Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Glidipion (Pioglitazone Actavis Group) (pioglitazone hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BG03

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaGlidipion (Pioglitazone Actavis Group)
Kodiċi ATCA10BG03
Sustanzapioglitazone hydrochloride
ManifatturActavis Group PTC ehf   

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għal min qed jagħmel uzu minnu

Glidipion 15 mg, 30 mg u 45 mg pilloli

Glidipion 15 mg pilloli

Glidipion 30 mg pilloli

Glidipion 45 mg pilloli

pioglitazone

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għaliex fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok xi mistoqsijiet oħra, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk inti jkollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhumiex elenkati fil-fuljett. Ara sezzjoni 4.

X’ hemm f’dan il-fuljett:

1.X’inhu Glidipion u għalxiex jintuża

2.X’ għandek tkun taf qabel ma tieħu Glidipion

3.Kif għandek tieħu Glidipion

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Glidipion

6.Kontentut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Glidipion u għalxiex jintuza

Glidipion fih pioglitazone. Huwa mediċina anti-dijabetika wżata biex tikkura dijabete mellitus tat-tip 2 (mhux dipendenti mill-insulina) meta metformin ma jkunx xieraq jew ikun naqas li jaħdem b’mod adegwat. Din hija d-dijabete li ġeneralment tiżviluppa fl-adulti.

Pioglitazone Actavis jgħin il-kontroll tal-livell ta’ żokkor fid-demm meta jkollok dijabete tat-tip 2 billi jgħin lill-ġismek jagħmel użu aħjar mill-insulina li qed jipproduċi. It-tabib tiegħek ser jiċċekkja jekk Glidipion hux qed jaħdem 3 sa 6 xhur wara li tibda tieħdu.

Glidipion jista’ jintuża waħdu f’pazjenti li ma jistgħux jieħdu metformin, u fejn trattament ma’ dieta u eżercizzju naqas milli jikkontrolla z-zokkor fid-demm jew jista’ jittieħed flimkien ma’terapiji oħra (bħal metformin, sulphonylurea jew insulina) li naqsu milli jipprovdu kontroll biżżejjed taz-zokkor fid-demm.

2. X’ għandek tkun taf qabel ma tieħu Glidipion

Tiħux Glidipion

-jekk inti tbati minn sensittività eċċessiva (allerġiku/a) għal pioglitazone jew sustanzi oħra ta’ Glidipion.

-jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb, jew kellek insuffiċjenza tal-qalb fil-passat.

-jekk għandek mard tal-fwied.

-jekk kellek ketoaċidożi dijabetika (kumplikazzjoni tad-dijabete li tikkawża telf ta’piż ta' malajr, dardir jew rimettar).

-jekk għandek jew qatt kellek kanċer tal-bużżieqa tal-awrina.

-jekk għandek demm fl-urina li t-tabib tiegħek ma ċċekkjax.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tibda tieħu din il-mediċina

-jekk inti żżomm l-ilma (żamma ta’fluwidu) jew ikollok problemi ta’ insuffiċjenza tal-qalb,

b'mod partikulari jekk għandek ’l fuq minn 75 sena. Jekk tieħu mediċini anti-infjammatorji li jistgħu wkoll jikkawżaw retenzjoni ta’ fluwidu u nefħa, inti trid ukoll tgħid lit-tabib tiegħek.

-jekk għandek tip speċjali ta’ dijabete tal-għajn msejħa edema makulari (nefħa tal-parti ta’ wara tal-għajn).

-jekk għandek is-sindromu tal-ovarji poliċistiċi. Jista’ jkun hemm possibilità akbar li inti toħroġ tqila minħabba li jista’ jerġa jkollok ovulazzjoni meta tieħu Glidipion. Jekk dan japplika għalik, uża kontraċettivi xierqa biex tevita il-possibbiltà ta’ tqala mhux ippjanata.

-jekk għandek problema bil-fwied jew bil-qalb. Qabel ma tibda tieħu Glidipion jittieħed kampjun tad-demm biex tiġi iċċekkjata l-funzjoni tal-fwied. Dan il-kontroll jista’ jkun ripetut f'intervalli. Xi pazjenti b’dijabete mellitus tat-tip 2 għal żmien twil u b’mard tal-qalb jew aċċessjoni minn qabel li kienu kkurati bi Glidipion u insulina żviluppaw insuffiċjenza tal-qalb.

-Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda f’daqqa fil-piż jew nefħa lokalizzata (edima).

Jekk tieħu Glidipion ma’ mediċini oħra għad-dijabete, huwa iktar probabbli li z-zokkor fid-demm jista' jinżel taħt il-livell normali (ipogliċemija).

Inti tista’ wkoll ikollok tnaqqis fl-għadd tad-demm (anemija).

Ksur fl-għadam

Numru akbar ta’ fratturi fl-għadam f’ pazjenti, partikolarment f’ nisa (iżda mhux fl-irġiel) li kienu qed jieħdu pioglitazone. It-tabib tiegħek se jikkunsidra dan waqt li jikkura d-dijabete tiegħek.

Tfal u adoloxxenti

L-użu fit-tfal taħt it-18-il sena mhux irrakkomandat.

Meta tieħu mediċini oħra

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Ġeneralment int se tkun tista’ tibqa’ tieħu mediċini oħra waqt li qed tiġi kkurat bi Pioglitazone Actavis. Madankollu, ċerti mediċini huma speċjalment probabbli li jaffettwaw l-ammont ta’ zokkor fid-demm:

-gemfibrizol (użat biex ibaxxu l-kolesterol)

-rifampicin (jintuża biex jikkura t-tuberkulożi u infezzjonijiet oħra)

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi wieħed minn dawn. Iz-zokkor fid-demm ser jiġi kkontrollat, u d-doża tiegħek ta’ Glidipion tista’ teħtieġ li tiġi mibdula.

Glidipion mal-ikel u max-xorb

Tista’ tieħu l-pilloli mal-ikel jew mingħajr ikel. Għandek tibla’ il-pilloli ma’ tazza ilma.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda, taħseb li inti tqila jew qed tippjana biex noħroġ tqila, saqsi lit-tabib itik parir qabel ma tieħu din il-mediċina.It-tabib tiegħek se jagħtik parir biex twaqqaf din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Pioglitazone ma jaffettwax il-ħila li ssuq jew li tħaddem magni, imma ħu ħsieb jekk ikollok vista anormali.

Glidipion fih lactose monohydrate

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi

tip ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Glidipion.

3.Kif għandek tieħu Glidipion

Dejjem għandek tiħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek . Iċċekkja mat- tabib jew spiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju .

Id-doża normali tal-bidu hi pillola waħda ta’ 15 mg jew 30 mg ta' pioglitazone darba kuljum. It-tabib tiegħek jista' jżid id-doża għal massimu ta' 45 mg darba kuljum.It-tabib tiegħek j jgħidlek liem doża għandek tieħu..

Jekk taħseb li l-effett ta’ Glidipion mhux effettiv biżżejjed, kellem lit-tabib tiegħek.

Glidipion jista’ jittieħed ma’ jew mingħajr ikel.

Meta jittieħed flimkien ma’ mediċini oħra wżati għall-kura tad-dijabete (bħal insulina, chlorpropamide, glibenclamide, gliclazide, tolbutamide), it-tabib tiegħek jgħidlek jekk għandekx bżonn tieħu doża inqas tal-mediċini tiegħek.

It-tabib tiegħek se jitolbok tagħmel testijiet tad-demm kull tant żmien waqt il-kura bi Glidipion. Dan huwa li jiċċekkja li l-fwied qed jaħdem normali.

Jekk qed issegwi dieta dijabetika, għandek tkompli biha waqt li qed tieħu Glidipion.

Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat f'intervalli regolari; jekk tiżdied fil-piż, għarraf lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu Glidipion aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu wisq pilloli, jew jekk xi ħadd ieħor jew tifel/tifla jieħdu l-mediċina tiegħek, kellem minnufiħ lil xi tabib jew spiżjar. Iz-zokkor fid-demm jista’ jaqa' taħt il-livell normali u jista’ jiżdied billi tieħu z-zokkor. Huwa rrakkomandat li inti żżomm fuqek xi ħelu jew gallettini li fihom iz-zokkor, jew meraq tal-frott li fih iz-zokkor.

Jekk tinsa tieħu Glidipion

Ipprova ħu Glidipion kuljum kif preskritt. Iżda jekk tinsa tieħu doża, kompli bid-doża li jmiss kif suppost. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu. Għall-pakketti ta’ 14, 28, 56, 84 u 98 pakkett pilloli, tista' tiċċekkja l-ġurnata li fiha ħadt l-aħħar il- pillola ta’ Glidipion billi tirreferi għall-kalendarju stampat fuq il-folja.

Jekk tieqaf tieħu Glidipion

Glidipion għandu jintuża kuljum biex jaħdem kif suppost. Jekk tieqaf tieħu Glidipion, iz-zokkor fid- demm jista’ jogħla. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma twaqqaf dan it-trattament.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Xi pazjenti esperjenzaw l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu Glidipion:

Insuffiċjenza tal-qalb kienet komuni (minn 1 sa 10 nies) f'pazjenti li kienu qed jieħdu pioglitazone flimkien ma’ insulina. Is-sintomi huma qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda f'daqqa fil-piż jew nefħa lokalizzata (edima). Jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti, speċjalment jekk inti fuq l-età ta 65, fittex parir mediku immedjatament.

Kanċer tal-bużżieqa tal-urina ġie esperjenzat b'mod mhux komuni (minn 1 sa 10 nies) f'pazjenti li kienu qed jieħdu pioglitazone. Sinjali u sintomi jinkludu demm fl-awrina, uġigħ meta tgħaddi l-awrina

jew ħtieġa urġenti li tgħaddi l-awrina. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista 'jkun.

Nefħa lokalizzata (edima) kienet ukoll esperjenza komuni ħafna f'pazjenti li qed jieħdu pioglitazone flimkien ma’ insulina. Jekk ikollok dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista' jkun.

Ksur tal-għadam ġie rrappurtat b'mod komuni (minn 1 sa 10 nies) f'pazjenti nisa li kienu qed jieħdu pioglitazone u ġew rrapurtati wkoll każi f’pazjenti rġiel li kienu qed jieħdu pioglitazone (frekwenza ma tistax tiġi stabbilità bid-dejta disponnibli). Jekk ikollok dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista' jkun.

Vista mċajpra minħabba nefħa (jew fluwidu) fil-wara tal-għajn (frekwenza mhux magħrufa) ġie rrappurtat ukoll f'pazjenti li kienu qed jieħdu pioglitazone. Jekk tesperjenza dan is-sintomu għall- ewwel darba, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun. Ukoll, jekk diġà għandek vista mċajpra u tmur għall-agħar, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun.

Reazzjonijiet allerġiċi kienu rrappurtati (frekwenza mhux magħrufa) f'pazjenti li ħadu Actos. Jekk ikollok xi reazzjoni allerġika serja, inkluż urtikarja u nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien, jew gerżuma li tista’ tikawża diffikultà fin-nifs jew biex tibla tibqax tieħu din il-mediċina u kellem lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.

L-effetti sekondarji oħra li ġew esperjenzati minn xi pazjenti li kienu qed jieħdu pioglitazone:

Komuni (jista’ jaffetwa minn 1 sa 10 nies)

-infezzjoni respiratorja

-vista mhux normali

-żieda fil-piż

-tnemnim

Mhux komuni (jista’ jaffetwa minn 1 sa 10 nies)

-sinusite

-problema biex torqod (insonnja)

Mhux magħrufa (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

-żieda fl-enżimi tal-fwied

-reazzjonijiet allergiċi

L-effetti sekondarji addizzjonali li jmiss ġew esperjenzati minn xi pazjenti meta Glidipion jittieħed ma’ mediċini antidijabetiċi oħra:

Komuni ħafna (jista’ jaffetwa aktar minn 1 f’kull 10 nies) - jitbaxxa z-zokkor fid-demm (ipogliċemija)

Komuni (jista’ jaffetwa minn 1 sa 10 nies)

-uġigħ ta’ ras

-sturdament

-uġigħ fil-ġogi

-impotenza

-uġigħ fid-dahar

-qtugħ ta 'nifs

-tnaqqis żgħir fl-għadd taċ-ċelloli ħomor tad-demm

-gass

Mhux komuni (jista’ jaffetwa minn 1 sa 100 nies)

-zokkor fl-awrina, proteini fl-awrina

-żieda fl-enzimi

-tħoss l-art iddur bik (vertigo)

-għaraq

-għeja

-Żieda fl-aptit

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Glidipion

Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Tużax Glidipion wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m'għandhiex bżonn prekawzjonijiet speċjali dwar ħażna

Tarmiex mediċini ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’ għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. Kontentut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Glidipion

-Is-sustanza attiva hi pioglitazone.

Kull pillola fiha 15mg, 30mg jew 45mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride). Kull pillola fiha 15 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride). –

Kull pillola fiha 30 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride). Kull pillola fiha 45 mg ta’ pioglitazone (bħala hydrochloride).

-Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, hyprolose, carmellose calcium u magnesium stearate

Id-Dehra ta’ Glidipion u l-kontenuti tal-pakkett

Glidipion15 mg huma pilloli bojod, tondi, bbuzzati b’dijametru ta’ 5.5 mm u immarkati b’‘TZ15’ fuq naħa waħda .

Glidipion 30 mg huma pilloli bojod, tondi, bbuzzati b’dijametru ta’ 7 mm u immarkati b’‘TZ30’ fuq naħa waħda.

Glidipion 45 mg huma pilloli bojod, tondi, bbuzzati b’dijametru ta’ 8 mm u immarkati b’‘TZ45’ fuq naħa waħda

Il-pilloli huma disponibbli f’pakketti bil-folji tal-aluminium ta’ 14, 28, 30, 50, 56, 84, 90, 98 jew 100 pillola.

Il-pakketti ta’ 14, 28, 56, 84 u 98 pilloli fihom folji bil-ġranet tal-ġimgħa stampati fil-qosor fuq il-folja (T, TL, E, Ħ, Ġ, S, Ħ).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Actavis Group PTC ehf. Reykjavíkurvegi 76-78 220 Hafnarfjörður Iceland

Manifattur

Actavis Ltd.

BLB 016 Bulebel Industrial Estate

Zejtun ZTN 3000

Malta

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Aurobindo Pharma B.V.

UAB “Actavis Baltics”

Nederland / Pays-Bas / Niederlande

Tel: +370 5 260 9615

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Актавис ЕАД

Aurobindo Pharma B.V.

Teл.: +359 2 9321 861

Pays-Bas / Niederlande

 

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33

Česká republika

Magyarország

Actavis CZ a.s.

Actavis Hungary Kft.

Tel: +420 251 113 002

Tel.: +36 1 501 7001

Danmark

Malta

Actavis A/S

Actavis Ltd.

Tlf: +45 72 22 30 00

Tel: +35621693533

Deutschland

Nederland

PUREN Pharma GmbH & Co. KG

Aurobindo Pharma B.V.

Tel.: +49-89-558-9090

Tel: +31 (0)35 542 99 33

Eesti

Norge

UAB “Actavis Baltics” Eesti Filiaal

Actavis Norway AS

Tel: +372 6100 565

Tlf: +47 815 22 099

Ελλάδα

Österreich

Specifar ABEE

Actavis GmbH

Τηλ: +30 210 5401500

Tel: +43 (0)662 435 235 00

España

Polska

Aurovitas Spain, S.A.U.

Actavis Export Int. Ltd., Malta.

Tfno.: +34 91 630 86 45

Kontakt w Polsce:

 

Tel: (+48 22) 512 29 00

France

Portugal

Arrow Génériques

Aurovitas, Unipessoal, Lda

Tél: +33 4 72 72 60 72

Tel: +351 214 185 104

 

Hrvatska

România

PharmaVigil d.o.o.

Actavis SRL

Tel: +385(1)3890676

Tel: +40 21 318 17 77

Ireland

Slovenija

Actavis Ireland Limited

Apta Medica Internacional d.o.o.

Tel: +353 (0)21 4619040

Tel: +386 51 615 015

Ísland

Slovenská republika

Actavis Group PTC ehf.

Actavis s.r.o.

Sími: +354 550 3300

Tel: +421 2 3255 3800

Italia

Suomi/Finland

Aurobindo Pharma (Italia) s.r.l.

Actavis Oy

Tel: +39 0296392601

Puh/Tel: +358 (0)9 348 233

Κύπρος

Sverige

A. Potamitis Medicare Ltd

Actavis AB

Τηλ: +357 22583333

Tel: +46 8 13 63 70

Latvija

United Kingdom

UAB “Actavis Baltics” Latvijas filiāle

Actavis UK Limited

Tel: +371 67304300

Tel: +44 1271 385257

Dan il-fuljett ġie rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/. <Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.>

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati