Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Glidipion (Pioglitazone Actavis Group) (pioglitazone hydrochloride) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A10BG03

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaGlidipion (Pioglitazone Actavis Group)
Kodiċi ATCA10BG03
Sustanzapioglitazone hydrochloride
ManifatturActavis Group PTC ehf   

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Glidipion 15 mg pilloli

Glidipion 30 mg pilloli

Glidipion 45 mg pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Glidipion 15 mg pilloli

Kull pillola fiha 15 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride).

Sustanzi mhux attivi b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 37.77 mg ta’ lactose monohydrate (ara sezzjoni 4.4).

Glidipion 30 mg pilloli

Kull pillola fiha 30 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride).

Sustanzi mhux attivi b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 75.54 mg ta’ lactose monohydrate (ara sezzjoni 4.4).

Glidipion 45 mg pilloli

Kull pillola fiha 45 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride).

Sustanzi mhux attivi b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 113.31 mg ta’ lactose monohydrate (ara sezzjoni 4.4).

Għall-lista kompleta ta’sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola.

Glidipion 15 mg pilloli

Il-pilloli huma bojod, tondi, ibbuzzati b’dijametru ta’ 5.5 mm u mmarkati b'TZ15 fuq naħa waħda.

Glidipion 30 mg pilloli

Il-pilloli huma bojod, tondi, ibbuzzati b’dijametru ta’ 7 mm u mmarkati b'TZ30’ fuq naħa waħda.

Glidipion 45 mg pilloli

Il-pilloli huma bojod, tondi, ibbuzzati b’dijametru ta’ 5.5 mm u mmarkati b 'TZ45’ fuq naħa waħda.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pioglitazone huwa indikat bħala kura sekondarja jew terzjarja ta’ dijabete mellitus tat-tip 2 kif deskritt hawn taħt:

bħala monoterapija

- f’pazjenti adulti (speċjalment pażjenti b’piż żejjed) li mhumiex ikkontrollati sew bid-dieta u eżerċizzju li għalihom metformin mhux adattat minħabba xi kontraindikazzjoni jew intolleranza

-

bħala terapija doppja mill-ħalq flimkien ma’

-metformin, f’pazjenti adulti (speċjalment pażjenti b’piż żejjed) b’kontroll gliċemiku insuffiċjenti minkejja monoterpija b’metformin fl-ogħla doża ttollerata

-mediċina tat-tip sulphonylurea, f’pazjenti adulti li wrew intolleranza għal metformin jew li għalihom metformin huwa kontra-indikat, b’kontroll gliċemiku insuffiċjenti minkejja monoterpija b’mediċina tat-tip sulphonylurea fl-ogħla doża ttollerata

bħala terapija trippla mill-ħalq flimkien ma’

-metformin u mediċina tat-tip sulphonylurea, f’pazjenti adulti (speċjalment pażjenti b’piż żejjed) b’kontroll gliċemiku insuffiċjenti minkejja terapija doppja mill-ħalq.

-Pioglitazone huwa indikat ukoll għall-użu flimkien ma’ insulina f'pazjenti adulti b'dijabete mellitus tip 2 b'kontroll gliċemiku insuffiċjenti bl-insulina li għalihom metformin ma jkunx adegwat minħabba xi kontraindikazzjonijiet jew intolleranza (ara sezzjoni 4.4).

Wara bidu tat-terapija b'pioglitazone, il-pazjenti għandhom jiġu riveduti wara 3 sa 6 xhur biex ikun evalwat jekk ir-rispons għat-trattament (eż. tnaqqis fl-HbA1c) hux adegwat. F'pazjenti li ma jurux rispons adegwat, pioglitazone għandu jitwaqqaf. Fid-dawl ta’ riskji potenzjali ma' terapija fit-tul, it- tobba għandhom jikkonfermaw mir-reviżjonijiet sussegwenti ta’ rutina li l-benefiċċju ta' pioglitazone ikompli (ara sezzjoni 4.4).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Pioglitazone jista’ jinbeda b’15 mg jew 30 mg darba kuljum. Id-doża tista’ tiġi miżjuda bil-mod sa 45 mg darba kuljum.

F’għotja flimkien ma’ insulina, id-doża kurrenti ta’ insulina tista’ titkompla hekk kif tinbeda terapija b’pioglitazone. Jekk il-pazjenti jirrappurtaw ipogliċemija, id-doża ta’ insulina għandha titnaqqas.

Popolazzjoni speċjali

Anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa neċessarju għall-pazjenti anzjani (ara sezzjoni 5.2). It-tobba għandhom jibdew il-kura bl-iktar doża baxxa disponibbli u jżidu d-doża gradwalment, speċjalment meta pioglitazone jingħata flimkien ma’ insulina (ara sezzjoni 4.4 Żamma ta' fluwidu u insuffiċjenza tal-qalb).

Indeboliment tal-kliewi

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa neċessarju f’pazjenti b’indeboliment renali (tneħħijja ta’creatinine> 4 ml/min) (ara sezzjoni 5.2). M’hemmx tagħrif disponibbli minn pazjenti b’dijalisi u għalhekk pioglitazone m’għandux jintuża f’dawn il-pazjenti.

Indeboliment tal-fwied

Pioglitazone m’għandux jintuża f’pazjenti b’indeboliment epatiku (ara sezzjoni 4.3 u 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ pioglitazone f’pazjenti taħt 18-il sena, ma ġewx stabbiliti. M’hemmx dejta disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Pilloli pioglitazone jittieħdu mill-ħalq darba kuljum ma’ l-ikel jew mingħajr ikel. Pilloli għandhom jinbelgħu ma’ tazza ilma.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Pioglitazone huwa kontra-indikat f’pazjenti bi:

-sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi.

-insuffiċjenza kardijaka attwali jew fil-passat (NYHA stadju I sa IV).

-indeboliment epatiku.

-ketoaċidożi dijabetika.

-kanċer fil-bużżieqa tal-urina attwalijew fil-passat

-ematurja makroskopika mhux investigata

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Żamma ta’ fluwidu u insuffiċjenza kardijaka

Pioglitazone jista’ jikkawża żamma ta’ fluwidu, li tista’ tiggrava jew twassal għall-insuffiċjenza tal- qalb. Meta jiġu kkurati pazjenti li għandhom ta’ l-inqas fattur ta’ riskju wieħed għall-iżvilupp ta’ insuffiċjenza tal-qalb konġestiva (e.ż. infart mijokardijaku minn qabel jew mard fl-arterji koronarji bis-sintomi), it-tobba għandhom jibdew bl-inqas doża disponibbli u jżidu d-doża bil-mod. Il-pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza tal-qalb, żieda fil-piż jew edima, speċjalment dawk b’riserva kardijaka mnaqqsa. Wara t-tqegħid fis-suq, kien hemm każijiet ta’ insuffiċjenza kardijaka rrappurtati meta pioglitazone intuża flimkien ma’ insulina jew f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb. Pazjenti għandhom jiġu osservati għal sinjali u sintomi ta’ insuffiċjenza tal- qalb, żieda fil-piż jew edima meta pioglitazone jingħata flimkien ma’ insulina. Minħabba li l-insulina u pioglitazone huma assoċjati ma’ żamma ta’ fluwidu, l-għoti flimkien jista’ jżid ir-riskju ta’ edima. Wara li l-prodott tqiegħed fis-suq każijiet ta’ edema periferali u insuffiċjenza kardijaka kienu rrappurtati wkoll f’pazjenti b’użu konkomitanti ta’ pioglitazone u mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi, li jinkludu inibituri selettivi COX-2. Pioglitazone għandu jitwaqqaf jekk iseħħ xi deterjorament fl-istat kardijaku.

Sar studju dwar ir-riżultat kardjovaskulari b’pioglitazone f’pazjenti taħt il-75 sena b’dijabete mellitus tat-tip 2 u b’mard makrovaskulari maġġuri eżistenti minn qabel. Pioglitazone jew plaċebo kienu miżjuda mat-terapija anti-dijabetika u kardjovaskulari eżistenti sa 3.5 snin. Dan l-istudju wera żieda fir-rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalbgħalkemm ma wassalx għal żieda fil-mortalità.

Anzjani

Irid ikun hemm kawtela f’pazjenti l-fuq minn 75 sena fuq terapija miżjuda ma’ l-insulina minħabba l- risku ogħla ta’ nsuffiċjenza tal-qalb serja.

Minħabba f’riskji relatati ma’ l-eta, (speċjalment kanċer fil-bużżieqa tal-urina, ksur u insuffiċjenza tal-qalb), il-bilanċ tal-benefiċċji u r-riskji għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa kemm qabel kif ukoll waqt il-kura fl-anzjani.

Kanċer fil-bużżieqa tal-urina

Każijiet ta 'kanċer tal-bużżieqa tal-urina kienu rrappurtati b'mod aktar frekwenti f’meta-analiżi ta' provi kliniċi kkontrollati b'pioglitazone (19-il każ minn 12,506 pazjent, 0.15%) milli fil-gruppi ta’ kontroll (7 każi minn 10,212 pazjent, 0.07%) HR = 2.64 (95% CI 1.11-6.31, p = 0.029). Wara li ġew esklużi pazjenti li għalihom l-espożizzjoni għall-mediċina fl-istudju kien inqas minn sena fil-ħin tad- dijanjosi ta' kanċer tal-bużżieqa tal-urina, kien hemm 7 każijiet (0.06%) fuq pioglitazone u 2 każijiet (0.02%) fil-gruppi ta' kontroll. Studji epidemoloġika jissuġġerixxu wkoll żieda żgħira fir-riskju ta’

kanċer tal-bużżieqa tal-urina f'pazjenti dijabetiċi ikkurati b'pioglitazone, għalkemm mhux l-istudji kollha identifikati urew żieda statistika konsiderevoli.

Fatturi ta’ riskju għal kanċer tal-bużżieqa tal-urina għandhom jiġu evalwat qabel ma timbeda kura b'pioglitazone (ir-riskji jinkludu l-età, l-istorja ta’ tipjip, l-espożizzjoni għal xi fatturi li għandhom x’jaqsmu max-xogħol jew kimoterapija eż. cyclophosphamide jew qabel it-trattament bir-raġġi fir- reġjun pelviku). Jekk ikun hemm pipi’ bid-demm għandha tiġi nvestigata qabel ma timbeda terapija b'pioglitazone.

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jgħidu lit-tabib tagħhom jekk ikun hemm demm fil-pipi’ jew sintomi oħra bħal uġigħ jew nuqqas ta’ kontroll tal-pipi’ jiżviluppaw waqt it-trattament.

Sorveljanza tal-funzjoni tal-fwied

Kien hemm rapporti rari ta’ disfunzjoni epatoċellolari waqt l-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq (ara sezzjoni 4.8). Għalhekk, huwa rrakkomandat li, pazjenti kkurati b’pioglitazone jagħmlu sorveljanza perjodika ta’ l-emżimi tal-fwied. L-enżimi tal-fwied għandhom jiġu ċċekkjati qabel ma timbeda terapija b’pioglitazone f’kull pazjent. Terapija b’pioglitazone m’għandiex tinbeda f’pazjenti b’livelli għoljin ta’ l-enżimi tal-fwied fuq il-linja bażika (ALT > 2.5 X l-ogħla limitu tan-normal) jew b’xi evidenza oħra ta’ mard tal-fwied.

Wara l-bidu tat-terapija b’pioglitazone, huwa rrakkomandat li l-enżimi tal-fwied ikunu ssorveljati perjodikament ibbażat fuq ġudizzju kliniku. Jekk il-livelli ta’ ALT jiżdiedu sa 3 X l-ogħla limitu tan- normal waqt it-terapija b’pioglitazone, il-livelli ta’ l-enżimi tal-fwied għandhom jerġu jiġu ċċekkjati mill-aktar fis possibli. Jekk il-livelli ta’ ALT jibqgħu > 3 X l-ogħla limitu tan-normal, it-terapija għandha titwaqqaf. Jekk xi pazjent jiżviluppa sintomi li jissuġġerixxu disfunzjoni epatika, li jistgħu jinkludu dardir mhux spjegat, rimettar, uġigħ ta’ żaqq, għeja, anoressija u/jew awrina skura, l-enżimi tal-fwied iridu jiġu ċċekkjati. Id-deċiżjoni dwar jekk il-pazjent għandux jitkompla bit-terapija b’pioglitazone għandha tiġi ggwidata minn ġudiżżju kliniku sakemm isiru l-valutazzjonijiet tal- laboratorju. Jekk ikun hemm suffejra, il-mediċina għandha titwaqqaf.

Żieda fil-piż

Fi provi kliniċi b’pioglitazone kien hemm evidenza ta’ żieda fil-piż relatata mad-doża, li setgħet kienet minħabba akkumulazzjoni ta’ xaħam u f’xi każijiet assoċjata ma’ żamma ta’ fluwidu. F’xi każijiet żieda fil-piż tista’ tkun sintomu ta’ insuffiċjenza kardijaka, għalhekk il-piż għandu jiġi ssorveljat mill- viċin. Parti mill-kura ta’ dijabete hija kontroll tad-dieta. Il-pazjenti għandhom jiġu rrakkomandati biex isegwu b’reqqa dieta li tikkontrolla l-ammont ta’ kaloriji.

Ematoloġija

Kien hemm tnaqqis żgħir fil-medja ta’ emoglobina (tnaqqis relattiv ta’ 4%) u ematokrita (tnaqqis relattiv ta’ 4.1%) waqt terapija b’pioglitazone, konsistenti ma’ emodiluzzjoni. Tibdiliet simili dehru fi provi kkontrollati komparattivi b’pioglitazone f’pazjenti kkurati b’metformin (tnaqqis relattiv fl- emoglobina 3 - 4% u fl-ematokrita 3.6 – 4.1%) u mhux daqstant b’sulphonylurea u bl-insulina (tnaqqis relattiv fl-emoglobina 1 – 2 % u fl-ematokrita 1 – 3.2%).

Ipogliċemija

Bħala konsegwenza ta’ żieda fis-sensittività għall-insulina, pazjenti li qed jirċievu pioglitazone f’terapija mill-ħalq doppja jew trippla ma’ mediċina tat-tip sulphonylurea jew f’terapija doppja mal- insulina jistgħu jkunu f’riskju ta’ ipogliċemija relatata mad-doża, u jista’ jkun hemm bżonn tnaqqis fid-doża tal-mediċina tat-tip sulphonylurea jew tal-insulina.

Mard fl-għajnejn

Rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ żvilupp jew irkadar ta’ edima makulari dijabetika bi tnaqqis fl- akutezza viżiva ġew irrappurtati b’thiazolidinediones, inkluż pioglitazone. Ħafna minn dawn il-

pazjenti rrappurtaw edima periferika fl-istess ħin. Mhux ċar jekk hemmx assoċjazzjoni diretta bejn pioglitazone u l-edima makulari iżda t-tobba għandhom joqgħodu attenti għall-possibilità ta’ edema makulari jekk il-pazjenti jirrappurtaw disturbi fl-akutezza viżiva; għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni ta’ speċjalista tal-għajnejn

Oħrajn

Kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ fratturi fl-għadam fin-nisa f’analiżi globali ta’ reazzjonijiet avversi ta’ fratturi fl-għadam miksuba minn provi kliniċi randomised, ikkontrollati u double blind b’aktar minn 8100 pazjent ikkurat b’pioglitazone u 7400 pazjent ikkurat bi prodott paragun, fuq kura sa 3.5 snin.

Fratturi kienu osservati f’2.6% ta’ nisa li kienu qed jieħdu pioglitazone meta mqabbla ma’ 1.7% tan- nisa kkurati bi prodott paragun. Ma kienux osservati żidiet fir-rati ta’ fratturi fl-irġiel kkurati b’pioglitazone (1.3%) meta mqabbla mal-prodott ta’ paragun (1.5%).

L-inċidenza ta’ fratturi kkalkulata kienet ta’ 1.9 fratturi kull 100 sena ta’ pazjent f’nisa kkurati b’pioglitazone u 1.l-fratturi kull 100 sena ta’ pazjent f’nisa kkurati bi prodott ta’ paragun. Iż-żieda osservata fir-riskju ta’ fratturi għan-nisa f’dan id-dataset fuq pioglitazone għalhekk huwa ta’ 0.8 fratturi kull 100 sena ta’ użu mill-pazjent.

Fl-istudju PROactive dwar ir-riskju kardjovaskulari li dam 3.5 snin, 44/870 (5.1%; 1.0 fratturi kull 100 sena ta’ pazjent) tal-pazjenti nisa kkurati b’pioglitazone kellhom fratturi meta mqabbel ma’ 23/905 (2.5%; 0.5 fratturi kull 100 sena ta’ pazjent) tal-pazjenti nisa kkurati bi prodott paragun. Ma kinitx osservata żieda fir-rata ta’ fratturi f’irġiel ikkurati b’pioglitazone (1.7%) meta mqabbla ma’ prodott paragun (2.1%).

Xi studji epidemjoloġiċi ssuġġerew riskju akbar ta’ ksur b’mod simili kemm fl-irġiel u n-nisa.

Ir-riskju ta’ fratturi għandu jiġi kkunsidrat fil-kura fit-tul ta’ pazjenti kkurati b’pioglitazone (ara sezzjoni 4.8).

Bħala konsegwenza ta’ żieda fuq l-effett tal-insulina, kura b’pioglitazone f’pazjenti bis-sindromu ta’ ovarji poliċistiċi tista’ twassal għal bidu mill-ġdid tal-ovulazzjoni. Dawn il-pazjenti jistgħu jkunu f’riskju ta’ tqala. Il-pazjenti għandhom ikunu konxji tar-riskju ta’ tqala u jekk il-pazjenta tixtieq tinqabad tqila jew jekk it-tqala sseħħ, il-kura għandha titwaqqaf (ara sezzjoni 4.6).

Pioglitazone għandu jintuża b’attenzjoni waqt l-għotja fl-istess ħin ta’ inibituri (e.ż. gemfibrozil) jew indutturi (e.ż. rifampicin) taċ-ċitokromju P450 2C8. Il-kontroll gliċemiku għandu jiġi ssorveljat mill- viċin. Għandhom jiġu kkunsidrati aġġustamenti fid-doża ta’ pioglitazone fil-firxa ta’ dożaġġ irrakkomandat jew bidliet fil-kura dijabetika (ara sezzjoni 4.5).

Il-pilloli Glidipion fihom lactose monohydrate u għalhekk m’għandhomx jingħataw lil pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-galactose, defiċjenza Lapp lactase jew assorbiment ħażin ta’ glucose-galactose.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan

il-prodott u affarijiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku tal-prodott urew li pioglitazone m’għandu l-ebda effett rilevanti fuq il-farmakokinetika u l-anqas fuq il-farmakodinamika ta’ digoxin, warfarin, phenprocoumon u metformin.L-għotja ta’ pioglitazone flimkien ma’ mediċini tat-tip sulphonylureas ma tidhirx li taffettwa l-farmakokinetika tal-mediċini tat-tip sulphonylurea. Studji fil-bniedem jissuġġerixxu li m’hemm l-ebda induzzjoni taċ-ċitokromu prinċipali induċibbli P450, 1A, 2C8/9 u 3A4. Studji in vitro wrew li m’hemm l-ebda induzzjoni ta’ kull sottotip ta’ ċitokromu P450. Mhumiex mistennija interazzjonijiet ma’ sustanzi metabolizzati minn dawn l-enżimi,

e.ż. kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq, cyclosporin, imblokkaturi tal-kanali tal-kalċju, u inibituri ta’ HMGCoA reductase.

Huwa rrappurtat li l-għotja ta’ pioglitazone flimkien ma’ gemfibrozil (inibitur taċ-ċitokromju P450 2C8) twassal għall-żieda ta’ 3-darbiet fl-AUC ta’ pioglitazone. Minħabba li hemm potenzjal ta’ żieda fl-effetti avversi relatati mad-doża ta’ pioglitazone, jista’ jkun hemm bżonn ta’ tnaqqis fid-doża ta’ pioglitazone meta gemfibrozil jingħata fl-sitess ħin. Sorveljanza mill-viċin tal-kontroll gliċemiku għandha tiġi kkunsidrata (ara sezzjoni 4.4). ġie rrappurtat li l-għotja ta’ pioglitazone flimkien ma’ rifampicin (induttur taċ-ċitokromju P450 2C8) twassal għal tnaqqis ta’ 54% fl-AUC ta’ pioglitazone. Jista’ jkun hemm bżonn li d-doża ta’ pioglitazone tiżdied meta rifampicin jingħata fl-istess ħin. Sorveljanza xierqa tal-kontroll gliċemiku għandha tiġi kkunsidrata (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta biżżejjed fil-bniedem sabiex tiġi ddeterminata is-sigurtà ta’ pioglitazone waqt it-tqala. Li l-fetu ma kibirx kif mistenni kien evidenti fi istudji b’pioglitazone fuq il-bhejjem. Dan kien attribwit għall-effett ta’ pioglitazone li jnaqqas l-iperinsulinemija fl-omm u jżid ir-reżistenza għall- insulina li jseħħu waqt it-tqala u b’hekk inaqqas id-disponibilità tas-substrati metaboliċi għall-iżvilupp tal-fetu. Ir-rilevanza ta’ dan il-mekkaniżmu fil-bnedmin mhix ċara u pioglitazone m’għandux jintuża waqt it-tqala.

Treddigħ

Intwera li pioglitazone jinstab fil-ħalib ta’ firien li qed ireddgħu. Mhux magħruf jekk pioglitazone jitneħħiex fil-ħalib tal-bniedem. Għalhekk, pioglitazone m’għandux jingħata lin-nisa li qed ireddgħu.

Fertilità

Ma kien hemm l-ebda effet fuq l-indiċi ta’ copulation, mili jew fertilita` fi studji ta’ fertilita` fl- annimali.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

M’għandu l-ebda effett fuq il-ħila ta' sewqan u l-użu ta’ magni. Madankollu il-pazjenti li jkollhom disturbi viżivi għandhom joqgħodu attenti waqt is-sewqan jew tħaddim ta’magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Reazzjonijiet avversi rrappurtati aktar (> 0.5%) minn bil-plaċebo u f’aktar minn każ iżolat f’pazjenti li qed jirċievu pioglitazone fi studji double-blind huma mniżżla hawn taħt bis-sistema ta’ terminu ppreferut MedDRA permeżż tas-sistema tal-klassifika tal-organi u frekwenza assoluta. Il-frekwenzi huma definiti bħala: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa< 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is-serjeta’ tagħhom. L-effetti li għandhom l-ogħla inċidenza u li huma

 

Frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa ta’ pioglitazone skont

 

 

 

it-tfassil tal-kura

 

Effetti mhux

 

 

Combination

 

 

 

 

Ma’

 

mixtieqa

Monoterapij

Ma’

Ma’

 

metformin

 

 

a

sulpho-

Ma’ insulina

 

metformin

u sulpho-

 

 

nylurea

 

 

 

 

nylurea

 

 

 

 

 

 

Infezzjonijiet u

 

 

 

 

 

infestazzjonijiet

 

 

 

 

 

Infezzjoni fil-

komuni

komuni

komuni

komuni

komuni

passaġġ

 

 

 

 

 

respiratorju ta’

 

 

 

 

 

fuq

 

 

 

 

 

Bronkite

 

 

 

 

komuni

Sinusite

mhux

mhux

mhux

mhux

mhux komuni

komuni

komuni

komuni

komuni

 

 

Disturbi tad-

 

 

 

 

 

demm

 

 

 

 

 

u tas-sistema

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

anemija

 

komuni

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

 

 

 

 

immuni

 

 

 

 

 

sensittività eċċessiva

 

mhux magħruf

mhux magħruf

mhux magħruf

mhux magħruf

u reazzjonijiet

 

 

 

 

 

allerġiċi1

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

 

 

filmetabolizmu

 

 

 

 

 

u

 

 

 

 

 

n-nutrizzjoni

 

 

 

 

 

Ipogliċemija

 

 

mhux

komuni

komuni

 

 

komuni

ħafna

 

 

 

 

 

Żieda fl-aptit

 

 

mhux

 

 

 

 

komuni

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

nervuża

 

 

 

 

 

ipoestesija

komuni

komuni

komuni

komuni

komuni

Uġigħ ta’ ras

 

komuni

mhux

 

 

 

komuni

 

 

 

 

 

 

 

Sturdament

 

 

komuni

 

 

Insonnja

mhux

mhux

mhux

mhux

mhux komuni

komuni

komuni

komuni

komuni

 

 

 

Disturbi fl-

 

 

 

 

 

għajnejn

 

 

 

 

 

Disturbi viżivi 2

Komuni

Komuni

mhux

 

 

 

 

komuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Edima makulari

mhux

mhux

mhux

mhux

mhux magħruf

magħruf

magħruf

magħruf

magħruf

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

 

 

widnejn

 

 

 

 

 

u fis-sistema

 

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

 

Vertigo

 

 

mhux

 

 

 

 

 

 

 

 

Frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa ta’ pioglitazone skont

 

 

 

it-tfassil tal-kura

 

Effetti mhux

 

 

Combination

 

 

 

 

Ma’

 

mixtieqa

Monoterapij

Ma’

Ma’

 

metformin

 

 

a

sulpho-

Ma’ insulina

 

metformin

u sulpho-

 

 

nylurea

 

 

 

 

nylurea

 

 

 

 

 

 

 

 

 

komuni

 

 

Disturbi fil-qalb

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Insuffiċjenza tal-

 

 

 

 

komuni

qalb3

 

 

 

 

 

Neoplasmi

 

 

 

 

 

beninni, malinni u

 

 

 

 

 

mhux speċifikati

 

 

 

 

 

(inklużi ċesti u

 

 

 

 

 

polipi)

 

 

 

 

 

Kanċer tal-

mhux

mhux

mhux

mhux

mhux komuni

bużżieqa ta’ l-urina

komuni

komuni

komuni

komuni

 

Disturbi

 

 

 

 

 

respiratorji,

 

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

 

Qtugħ ta’ nifs

 

 

 

 

komuni

Disturbi

 

 

 

 

 

gastrointestinali

 

 

 

 

 

gass

 

mhux

mhux

 

 

 

komuni

komuni

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

 

 

 

 

 

u fit-tessuti ta’

 

 

 

 

 

taħt il-ġilda

 

 

 

 

 

għaraq

 

 

mhux

 

 

 

 

komuni

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

 

 

muskoluskeletrali

 

 

 

 

 

u tal-connective

 

 

 

 

 

tissue

 

 

 

 

 

Ksur ta’ għadam4

komuni

komuni

komuni

komuni

komuni

artralġja

 

komuni

 

komuni

komuni

Uġigħ fid-dar

 

 

 

 

komuni

Disturbi filkliewi

 

 

 

 

 

u fissistema

 

 

 

 

 

urinarja

 

 

 

 

 

ematurja

 

komuni

 

 

 

Glikosurja

 

 

mhux

 

 

 

 

komuni

 

 

 

 

 

 

 

Protein fl-awrina

 

 

mhux

 

 

 

 

komuni

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

 

 

fissistema

 

 

 

 

 

riproduttiva u

 

 

 

 

 

fis-sider

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa ta’ pioglitazone skont

 

 

 

it-tfassil tal-kura

 

Effetti mhux

 

 

Combination

 

 

 

 

Ma’

 

mixtieqa

Monoterapij

Ma’

Ma’

 

metformin

 

 

a

sulpho-

Ma’ insulina

 

metformin

u sulpho-

 

 

nylurea

 

 

 

 

nylurea

 

 

 

 

 

 

Disfunzjoni erettili

 

komuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

 

 

ġenerali u

 

 

 

 

 

kondizzjonijiet

 

 

 

 

 

ta’ mnejn

 

 

 

 

 

jingħata

 

 

 

 

 

Edima5

 

 

 

 

komuni ħafna

għejja

 

 

mhux

 

 

 

 

komuni

 

 

 

 

 

 

 

Investigazzjojnijie

 

 

 

 

 

t

 

 

 

 

 

Żieda fil-piż6

komuni

komuni

komuni

komuni

komuni

żieda fil-creatine

 

 

 

komuni

 

phosphokinase

 

 

 

 

 

fid-demm

 

 

 

 

 

żieda ta’ lactic

 

 

mhux

 

 

dehydrogenase

 

 

komuni

 

 

żieda f’alanine

mhux

mhux

mhux

mhux

mhux magħruf

magħruf

magħruf

magħruf

magħruf

 

aminotransferase7

 

 

 

 

 

 

 

Deskrizzjoni ta' reazzjonijiet avversi magħżula

1Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva f’pazjenti kkurati b’pioglitazone kienu rrappurtati wara li l- prodott tqiegħed fis-suq. Dawn ir-reazzjonijiet jinkludu anafilassi, anġjoedima u urtikarja.

2 Disturbi viżwali ġew irrappurtati l-aktar fil-bidu tal-kura u huma relatati ma’ tibdil fil-glucose fid- demm minħabba alterazzjoni temporanja fit-turġidità u fl-indiċi refrattiv tal-lenti kif osservat b’aġenti ipogliċemiċi oħra.

3Fi provi kliniċi kkontrollati, l-inċidenza ta’ rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalb b’kura b’pioglitazone kienet l-istess bħall-gruppi ta’ kura bil-plaċebo, metformin u sulphonylurea, iżda żdiedet meta ntuża f’terapija kkombinata ma’ insulina. Fi studju dwar ir-riżultat f’pazjenti b’mard makrovaskulari maġġuri minn qabel, l-inċidenza ta’ insuffiċjenza serja tal-qalb kienet 1.6% ogħla b’pioglitazone milli bil-plaċebo, meta miżjud ma’ terapija li tinkludi insulina. Madankollu, dan ma wassalx għal żieda fil- mortalità f’dan l-istudju. F’dan l-istudju f’pazjenti li qed jirċievu pioglitazone u l-insulina, kien osservat persentaġġ ogħla ta’ pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb f’pazjenti li għandhom ≥ 65 sena meta mqabbla ma’dawk iżgħar minn 65 sena (9.7% meta mqabbla ma’4.0%). F’pazjenti fuq l-insulina mingħajr pioglitazone l-inċidenża ta’insuffiċjenza tal-qalb kienet 8.2% f'dawk ≥ 65 sena meta mqabbla ma’ 4.0% f’pazjenti li għandhom inqas minn 65 sena. Insuffiċjenza tal-qalb kienet irrappurtata bl-użu ta’ pioglitazone wara t-tqegħid fis-suq, u aktar ta’ spiss meta pioglitazone intuża flimkien ma’ insulina jew f’pazjenti li qabel kellhom insuffiċjenza kardijaka.

4Twettqet analiżi ta’ tagħrif miġbur ta’ rapporti ta’ effetti mhux mixtieqa ta’ fratturi fl-għadam minn provi kliniċi randomised, ikkontrollati b’paragun, u double blind b’aktar minn 8100 pazjent fil-gruppi kkurati b’pioglitazone u 7400 pazjent fil-gruppi kkurrati bi prodott paragun li damu sa 3.5 snin. Kienet osservata rata akbar ta’ fratturi fl-għadam f’nisa li kienu qed jieħdu pioglitazone (2.6%) meta mqabbla

mal-paragun (1.7%). Ma kienux osservati żidiet fir-rati ta’ fratturi fl-irġiel ikkurati b’pioglitazone (1.3%) meta mqabbel mal-prodott ta’ paragun (1.5%). Fl-istudju PROactive ta’ 3.5 snin, 44/870 (5.1%) tal-pazjenti nisa kkurati b’pioglitazone kellhom esperjenza ta’ fratturi meta mqabbel ma’ 23/905 (2.5%) tal-pazjenti nisa kkurati bi prodott paragun. Ma kinitx osservata żieda fir-rata ta’ fratturi f’irġiel ikkurati b’pioglitazone (1.7%) meta mqabbla ma’ prodott paragun (2.1%). Wara t- tqegħid fis-suq , fratturi fl-għadam kienu rrappurtati kemm f'pazjenti rġiel u nisa ( ara sezzjoni 4.4 ).

5 Edima kienet irrappurtata bejn 6-9% tal-pazjenti kkurati bil-pioglitazone fuq medda ta' sena fi provi kliniċi kkontrollati. Ir-rati ta' edima għall-gruppi komparati (sulphonylurea , metformin) kienu bejn 2- 5 %. Ir-rapporti ta' edima ġeneralment kienu ħfief għal moderati u normalment ma kinux jinħtieġu twaqqif tal-kura.

6Fi provi attivi kkontrollati ta’ paragun, iż-żieda medja fil-piż bi pioglitazone mogħti bħala monoterapija kienet ta’ 2 – 3 kg fuq medda ta’ sena. Dan huwa simili għal dak osservat fi grupp attiv ta’ paragun b’sulphonylurea. Fi provi ta’ taħlita fuq medda ta’ sena, pioglitazone miżjud ma’ metformin wassal għal żieda medja fil-piż ta’ 1.5 kg, u miżjud ma’ sulphonylurea għal żieda ta’

2.8 kg. Fi gruppi ta’ paragun, iż-żieda ta’ sulphonylurea ma’ metformin wasslet għall-żieda medja fil- piż ta’ 1.3 kg u ż-żieda ta’ metformin ma’ sulphonylurea għal telf medju fil-piż ta’ 1.0 kg.

7Fi provi kliniċi b’pioglitazone l-inċidenża ta’ elevazzjonijiet ta’ ALT aktar minn tlett darbiet l-ogħla limitu tan-normal kienet daqs il-plaċebo iżda inqas minn dik li dehret fil-grupp ta’ paragun b’metformin jew b’sulphonylurea. Livelli medji tal-enżimi tal-fwied naqsu b’kura bi pioglitazone. Każijiet rari ta’ żieda fl-enżimi tal-fwied u disfunzjoni epatoċellolari seħħew fl-esperjenza ta’ wara t- tqegħid fis-suq. Minkejja li f’każijiet rari ħafna kien irrappurtat riżultat fatali, relazzjoni kawżali ma ġietx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi studji kliniċi, pazjenti ngħataw pioglitazone f’doża aktar mill-ogħla doża rrakkomandata ta’ 45 mg kuljum. Id-doża massima rrappurtata ta’ 120 mg/kuljum għal erbat ijiem, u wara 180 mg/kuljum għal sebat ijiem, ma kienet assoċjata ma’ l-ebda sintomi.

Ipogliċemija tista’ sseħħ f’għotja flimkien ma’ sulphonylureas jew insulina. Miżuri ta’ sapport sintomatiku u ġenerali għandhom jittieħdu f’każ ta’ doża eċċesiva.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini li jittieħdu fid-dijabete, mediċini li jbaxxu l-glucose fid- demm, minbarra l-insulini; kodiċi ATC: A10BG03.

L-effetti ta’ pioglitazone jistgħu jkunu medjati minn tnaqqis fir-reżistenza għall-insulina. Pioglitazone jidher li jaħdem permezz ta’ attivazzjoni ta’ riċetturi nuklejari speċifiċi (peroxisome proliferator activated receptor gamma) li jwassal għal żieda fis-sensittività għall-insulina tal-fwied, xaħam u ċelloli tal-muskoli skeletrali fl-annimali. Kura b’pioglitazone intweriet li tnaqqas il-ħruġ ta’ glucose mill- fwied u żżid it-tneħħija periferali ta’ glucose f’każ ta’ reżistenza għall-insulina.

Kontroll gliċemiku waqt is-sawm jew wara l-ikel jitjieb f’pazjenti b’dijabete mellitus tat-tip 2. Il- kontroll gliċemiku mtejjeb huwa assoċjat ma’ tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma tal-insulina

kemm waqt is-sawm kif ukoll wara l-ikel. Prova klinika ta’ pioglitazone vs. gliclazide bħala monterapija ġiet estiża għal sentejn sabiex jiġi studjat il-ħin sal-falliment tal-kura (definit bħala d- dehra ta’ HbA1c ≥ 8.0% wara l-ewwel sitt xhur ta’ terapija). Analiżi Kaplan-Meier uriet ħin iqsar għall-falliment tal-kura f’pazjenti kkurati b’gliclazide, meta mqabbla ma’ pioglitazone. Wara sentejn, il-kontroll gliċemiku (definit bħala HbA1c < 8.0%) inżamm f’69% tal-pazjenti kkurati b’pioglitazone, meta mqabbla ma’ 50% tal-pazjenti fuq gliclazide. Fi studju ta’ sentejn b’terapija kombinata li qabbel pioglitazone ma’ gliclazide meta miżjud ma’ metformin, il-kontroll gliċemiku mkejjel bħala it-tibdil medju mill-linja bażika ta’ HbA1c kien simili bejn il-gruppi ta’ kura wara lewwel sena. Ir-rata ta’ deterjorazzjoni ta’ HbA1c waqt it-tieni sena kienet inqas b’pioglitazone milli b’gliclazide.

Fi prova kkontrollata bil-plaċebo, pazjenti b’kontroll gliċemiku inadegwat minkejja perijodu ta’ ottimizzazzjoni b’insulina ta’ 3 xhur, kienu randomised għal pioglitazone jew plaċebo għal 12-il xahar. Pazjenti li rċevew pioglitazone kellhom tnaqqis medju f’HbA1c ta’ 0.45% meta mqabbel ma’ dawk li komplew fuq l-insulina biss, u fil-grupp ikkurat b’pioglitazone kien hemm tnaqqis fid-doża tal-insulina.

Analiżi HOMA juri li pioglitazone itejjeb il-funzjoni taċ-ċelloli beta kif ukoll iżid is-sensittività għall- insulina. Studji klinċi ta’ sentejn urew li dan l-effet baqa’ .

Fi provi kliniċi ta’ sena, pioglitazone b’mod konsistenti wassal għal tnaqqis statistikament sinifikanti fil-proporzjon ta’ albumin/creatinine meta mqabbel mal-linja bażika.

L-effett ta’ pioglitazone (45 mg monoterapija vs. plaċebo) kien studjat fi prova żgħira ta’ 18-il ġimgħa f’pazjenti bid-dijabete tat-tip 2. Pioglitazone kien assoċjat ma’ żieda sinifikanti fil-piż. Xaħam fil- vixxri naqas b’mod sinifikanti, filwaqt li kien hemm żieda fil-massa ta’ xaħam ekstra-addominali. Tibdiliet simili fid-distribuzzjoni tax-xaħam fil-ġisem b’pioglitazone saru flimkien ma’ titjib fis- sensittività għall-insulina. Fil-biċċa l-kbira tal-provi kliniċi, kienu osservati tnaqqis fit-triġliċeridi totali fil-plażma u fil-fatty acids ħielsa, u żieda fil-livelli ta’ HDL-kolesterol meta mqabbel mal- plaċebo, b’żiediet żgħar, iżda klinikament rilevanti fil-livelli ta’ LDL-kolesterol.

Fi provi kliniċi li damu sa sentejn, pioglitazone naqqas it-triġliċeridi totali fil-plażma u l-fatty acids mhux marbuta, u żied l-livelli ta’ HDL kolesterol, meta mqabbel mal-plaċebo, metformin jew gliclazide. Pioglitazone ma wassalx għal żieda statistikament sinifikanti fil-livell ta’ LDL cholesterol meta mqabbel mal-plaċebo, filwaqt li tnaqqis kien osservat b’metformin u gliclazide. Fi studju ta’ 20 ġimgħa, minbarra li naqqas it-triġliċeridi waqt is-sawm, pioglitazone naqqas l-ipertrigliċeridimja wara l-ikel permezz ta’ effett kemm fuq it-trigliċeridi assorbiti kif ukoll fuq dawk prodotti mill-fwied. Dawn l-effetti kienu indipendenti mill-effetti ta’ pioglitazone fuq il-gliċemija u kienu differenti b’mod statistikament sinifikanti minn dawk ta’ glibenclamide.

Fi PROactive, studju dwar l-effett kardjovaskulari, 5238 pazjent b’dijabete mellitus tat-tip 2 u b’mard makrovaskulari maġġur li kien hemm minn qabel kienu randomizzati għal pioglitazone jew plaċebo li kienu miżjuda ma’ terapija anti-dijabetika u kardjovaskulari eżistenti, sa 3.5 snin. Il-popolazzjoni taħt studju kellha eta’ medja ta’ 62 sena; it-tul medju tad-dijabete kienet ta’ 9.5 snin. Madwar terz tal- pazjenti kienu qed jirċievu l-insulina flimkien ma’ metformin u/jew mediċina tat-tip sulphonylurea. Biex ikunu eliġibbli, il-pazjenti ried ikollhom waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: infart mijokardijaku, puplesija, intervent kardijaku perkutanju jew bypass bi graft tal-arterja koronarja, sindromu koronarju akut, mard koronarju arterjali, jew mard tal-arterji periferali misduda. Kważi nofs il-pazjenti kellhom minn qabel infart mijokardijaku u madwar 20% kellhom puplesija. Madwar nofs il- popolazzjoni fl-istudju kellhom minn tal-inqas tnejn minn dawn il-kriterji ta’ passat kardjovaskulari biex jieħdu sehem. Kważi s-suġġetti kollha (95%) kienu qed jirċievu prodotti mediċinali kardjovaskulari (imblokkaturi beta, inibituri ACE, antagonisti ta’ angiotensin II, imblokkaturi tal- kanali tal-kalċju, nitrati, dijuretiċi, aspirina, statins, fibrates).

Għalkemm l-istudju falla fil-mira primarja tiegħu, li kienet magħmula mill-kawżi kollha ta’ mortalità, infart mijokariku mhux fatali, puplesija, sindromu koronarju akut, amputazzjoni maġġura tas-sieq, rivaskularizzazzjoni koronarja u rivaskularizzazzjoni tas-sieq, ir-riżultati ssuġġerixxew li m’hemmx periklu kardjovaskulari dwar l-użu ta’ pioglitazone fit-tul. Madankollu, l-inċidenza ta’ edima, żieda

fil-piż u insuffiċjenza tal-qalb żdiedu. Ma kienetx osservata żieda fil-mortalità minn insuffiċjenza tal- qalb.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini neħħiet l-obbligu li r-riżultati ta’ studji jiġu ppreżentati bi Pioglitazone fis-sottogruppi kollha tal-popolazzjoni pedjatrika b’Tip 2 Diabetes Mellitus. Ara sezzjoni 4.2 għall-aktar informazzjoni fuq l-użu pedjatriku.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara għotja mill-ħalq, pioglitazone jiġi assorbit malajr, u l-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ pioglitazone mhux mibdul normalment jintlaħqu sagħtejn wara l-għotja. Żieda proporzjonali fil- konċentrazzjoni fil-plażma kienet osservata f’dozi minn 2 – 60 mg. Stat stabbli jintlaħaq wara erba’ sa sebat ijiem ta’ dożaġġ. Dożaġġ ripetut ma jwassalx f’akkumulazzjoni tal-mediċina jew tal-metaboliti. L-assorbiment mhux influwenzat mit-teħid ta’ ikel. Il-bijodisponibilità assoluta hija aktar minn 80%.

Distribuzzjoni

Il-volum stmat ta’ distribuzzjoni fil-bnedmin huwa ta’ 0.25 l/kg.

Pioglitazone u l-metaboliti attivi kollha huma marbuta b’mod estensiv mal-proteini fil-plażma (>99 %).

Biotrasformazzjoni

Pioglitazone jgħaddi minn metaboliżmu estensiv fil-fwied permezz ta’ idroksilazzjoni tal-gruppi ta’ aliphatic methylene. Dan isir primarjament permezz taċ-ċitokromju P450 2C8, għalkemm isoformi oħra jistgħu jkunu involuti f’ammont inqas. Tlieta mis-sitt metaboliti identifikati huma attivi (M-II, M- III, u M-IV). Meta l-attività, konċentrazzjonijiet u twaħħil mal-proteini jittieħdu f’konsiderazzjoni, pioglitazone u l-metabolita M-III ikkontribwew l-istess għall-effikaċja. Fuq din il-bażi, il-kontribut ta’ M-IV għall-effikaċja huwa madwar tliet-darbiet dak ta’ pioglitazone, filwaqt li l-effikaċja relattiva ta’ M-II hija minima.

Studji in vitro ma wrew l-ebda evidenza li pioglitazone jinibixxi xi sottotip taċ-ċitokromju P450. M’hemm l-ebda induzzjoni tal-isoenzimi prinċipali induċibbli ta’ P450 1A, 2C8/9, u 3A4 fil-bniedem.

Studji dwar interazzjoni wrew li pioglitazone m’għandu l-ebda effett relevanti la fuq il- farmakokinetika u lanqas fuq il-farmakodinamika ta’ digoxin, warfarin, phenprocoumon u metformin. L-għotja ta’ pioglitazone flimkien ma’ gemfibrozil (inibitur taċ-ċitokromju P450 2C8) jew ma’ rifampicin (induttur taċ-ċitokromju P450 2C8) huwa rrappurtat li jżid jew inaqqas, rispettivament, il- konċentrazzjoni fil-plażma ta’ pioglitazone (ara sezzjoni 4.5).

Eliminazzjoni

Wara għotja mill-ħalq ta’ pioglitazone immarkat bir-raġġi lill-bniedem, it-tikkettjar miġbur kien l- aktar fil-feċi (55%) u f’ammont inqas fl-awrina (45%). Fl-annimali, jista’ jiġi osservat ammont żgħir biss ta’ pioglitazone mhux mibdul fl-awrina jew fil-feċi. Il-half-life medja ta’ eliminazzjoni mill- plażma ta’ pioglitazone mhux mibdul fil-bniedem hija 5 sa 6 sigħat u għall-metaboliti attivi kollha tiegħu, 16 sa 23 siegħa.

Anzjani

Il-farmakokinetika fi stat stabbli ta’ pazjenti b’eta’ ta’ 65 sena jew aktar hija simili għal dik f’pazjenti żgħar.

Indeboliment renali

F’pazjenti b’indeboliment renali, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ pioglitazone u l-metaboliti tiegħu huma inqas minn dawk li dehru f’soġġetti b’funzjoni renali normali, iżda t-tneħħija mill-ħalq tas-sustanża oriġinali hija simili. Għalhekk il-konċentrazzjoni ta’ pioglitazone ħieles (mhux marbut) baqgħet ma mbidletx.

Indeboliment epatiku

Il-konċentrazzjoni totali fil-plażma ta’ pioglitazone ma mbidletx, iżda b’volum ta’ distribuzzjoni miżjud. Tneħħija intrinsika hija għalhekk imnaqqsa, flimkien ma’ porzjon ikbar ta’ pioglitazone mhux marbut.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Fi studji tossikoloġiċi, l-espansjoni tal-volum tal-plażma permeżz ta’ emodiluzzjoni, anemija u ipertrofija kardijaka eċċentrika riversibbli instabet b’mod konsistenti wara dożaġġ ripetut fil-ġrieden, firien, klieb u xadini. Kienet osservata wkoll żieda fid-depożizzjoni u l-infiltrazzjoni tax-xaħam. Dawn is-sejbiet kienu osservati fi speċi differenti b’konċentrazzjonijiet fil-plażma < 4 darbiet l- espożizzjoni klinika. Restrizzjoni fit-tkabbir tal-fetu kienet apparenti fi studji fl-annimali b’pioglitazone. Dan kien attribwit għall-azzjoni ta’ pioglitazone li tnaqqas l-iperinsulinemija fl-omm u għaż-żieda tar-reżistenza għall-insulina li sseħħ waqt it-tqala, li ġġib nuqqas ta’disponibilità ta’ substrati metaboliċi għat-tkabbir tal-fetu.

Pioglitazone ma kellux potenzjal ġenotossiku f’sensiela kompluta ta’ analiżi ġenotossika in vivo u in vitro. Żieda fl-inċidenza ta’ iperplasja (rġiel u nisa) u ta’ tumuri (rġiel) fl-epitilju tal-bużżieqa tal- awrina dehret fil-firien ikkurati b’pioglitazone sa sentejn. Il-formazzjoni u l- preżenza ta’ ġebel fis- sistema urinarja b’irritazzjoni sussegwenti u iperplasja ġie postulat bħala l-bażi mekkanistiku għar- rispons tumuriġeniku osservat fil-firien irġiel. Studju mekkanistiku ta’24 xahar fil-firien irġiel wera’ li l-amministrazzjoni ta' pioglitazone rriżulta f'inċidenza akbar ta’ bidliet iperplasji fil-bużżieqa tal- awrina. Dieta ta’ aċidifikazzjoni naqqset b’mod sinifikanti, iżda ma neħħitx, l-inċidenza ta’ tumuri. Il- preżenza ta’microkristalli ħarrxet ir-rispons iperplastiku imma ma kienx meqjus bħala l-kawża primarja ta' bidliet f’iperplasja. Ir-rilevanza għall-bniedem tas-sejbiet tumuroġenici fil-far raġel ma tistax tiġi eskluża.

Fl-ebda sess ma kien hemm rispons tumuriġeniku fil-ġrieden. Fil-klieb jew xadini kkurati bil- pioglitazone sa 12-il xahar ma dehritx iperplasja tal-bużżieqa tal-awrina.

F’mudell tal-annimali ta’ adenomatous polyposis familjali (FAP), kura b’żewġ thiazolidinediones oħra żiedet il-multipliċità tat-tumuri fil-musrana. Ir-relevanza ta’ din is-sejba mhix magħrufa.

Valutazzjoni tar-Riskju Ambjentali: l-ebda impatt ambjentali m’huwa antiċipat mill-użu kliniku ta’ pioglitazone.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Carmellose calcium

Hydroxypropylcellulose

Lactose monohydrate

Magnesium stearate

6.2Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Aluminju/Folja tal-aluminju, pakketti ta’ 14, 28, 30, 50, 56, 84, 90, 98, u 100 pillola.

Il-pakketti bi 14, 28, 56, 84 u 98 pillola fihom folji bil-ġranet tal-ġimgħa pprintjati fil-qosor fuq il- folja (T, TL, E, Ħ, Ġ, S, Ħ).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema <u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Actavis Group PTC ehf. Reykjavíkurvegi 76-78 220 Hafnarfjörður Iceland

8.NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/12/756/001

EU/1/12/756/002

EU/1/12/756/003

EU/1/12/756/004

EU/1/12/756/005

EU/1/12/756/006

EU/1/12/756/007

EU/1/12/756/008

EU/1/12/756/009

EU/1/12/756/010

EU/1/12/756/011

EU/1/12/756/012

EU/1/12/756/013

EU/1/12/756/014

EU/1/12/756/015

EU/1/12/756/016

EU/1/12/756/017

EU/1/12/756/018

EU/1/12/756/019

EU/1/12/756/020

EU/1/12/756/021

EU/1/12/756/022

EU/1/12/756/023

EU/1/12/756/024

EU/1/12/756/025

EU/1/12/756/026

EU/1/12/756/027

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

15/03/2012

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati