Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Granupas (Para-aminosalicylic acid Lucane) (para-aminosalicylic acid) – Fuljett ta’ tagħrif - J04AA01

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaGranupas (Para-aminosalicylic acid Lucane)
Kodiċi ATCJ04AA01
Sustanzapara-aminosalicylic acid
ManifatturLucane Pharma

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjenti

GRANUPAS 4 g grani (granules) gastro-reżistenti

Aċidu para-aminosaliċiliku

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu GRANUPAS u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu GRANUPAS

3.Kif għandek tieħu GRANUPAS

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen GRANUPAS

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu GRANUPAS u għalxiex jintuża

GRANUPAS fih l-aċidu para-aminosaliċiliku li jintuża f’persuni adulti u tfal minn 28 jum ’il fuq għall-kura ta’ tuberkulosi reżistenti flimkien ma’ mediċini oħra, f’każijiet ta’ reżistenza jew intollerabbiltà ma’ trattamenti oħra.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu GRANUPAS

Tiħux GRANUPAS

jekk inti allerġiku għall-aċidu para-aminosaliċiliku jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina

(elenkati fis-sezzjoni 6)

jekk għandek mard serju fil-kliewi.

Jekk għandek xi dubju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu l-GRANUPAS.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu l-GRANUPAS

jekk għandek problemi fil-fwied jew mard ħafif jew moderat fil-kliewi

jekk għandek ulċera fl-istonku

jekk int infettat bl-HIV

Tfal

L-użu tal-GRANUPAS mhuwiex rakkomandat fit-trabi tat-twelid (ta’ inqas minn 28 jum).

Mediċini oħra u l-GRANUPAS

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Huwa importanti ħafna li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda minn dawn li ġejjin:

Mediċini għal kontra t-tuberkulosi jew ethionamide (trattamenti oħra għal kontra t-tuberkulosi)

Vitamina B12

Digoxin (għal mard tal-qalb)

Diphenylhydramine (għal reazzjonijiet allerġiċi)

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

GRANUPAS għandu jintuża waqt it-tqala biss jekk rakkomandat mit-tabib tiegħek

Treddax waqt li tkun qiegħda tieħu l-GRANUPAS. Dan minħabba li ammonti żgħar tal- mediċina jistgħu jgħaddu għal ġol-ħalib tas-sider tal-omm.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

GRANUPAS mhuwiex probabbli li jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

3.Kif gћandek tieћu l-GRANUPAS

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Adulti

Id-doża rakkomandata għall-adulti hija qartas wieħed tliet darbiet fil-ġurnata, bi skeda ta’ qartas wieħed kull 8 siegħat. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdielek doża aktar baxxa biex jevita effetti sekondarji possibbli.

Tiħux aktar minn 3 qratas fil-ġurnata. Il-kura ġeneralment tingħata għal sentejn (24 xahar).

Żid il-kontenut tal-qartas ma’ xarba ta’ meraq tat-tadam jew tal-larinġ.

Ixorbu mill-ewwel.

Jekk jifdal xi grani fit-tazza, żid ftit meraq ieħor u ixorbu mill-ewwel.

Trabi, tfal u adolexxenti

Id-doża fit-trabi, it-tfal u l-adolexxenti se tiġi kkalkulata mit-tabib abbażi tal-piż tal-ġisem tal-pazjent. Id-doża totali rakkomandata għal kull ġurnata hija 150 mg għal kull kg tal-piż tal-ġisem. Dan l- ammont ta’ kuljum jinqasam f’żewġ dożi maqsuma matul il-ġurnata.

Uża l-imgħarfa li tiġi mal-mediċina biex tkejjel id-doża.

Biex tkejjel id-doża:

o Il-linji fuq l-imgħarfa jindikaw l-ammont (f’milligrammi ta’ aċidu para- aminosaliċiliku ). Ħu l-ammont korrett kif preskritt mit-tabib tiegħek.

o Qiegħed il-grani direttament fl-imgħarfa.

oTaptap l-imgħarfa darba fuq mejda biex tagħti livell orizzontali tal-granijiet u kompli imla jekk ikun meħtieġ.

Roxx il-grani fuq meraq tat-tuffieħ jew jogurt.

Ġiegħel lit-tifel/tifla tiegħek jikluh mill-ewwel.

Kif tieħu din il-mediċina

M’għandekx tfarrak jew tomgħod il-grani.

Tużax il-qartas jekk ikun minfuħ jew jekk il-grani jkunu tilfu l-kulur kannella ċar tagħhom.

Tista’ tinnota xi grani mal-ippurgar tiegħek; dan huwa normali.

Jekk tieħu l-GRANUPAS aktar milli suppost

Kellem tabib jew spiżjar.

Jekk tinsa tieħu doża tal-GRANUPAS

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Stenna sa xħin ikun imissek id-doża li jmiss, imbagħad ħu d-doża tiegħek normali.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Matul l-ewwel 3 xhur tal-kura tiegħek bl-GRANUPAS, trid toqgħod attent għal kwalunkwe sinjal ta’ reazzjoni allerġika jew epatite, bħal tfaqqigħ ta’ raxx fil-ġilda u/jew deni. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi, trid tkellem lit-tabib tiegħek mill-ewwel.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100): mejt, uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali), rimettar, dardir, nefħa, dijarea, ippurgar artab, ħmura jew raxx fil-ġilda, disturb fil-mixja u l-bilanċ.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 1,000): telf tal- aptit (anoressija)

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10,000): problemi fil- glandola tat-tirojde*, tnaqqis fl-abilità ta’ assorbiment tan-nutrijenti mill-ikel, ulċera, fsada fl-imsaren, sfura fil-ġilda jew fl-għajnejn (suffejra), togħma metallika, raxx bil-ħakk.

(*)f'suġġetti nfettati wkoll bil-problemi tal-HIV tal-glandola tat-tirojde u b'mod speċifiku l- ipotirojdiżmu jew livelli baxxi tal-ormoni tat-tirojde, huma effett sekondarju komuni ħafna li jistgħu jaffettwaw iżjed minn persuna 1 f'10.

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 10,000): tnaqqis fin- numru ta’ ċelloli ħomor jew bojod tad-demm, tnaqqis fil-plejtlits tad-demm, tbajja’ ħomor fil-ġilda, livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm, uġigħ fl-għeruq, uġigħ ta’ ras, abnormalitajiet fil-vista, ħsara fin- nervituri tal-idejn u s-saqajn, sturdament, ħin itwal ta’ fsada, żieda fl-enzimi tal-fwied, telf tal-piż, kristalli fl-awrina.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen l-GRANUPAS

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-qartas wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Il-qratas jistgħu jinħażnu f’temperatura taħt 25°C sa 24 siegħa wara l-ftuħ.

Tużax l-GRANUPAS jekk tinnota li l-qratas huma minfuħin jew jekk il-grani huma kannella skuri jew vjola.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih l-GRANUPAS

Is-sustanza attiva hi aċidu para-aminosaliċiliku .

Kull qartas ta’ grani gastro-reżistenti fih 4 g ta’ aċidu para-aminosaliċiliku .

Is-sustanzi l-oħra huma colloidal silicon dioxide, dibutyl sebacate, methacrylic acid – ethyl acrylate copolymer (1:1) dispersion 30%, hypromellose, microcrystalline cellulose, talc.

Kif jidher l-GRANUPAS u l-kontenut tal-pakkett

Din il-mediċina hija ppreżentata bħala grani gastro-reżistenti kannella ċari fi qratas.

Kull kaxxa fiha 30 qartas. Hija pprovduta mgħarfa tal-kejl ikkalibrata.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Lucane Pharma

172 rue de Charonne

75011 Paris - Franza

Manifattur

Lucane Pharma, 172 rue de Charonne 75011 Paris

Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lucane Pharma

Tél/Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

България

Lucane Pharma

Teл.: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Česká republika

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Danmark

Medical Need Europe AB Tlf: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Deutschland

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Lietuva

Medical Need Europe AB Tel: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Luxembourg/Luxemburg

Lucane Pharma

Tél/Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Magyarország

Lucane Pharma

Tel.: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Malta

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Nederland

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Eesti

Medical Need Europe AB Tel: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Ελλάδα

Lucane Pharma

Τηλ: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

España

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

France

Lucane Pharma

Tél: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Hrvatska

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Ireland

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Ísland

Medical Need Europe AB Sími: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Italia

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Κύπρος

Lucane Pharma

Τηλ: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Latvija

Medical Need Europe AB Tel: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Norge

Medical Need Europe AB Tlf: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Österreich

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Polska

Lucane Pharma

Tel.: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Portugal

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

România

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Slovenija

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Slovenská republika

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Suomi/Finland

Medical Need Europe AB Puh/Tel: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Sverige

Medical Need Europe AB Tel: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

United Kingdom

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati