Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Genvoya (elvitegravir / cobicistat / emtricitabine...) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AR

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaGenvoya
Kodiċi ATCJ05AR
Sustanzaelvitegravir / cobicistat / emtricitabine / tenofovir alafenamide
ManifatturGilead Sciences International Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Genvoya 150 mg/150 mg/200 mg/10 mg pilloli miksija b’rita

Elvitegravir/cobicistat/emtricitabine/tenofovir alafenamide

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Genvoya u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Genvoya

3.Kif għandek tieħu Genvoya

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Genvoya

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Genvoya u għalxiex jintuża

Genvoya fih erba’ sustanzi attivi:

elvitegravir, mediċina antiretrovirali magħrufa bħala impeditur ta’ integrase

cobicistat, mediċina li ssaħħaħ (enhancer farmakinetiku) l-effetti ta’ elvitegravir

emtricitabine, mediċina antiretrovirali magħrufa bħala impeditur tan-nucleoside reverse transcriptase (NRTI – nucleoside reverse transcriptase inhibitor)

tenofovir alafenamide, mediċina antiretrovirali magħrufa bħala impeditur tan-nucleotide reverse transcriptase (NtRTI)

Genvoya hu pillola waħda għat-trattament għal virus ta’ l-immunodefiċjenza umana 1 (HIV-1) fl- adulti u adolexxenti li jkollhom 12-il sena u aktar, li jiżnu mill-inqas 35 kg.

Genvoya inaqqas l-ammont ta’ HIV fil-ġisem tiegħek. Dan ser itejjeb is-sistema immuni tiegħek u jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa mard assoċjat mal-infezzjoni bl-HIV.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Genvoya

Tiħux Genvoya:

Jekk inti allerġiku għal elvitegravir, cobicistat, emtricitabine, tenofovir alafenamide, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6 ta’ dan il-fuljett).

Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini:

-alfuzosin (jintuża għal trattament ta’ glandola mkabbra tal-prostata)

-amiodarone, quinidine (jintużaw biex jikkoreġu taħbit irregolari tal-qalb)

-carbamazepine, phenobarbital, phenytoin (jintużaw għal prevenzjoni ta’ aċċessjonijiet)

-rifampicin (jintuża għal prevenzjoni u għal trattament ta’ tuberkulosi u infezzjonijiet oħrajn)

-dihydroergotamine, ergometrine, ergotamine (jintużaw għal trattament ta’ uġigħ ta’ emigranja fir-ras)

-cisapride (jintuża biex ittaffi ċerti problemi fl-istonku)

-

St. John’s wort

(Hypericum perforatum, rimedju li ġej mill-ħxejjex li jintuża għad- dipressjoni u l-ansjetà), jew prodotti li jinkluduh.

-lovastatin, simvastatin (jintużaw biex ibaxxu l-kolesterol fid-demm)

-pimozide (jintuża għal trattament ta’ ħsibijiet jew sensazzjonijiet mhux normali)

-sildenafil (meta jintuża għal trattament ta’ pressjoni għolja arterjali pulmonari – marda tal-pulmun li tagħmilha diffiċli biex tieħu n-nifs)

-midazolam li jingħata mill-ħalq, triazolam (jintużaw biex jgħinuk torqod u/jew biex itaffu l-ansjetà)

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, tiħux Genvoya u għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Għandek tibqa’ taħt it-trattament tat-tabib tiegħek waqt li tkun qed tieħu Genvoya.

Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra. Din il-mediċina ma tfejjaqx l-infezzjoni ta’ HIV. Waqt li tkun qed tieħu Genvoya inti xorta waħda tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni tal-HIV.

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Genvoya:

Jekk għandek problemi fil-fwied jew kellek passat mediku ta’ mard tal-fwied, li jinkludi l- epatite. Pazjenti b’mard fil-fwied li jinkludu epatite kronika B jew Ċ, li huma ttrattati bl- antitretrovirali, għandhom riskju ogħla ta’ kumplikazzjonijiet serji tal-fwied li potenzjalment jistgħu ikunu fatali. Jekk għandek infezzjoni tal-epatite B, it-tabib tiegħek ser jikkunsidra b’attenzjoni l-aħjar kors ta’ trattament għalik.

Jekk għandek infezzjoni tal-epatite B, il-problemi tal-fwied jistgħu jaggravaw wara li tieqaf tieħu Genvoya. Hu importanti li ma tiqafx tieħu Genvoya mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek: ara sezzjoni 3, Tiqafx tieħu Genvoya.

Jekk inti intolleranti għal lactose (ara Genvoya fih il-lactose aktar ’l isfel f’din is-sezzjoni).

Waqt li tkun qed tieħu Genvoya

Ġaladarba tibda tieħu Genvoya, oqgħod attent għal:

Sinjali ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni

Uġigħ jew ebusija fil-ġogi jew problemi fl-għadam

Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, għid lit-tabib tiegħek immedatjament. Għal aktar informazzjoni ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal li jkollhom 11-il sena jew inqas, jew li jiżnu inqas minn 35 kg. L-użu ta’ Genvoya fit-tfal li jkollhom 11-il sena jew inqas għadu ma ġiex studjat.

Mediċini oħra u Genvoya

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Genvoya jista’ jinteraġixxi ma’ mediċini oħrajn. B’riżultat ta’ dan, l-ammonti ta’

Genvoya jew ta’ mediċini oħrajn fid-demm tiegħek jistgħu jiġu affettwati. Dan jista’ jwaqqaf il- mediċini tiegħek milli jaħdmu kif suppost, jew jista’ jaggrava kwalunkwe effetti sekondarji. F’xi każijiet, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jaġġusta d-doża tiegħek jew jiċċekkja l-livelli tad-demm tiegħek.

Mediċini li qatt ma jridu jittieħdu ma’ Genvoya:

-alfuzosin (jintuża għal trattament ta’ glandola mkabbra tal-prostata)

-amiodarone, quinidine (jintużaw biex jikkoreġu taħbit irregolari tal-qalb)

-carbamazepine, phenobarbital, phenytoin (jintużaw għal prevenzjoni ta’ aċċessjonijiet)

-rifampicin (jintuża għal prevenzjoni u għal trattament ta’ tuberkulosi u infezzjonijiet oħrajn)

-dihydroergotamine, ergometrine, ergotamine (jintużaw għal trattament ta’ uġigħ ta’ emigranja fir-ras)

-cisapride (jintuża biex ittaffi ċerti problemi fl-istonku)

-St. John’s wort (Hypericum perforatum), rimedju li ġej mill-ħxejjex li jintuża għad-dipressjoni u l-ansjetà), jew prodotti li jinkluduh

-lovastatin, simvastatin (jintużaw biex ibaxxu l-kolesterol fid-demm)

-pimozide (jintuża għal trattament ta’ ħsibijiet jew sensazzjonijiet mhux normali)

-sildenafil (meta jintuża għal trattament ta’ pressjoni għolja arterjali pulmonari – marda tal-pulmun li tagħmilha diffiċli biex tieħu n-nifs)

-midazolam li jingħata mill-ħalq, triazolam (jintużaw biex jgħinuk torqod u/jew biex itaffu l-ansjetà)

Jekk qed tieħu kwalunkwe minn dawn il-mediċini, tiħux Genvoya u għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Mediċini użati fit-trattament ta’ infezzjoni bl-epatite B:

M’għandekx tieħu Genvoya ma’ mediċini li fihom:

tenofovir alafenamide

tenofovir disoproxil

lamivudine

adefovir dipivoxil

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini.

Tipi oħrajn ta’ mediċina:

Tkellem mat-tabib tiegħek jekk qed tieħu:

antifungali, li jintużaw għal trattament ta’ infezzjonijiet fungali, bħal:

-ketoconazole, itraconazole, voriconazole, posaconazole u flucanazole

antibijotiċi, li jintużaw għal trattament ta’ infezzjonijiet batteriċi li jinkludu t-tuberkulosi, li fihom:

-rifabutin, clarithromycin u telithromycin

mediċini antivirali li jintużaw għal trattament ta’ epatite Ċ:

-boceprevir

antidepressanti, li jintużaw għal trattament tad-dipressjoni:

-mediċini li fihom trazodone jew escitalopram

sedattivi u mediċini ipnotiċi, li jintużaw għal trattament tal-ansjetà:

-buspirone, clorazepate, diazepam, estazolam, flurazepam, zolpidem u lorazapem

immunosoppressanti, li jintużaw biex jikkontrollaw ir-rispons immuni ta’ ġismek wara trapjant, bħal:

-ciclosporin, sirolimus u tacrolimus

kortikosterojdi inklużi:

-betamethasone, budesonide, fluticasone, mometasone, prednisone, triamcinolone. Dawn il-mediċini jintużaw biex jikkuraw allerġiji, ażma, mard ta’ infjammazzjoni tal-imsaren, kundizzjonijiet infjammatorji tal-għajnejn, ġogi u muskoli u kundizzjonijiet infjammatorji oħrajn. Jekk ma jkunux jistgħu jintużaw alternattivi, l-użu tiegħu għandu jseħħ biss wara evalwazzjoni medika u taħt monitoraġġ mill-qrib mit-tabib tiegħek għal effetti sekondarji tal- kortikosterojdi.

mediċini li jintużaw għal trattament tad-dijabete:

-metformin

pillola tal-kontraċezzjoni, li tintuża għall-prevenzjoni tat-tqala

mediċini għal trattament ta’ disfunzjoni erettili, li jintużaw għat-trattament ta’ impotenza, bħal:

-sildenafil, tadalafil u vardenafil

mediċini tal-qalb, bħal:

-digoxin, disopyramide, flecainide, lidocaine, mexiletine, propafenone, metoprolol, timolol, amlodipine, diltiazem, felodipine, nicardipine, nifedipine u verapamil

mediċini li jintużaw għal trattament ta’ pressjoni għolja arterjali pulmonari:

-bosentan u tadalafil

medicine kontra t-tagħqid tad-demm, li jintużaw biex iraqqu d-demm, bħal:

-warfarin u dabigatran

bronkodilaturi, li jintużaw għal trattament tal-ażżma u problemi oħra relatati mal-pulmun:

-salmeterol

mediċini li jbaxxu l-kolesterol, bħal:

-atorvastatin u pitavastatin

mediċini li jintużaw għal trattament tal-gotta:

-colchicine

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu dawn, jew xi mediċina oħra. Twaqqafx it-trattament tiegħek mingħajr ma tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

antaċidi, li jintużaw biex jittrattaw ħruq ta’ istonku jew ir-rifluss tal-aċidu (ara wkoll sezzjoni 3,

Kif għandek tieħu Genvoya).

Jekk qed tieħu antaċidu, jew suppliment ta’ multivitamini, ħudu mill-inqas 4 sigħat qabel jew mill-inqas 4 sigħat wara Genvoya.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Uża kontraċezzjoni effettiva waqt li tkun qed tieħu Genvoya.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina meta tkun tqila.

Jekk ħadt Genvoya waqt it-tqala, it-tabib jista’ jagħmillek testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħra biex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommhom ħadet NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-protezzjoni kontra l-HIV kien ikbar mir-riskju ta’ l-effetti sekondarji.

M’għandekx tredda’ matul it-trattament bi Genvoya. Dan għaliex xi wħud mis-sustanzi attivi f’din il-mediċina jgħaddu ġol-ħalib tas-sider uman. Hu rakkomandat li ma treddax biex tevita li tgħaddi l- virus lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Genvoya jista’ tikkawża sturdament. Jekk tħossok stordut/a meta tieħu Genvoya, m’għandekx issuq jew tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni.

Genvoya fih lactose

Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek intolleranza għal lactose jew intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor. Genvoya fih lactose monohydrate. Jekk taf li għandek intolleranza għal lactose, jew jekk it- tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Genvoya.

3.Kif għandek tieħu Genvoya

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija:

Adulti: pillola waħda kuljum mal-ikel.

Adolexxenti li jkollhom 12-il sena u aktar, li jiżnu mill-inqas 35 kg: pillola waħda kuljum mal-ikel

Tomgħodx, tgħaffiġx u taqsamx il-pillola.

Dejjem għandek tieħu d-doża rakkomandata mit-tabib tiegħek. Dan biex taċċerta ruħek li l- mediċina tkun effettiva b’mod sħiħ, u biex tnaqqas ir-riskju li tiżviluppa reżistenza għat-trattament. Tibdilx id-doża jekk ma jgħidlekx it-tabib tiegħek biex tagħmel hekk.

Tiħux antaċidi jew multivitamini fl-istess ħin ma’ Genvoya. Jekk qed tieħu antaċidu bħal aluminium/magnesium hydroxide, jew suppliment ta’ multivitamini, ħudu mill-inqas 4 sigħat qabel jew mill-inqas 4 sigħat wara Genvoya.

Jekk tieħu Genvoya aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu iktar mid-doża rakkomandata ta’ Genvoya, tista’ tkun f’riskju akbar li jkollok effetti sekondarji b’din il-mediċina (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli).

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza immedjatament għal parir. Żomm il-flixkun tal-pilloli miegħek ħalli tkun tista’ faċilment tiddeskrivi dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Genvoya

Huwa importanti li ma tinsa tieħu ebda doża ta’ Genvoya.

Jekk tinsa tieħu doża:

Jekk tinnota fi żmien 18-il siegħa mill-ħin li fih normalment tieħu Genvoya, trid tieħu l-pillola malajr kemm jista’ jkun. Dejjem ħu l-pillola mal-ikel. Imbagħad ħu d-doża li jkun imissek tieħu bħas-soltu.

Jekk tinnota wara 18-il siegħa jew aktar wara l-ħin li fih normalment tieħu Genvoya, allura tiħux id-doża li tkun insejt tieħu. Stenna u ħu d-doża li jkun jmiss, mal-ikel, fil-ħin li s-soltu teħodha.

Jekk tirremetti inqas minn siegħa wara li tkun ħadt Genvoya, ħu pillola oħra mal-ikel.

Tiqafx tieħu Genvoya

Tiqafx tieħu Genvoya mingħajr ma titkellem mat-tabib tiegħek. Li tieqaf tieħu Genvoya jista’ jaffettwa serjament ir-rispons tiegħek għal trattament futura. Jekk Genvoya jitwaqqaf għal kwalunkwe raġuni, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tibda tieħu l-pilloli Genvoya mill-ġdid.

Meta l-provvista tal-pilloli Genvoya tiegħek tibda tonqos, ikseb aktar pilloli mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dan hu importanti ħafna għax l-ammont ta’ virus jista’ jibda jiżdied jekk il-mediċina titwaqqaf imqar għal żmien qasir. Imbagħad isir aktar diffiċli biex tittratta l-marda.

Jekk għandek kemm infezzjoni tal-HIV kif ukoll epatite B, hu partikularment importanti li ma twaqqafx it-trattament tiegħek bi Genvoya mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek qabel. Jista’ jkun hemm bżonn li jsirulek testijiet tad-demm għal diversi xhur wara li twaqqaf it-trattament. F’xi pazjenti b’mard avvanzat tal-fwied jew ċirrożi, it-twaqqif tat-trattament mhuwiex rakkomandat, għax dan jista’ jwassal li l-epatite tiegħek tmur għall-agħar, li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament dwar sintomi ġodda jew mhux tas-soltu wara li twaqqaf it- trattament, b’mod partikulari dawk is-sintomi li normalment inti tassoċja mal-epatite B.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il- bidliet.

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Meta tkun qed tittratta infezzjoni tal-HIV, mhux dejjem ikun possibbli tgħid jekk xi wħud mill-effetti mhux mixtieqa ikunux ikkawzati minn Genvoya jew minn mediċini oħrajn li tkun qed tieħu fl-istess ħin, jew mill-marda tal-HIV infisha.

Effetti sekondarji serji possibbli: għid lil tabib immedjatament

Kwalunkwe sinjali ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni. F’xi pazjenti b’infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) u bi storja medika ta’ infezzjonijiet opportunistiċi (infezzjonijiet li jseħħu f’nies b’sistema immuni dgħajfa), sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni minn infezzjonijiet fil-passat jistgħu jseħħu dritt wara li tinbeda t-trattament kontra l-HIV. Hu maħsub li dawn is-sintomi jseħħu minħabba titjib fir-rispons tas-sistema immuni tal-ġisem, li tippermetti lil ġisem biex jiġġieled infezzjonijiet li setgħu kienu preżenti mingħajr l-ebda sintomi ovvji.

Disturbi awtoimmuni, meta s-sistema immuni tattakka tessut tal-ġisem b’saħħtu, jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għall-infezzjoni tal-HIV. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-trattament. Oqgħod attent/a għal kwalunkwe sintomu ta’ infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal:

-dgħufija fil-muskoli

-dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li timxi ’l fuq sat-tronk tal-ġisem

-palpitazzjonijiet, rogħda jew iperattività.

Jekk tinnota l-effetti sekondarji deskritti hawn fuq, għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Effetti sekondarji komuni ħafna

(jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni)

tħossok imdardar (nawseja)

Effetti sekondarji komuni

(jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

ħolm anormali

uġigħ ta’ ras

sturdament

dijarea

rimettar

uġigħ fl-istonku

gass

raxx

għeja

Effetti sekondarji mhux komuni

(jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna)

għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm ħomor (anemija)

depressjoni

problemi bid-diġestjoni li jwasslu għal skonfort wara l-ikel (dispepsja)

nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien jew griżmejn (anġjoedema)

ħakk

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jsir serju, għid lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji oħrajn li jistgħu jiġi osservati matul it-trattament kontra l-HIV

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji li ġejjin mhijiex magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Problemi fl-għadam. Xi pazjenti li jkunu qed jieħdu mediċini antiretrovirali kombinati bħal Genvoya jistgħu jiżviluppaw marda tal-għadam li tissejjaħ osteonekrosi (mewt ta’ tessut tal-għadam ikkawżata minn telf tal-provvista tad-demm lill-għadma). Li tieħu dan it-tip ta’ mediċina għal żmien twil, li tieħu l-kortikosterojdi, tixrob l-alkoħol, li jkollok sistema immuni dgħajfa ħafna, u li jkollok piż żejjed, jistgħu jkunu xi uħud mill-ħafna fatturi ta’ riskju li tiżviluppa din il-marda. Is-sinjali ta’ osteonekrosi huma:

-ebusija fil-ġogi

-uġigħ fil-ġogi (speċjalment tal-ġenbejn, l-irkopptejn u tal-ispallejn)

-diffikultà biex tiċċaqlaq

Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, għid lit-tabib tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Genvoya

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa u l-flixkun wara {JIS}. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Żomm il-flixkun magħluq sewwa.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Genvoya

Is-sustanzi attivi huma elvitegravir, cobicistat, emtricitabine u tenofovir alafenamide. Kull pillola miksija b’rita ta’ Genvoya fiha 150 mg ta’ elvitegravir, 150 mg ta’ cobicistat, 200 mg ta’ emtricitabine u tenofovir alafenamide fumarate, ekwivalenti għal 10 mg ta’ tenofovir alafenamide.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma

Qalba tal-pillola:

Lactose (bħala monohydrate), microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, hydroxypropyl cellulose, silicon dioxide, sodium lauryl sulphate, magnesium stearate.

Kisja tar-rita:

Polyvinyl alcohol (E1203), titanium dioxide (E171), polyethylene glycol (E1521), talc (E553B), indigo carmine aluminium lake (E132), iron oxide yellow (E172).

Kif jidher Genvoya u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli miksija b’rita ta’ Genvoya huma ħodor, f’forma ta’ kapsula, b’“GSI” imnaqqxa fuq naħa waħda u n-numru “510” fuq in-naħa l-oħra tal-pillola. Genvoya jiġi fi fliexken ta’ 30 pillola (b’dessikant li jkun fih ġel tas-silica li jrid jinżamm ġol-flixkun biex jgħin ħalli jipproteġi l-pilloli tiegħek). Il-ġel dessikant tas-silika jinsab f’qartas jew kontenitur separat u m’għandux jinbela’.

Id-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin huma disponibbli: kartun ta’ barra li fihom flixkun wieħed ta’

30 pillola miksija b’rita u kartun ta’ barra li fihom 90 (3 fliexken ta’ 30) pillola miksija b’rita. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Gilead Sciences International Ltd.

Cambridge

CB21 6GT

Ir-Renju Unit

Manifattur

Gilead Sciences Ireland UC

IDA Business & Technology Park

Carrigtohill

County Cork

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 50

Tel.: +48 22 262 8702

България

Luxembourg/Luxemburg

Gilead Sciences International Ltd.

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Тел.: + 44 (0) 20 7136 8820

Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 50

Česká republika

Magyarország

Gilead Sciences s.r.o.

Gilead Sciences International Ltd.

Tel: + 420 910 871 986

Tel.: + 44 (0) 20 7136 8820

Danmark

Malta

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences International Ltd.

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Deutschland

Nederland

Gilead Sciences GmbH

Gilead Sciences Netherlands B.V.

Tel: + 31 (0) 20 718 36 98

Eesti

Norge

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Gilead Sciences Sweden AB

Tel.: +48 22 262 8702

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Ελλάδα

Österreich

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Gilead Sciences GesmbH

Τηλ: + 30 210 8930 100

Tel: + 43 1 260 830

España

Polska

Gilead Sciences, S.L.

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Tel: + 34 91 378 98 30

Tel.: +48 22 262 8702

France

Portugal

Gilead Sciences

Gilead Sciences, Lda.

Tél: + 33 (0) 1 46 09 41 00

Tel: + 351 21 7928790

Hrvatska

România

Gilead Sciences International Ltd,

Gilead Sciences International Ltd.

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Ireland

Slovenija

Gilead Sciences Ltd.

Gilead Sciences International Ltd.

Tel: + 353 214 825 999

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Ísland

Slovenská republika

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences Slovakia s.r.o.

Sími: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 421 232 121 210

Italia

Suomi/Finland

Gilead Sciences S.r.l.

Gilead Sciences Sweden AB

Tel: + 39 02 439201

Puh/Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Κύπρος

Sverige

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Gilead Sciences Sweden AB

Τηλ: + 30 210 8930 100

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Latvija

United Kingdom

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Gilead Sciences Ltd.

Tel.: +48 22 262 8702

Tel: + 44 (0) 8000 113 700

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati