

 

 

 

 

VaIN 2/3 marbuta ma’ HPV

 

100.0

(55.4, 100.0)

6, 11, 16 jew 18

 

 

 

 

 

 

 

 

Felul Ġenitali marbut ma’

 

99.0

(96.2, 99.9)

HPV 6, 11, 16, jew 18

 

 

 

 

 

 

 

 

Subien u Irġiel li Kellhom Minn 16 Sa 26 sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Leżjonijiet Ġenitali Esterni

 

90.6

(70.1, 98.2)

marbuta ma’ HPV 6, 11, 16,

 

jew 18***

 

 

 

 

 

 

 

Felul Ġenitali marbut ma’

 

89.3

(65.3, 97.9)

HPV 6, 11, 16, jew 18***

 

PIN 1/2/3 marbuta ma’ HPV

 

100.0 (-52.1,

6, 11, 16, jew 18***

 

 

100.0)

AIN 2/3 marbuta ma’ HPV 6,

 

74.9 (8.8, 95.4)

11, 16, jew 18****

 

*Il-popolazzjoni PPE kienet tikkonsisti f’individwi li rċevew it-tliet tilqimiet kollha fi żmien sena minn meta ġew irreġistrati fl-istudju, ma kellhomx devjazzjonijiet kbar mill-protokoll tal-istudju, u kienu inġenwi (negattivi b’PCR u seronegattivi) għat-tip(i) rilevanti ta’ HPV (Tipi 6, 11, 16, u 18) qabel l-ewwel doża u sa xahar wara it- 3 doża (Xahar 7).

Analiżi tal-provi kkombinati kienu ppjanati b’mod prospettiv u inkludew l-użu ta’ kriterji simili ta’ dħul fl- istudji.

N=Numru ta’ individwi b’mill-inqas vista waħda ta’ segwitu wara Xahar 7. CI=Intervall ta’ Fiduċja (Confidence Interval).

**Il-pazjenti kienu segwiti sa 4 snin (medjan 3.6 snin)

***Medjan tat-tul ta’ żmien ta’ segwitu 2.4 snin

****Medjan tat-tul ta’żmien ta’ segwitu kien 2.15 snin

Effikaċja f’nisa li kellhom minn 24-45 sena

L-effikaċja tal-vaċċin qHPV f’nisa li kellhom minn 24 sa 45 sena ġiet stmata fi studju kliniku wieħed ta’ Fażi III ikkontrollat bi plaċebo fejn la l-investigatur u lanqas l-individwi li ntagħżlu b’mod każwali ma kienu jafu liema vaċċin qed jintuża (Protokoll 019, FUTURE III) u li kien jinkludi total ta’ 3,817-il mara.

Fil-popolazzjoni PPE, l-effikaċja tal-vaċċin qHPV kontra l-inċidenza kkombinata ta’ infezzjonijiet persistenti, felul ġenitali, leżjonijiet tal-vulva u tal-vaġina, CIN ta’ kwalunkwe grad, AIS u kanċers tal- għonq tal-utru marbuta ma’ HPV 6, 11, 16 jew 18 kienet ta’ 88.7% (CI ta’ 95%: 78.1, 94.8). L- effikaċja tal-vaċċin qHPV kontra l-inċidenza kkombinata ta’ infezzjonijiet persistenti, felul tal- ġenitali, leżjonijiet tal-vulva u tal-vaġina, CIN ta’ kwalunkwe grad, AIS u kanċers tal-għonq tal-utru marbuta ma’ HPV 16 jew 18 kienet ta’ 84.7% (CI ta’ 95%: 67.5, 93.7).

Studji ta’ effikaċja fit-tul

Attwalment qed jiġi segwit sottosett ta’ individwi għal tul ta’ 10 sa 14-il sena wara tilqim bi qHPV għas-sigurtà, immunoġeniċità u protezzjoni kontra mard kliniku marbut mat-tipi 6/11/16/18 ta’ HPV.

Il-persistenza tar-rispons tal-antikorpi (wara t-tielet doża) ġiet osservata għal 10 snin f’adolexxenti li kellhom minn 9 snin sa 15-il sena meta tlaqqmu; 9 snin f’nisa, li kellhom minn 16-23 sena meta tlaqqmu; 6 snin f’irġiel, li kellhom minn 16-26 sena meta tlaqqmu, u 8 snin f’nisa, li kellhom minn 24-45 sena meta tlaqqmu.

Fl-istudju ta’ reġistru ta’ estensjoni fit-tul għal nisa li kellhom minn 16-23 sena imlaqqma b’vaċċin qHPV fl-istudju bażi (n=1,984), ma kienu osservati l-ebda każijiet ta’ mard b’HPV (CIN ta’ grad għoli marbut mat-tipi 6/11/16/18 ta’ HPV) sa madwar 10 snin. F’dan l-istudju, protezzjoni li tibqa’ tajba intweriet b’mod statistiku għal madwar 8 snin.

Fi studji kliniċi ta’ estensjoni fit-tul, ġiet osservata protezzjoni wara t-tielet doża fil-popolazzjoni PPE. Il-popolazzjoni PPE kienet tikkonsisti f’individwi:

-li rċivew it-3 tilqimiet fi żmien sena minn meta ddaħħlu fl-istudju, ma kellhomx devjazzjonijiet kbar mill-protokoll tal-istudju,

-kienu seronegattivi għat-tip(i) rilevanti ta’ HPV (tipi 6, 11, 16, u 18) qabel l-ewwel doża, u fost individwi ta’ 16-il sena u aktar meta ġew irreġistrati fl-istudju bażi, kienu negattivi b’PCR għat-tip(i) rilevanti ta’ HPV qabel l-ewwel doża sa xahar wara t-tielet doża (Xahar 7).

F’dawn l-istudji kliniċi ta’ estensjoni, ma kienu osservati l-ebda każijiet ta’ neoplażja ta’ grad għoli ġewwa ċ-ċellula tal-epitelju u l-ebda każ ta’ felul ġenitali f’individwi li rċivew vaċċin qHPV fl-istudju bażi:

-sa 10.7 snin fil-bniet (n=369) u 10.6 snin fis-subien (n=326), li kellhom minn 9-15-il sena meta tlaqqmu (medjan ta’ segwitu ta’ 10.0 snin u 9.9 snin, rispettivament);

-sa 9.6 snin fl-irġiel (n=918), li kellhom minn 16-26 sena meta tlaqqmu (medjan ta’ segwitu ta’

8.5snin); u

-sa 8.4 snin fin-nisa (n=684), li kellhom minn 24-45 sena meta tlaqqmu (medjan ta’ segwitu ta’

7.2snin).

Effikaċja f’individwi infettati bl-HIV

Sar studju li ddokumenta s-sigurtà u l-immunoġeniċità tal-vaċċin qHPV f’126 individwu infettati bl- HIV b’età minn 7 snin sa 12-il sena b’CD4% fil-linja bażi ta’ ≥15 u mill-inqas 3 xhur ta’ terapija antiretrovirali attiva ħafna (HAART - highly active antiretroviral therapy) għal individwi b’CD4% <25 (li 96 minnhom irċevew il-vaċċin qHPV). Serokonverżjoni għall-erba’ antiġens seħħet f’aktar minn 96% tal-individwi. It-Titres Medji Ġeometriċi (GMTs - Geometric Mean Titers) kienu xi ftit aktar baxxi minn dawk irrappurtati fi studji oħra f’individwi mhux infettati bl-HIV tal-istess età. Mhijiex magħrufa ir-rilevanza klinika tar-rispons aktar baxx. Il-profil tas-sigurtà kien simili għal dak ta’ individwi mhux infettati bl-HIV fi studji oħra. Is-CD4% jew l-RNA tal-HIV fil-plażma ma kinux affettwati mit-tilqim.

Studji kliniċi għal Gardasil 9

L-effikaċja u/jew l-immunoġeniċità ta’ Gardasil 9 ġew ivvalutati fi tmien studji kliniċi. Studji kliniċi li vvalutaw l-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra l-plaċebo ma kinux aċċettabbli minħabba li t-tilqim ta’ HPV huwa rakkomandat u implimentat f’ħafna pajjiżi għall-protezzjoni kontra infezzjoni u mard b’HPV.

Għalhekk, l-istudju kliniku l-aktar importanti (Protokoll 001) ivvaluta l-effikaċja ta’ Gardasil 9 bl-użu tal-vaċċin qHPV bħala komparatur.

L-effikaċja kontra t-Tipi 6, 11, 16, u 18 ta’ HPV ġiet stmata primarjament bl-użu tal-istrateġija bridging li uriet immunoġeniċità komparabbli (kif imkejla permezz tat-Titres Medji Ġeometriċi [GMT

- Geometric Mean Titers]) ta’ Gardasil 9 imqabbla mal-vaċċin qHPV (Protokoll 001, GDS01C/Protokoll 009 u GDS07C/Protokoll 020).

Fi Protokoll 001 li kien l-istudju l-aktar importanti, ġiet stmata l-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra t-Tipi 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV meta mqabbla mal-vaċċin qHPV f’nisa b’età minn 16 sa 26 sena (N=14,204: 7,099 rċevew Gardasil 9; 7,105 rċevew vaċċin qHPV).

Protokoll 002 ivvaluta l-immunoġeniċità ta’ Gardasil 9 fi bniet u subien b’età minn 9 snin sa 15-il sena u nisa b’età minn 16 sa 26 sena (N=3,066: 1,932 tifla; 666 tifel; u 468 mara rċevew Gardasil 9).

Protokoll 003 ivvaluta l-immunoġeniċità ta’ Gardasil 9 f’irġiel b’età minn 16 sa 26 sena u f’nisa b’età minn 16 sa 26 sena (1,103 Irġiel Eterosesswali [HM - Heterosexual Men]; 313-il Raġel li Jkollhom x’Jaqsmu mal-Irġiel [MSM - Men Who Have Sex with Men]; u 1,099 mara rċevew Gardasil 9).

Il-Protokolli 005 u 007 ivvalutaw Gardasil 9 mogħti flimkien ma’ vaċċini rakkomandati bħala rutina fi bniet u subien b’età minn 11 sa 15-il sena (N=2,295).

Protokoll 006 ivvaluta l-għoti ta’ Gardasil 9 lil bniet u nisa b’età minn 12 sa 26 sena li qabel kienu tlaqqmu bil-vaċċin qHPV (N=921; 615 rċevew Gardasil 9 u 306 rċevew plaċebo).

GDS01C/Protokoll 009 ivvaluta l-immunoġeniċità ta’ Gardasil 9 fi bniet b’età minn 9 snin sa 15-il sena (N=600; 300 rċevew Gardasil 9 u 300 rċevew il-vaċċin qHPV).

GDS07C/Protokoll 020 ivvaluta l-immunoġeniċità ta’ Gardasil 9 f’irġiel b’età minn 16 sa 26 sena (N=500; 249 rċivew Gardasil 9 u 251 rċivew il-vaċċin qHPV).

Protokoll 010 ivvaluta l-immunoġeniċità ta’ 2 dożi ta’ Gardasil 9 fi bniet u subien li kellhom minn 9 snin sa 14-il sena u 3 dożi ta’ Gardasil 9 fi bniet li kellhom minn 9 snin sa 14-il sena u nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena (N = 1,518; 753 tifla; 451 tifel u 314-il mara).

Studji li jsostnu l-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra t-Tipi 6, 11, 16, 18 ta’ HPV

It-tqabbil ta’ Gardasil 9 mal-vaċċin qHPV rigward it-tipi 6, 11, 16, u 18 ta’ HPV sar f’popolazzjoni ta’ nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena mill-Protokoll 001, bniet li kellhom minn 9 snin sa 15-il sena minn GDS01C/Protokoll 009 u rġiel li kellhom minn 16 sa 26 sena minn GDS07C/Protokoll 020.

Analiżi statistika ta’ nuqqas ta’ inferjorità saret f’Xahar 7 u qabblet il-GMTs cLIA kontra HPV 6, kontra HPV 11, kontra HPV 16, u kontra HPV 18 bejn individwi li ngħataw Gardasil 9 u individwi li ngħataw Gardasil. Ir-risponsi immuni, imkejla permezz ta’ GMT, għal Gardasil 9 ma kinux inferjuri għar-risponsi immuni għal Gardasil (Tabella 3). Fi studji kliniċi 98.2% sa 100% ta’ dawk li rċevew Gardasil 9 saru seropożittivi għal antikorpi kontra d-9 tipi kollha tal-vaċċin sa Xahar 7 fil-gruppi kollha ttestjati.

Tabella 3: Tqabbil tar-risponsi immuni (abbażi ta’ cLIA) bejn Gardasil 9 u l-vaċċin qHPV għat-Tipi 6, 11, 16, u 18 ta’ HPV fil-popolazzjoni PPI* ta’ bniet li kellhom minn 9 snin sa 15-il sena u nisa u rġiel li kellhom minn 16 sa 26 sena

 

Gardasil 9

Vaċċin qHPV

Gardasil 9/

 

Vaċċin qHPV

POPOLAZZJONI

 

 

 

 

N

GMT

N

GMT

Proporzjon

(CI ta’

 

(CI ta’ 95%)

(CI ta’ 95%)

GMT

 

(n)

(n)

95%) #

 

§/

§/

 

 

 

mMU mL

 

mMU mL

 

 

Kontra HPV 6

 

 

 

 

 

 

Bniet b’età minn

1679.4

1565.9

 

(0.93,

(1518.9,

(1412.2,

1.07

9 snin sa 15-il sena

(273)

(261)

1.23)

1856.9)

1736.3)

 

 

 

 

 

 

Nisa b’età minn 16

893.1

875.2

1.02

(0.99,

sa 26 sena

(3993)

(871.7, 915.1)

(3975)

(854.2, 896.8)

1.06)

Irġiel b’età minn

758.3

618.4

1.23

(1.04,

16 sa 26 sena

(228)

(665.9, 863.4)

(226)

(554.0, 690.3)

1.45)

Kontra HPV 11

 

 

 

 

 

 

Bniet b’età minn

1315.6

1417.3

 

(0.80,

(1183.8,

(1274.2,

0.93

9 snin sa 15-il sena

(273)

(261)

1.08)

1462.0)

1576.5)

 

 

 

 

 

 

Nisa b’età minn 16

666.3

830.0

0.80

(0.77,

sa 26 sena

(3995)

(649.6, 683.4)

(3982)

(809.2, 851.4)

0.83)

Irġiel b’età minn

681.7

769.1

0.89

(0.76,

16 sa 26 sena

(228)

(608.9, 763.4)

(226)

(683.5, 865.3)

1.04)

Kontra HPV 16

 

 

 

 

 

 

Bniet b’età minn

6739.5

6887.4

 

(0.85,

(6134.5,

(6220.8,

0.97

9 snin sa 15-il sena

(276)

(270)

1.11)

 

 

7404.1)

 

7625.5)

 

 

Nisa b’età minn 16

3131.1

3156.6

 

(0.96,

(3057.1,

(3082.3,

0.99

sa 26 sena

(4032)

(4062)

1.03)

 

 

3206.9)

 

3232.7)

 

 

Irġiel b’età minn

3924.1

3787.9

 

(0.89,

(3513.8,

(3378.4,

1.04

16 sa 26 sena

(234)

(237)

1.21)

 

 

4382.3)

 

4247.0)

 

 

Kontra HPV 18

 

 

 

 

 

 

Bniet b’età minn

1956.6

1795.6

 

(0.91,

(1737.3,

(1567.2,

1.08

9 snin sa 15-il sena

(276)

(269)

1.29)

 

 

2203.7)

 

2057.3)

 

 

Nisa b’età minn 16

804.6

678.7

1.19

(1.14,

sa 26 sena

(4539)

(782.7, 827.1)

(4541)

(660.2, 697.7)

1.23)

Irġiel b’età minn

884.3

790.9

 

(0.91,

(766.4,

1.12

16 sa 26 sena

(234)

(236)

(683.0, 915.7)

1.37)

 

 

1020.4)

 

 

 

 

*Il-popolazzjoni PPI kienet tikkonsisti f’individwi li rċevew it-tliet tilqimiet kollha fi żmien firxa ta’ jiem iddefinita minn qabel, ma kellhomx devjazzjonijiet kbar mill-protokoll tal-istudju, issodisfaw kriterji ddefiniti minn qabel għall-intervall bejn il-vista ta’ Xahar 6 u Xahar 7, kienu seronegattivi għat-tip(i) rilevanti ta’ HPV (tipi 6, 11, 16, u 18) qabel l-ewwel doża, u fost nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena, kienu negattivi b’PCR għat- tip(i) rilevanti ta’ HPV qabel l-ewwel doża sa xahar wara t-tielet doża (Xahar 7).

§mMU=milliunitajiet ta’ Merck. valur p <0.001.

#Dimonstrazzjoni tan-nuqqas ta’ inferjorità kienet teħtieġ li l-inqas valur ta’ CI ta’ 95% tal-proporzjon ta’ GMT ikun aktar minn 0.67.

CI=Intervall ta’ Fiduċja (Confidence Interval).

GMT= Titres Medji Ġeometriċi (Geometric Mean Titers).

cLIA= Analiżi Immunoloġika Kompettitiva b’Luminex (Competitive Luminex Immunoassay).

N= Numru ta’ individwi li ntgħażlu b’mod każwali għall-grupp rispettiv ta’ tilqim li rċevew mill-inqas injezzjoni waħda.

n= Numru ta’ individwi li kkontribwixxew għall-analiżi.

Studji li jsostnu l-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra t-Tipi 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV

L-effikaċja ta’ Gardasil 9 f’nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena ġiet stmata fi studju kliniku attiv, ikkontrollat b’komparatur fejn la l-investigatur u lanqas l-individwi li ntgħażlu b’mod każwali ma kienu jafu x’vaċċin qed jingħata, (Protokoll 001) li kien jinkludi total ta’ 14,204 nisa (Gardasil 9 = 7,099; vaċċin qHPV = 7,105). L-individwi ġew segwiti sa 67 xahar wara t-tielet doża b’tul medjan ta’ 43 xahar wara t-tielet doża.

Gardasil 9 kien effikaċi biex jevita infezzjonijiet persistenti u mard marbut ma’ HPV 31, 33, 45, 52, u 58 (Tabella 4). Gardasil 9 naqqas ukoll l-inċidenza ta’ anormalitajiet tat-test Pap, proċeduri tal-għonq tal-utru u tal-ġenitali esterni (i.e., bijopsiji), u proċeduri ta’ terapija definittiva tal-għonq tal-utru marbuta ma’ HPV 31, 33, 45, 52, u 58 (Tabella 4).

Tabella 4: Analiżi tal-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra t-Tipi 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV fil- popolazzjoni PPEta’ nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena

 

Gardasil 9

Il-vaċċin qHPV

 

 

N=7099

N=7105

 

% ta’

Il-Punt Finali tal-Marda

 

Numru

 

Numru

Effikaċja**

 

n

ta’

n

ta’

 

(CI ta’ 95%)

 

 

każijiet*

 

każijiet*

 

CIN 2/3, AIS, Kanċer tal-Għonq tal-Utru,

 

 

 

 

 

97.4

VIN 2/3, VaIN 2/3, Kanċer tal-Vulva, u

 

Kanċer tal-Vaġinaα marbuta ma’ HPV 31,

 

(85.0, 99.9)

33, 45, 52, 58

 

 

 

 

 

 

CIN 2/3 jew AISα marbuta ma’ HPV 31, 33,

 

97.1

45, 52, 58

 

 

 

 

 

(83.5, 99.9)

 

96.9

CIN2 marbuta ma’ HPV 31, 33, 45, 52, 58

 

 

(81.5, 99.8)

 

 

 

 

 

 

CIN3 marbuta ma’ HPV 31, 33, 45, 52, 58

 

 

(39.4, 100)

 

 

 

 

 

 

VIN 2/3, VaIN 2/3 marbuta ma’ HPV 31,

 

100.0

33, 45, 52, 58

 

(-71.5, 100.0)

 

 

 

 

 

Infezzjoni Persistenti ta’ ≥6 Xhur§ marbuta

 

96.0

ma’ HPV 31, 33, 45, 52, 58

 

(94.6, 97.1)

 

 

 

 

 

Infezzjoni Persistenti ta’ ≥12-il Xahar

 

96.7

marbuta ma’ HPV 31, 33, 45, 52, 58

 

(95.1, 97.9)

 

 

 

 

 

Anormalità ASC-US HR Pożittiva għal

 

 

 

 

 

92.9

HPV jew Agħar ta’ Pap# marbuta ma’ HPV

 

31, 33, 45, 52, 58

 

 

 

 

 

(90.2, 95.1)

 

 

 

 

 

 

Proċeduri ta’ terapija definittiva tal-għonq

 

 

 

 

 

90.2

tal-utru marbuta ma’ HPV 31, 33, 45, 52,

 

 

 

 

 

 

(75.0, 96.8)

 

 

 

 

 

 

Il-popolazzjoni PPE kienet tikkonsisti f’individwi li rċevew it-tliet tilqimiet kollha fi żmien sena minn meta ġew irreġistrati fl-istudju, ma kellhomx devjazzjonijiet kbar mill-protokoll tal-istudju, kienu inġenwi (negattivi b’PCR u seronegattivi) għat-tip(i) rilevanti ta’ HPV (Tipi 31, 33, 45, 52, u 58) qabel l-ewwel doża u baqgħu negattivi b’PCR għat-tip(i) rilevanti ta’ HPV sa xahar wara it-tielet doża (Xahar 7).

N= Numru ta’ individwi li ntgħażlu b’mod każwali għall-grupp rispettiv ta’ tilqim u li rċevew mill-inqas injezzjoni waħda.

n= Numru ta’ individwi li kkontribwixxew għall-analiżi.

§Infezzjoni persistenti innutata f’kampjuni minn żewġ jew tliet visti konsekuttivi 6 xhur (limitu tal-vista ta’ ±1 xahar) bogħod minn xulxin.

Infezzjoni persistenti innutata f’kampjuni minn tliet visti konsekuttivi jew aktar 6 xhur (limitu tal-vista ta’ ±1 xahar) bogħod minnn xulxin.

#Test Papanicolaou.

CI=Intervall ta’ Fiduċja (Confidence Interval).

ASC-US=Ċelluli skwamużi atipiċi ta’ sinifikanza mhux determinata (Atypical squamous cells of undetermined significance).

HR=Riskju Għoli (High Risk).

*Numru ta’ individwi b’mill-inqas vista waħda ta’ segwitu wara Xahar 7.

**L-Individwi ġew segwiti sa 67 xahar wara t-tielet doża (medjan ta’ 43 xahar wara t-tielet doża).

α ma ġew iddijanjostikati l-ebda każijiet ta’ kanċer tal-għonq tal-utru, VIN2/3, kanċer tal-vulva u tal-vaġina fil- popolazzjoni PPE.

Il-proċedura ta’ tessut maqtugħ permezz ta’ kirurġija b’wajer irqiq forma ta’ ċirku li minnu jgħaddi vultaġġ baxx (LEEP - loop electrosurgical excision procedure) jew jinqata’ tessut f’forma konika b’sikkina tal-kirurgu jew laser (conisation).

Valutazzjoni addizzjonali tal-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra t-Tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV

Minħabba li l-effikaċja ta’ Gardasil 9 ma setgħetx tiġi vvalutata kontra l-plaċebo, saru l-analiżi esploratorji li ġejjin.

Valutazzjoni tal-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra mard ta’ grad għoli tal-għonq tal-utru kkawżat mit-Tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV fil-PPE

L-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra CIN 2 u agħar marbuta mat-Tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV mqabbla mal-vaċċin qHPV kienet ta’ 94.4% (CI ta’ 95% 78.8 ; 99.0) b’2/5,952 każijiet kontra 36/5,947 każ. L-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra CIN 3 marbuta mat-Tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV mqabbla mal-vaċċin qHPV kienet ta’ 100% (CI ta’ 95% 46.3 ; 100.0) b’0/5,952 kontra 8/5,947 każijiet.

L-impatt ta’ Gardasil 9 kontra l-biopsija tal-għonq tal-utru u terapija definittiva marbuta mat- Tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV fil-PPE

L-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra l-bijopsija tal-għonq tal-utru marbuta mat-Tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV imqabbla mal-vaċċin qHPV kienet ta’ 95.9% (CI ta’ 95% 92.7 ; 97.9) bi 11/6,016-il każ kontra 262/6,018-il każ. L-effikaċja ta’ Gardasil 9 kontra t-terapija definittiva tal- għonq tal-utru (inkluż il-proċedura ta’ tessut maqtugħ permezz ta’ kirurġija b’wajer irqiq forma ta’ ċirku li minnu jgħaddi vultaġġ baxx [LEEP-loop electrosurgical excision procedure] jew jinqata’ tessut f’forma konika b’sikkina tal-kirurgu jew laser [conisation]) marbuta mat-Tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV meta mqabbla mal-vaċċin qHPV kienet ta’ 90.7% (CI ta’ 95% 76.3 ; 97.0) b’4/6016 każijiet kontra 43/6018 każ.

Immunoġeniċità

S’issa għadu ma ġiex stabbilit it-titer minimu kontra HPV li jagħti effikaċja protettiva.

Analiżi ta’ immunità speċifika għat-tip bi standards speċifiċi għat-tip intużaw biex jistmaw l- immunoġeniċità għal kull tip ta’ HPV tal-vaċċin. Dawn l-analiżi kejlu l-antikorpi kontra l-epitopi li jinnewtralizzaw għal kull tip ta’ HPV. L-iskali għal dawn l-analiżi huma uniċi għal kull tip ta’ HPV; għalhekk, mhux xieraq tqabbil bejn it-tipi u ma’ analiżi oħrajn.

Rispons immuni għal Gardasil 9 fix-xahar 7

L-immunoġeniċità tkejlet permezz (1) tal-perċentwal ta’ individwi li kienu seropożittivi għal antikorpi kontra t-tip ta’ HPV rilevanti tal-vaċċin, u (2) tat-Titer Medju Ġeometriku (GMT - Geometric Mean Titer).

Gardasil 9 induċa risponsi b’saħħithom kontra HPV 6, kontra HPV 11, kontra HPV 16, kontra HPV 18, kontra HPV 31, kontra HPV 33, kontra HPV 45, kontra HPV 52, u kontra HPV 58 imkejla

fix-Xahar 7, fil-Protokolli 001, 002, 005, 007, u GDS01C/Protokoll 009 (Tabella 5). Fi studji kliniċi minn 99.6% sa 100% ta’ dawk li rċevew Gardasil 9 saru seropożittivi għal antikorpi kontra d-9 tipi tal- vaċċin sa Xahar 7 fil-gruppi kollha ttestjati. Il-GMTs kienu oħla fi bniet u subien milli f’nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena, u kienu ogħla f’subien milli fi bniet u fin-nisa.

Tabella 5: Sommarju tat-Titres Medji Ġeometriċi Kontra HPV b’cLIA tax-xahar 7 fil-popolazzjoni PPI*

Popolazzjoni

N

n

 

GMT

(CI ta’ 95%) mMU§/mL

Kontra HPV 6

 

 

 

 

Bniet minn 9 snin sa

1744.6

(1684.7, 1806.7)

15-il sena

 

 

 

 

Subien minn 9 snin sa

2085.3

(1984.2, 2191.6)

15-il sena

 

 

 

 

Nisa minn 16 sa 26 sena

893.7 (873.5, 914.3)

Kontra HPV 11

 

 

 

 

Bniet minn 9 snin sa

1289.7

(1244.3, 1336.8)

15-il sena

 

 

 

 

Subien minn 9 snin sa

1469.2

(1397.7, 1544.4)

15-il sena

 

 

 

 

Nisa minn 16 sa 26 sena

669.3 (653.6, 685.4)

Kontra HPV 16

 

 

 

 

Bniet minn 9 snin sa

7159.9

(6919.7, 7408.5)

15-il sena

 

 

 

 

Subien minn 9 snin sa

8444.9

(8054.2, 8854.5)

15-il sena

 

 

 

 

Nisa minn 16 sa 26 sena

3159.0

(3088.6, 3231.1)

Kontra HPV 18

 

 

 

 

Bniet minn 9 snin sa

2085.5

(2002.2, 2172.3)

15-il sena

 

 

 

 

Subien minn 9 snin sa

2620.4

(2474.3, 2775.2)

15-il sena

 

 

 

 

Nisa minn 16 sa 26 sena

809.9 (789.2, 831.1)

Kontra HPV 31

 

 

 

 

Bniet minn 9 snin sa

1883.3

(1811.3, 1958.1)

15-il sena

 

 

 

 

Subien minn 9 snin sa

2173.5

(2057.0, 2296.6)

15-il sena

 

 

 

 

Nisa minn 16 sa 26 sena

664.8 (647.4, 682.6)

Kontra HPV 33

 

 

 

 

Bniet minn 9 snin sa

960.6 (927.5, 994.9)

15-il sena

 

 

 

 

Subien minn 9 snin sa

1178.6

(1120.9, 1239.4)

15-il sena

 

 

 

 

Nisa minn 16 sa 26 sena

419.2 (409.6, 429.1)

Kontra HPV 45

 

 

 

 

Bniet minn 9 snin sa

728.7 (697.6, 761.2)

15-il sena

 

 

 

 

Subien minn 9 snin sa

841.7 (790.0, 896.7)

15-il sena

 

 

 

 

Nisa minn 16 sa 26 sena

254.1 (247.0, 261.5)

Kontra HPV 52

 

 

 

 

Bniet minn 9 snin sa

978.2

(942.8, 1015.0)

15-il sena

 

 

 

 

Subien minn 9 snin sa

1062.2

(1007.2, 1120.2)

15-il sena

 

 

 

 

Nisa minn 16 sa 26 sena

382.4 (373.0, 392.0)

Kontra HPV 58

 

 

 

Bniet minn 9 snin sa

1306.0 (1259.8, 1354.0)

15-il sena

 

 

 

Subien minn 9 snin sa

1545.8 (1470.6, 1624.8)

15-il sena

 

 

 

Nisa minn 16 sa 26 sena

489.2 (477.5, 501.2)

*Il-popolazzjoni PPI kienet tikkonsisti f’individwi li rċevew it-tliet tilqimiet kollha fi żmien firxa ta’ jiem iddefinita minn qabel, ma kellhomx devjazzjonijiet kbar mill-protokoll tal-istudju, issodisfaw kriterji ddefiniti minn qabel għall-intervall bejn il-vista ta’ Xahar 6 u Xahar 7, kienu seronegattivi għat-tip(i) rilevanti ta’ HPV (tipi 6, 11, 16, u 18) qabel l-ewwel doża, u fost nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena, kienu negattivi b’PCR għat- tip(i) rilevanti ta’ HPV qabel l-ewwel doża sa xahar wara it-tielet doża (Xahar 7).

§mMU=milliunitajiet ta’ Merck.

cLIA=Analiżi Immunoloġika Kompetittiva b’Luminex (Competitive Luminex Immunoassay). CI=Intervall ta’ Fiduċja (Confidence Interval).

GMT= Titres Medji Ġeometriċi (Geometric Mean Titers).

N= Numru ta’ individwi li ntgħażlu b’mod każwali għall-grupp rispettiv ta’ tilqim u li rċevew mill-inqas injezzjoni waħda.

n= Numru ta’ individwi li kkontribwixxew għall-analiżi.

Risponsi kontra HPV f’Xahar 7 fost subien/bniet li kellhom minn 9 snin sa 15-il sena kienu komparabbli ma’ risponsi kontra HPV f’nisa minn 16 sa 26 sena fid-dejtabejż ikkombinata ta’ studji ta’ immunoġeniċità għal Gardasil 9.

Abbażi ta’ dan il-bridging ta’ immunoġeniċità, tista’ tinġibed konklużjoni tal-effikaċja ta’ Gardasil 9 fi bniet u subien li kellhom minn 9 snin sa 15-il sena.

Fil-Protokoll 003, il-GMTs ta’ antikorpi kontra HPV f’Xahar 7 fost subien u rġiel li kellhom minn 16 sa 26 sena (HM) kienu komparabbli ma’ GMTs ta’ antikorpi kontra HPV fost bniet u nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena għal HPV 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52 u 58. Kienet osservata ukoll immunoġeniċità għolja f’MSM li kellhom minn 16 sa 26 sena, għalkemm aktar baxxa minn f’HM, simili għall-vaċċin qHPV. Fil-Protokoll 020/GDS07C, il-GMTs ta’ antikorpi kontra HPV f’Xahar 7 fost subien u rġiel li kellhom minn 16 sa 26 sena (HM) kienu komparabbli ma’ GMTs ta’ antikorpi kontra HPV fost subien u rġiel li kellhom minn 16 sa 26 sena (HM) li ngħataw il-vaċċin qHPV għal HPV 6, 11, 16 u 18. Dawn ir-riżultati jsostnu l-effikaċja ta’ Gardasil 9 fil-popolazzjoni tal-irġiel.

Ma saru l-ebda studji f’nisa b’età ta’ aktar minn 26 sena. F’nisa b’età minn 27 sa 45 sena, l-effikaċja ta’ Gardasil 9 għall-4 tipi oriġinali hija mistennija abbażi ta’ (1) effikaċja għolja tal-vaċċin qHPV f’nisa b’età minn 16 sa 45 sena u (2) immunoġeniċità komparabbli bejn Gardasil 9 u l-vaċċin qHPV fi bniet u nisa b’età minn 9 snin sa 26 sena.

Il-persistenza tar-rispons immuni għal Gardasil 9

Il-persistenza tar-rispons ta’ antikorpi wara skeda kompluta ta’ tilqim b’Gardasil 9 qed tiġi studjata f’sottosett ta’ individwi li se jiġu segwiti għal mill-inqas 10 snin wara t-tilqim għas-sigurtà, l- immunoġeniċità u l-effikaċja.

F’subien u bniet li kellhom minn 9 snin sa 15-il sena (Protokoll 002), il-persistenza tar-rispons tal- antikorpi intweriet għal mill-inqas 3 snin; skont it-tip ta’ HPV, minn 93 sa 99% tal-individwi kienu seropożittivi.

F’nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena (Protokoll 001), il-persistenza tar-rispons tal-antikorpi intweriet għal mill-inqas 3.5 snin; skont it-tip ta’ HPV, 78-98% tal-individwi kienu seropożittivi. L-effikaċja inżammet fl-individwi kollha irrispettivament mill-istat ta’ seropożittività għal kwalunkwe tip ta’ HPV tal-vaċċin sa tmiem l-istudju (sa 67 xahar wara t-tielet doża; tul medjan ta’ segwitu ta’ 43 xahar wara t-tielet doża).

GMTs għal HPV 6, 11, 16 u 18 kienu kumparabbli b’mod numeriku għal mill-anqas 3.5 snin f’individwi li rċivew il-vaċċin qHPV jew Gardasil 9.

L-għoti ta’ Gardasil 9 lil individwi li qabel kienu diġà tlaqqmu bil-vaċċin qHPV

Protokoll 006 ivvaluta l-immunoġeniċità ta’ Gardasil 9 f’921 tifla u mara (b’età minn 12 sa 26 sena) li qabel kienu diġà tlaqqmu bil-vaċċin qHPV. Għal individwi li rċevew Gardasil 9 wara li rċevew 3 dożi tal-vaċċin qHPV, kien hemm intervall ta’ mill-inqas 12-il xahar bejn it-tmiem tat-tilqim bil-vaċċin qHPV u l-bidu tat-tilqim b’Gardasil 9 bi skeda ta’ 3 dożi (l-intervall varja minn madwar 12-il xahar sa 36 xahar).

Seropożittività għat-Tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58 ta’ HPV fil-popolazzjoni skont il-protokoll varjat minn 98.3 sa 100% sa Xahar 7 f’Individwi li rċevew Gardasil 9. Il-GMTs għat-Tipi 6, 11, 16, 18 ta’ HPV kienu ogħla milli fil-popolazzjoni li ma kinux ħadu l-vaċċin qHPV fi studji oħra filwaqt li l- GMTs għat-Tipi 31, 33, 45, 52 u 58 ta’ HPV kienu aktar baxxi. Is-sinifikat kliniku ta’ din l- osservazzjoni mhuwiex magħruf.

Risponsi immuni għal Gardasil 9 bl-użu ta’ skeda ta’ 2 dożi f’individwi li għandhom minn 9 snin sa 14-il sena

Protocol 010 kejjel ir-risponsi ta’ antikorpi għal HPV għad-9 tipi ta’ HPV wara tilqim b’Gardasil 9 fil- koorti li ġejjin: bniet u subien li kellhom minn 9 snin sa 14-il sena li rċivew 2 dożi b’intervall ta’

6 xhur jew 12-il xahar (+/-xahar); bniet li kellhom minn 9 snin sa 14-il sena li rċivew 3 dożi (fix-xhur 0, 2, 6); u nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena li rċivew 3 dożi (fix-xhur 0, 2, 6).

Xahar wara l-aħħar doża tal-iskeda assenjata, bejn 97.9% u 100% tal-individwi fil-gruppi kollha saru seropożittivi għall-antikorpi kontra d-9 tipi ta’ HPV tal-vaċċin. Il-GMTs kienu ogħla fi bniet u subien li rċivew 2 dożi ta’ Gardasil 9 (fix-xhur 0, 6 jew inkella fix-xhur 0, 12) milli fil-bniet u n-nisa li kellhom minn 16 sa 26 sena li rċivew 3 dożi ta’ Gardasil 9 (fix-xhur 0, 2, 6) għal kull wieħed mid-9 tipi ta’ HPV tal-vaċċin. Abbażi ta’ dan il-bridging ta’ immunoġeniċità tista’ tinġibed konklużjoni tal- effikaċja tal-iskeda ta’ 2 dożi ta’ Gardasil 9 fi bniet u subien li jkollhom minn 9 snin sa 14-il sena.

Fl-istess studju, fi bniet u subien li kellhom minn 9 snin sa14-il sena, GMTs xahar wara l-aħħar doża tal-vaċċin kienu aktar baxxi b’mod numeriku għal xi tipi tal-vaċċin wara skeda ta’ 2 dożi milli wara skeda ta’ 3 dożi (i.e. tipi 18, 31, 45, u 52 ta’ HPV wara 0, 6 xhur u tip 45 ta’ HPV wara 0, 12-il xahar). Ir-rilevanza klinika ta’ dawn is-sejbiet mhijiex magħrufa.

Ma ġiex determinat it-tul ta’ żmien tal-protezzjoni bi skeda ta’ 2 dożi ta’ Gardasil 9.

Tqala

Ma sarux studji speċifiċi ta’ Gardasil 9 f’nisa tqal. Il-vaċċin qHPV intuża bħala kontroll attiv waqt il- programm ta’ żvilupp kliniku ta’ Gardasil 9.

Matul l-iżvilupp kliniku ta’ Gardasil 9; 2,586 mara (1,347 fil-grupp ta’ Gardasil 9 vs. 1,239 fil-grupp tal-vaċċin qHPV) irrappurtaw mill-inqas tqala waħda. It-tipi ta’ anomaliji jew il-proporzjon ta’ tqaliet b’riżultati avversi f’individwi li rċevew il-vaċċin Gardasil 9 jew qHPV kienu komparabbli u konsistenti mal-popolazzjoni ġenerali.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Mhux applikabbli.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studju ta’ effett tossiku minn dożi ripetuti fil-firien, li kien jinkludi l-valutazzjoni ta’ effett tossiku minn doża waħda u tolleranza lokali, ma wera l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Gardasil 9 mogħti lill-firien nisa ma kellu l-ebda effett fuq it-tgħammir, il-fertilità jew l-iżvilupp tal- embriju/tal-fetu.

Gardasil 9 mogħti lill-firien nisa ma kellu l-ebda effett fuq l-iżvilupp, il-komportament, ir- riproduzzjoni jew il-fertilità tal-frieħ. L-antikorpi kontra d-9 tipi kollha ta’ HPV għaddew lil frieħ waqt it-tqala u t-treddigħ.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sodium chloride

L-histidine

Polysorbate 80

Sodium borate

Ilma għall-injezzjonijiet

Għas-sustanza awżiljari, ara sezzjoni 2.

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni:

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Tagħmlux fil-friża. Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Wara li jinħareġ mill-friġġ Gardasil 9 għandu jingħata kemm jista’ jkun malajr.

Dejta dwar stabbilità tindika li l-komponenti tal-vaċċin huma stabbli għal 72 siegħa meta jinħażen f’temperaturi minn 8°C sa 25°C jew minn 0°C sa 2°C. Fi tmiem dan il-perjodu Gardasil 9 għandu jintuża jew jintrema. Din id-dejta hija intenzjonata biex tigwida l-professjonisti fil-qasam tal-kura tas- saħħa biss f’każ ta’ devjazzjoni temporanja mit-temperatura tal-ħażna li suppost.

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest:

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Tagħmlux fil-friża. Żomm is-siringa mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Wara li jinħareġ mill-friġġ Gardasil 9 għandu jingħata kemm jista’ jkun malajr.

Dejta dwar stabbilità tindika li l-komponenti tal-vaċċin huma stabbli għal 72 siegħa meta jinħażen f’temperaturi minn 8°C sa 25°C jew minn 0°C sa 2°C. Fi tmiem dan il-perjodu Gardasil 9 għandu jintuża jew jintrema. Din id-dejta hija intenzjonata biex tigwida l-professjonisti fil-qasam tal-kura tas- saħħa biss f’każ ta’ devjazzjoni temporanja mit-temperatura tal-ħażna li suppost.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni:

0.5 ml ta’ suspensjoni f’kunjett (ħġieġ) b’tapp (halobutyl) u għatu tal-plastik li jinqala’ b’daqqa ta’ saba’ (strixxa tal-aluminju iffurmata bil-pressa) f’daqs ta’ pakkett ta’ 1.

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest:

0.5 ml ta’ suspensjoni f’siringa mimlija għal-lest (ħġieġ) b’tapp li jwaqqaf il-planġer (elastomer tal- bromobutyl silikonizzat laminat bi FluroTec) u għatu fit-tarf (taħlita sintetika ta’ isoprene-bromobutyl) b’żewġ labriet f’daqs ta’ pakkett ta’ 1 jew 10.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni:

Qabel ma jitħawwad Gardasil 9 jista’ jidher bħala likwidu ċar bi preċipitat abjad.

Ħawwad sew qabel l-użu biex tagħmel suspensjoni. Wara li jitħawwad sew, ikun likwidu abjad, imdardar.

Ifli s-suspensjoni għal frak u bidla fil-kulur qabel l-għoti. Armi l-vaċċin jekk ikun fih frak u/jew jekk hemm bidla fil-kulur.

Iġbed id-doża ta’ 0.5 ml tal-vaċċin mill-kunjett ta’ doża waħda permezz ta’ labra u siringa sterili.

Injetta immedjatament bl-użu tar-rotta ġol-muskoli (IM - intramuscular), l-aħjar fiż-żona tal- muskolu deltojd tal-parti ta’ fuq tad-driegħ jew fiż-żona anterolaterali tal-koxxa.

Il-vaċċin għandu jintuża kif fornut. Għandha tintuża d-doża sħiħa rakkomandata tal-vaċċin.

Kull fdal tal-vaċċin li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest:

Qabel ma jitħawwad Gardasil 9 jista’ jidher bħala likwidu ċar bi preċipitat abjad.

Ħawwad sew is-siringa mimlija għal-lest qabel l-użu, biex tagħmel suspensjoni. Wara li jitħawwad sew, ikun likwidu abjad, imdardar.

Ifli s-suspensjoni għal frak u bidla fil-kulur qabel l-għoti. Armi l-vaċċin jekk ikun fih frak u/jew jekk hemm bidla fil-kulur.

Żewg labriet ta’ tulijiet differenti huma pprovduti fil-pakkett, agħżel il-labra adattata skont id- daqs u l-piż tal-pazjent biex taċċerta ruħek li l-għoti jsir ġol-muskolu (IM - intramuscular).

Waħħal il-labra billi ddawwar lejn il-lemin sakemm il-labra teħel tajjeb mas-siringa. Agħti d- doża kollha skont il-protokoll standard.

Injetta immedjatament bl-użu tar-rotta ġol-muskoli (IM - intramuscular), l-aħjar fiż-żona tal- muskolu deltojd tal-parti ta’ fuq tad-driegħ jew fiż-żona anterolaterali tal-koxxa.

Il-vaċċin għandu jintuża kif fornut. Għandha tintuża d-doża sħiħa rakkomandata tal-vaċċin.

Kull fdal tal-vaċċin li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

MSD VACCINS

162 avenue Jean Jaurès

69007 Lyon Franza

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/15/1007/001

EU/1/15/1007/002

EU/1/15/1007/003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 10 ta’ Ġunju 2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

{XX/SSSS}

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati