Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Grepid (clopidogrel besilate) - B01AC04

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaGrepid
Kodiċi ATCB01AC04
Sustanzaclopidogrel besilate
ManifatturPharmathen S.A.

Grepid clopidogrel

Sommarju tal-EPAR għall-pubbliku

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni (EPAR). Jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l- istudji mwettqa sabiex jasal għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar kif tintuża l-mediċina. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika tiegħek jew it-trattament tiegħek,

aqra l-Fuljett ta’ Tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Jekk tixtieq aktar informazzjoni relatata mar-rakkomandazzjonijiet tas-CHMP, aqra d- Diskussjoni Xjentifika (parti wkoll mill-EPAR).

X’inhu Grepid?

Grepid huwa mediċina li fih s-sustanza attiva clopidogrel. Huwa disponibbli bħala pilloli roża (75 mg). Grepid huwa ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Grepid huwa simili għall-‘mediċina ta’ referenza’ diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) bl-isem Plavix. Għal aktar informazzjoni dwar il-mediċini ġeneriċi, ikkonsulta d-dokument mistoqsija-u-tweġiba hawn.

Għal xiex jintuża Grepid?

Grepid jintuża f’adulti biex jipprevjeni każijiet aterotrombotiċi (problemi li jirriżultaw minn demm magħqud u t-twebbis tal-arterji). Grepid jista’ jingħata lill-gruppi ta’ pazjenti li ġejjin:

pazjenti li jkun għadu kemm tahom infart mijokardiku (attakk tal-qalb). Grepid jista’ jinbeda fl- ewwel ftit jiem wara l-attakk u sa 35 ġurnata wara;

pazjenti li reċentement tathom puplessija iskemika (puplesija kkawżata minn inkapaċità tal- provvista tad-demm li tissupplixxi parti mill-moħħ). Grepid jista’ jinbeda bejn sebat ijiem u sitt xhur wara li jkun seħħet il-puplesija;

pazjenti b’mard fl-arterji periferiku (problemi bil-fluss tad-demm fl-arterji).

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta tat-tabib.

Kif jintuża Grepid?

Id-doża standard ta’ Grepid hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg darba kuljum, ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt.

Kif jaħdem Grepid?

Is-sustanza attiva f’Grepid, clopidogrel, hu inibitur ta’ l-aggregazzjoni tal-pjastrini (platelets). Dan ifisser li jgħin biex jimpedixxi d-demm milli jagħqad. Meta d-demm jagħqad, dan jiġri minħabba ċelloli speċjali fid-demm imsejħa platelets jaggregaw (jeħlu ma’ xulxin). Clopidogrel iwaqqaf il- platelets milli jaggregaw billi jimblokka sustanza msejħa ADP milli tingħaqad ma’ riċettur speċjali preżenti fuq is-superfiċje tagħhom. Dan iwaqqaf il-platelets milli jibdew ‘iweħħlu’, fejn b’hekk jitnaqqas ir-riskju li jiffurmaw l-għaqid tad-demm u jgħin fil-prevenzjoni ta’ attakk tal-qalb ieħor jew ta’ puplesija.

Kif ġie studjat Grepid?

Billi Grepid huwa mediċina ġenerika, l-istudji ġew limitati għal testitjiet biex jiddeterminaw il- bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina ta’ referenza, Plavix.Iż-żewġ mediċini huma bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli ta’ sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhu l-benefiċċju u r-riskju ta’ Grepid?

Billi Grepid huwa mediċina ġenerika u huwa bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, il- benefiċċji u r-riskji jitqiesu li kienu l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Grepid?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ikkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, Grepid wera li għandu kwalità komparabbli ma’ u huwa bijoekwivlenti għal Plavix. Għaldaqstant, il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Plavix, il-benefiċċji huwa akbar mir-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Grepid jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Aktar tagħrif dwar Grepid:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Grepid, valida fl-Unjoni Ewropea kollha, lil Pharmathen S.A. fil-28 ta' Lulju 2009.

L-EPAR sħiħ għal Grepid jista’ jinstab hawnhekk.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fi: 06-2009.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati