Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Gardasil 9 (human papillomavirus vaccine [types...) – Fuljett ta’ tagħrif - J07BM

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaGardasil 9
Kodiċi ATCJ07BM
Sustanzahuman papillomavirus vaccine [types 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, 58] (recombinant, adsorbed)
ManifatturSanofi Pasteur MSD

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni

Vaċċin b’9 tipi ta’ Papillomavirus Uman (Rikombinanti, adsorbit)

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel inti jew ibnek/bintek titlaqqmu peress li fih informazzjoni importanti għalik jew għal ibnek/bintek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Jekk inti jew ibnek/bintek ikollkom xi effett sekondarju, kellem it-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Gardasil 9 u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma inti jew ibnek/bintek tirċievu Gardasil 9

3.Kif jingħata Gardasil 9

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Gardasil 9

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Gardasil 9 u gћalxiex jintuża

Gardasil 9 huwa vaċċin għat-tfal u għall-adolexxenti mill-età ta’ 9 snin u għall-adulti. Huwa jingħata biex jipproteġi kontra mard ikkawżat mit-tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58 tal-Papillomavirus Uman (HPV - Human Papillomavirus).

Dan il-mard jinkludi leżjonijiet qabel isiru kanċer u kanċers tal-ġenitali tan-nisa (l-għonq tal-utru, il- vulva, u l-vaġina), leżjonijiet qabel isiru kanċer u kanċers tal-anus u felul ġenitali fl-irġiel u n-nisa.

Gardasil 9 ġie studjat fl-irġiel u fin-nisa b’età minn 9 snin sa 26 sena.

Gardasil 9 jipproteġi kontra t-tipi ta’ HPV li jikkawżaw l-aktar każijiet ta’ dan il-mard.

Gardasil 9 qiegħed biex jevita dan il-mard. Il-vaċċin ma jintużax biex ifejjaq mard marbut ma’ HPV. Gardasil 9 m’għandu l-ebda effett f’individwi li diġà għandhom infezzjoni persistenti jew mard assoċjat ma’ kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ HPV li hemm fil-vaċċin. Madankollu, f’individwi li diġà huma infettati b’tip wieħed jew aktar ta’ HPV tal-vaċċin, Gardasil 9 xorta jista’ jipproteġi kontra mard assoċjat mat-tipi l-oħra ta’ HPV tal-vaċċin.

Gardasil 9 ma jistax jikkawża mard marbut ma’ HPV.

Meta individwu jitlaqqam b’Gardasil 9, is-sistema immuni (is-sistema ta’ difiża naturali tal-ġisem) tistimula l-produzzjoni ta’ antikorpi kontra d-disa’ tipi ta’ HPV tal-vaċċin, biex tipproteġi kontra l- mard ikkawżat minn dawn il-virusis.

Jekk inti jew ibnek/bintek tirċievu l-ewwel doża ta’ Gardasil 9, intom għandkom tkomplu l-kors kollu ta’ tilqim b’Gardasil 9.

Jekk inti jew ibnek/bintek diġà ħadtu vaċċin ta’ HPV, staqsi lit-tabib tiegħek jekk Gardasil 9 jgħoddx għalik.

Gardasil 9 għandu jintuża skont il-linji gwida uffiċjali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma inti jew ibnek/bintek tirċievu Gardasil 9

Tirċivix Gardasil 9 jekk inti jew ibnek/bintek

allerġiċi għal xi sustanza attiva jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-vaċċin (elenkati taħt “sustanzi oħra”, fis-sezzjoni 6).

żviluppajtu reazzjoni allerġika wara li rċevejtu doża ta’ Gardasil jew Silgard (tipi 6, 11, 16, u 18 ta’ HPV) jew Gardasil 9.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek jekk inti jew ibnek/bintek:

għandkom disturb ta’ ħruġ ta’ demm (marda li tikkawża aktar ħruġ ta’ demm minn dak li hu normali), per eżempju l-emofilja;

għandkom sistema immuni mdgħajfa, per eżempju minħabba difett ġenetiku, infezzjoni b’HIV jew mediċini li jaffettwaw is-sistema immuni;

issofru minn mard b’deni qawwi. Madankollu, deni ħafif jew infezzjoni ħafifa fil-parti ta’ fuq tal-apparat tan-nifs (pereżempju jkollok riħ) fihom infushom mhumiex raġuni għalfejn għandek tipposponi t-tilqim.

Jista’ jseħħ ħass ħażin, xi drabi flimkien ma’ waqgħa (l-aktar fl-adolexxenti) wara kwalunkwe injezzjoni b’labra. Għalhekk għid lit-tabib jew lill-infermier jekk qatt qabel tak ħass ħażin b’injezzjoni.

Bħal kull vaċċin ieħor, Gardasil 9 jista’ ma jipproteġix kompletament lil kull min jieħu l-vaċċin.

Gardasil 9 ma jipproteġix kontra kull tip ta’ Papillomavirus Uman. Għalhekk għandhom ikomplu jintużaw prekawzjonijiet xierqa kontra mard li jixtered mis-sess.

It-tilqim ma jisostiwixxix l-eżami ta’ rutina tal-għonq tal-utru. Jekk inti mara, inti għandek tkompli ssegwi l-parir tat-tabib tiegħek dwar is-‘smear tal-għonq tal-utru/it-testijiet Pap u miżuri preventivi u protettivi.

X’informazzjoni importanti oħra hemm bżonn li inti jew ibnek/bintek tkunu tafu dwar Gardasil 9

It-tul ta’ żmien tal-protezzjoni għadu mhuwiex magħruf. Għadhom għaddejjin studji ta’ segwitu fit- tul biex jiġi stabbilit jekk hijiex meħtieġa doża ta’ rinforz.

Mediċini oħra u Gardasil 9

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti jew ibnek/bintek qegħdin tieħdu, ħadtu dan l-aħħar jew tistgħu tieħdu xi mediċina oħra, inkluż mediċini li jinkisbu mingħajr riċetta.

Gardasil 9 jista’ jingħata ma’ vaċċin ta’ rinforz ikkombinat li fih id-difterite (d - diphtheria) u t-tetnu (T - tetanus) jew mal-pertussi [aċellulari, komponent] (ap - acellular pertussis) u/jew inkella poljomijelite [mhux attivat] (IPV - inactivated poliomyelitis) (vaċċini dTap, dT-IPV, dTap-IPV) f’sit differenti tal-injezzjoni (f’parti oħra ta’ ġismek, bħal driegħ jew riġel ieħor) waqt l-istess vista.

Gardasil 9 jista’ ma jkollux l-aħjar effett jekk jintuża ma’ mediċini li jissoppressaw is-sistema immuni.

Kontraċettivi tal-ormoni (per eżempju l-pillola kontraċettiva) ma jnaqqsux il-protezzjoni miksuba b’Gardasil 9.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tirċievi din it-tilqima.

Gardasil 9 jista’ jingħata lil nisa li qegħdin ireddgħu jew li għandhom il-ħsieb li jreddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Gardasil 9 jista’ jaffettwa b’mod ħafif u temporanju l-ħila biex inti ssuq u tħaddem magni (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

Gardasil 9 fih sodium chloride.

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża, i.e. huwa essenzjalment “ħieles mis-sodium”.

3.Kif jingħata Gardasil 9

Gardasil 9 jingħata bħala injezzjoni mit-tabib tiegħek. Gardasil 9 qiegħed biex jingħata lill-adolexxenti u l-adulti mill-età ta’ 9 snin ’il quddiem.

Jekk ikollok minn 9 snin sa u inkluż 14-il sena meta tingħata l-ewwel injezzjoni

Gardasil 9 jista’ jingħata skont skeda ta’ 2 dożi:

-L-ewwel injezzjoni: fid-data magħżula

-It-tieni injezzjoni: tingħata bejn 5 xhur u 13-il xahar wara l-ewwel injezzjoni

Jekk it-tieni doża tal-vaċċin tingħata qabel 5 xhur wara l-ewwel doża, għandha dejjem tingħata t-tielet doża.

Gardasil 9 jista’ jingħata skont skeda ta’ 3 dożi:

-L-ewwel injezzjoni: fid-data magħżula

-It-tieni injezzjoni: xahrejn wara l-ewwel injezzjoni (mhux qabel xahar wara l-ewwel doża)

-It-tielet injezzjoni: 6 xhur wara l-ewwel injezzjoni (mhux qabel 3 xhur wara t-tieni doża) It-tliet dożi għandhom jingħataw fi żmien sena. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni.

Jekk ikollok minn 15-il sena ’l fuq meta tingħata l-ewwel injezzjoni

Gardasil 9 għandu jingħata skont skeda ta’ 3 dożi:

Huwa rakkomandat li ndividwi li jirċievu l-ewwel doża ta’ Gardasil 9 ikomplu l-kors ta’ tilqim b’Gardasil 9.

Gardasil 9 se jingħata bħala injezzjoni minn ġol-ġilda għal ġol-muskolu (preferibbilment fil-muskolu tal-parti ta’ fuq tad-driegħ jew tal-koxxa).

Jekk tinsa doża waħda ta’ Gardasil 9

Jekk taqbeż injezzjoni skedata, it-tabib tiegħek jiddeċiedi meta jagħti d-doża li inti tlift.

Huwa importanti li inti ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tabib jew tal-infermier tiegħek dwar meta għandek terġa’ tmur għad-dożi ta’ segwitu. Jekk inti tinsa jew ma tkunx tista’ tmur għand it-tabib tiegħek fiż- żmien skedat, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir. Meta Gardasil 9 jingħata bħala l-ewwel doża tiegħek, il-kumplament tal-kors tat-tilqim għandu jsir b’Gardasil 9, u mhux b’vaċċin ta’ HPV ieħor.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’dan il-vaċċin, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull vaċċin ieħor, dan il-vaċċin jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jidhru wara l-użu ta’ Gardasil 9:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10): effetti sekondarji li jinstabu fis-sit tal-injezzjoni (uġigħ, nefħa u ħmura) u uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): effetti sekondarji li jinstabu fis-sit tal- injezzjoni (tbenġil, u ħakk), deni, għeja, sturdament u nawsja.

Meta Gardasil 9 ingħata flimkien ma’ vaċċin ta’ rinforz ikkombinat ta’ difterite, tetnu, pertussis [aċellulari, komponent] u poljomijelite [inattivat] waqt l-istess vista, kien hemm aktar nefħa fis-sit tal-injezzjoni.

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati b’GARDASIL jew SILGARD u jistgħu jidhru wkoll wara li tieħu GARDASIL 9:

Ġie rrappurtat ħass ħażin, xi drabi flimkien ma’ ċaqlieq jew ebusija. Għalkemm episodji ta’ ħass ħażin mhumiex komuni, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal 15-il minuta wara li jirċievu l-vaċċin ta’ HPV.

Ġew irrappurtati reazzjonijiet allerġiċi. Xi wħud minn dawn ir-reazzjonijiet kienu severi. Is-sintomi jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir, ħorriqija u/jew raxx.

Bħal ma jiġri b’vaċċini oħra, l-effetti sekondarji li ġew irrappurtati matul l-użu ġenerali jinkludu: glandoli minfuħin (għonq, l-abt, jew l-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa); dgħufija fil-muskoli, sensazzjonijiet mhux normali, tingiż fid-dirgħajn, fir-riġlejn u fil-parti ta’ fuq tal-ġisem, jew konfużjoni (Sindrome ta’ Guillain-Barré, Enċefalomijelite akuta u mifruxa); rimettar, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fil-muskoli, għeja mhux tas-soltu jew dgħufija, tkexkix ta’ bard, tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali, ikollok ħruġ ta’ demm jew titbenġel b’mod aktar faċli mis-soltu, u infezzjoni fil-ġilda fil-post tal-injezzjoni.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk inti jew ibnek/bintek ikollkom xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Gardasil 9

Żomm dan il-vaċċin fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tużax dan il-vaċċin wara d-data ta’ meta jiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta jiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2ºC - 8ºC). Tagħmlux fil-friża. Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid- dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Gardasil 9

Is-sustanzi attivi huma: proteina ppurifikata ħafna mhux infettiva għal kull wieħed mit-tipi (6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58) tal-Papillomavirus Uman.

Doża waħda (0.5 ml) fiha madwar:

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 6 proteina L12,3

30 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 11 proteina L12,3

40 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 16 proteina L12,3

60 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 18 proteina L1 2,3

40 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 31 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 33 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 45 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 52 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 58 proteina L12,3

20 mikrogramma

1Papillomavirus Uman = HPV.

2 Proteina L1 f’għamla ta’ partiċelli qishom virus magħmula f’ċelluli tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae CANADE 3C-5 (Razza 1895)) permezz ta’ teknoloġija rikombinanti tad-DNA. 3adsorbit fuq aluminium hydroxyphosphate sulphate amorfu awżiljari (0.5 milligrammi Al).

Aluminium hydroxyphosphate sulphate amorfu huwa inkluż fil-vaċċin bħala sustanza awżiljari. Sustanzi awżiljari jiġu inklużi biex itejbu r-rispons immuni tat-tilqim.

Is-sustanzi l-oħra fis-suspensjoni tal-vaċċin huma: sodium chloride, L-histidine, polysorbate 80, sodium borate u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Gardasil 9 u l-kontenut tal-pakkett

Doża waħda ta’ suspensjoni għall-injezzjoni ta’ Gardasil 9 fiha 0.5 ml.

Qabel ma jitħawwad, Gardasil 9 jista’ jidher bħala likwidu ċar bi preċipitat abjad. Wara li jitħawwad sewwa, isir likwidu abjad u mdardar.

Gardasil 9 huwa disponibbli f’pakkett ta’ 1.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

MSD VACCINS, 162 avenue Jean Jaurès, 69007 Lyon, Franza

Manifattur

Merck Sharp and Dohme, B.V., Waarderweg, 39, 2031 BN Haarlem, L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

MSD Belgium BVBA/SPRL

UAB Merck Sharp & Dohme

Tél/Tel: 0800 38 693

Tel.: +370.5.2780.247

(+32 (0) 27766211)

msd_lietuva@merck.com

dpoc_belux@merck.com

България

Luxembourg/Luxemburg

Мерк Шарп и Доум България ЕООД,

MSD Belgium BVBA/SPRL

тел.: + 359 2 819 3737

Tél: +32 (0) 27766211

info-msdbg@merck.com

dpoc_belux@merck.com

Česká republika

Magyarország

Merck Sharp & Dohme s.r.o.

MSD Pharma Hungary Kft.

Tel.: +420 233 010 111

Tel.: + 36.1.888.5300

dpoc_czechslovak@merck.com

hungary_msd@merck.com

Danmark

Malta

MSD Danmark ApS

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited.

Tlf: + 45 4482 4000

Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

dkmail@merck.com

malta_info@merck.com

Deutschland

Nederland

MSD SHARP & DOHME GMBH

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612)

Tel: 0800 9999000

e-mail@msd.de

(+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com

Eesti

Norge

Merck Sharp & Dohme OÜ

MSD (Norge) AS

Tel.: +372 6144 200

Tlf: +47 32 20 73 00

msdeesti@merck.com

msdnorge@msd.no

Ελλάδα

Österreich

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 98 97 300

Tel: +43 (0) 1 26 044

dpoc_greece@merck.com

msd-medizin@merck.com

España

Polska

Merck Sharp & Dohme de España, S.A.

MSD Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 321 06 00

Tel.: +48.22.549.51.00

msd_info@merck.com

msdpolska@merck.com

France

Portugal

MSD VACCINS

Merck Sharp & Dohme, Lda

Tél: +33 (0) 1 80 46 40 40

Tel: +351 21 4465700

clic@merck.com

Hrvatska

România

Merck Sharp & Dohme d.o.o.

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L

Tel: +385 1 66 11 333

Tel: + 4021 529 29 00

croatia_info@merck.com

msdromania@merck.com

Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700 medinfo_ireland@merck.com

Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Italia

MSD Italia S.r.l. Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371.67364.224 msd_lv@merck.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o. Tel: +386.1.520.4201

msd.slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o Tel: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 804 650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Merck Sharp & Dohme Limited Tel: +44 (0) 1992 467272 medicalinformationuk@merck.com

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Gardasil 9suspensjoni għall-injezzjoni:

Qabel ma jitħawwad Gardasil 9 jista’ jidher bħala likwidu ċar bi preċipitat abjad.

Ħawwad sew qabel l-użu biex tagħmel suspensjoni. Wara li jitħawwad sew huwa jsir likwidu abjad imdardar.

Ifli s-suspensjoni għal frak u bidla fil-kulur qabel l-għoti. Armi l-vaċċin jekk ikun hemm frak u/jew jekk jidher li bidel il-kulur.

Iġbed id-doża ta’ 0.5 ml tal-vaċċin mill-kunjett permezz ta’ labra u siringa sterili.

Injetta immedjatament bl-użu tar-rotta ġol-muskoli (IM - intramuscular), l-aħjar fiż-żona tal- muskolu deltojd tal-parti ta’ fuq tad-driegħ jew fiż-żona anterolaterali tal-koxxa.

Il-vaċċin għandu jintuża kif fornut. Għandha tintuża d-doża sħiħa rakkomandata tal-vaċċin.

Kull fdal tal-vaċċin li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Vaċċin b’9 tipi ta’ Papillomavirus Uman (Rikombinanti, adsorbit)

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel inti jew ibnek/bintek titlaqqmu peress li fih informazzjoni importanti għalik jew għal ibnek/bintek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Jekk inti jew ibnek/bintek ikollkom xi effett sekondarju, kellem it-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Gardasil 9 u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma inti jew ibnek/bintek tirċievu Gardasil 9

3.Kif jingħata Gardasil 9

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Gardasil 9

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Gardasil 9 u gћalxiex jintuża

Gardasil 9 huwa vaċċin għat-tfal u għall-adolexxenti mill-età ta’ 9 snin u għall-adulti. Huwa jingħata biex jipproteġi kontra mard ikkawżat mit-tipi 6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58 tal-Papillomavirus Uman (HPV - Human Papillomavirus).

Dan il-mard jinkludi leżjonijiet qabel isiru kanċer u kanċers tal-ġenitali tan-nisa (l-għonq tal-utru, il- vulva, u l-vaġina), leżjonijiet qabel isiru kanċer u kanċers tal-anus u felul ġenitali fl-irġiel u n-nisa.

Gardasil 9 ġie studjat fl-irġiel u fin-nisa b’età minn 9 snin sa 26 sena.

Gardasil 9 jipproteġi kontra t-tipi ta’ HPV li jikkawżaw l-aktar każijiet ta’ dan il-mard.

Gardasil 9 qiegħed biex jevita dan il-mard. Il-vaċċin ma jintużax biex ifejjaq mard marbut ma’ HPV. Gardasil 9 m’għandu l-ebda effett f’individwi li diġà għandhom infezzjoni persistenti jew mard assoċjat ma’ kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ HPV li hemm fil-vaċċin. Madankollu, f’individwi li diġà huma infettati b’tip wieħed jew aktar ta’ HPV tal-vaċċin, Gardasil 9 xorta jista’ jipproteġi kontra mard assoċjat mat-tipi l-oħra ta’ HPV tal-vaċċin.

Gardasil 9 ma jistax jikkawża mard marbut ma’ HPV.

Meta individwu jitlaqqam b’Gardasil 9, is-sistema immuni (is-sistema ta’ difiża naturali tal-ġisem) tistimula l-produzzjoni ta’ antikorpi kontra d-disa’ tipi ta’ HPV tal-vaċċin, biex tipproteġi kontra l- mard ikkawżat minn dawn il-virusis.

Jekk inti jew ibnek/bintek tirċievu l-ewwel doża ta’ Gardasil 9, intom għandkom tkomplu l-kors kollu ta’ tilqim b’Gardasil 9.

Jekk inti jew ibnek/bintek diġà ħadtu vaċċin ta’ HPV, staqsi lit-tabib tiegħek jekk Gardasil 9 jgħoddx għalik.

Gardasil 9 għandu jintuża skont il-linji gwida uffiċjali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma inti jew ibnek/bintek tirċievu Gardasil 9

Tirċivix Gardasil 9 jekk inti jew ibnek/bintek

allerġiċi għal xi sustanza attiva jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-vaċċin (elenkati taħt “sustanzi oħra”, fis-sezzjoni 6).

żviluppajtu reazzjoni allerġika wara li rċevejtu doża ta’ Gardasil jew Silgard (tipi 6, 11, 16, u 18 ta’ HPV) jew Gardasil 9.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek jekk inti jew ibnek/bintek:

għandkom disturb ta’ ħruġ ta’ demm (marda li tikkawża aktar ħruġ ta’ demm minn dak li hu normali), per eżempju l-emofilja;

għandkom sistema immuni mdgħajfa, per eżempju minħabba difett ġenetiku, infezzjoni b’HIV jew mediċini li jaffettwaw is-sistema immuni;

issofru minn mard b’deni qawwi. Madankollu, deni ħafif jew infezzjoni ħafifa fil-parti ta’ fuq tal-apparat tan-nifs (pereżempju jkollok riħ) fihom infushom mhumiex raġuni għalfejn għandek tipposponi t-tilqim.

Jista’ jseħħ ħass ħażin, xi drabi flimkien ma’ waqgħa (l-aktar fl-adolexxenti) wara kwalunkwe injezzjoni b’labra. Għalhekk għid lit-tabib jew lill-infermier jekk qatt qabel tak ħass ħażin b’injezzjoni.

Bħal kull vaċċin ieħor, Gardasil 9 jista’ ma jipproteġix kompletament lil kull min jieħu l-vaċċin.

Gardasil 9 ma jipproteġix kontra kull tip ta’ Papillomavirus Uman. Għalhekk għandhom ikomplu jintużaw prekawzjonijiet xierqa kontra mard li jixtered mis-sess.

It-tilqim ma jisostiwixxix l-eżami ta’ rutina tal-għonq tal-utru. Jekk inti mara, inti għandek tkompli ssegwi l-parir tat-tabib tiegħek dwar is-‘smear tal-għonq tal-utru/it-testijiet Pap u miżuri preventivi u protettivi.

X’informazzjoni importanti oħra hemm bżonn li inti jew ibnek/bintek tkunu tafu dwar Gardasil 9

It-tul ta’ żmien tal-protezzjoni għadu mhuwiex magħruf. Għadhom għaddejjin studji ta’ segwitu fit- tul biex jiġi stabbilit jekk hijiex meħtieġa doża ta’ rinforz.

Mediċini oħra u Gardasil 9

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti jew ibnek/bintek qegħdin tieħdu, ħadtu dan l-aħħar jew tistgħu tieħdu xi mediċina oħra, inkluż mediċini li jinkisbu mingħajr riċetta.

Gardasil 9 jista’ jingħata ma’ vaċċin ta’ rinforz ikkombinat li fih id-difterite (d - diphtheria) u t-tetnu (T - tetanus) jew mal-pertussi [aċellulari, komponent] (ap - acellular pertussis) u/jew inkella poljomijelite [mhux attivat] (IPV - inactivated poliomyelitis) (vaċċini dTap, dT-IPV, dTap-IPV) f’sit differenti tal-injezzjoni (f’parti oħra ta’ ġismek, bħal driegħ jew riġel ieħor) waqt l-istess vista.

Gardasil 9 jista’ ma jkollux l-aħjar effett jekk jintuża ma’ mediċini li jissoppressaw is-sistema immuni.

Kontraċettivi tal-ormoni (per eżempju l-pillola kontraċettiva) ma jnaqqsux il-protezzjoni miksuba b’Gardasil 9.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tirċievi din it-tilqima.

Gardasil 9 jista’ jingħata lil nisa li qegħdin ireddgħu jew li għandhom il-ħsieb li jreddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Gardasil 9 jista’ jaffettwa b’mod ħafif u temporanju l-ħila biex inti ssuq u tħaddem magni (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

Gardasil 9 fih sodium chloride

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża, i.e. huwa essenzjalment “ħieles mis-sodium”.

3. Kif jingħata Gardasil 9

Gardasil 9 jingħata bħala injezzjoni mit-tabib tiegħek. Gardasil 9 qiegħed biex jingħata lill-adolexxenti u l-adulti mill-età ta’ 9 snin ’il quddiem.

Jekk ikollok minn 9 snin sa u inkluż 14-il sena meta tingħata l-ewwel injezzjoni

Gardasil 9 jista’ jingħata skont skeda ta’ 2 dożi:

-L-ewwel injezzjoni: fid-data magħżula

-It-tieni injezzjoni: tingħata bejn 5 xhur u 13-il xahar wara l-ewwel injezzjoni

Jekk it-tieni doża tal-vaċċin tingħata qabel 5 xhur wara l-ewwel doża, għandha dejjem tingħata t-tielet doża.

Gardasil 9 jista’ jingħata skont skeda ta’ 3 dożi:

-L-ewwel injezzjoni: fid-data magħżula

-It-tieni injezzjoni: xahrejn wara l-ewwel injezzjoni (mhux qabel xahar wara l-ewwel doża)

-It-tielet injezzjoni: 6 xhur wara l-ewwel injezzjoni (mhux qabel 3 xhur wara t-tieni doża) It-tliet dożi għandhom jingħataw fi żmien sena. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni.

Jekk ikollok minn 15-il sena ’l fuq meta tingħata l-ewwel injezzjoni

Gardasil 9 għandu jingħata skont skeda ta’ 3 dożi:

-L-ewwel injezzjoni: fid-data magħżula

-It-tieni injezzjoni: xahrejn wara l-ewwel injezzjoni (mhux qabel xahar wara l-ewwel doża)

-It-tielet injezzjoni: 6 xhur wara l-ewwel injezzjoni (mhux qabel 3 xhur wara t-tieni doża) It-tliet dożi għandhom jingħataw fi żmien sena. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni.

Huwa rakkomandat li individwi li jirċievu l-ewwel doża ta’ Gardasil 9 ikomplu l-kors ta’ tilqim b’Gardasil 9.

Gardasil 9 se jingħata bħala injezzjoni minn ġol-ġilda għal ġol-muskolu (preferibbilment fil-muskolu tal-parti ta’ fuq tad-driegħ jew tal-koxxa).

Jekk tinsa doża waħda ta’ Gardasil 9

Jekk taqbeż injezzjoni skedata, it-tabib tiegħek jiddeċiedi meta jagħti d-doża li inti tlift.

Huwa importanti li inti ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tabib jew tal-infermier tiegħek dwar meta għandek terġa’ tmur għad-dożi ta’ segwitu. Jekk inti tinsa jew ma tkunx tista’ tmur għand it-tabib tiegħek fiż- żmien skedat, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir. Meta Gardasil 9 jingħata bħala l-ewwel doża tiegħek, il-kumplament tal-kors tat-tilqim għandu jsir b’Gardasil 9, u mhux b’vaċċin ta’ HPV ieħor.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’dan il-vaċċin, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull vaċċin ieħor, dan il-vaċċin jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jidhru wara l-użu ta’ Gardasil 9:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10): effetti sekondarji li jinstabu fis-sit tal-injezzjoni (uġigħ, nefħa u ħmura) u uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): effetti sekondarji li jinstabu fis-sit tal- injezzjoni (tbenġil, u ħakk), deni, għeja, sturdament u nawsja.

Meta Gardasil 9 ingħata flimkien ma’ vaċċin ta’ rinforz ikkombinat ta’ difterite, tetnu, pertussis [aċellulari, komponent] u poljomijelite [inattivat] waqt l-istess vista, kien hemm aktar nefħa fis-sit tal-injezzjoni.

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati b’GARDASIL jew SILGARD u jistgħu jidhru wkoll wara li tieħu GARDASIL 9:

Ġie rrappurtat ħass ħażin, xi drabi flimkien ma’ ċaqlieq jew ebusija. Għalkemm episodji ta’ ħass ħażin mhumiex komuni, il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal 15-il minuta wara li jirċievu l-vaċċin ta’ HPV.

Ġew irrappurtati reazzjonijiet allerġiċi. Xi wħud minn dawn ir-reazzjonijiet kienu severi. Is-sintomi jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir, ħorriqija u/jew raxx.

Bħal ma jiġri b’vaċċini oħra, l-effetti sekondarji li ġew irrappurtati matul l-użu ġenerali jinkludu: glandoli minfuħin (għonq, l-abt, jew l-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa); dgħufija fil-muskoli, sensazzjonijiet mhux normali, tingiż fid-dirgħajn, fir-riġlejn u fil-parti ta’ fuq tal-ġisem, jew konfużjoni (Sindrome ta’ Guillain-Barré, Enċefalomijelite akuta u mifruxa); rimettar, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fil-muskoli, għeja mhux tas-soltu jew dgħufija, tkexkix ta’ bard, tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali, ikollok ħruġ ta’ demm jew titbenġel b’mod aktar faċli mis-soltu, u infezzjoni fil-ġilda fil-post tal-injezzjoni.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk inti jew ibnek/bintek ikollkom xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Gardasil 9

Żomm dan il-vaċċin fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tużax dan il-vaċċin wara d-data ta’ meta jiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tas-siringa wara JIS. Id-data ta’ meta jiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2ºC - 8ºC). Tagħmlux fil-friża. Żomm is-siringa fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid- dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Gardasil 9

Is-sustanzi attivi huma: proteina ppurifikata ħafna mhux infettiva għal kull wieħed mit-tipi (6, 11, 16, 18, 31, 33, 45, 52, u 58) tal-Papillomavirus Uman.

Doża waħda (0.5 ml) fiha madwar:

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 6 proteina L12,3

30 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 11 proteina L12,3

40 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 16 proteina L12,3

60 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 18 proteina L1 2,3

40 mikrogramma

Papillomavirus Uman1 tat-Tip 31 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 33 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 45 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 52 proteina L12,3

20 mikrogramma

Papillomavirus Uman1

tat-Tip 58 proteina L12,3

20 mikrogramma

1Papillomavirus Uman = HPV.

2 Proteina L1 f’għamla ta’ partiċelli qishom virus magħmula f’ċelluli tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae CANADE 3C-5 (Razza 1895)) permezz ta’ teknoloġija rikombinanti tad-DNA. 3adsorbit fuq aluminium hydroxyphosphate sulphate amorfu awżiljari (0.5 milligrammi Al).

Aluminium hydroxyphosphate sulphate amorfu huwa inkluż fil-vaċċin bħala sustanza awżiljari. Sustanzi awżiljari jiġu inklużi biex itejbu r-rispons immuni tat-tilqim.

Is-sustanzi l-oħra fis-suspensjoni tal-vaċċin huma: sodium chloride, L-histidine, polysorbate 80, sodium borate u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Gardasil 9 u l-kontenut tal-pakkett

Doża waħda ta’ suspensjoni għall-injezzjoni ta’ Gardasil 9 fiha 0.5 ml.

Qabel ma jitħawwad, Gardasil 9 jista’ jidher bħala likwidu ċar bi preċipitat abjad. Wara li jitħawwad sewwa, isir likwidu abjad u mdardar.

Gardasil 9 huwa disponibbli f’pakketti ta’ 1 jew 10 siringi mimlija għal-lest.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

MSD VACCINS, 162 avenue Jean Jaurès, 69007 Lyon, Franza

Manifattur

Merck Sharp and Dohme, B.V., Waarderweg, 39, 2031 BN Haarlem, L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

MSD Belgium BVBA/SPRL

UAB Merck Sharp & Dohme

Tél/Tel: 0800 38 693

Tel.: +370.5.2780.247

(+32 (0) 27766211)

msd_lietuva@merck.com

dpoc_belux@merck.com

България

Luxembourg/Luxemburg

Мерк Шарп и Доум България ЕООД,

MSD Belgium BVBA/SPRL

тел.: + 359 2 819 3737

Tél: +32 (0) 27766211

info-msdbg@merck.com

dpoc_belux@merck.com

Česká republika

Magyarország

Merck Sharp & Dohme s.r.o.

MSD Pharma Hungary Kft.

Tel.: +420 233 010 111

Tel.: + 36.1.888.5300

dpoc_czechslovak@merck.com

hungary_msd@merck.com

Danmark

Malta

MSD Danmark ApS

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited.

Tlf: + 45 4482 4000

Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

dkmail@merck.com

malta_info@merck.com

Deutschland

Nederland

MSD SHARP & DOHME GMBH

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612)

Tel: 0800 9999000

e-mail@msd.de

(+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com

Eesti

Norge

Merck Sharp & Dohme OÜ

MSD (Norge) AS

Tel.: +372 6144 200

Tlf: +47 32 20 73 00

msdeesti@merck.com

msdnorge@msd.no

Ελλάδα

Österreich

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 98 97 300

Tel: +43 (0) 1 26 044

dpoc_greece@merck.com

msd-medizin@merck.com

España

Polska

Merck Sharp & Dohme de España, S.A.

MSD Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 321 06 00

Tel.: +48.22.549.51.00

msd_info@merck.com

msdpolska@merck.com

France

Portugal

MSD VACCINS

Merck Sharp & Dohme, Lda

Tél: +33 (0) 1 80 46 40 40

Tel: +351 21 4465700

clic@merck.com

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: +385 1 66 11 333 croatia_info@merck.com

Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700 medinfo_ireland@merck.com

Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Italia

MSD Italia S.r.l. Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371.67364.224 msd_lv@merck.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L Tel: + 4021 529 29 00 msdromania@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o. Tel: +386.1.520.4201

msd.slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o Tel: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 804 650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Merck Sharp & Dohme Limited Tel: +44 (0) 1992 467272 medicalinformationuk@merck.com

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Gardasil 9 suspensjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest:

Qabel ma jitħawwad Gardasil 9 jista’ jidher bħala likwidu ċar bi preċipitat abjad.

Ħawwad sew is-siringa mimlija għal-lest qabel l-użu biex tagħmel suspensjoni. Wara li jitħawwad sew, huwa jsir likwidu abjad, imdardar.

Ifli s-suspensjoni għal frak u bidla fil-kulur qabel l-għoti. Armi l-vaċċin jekk ikun hemm frak u/jew jekk jidher li bidel il-kulur.

Żewg labriet ta’ tulijiet differenti huma pprovduti fil-pakkett; agħżel il-labra adattata skont id- daqs u l-piż tal-pazjent biex taċċerta ruħek li l-għoti jsir ġol-muskolu (IM - intramuscular).

Waħħal il-labra billi ddawwar lejn il-lemin sakemm il-labra tissikka mas-siringa. Agħti d-doża kollha skont il-protokoll standard.

Injetta immedjatament bl-użu tar-rotta ġol-muskoli (IM), l-aħjar fiż-żona tal-muskolu deltojd tal-parti ta’ fuq tad-driegħ jew fiż-żona anterolaterali tal-koxxa.

Il-vaċċin għandu jintuża kif fornut. Għandha tintuża d-doża sħiħa rakkomandata tal-vaċċin.

Kull fdal tal-vaċċin li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati