Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Helixate NexGen (octocog alfa) – Fuljett ta’ tagħrif - B02BD02

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaHelixate NexGen
Kodiċi ATCB02BD02
Sustanzaoctocog alfa
ManifatturBayer AG  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Helixate NexGen 250 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Helixate NexGen 500 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Helixate NexGen 1000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Helixate NexGen 2000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Helixate NexGen 3000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Fattur VIII rikombinanti tal-koagulazzjoni (octocog alfa)

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett

1.X’inhu Helixate NexGen u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Helixate NexGen

3.Kif għandek tuża Helixate NexGen

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Helixate NexGen

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Helixate NexGen u gћalxiex jintuża

Helixate NexGen fih is-sustanza attiva Fattur VIII rikombinanti tal-koagulazzjoni uman (octocog alfa).

Helixate NexGen jintuża għat-trattament u l-profilassi ta’ fsada f’adulti, adolexxenti u tfal ta’ kull età li għandhom l-emofilja A (nuqqas konġenitali tal-fattur VIII).

Dan il-prodott ma fihx il-fattur von Willebrand u għalhekk m’għandux jintuża fil-marda von Willebrand.

Il-kunjett fih trab jew trab magħqud ta’ lewn abjad sa ftit safrani, kif ukoll ilma għall-injezzjonijiet biex jintuża għar-rikostituzzjoni tal-kontenut tal-kunjett.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Helixate NexGen

Tużax Helixate NexGen

jekk inti allerġiku għal octocog alfa jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6 u t-tmiem ta’ sezzjoni 2).

jekk inti allerġiku/a għall-proteina li ġejja mill-ġrieden jew mill-ħamsters.

Jekk int m’intiex żgur dwar dan, staqsi lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Oqgħod attent ħafna b’Helixate NexGen u kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk:

ikollok esperjenza ta’ tagħfis fis-sider, sturdament, tħossok dgħajjef jew tħoss li se jħossok ħażin, jew tħossok stordut waqt li bil-wieqfa, tista’ tkun qed tbati minn reazzjoni allerġika rari u severa li sseħħ għal għarrieda (hekk imsejħa reazzjoni anafilattika) għal din il-mediċina. Jekk jiġri dan, waqqaf l-għoti tal-prodott minnufih u fittex parir mediku.

il-fsada tiegħek mhux qed tiġi kkontrollata bid-doża tiegħek tas-soltu ta’ din il-mediċina, ikkonsulta t-tabib tiegħek minnufih. Jista’ jkun li żviluppajt inibituri għall-fattur VIII u t-tabib tiegħek għandu mnejn iwettaq xi testijiet biex jikkonferma dan. Inibituri għall-fattur VIII huma antikorpi fid-demm li jwaqqfu l-fattur VIII li qed tieħu, u dan jagħmluh inqas effettiv fil- prevenzjoni u l-kontroll tal-fsada.

qabel tkun żviluppajt inibitur ta’ fattur VIII u tbiddel il-prodotti ta’ fattur VIII, tista’ tkun f’riskju li l-inibitur jerġa’ jitfaċċa.

ġejt avżat li għandek mard tal-qalb jew li għandek riskju ta’ mard tal-qalb.

teħtieġ tagħmir ta’ aċċess venuż ċentrali (CVAD - central venous access device) għall-għoti ta’ Helixate NexGen. Tista’ tkun f’riskju ta’ komplikazzjonijiet relatati ma’ CVAD inkluż infezzjonijiet lokali, batterja fid-demm (batterimja) u l-formazzjoni ta’ embolu tad-demm fil- kanal tad-demm (trombożi) fejn jiddaħħal il-kateter.

It-tabib tiegħek għandu mnejn iwettaq xi testijiet biex jiżgura li d-doża attwali ta’ din il-mediċina tipprovdi livelli xierqa ta’ Fattur VIII.

Mediċini oħra u Helixate NexGen

Mhux magħruf li hemm prodotti mediċinali li ma jaqblux ma’ Helixate NexGen. Madankollu, jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tfal u adolexxenti

It-twissijiet u l-prekawzjonijiet elenkati japplikaw għall-pazjenti ta’ kull età, adulti u tfal.

Tqala, treddigħ u fertilità

Esperjenza dwar il-fertilità jew l-użu ta’ Helixate NexGen waqt it-tqala u t-treddigħ mhux disponibbli. Għalhekk, jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Helixate NexGen mhux probabbli li jaffettwa l-fertilità f’pazjenti rġiel jew nisa, peress li s-sustanza attiva sseħħ b’mod naturali fil-ġisem.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Ma kien osservat l-ebda effett fuq il-ħila ta’ sewqan u tħaddim ta’ magni.

Helixate NexGen fih is-sodium

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) sodium f’kull kunjett, u għalhekk huwa kkunsidrat essenzjalment “ħieles mis-sodium”.

Dokumentazzjoni

Huwa rakkomandat li kull darba li tuża Helixate NexGen, l-isem u n-numru tal-lott tal-prodott jiġu dokumentati.

3.Kif gћandek tuża tuża Helixate NexGen

Dejjem għandek tuża din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew skont il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Trattament ta’ ħruġ ta’ demm

It-tabib tiegħek se jikkalkula d-doża ta’ din il-mediċina u kemm-il darba għandek tużaha sabiex ikollok il-livell meħtieġ ta’ attività ta’ fattur VIII fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek dejjem għandu jaġġusta d-doża u l-frekwenza tal-għoti skont il-ħtiġijiet individwali tiegħek. Kemm għandek tuża Helixate NexGen u d-drabi li għandek tużah jiddependi fuq diversi fatturi bħal:

il-piż tiegħek

is-severità tal-emofilja tiegħek

fejn ikun il-ħruġ ta’ demm u kemm ikun serju

jekk għandekx inibituri u kemm hu għoli t-titre tal-inibitur

il-livell ta’ fattur VIII meħtieġ.

Prevenzjoni ta’ ħruġ tad-demm

Jekk qed tuża Helixate NexGen biex tevita fsada (profilassi), it-tabib tiegħek se jikkalkula d-doża għalik. Din ġenerlament tkun fil-firxa ta’ 20 sa 40 IU ta’ octocog alfa għal kull kg ta’ piż tal-ġisem, mogħtija kull jumejn sa 3 ijiem. Madankollu, f’ċerti każijiet, speċjalment għal pazjenti żgħar, jista’ jkun meħtieġ li d-dożi jingħataw aktar ta’ spiss jew li d-dożi jkunu aktar għoljin.

Testijiet tal-laboratorju

Huwa rakkomandat ħafna li jsiru testijiet xierqa tal-laboratorju tal-plażma f’intervalli xierqa sabiex jiġi żgurat li livelli xierqa ta’ fattur VIII ikunu ġew milħuqa u miżmuma. Għal intervent kirurġiku maġġur, għandu jsir monitoraġġ mill-qrib tat-terapija ta’ sostituzzjoni permezz ta’ analiżi tal-koagulazzjoni.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Helixate NexGen jista’ jintuża fi tfal ta’ kull età.

Jekk il-ħruġ ta’ demm ma jiġix ikkontrollat

Jekk il-livell ta’ fattur VIII fil-plażma jonqos milli jilħaq il-livelli mixtieqa, jew jekk il-fsada ma tkunx ikkontrollata wara doża li tkun tidher xierqa, jista’ jkun li tkun żviluppajt inibituri ta’ fattur VIII. Dan għandu jiġi ċċekjat minn tabib bl-esperjenza.

Jekk inti tal-fehma li l-effett ta’ din il-mediċina huwa qawwi wisq jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib tiegħek.

Pazjenti b’inibituri

Jekk it-tabib tiegħek ikun qallek li żviluppajt inibituri ta’ fatturi VIII, jista’ jkollok bżonn ta’ ammont akbar ta’ din il-mediċina biex tikkontrolla fsada. Jekk din id-doża ma tikkontrollax il-fsada t-tabib tiegħek jista’ jikkonsidra li jagħtik prodott addizzjonali, konċentrat ta’ fattur VIIa jew konċentrat ta’ kumpless ta’ prothrombin (attivat).

Dawn it-trattamenti għandha tingħata riċetta għalihom minn tobba b’esperjenza fil-kura ta’ pazjenti b’emofilja A. Kellem lit-tabib tiegħek jekk tkun trid aktar informazzjoni dwar dan.

Iżżidx id-doża tiegħek tal-mediċina li tuża biex tikkontrolla l-ħruġ ta’ demm mingħajr ma tkellem lit- tabib tiegħek.

Tul ta’ żmien tat-trattament

It-tabib tiegħek se jgħidlek, kemm u kull meta għandha tingħata din il-mediċina.

Ġeneralment, it-terapija ta’ sostituzzjoni b’Helixate NexGen hija trattament tul il-ħajja kollha.

Kif jingħata Helixate NexGen

Din il-mediċina hija maħsuba għal injezzjoni ġo vina fuq 2 sa 5 minuti skont il-volum totali u l-livell ta’ kumdità tiegħek u għandha tintuża fi żmien 3 sigħat wara li tiġi ppreparata s-soluzzjoni.

Kif Helixate NexGen jiġi ppreparat għall-għoti

Uża biss l-oġġetti li huma pprovduti ma’ kull pakkett ta’ din il-mediċina. Jekk dawn il-komponenti ma jistgħux jintużaw, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Jekk xi komponent tal-pakkett ikun miftuħ jew ikollu l-ħsara, tużahx.

Għandek tiffiltra l-prodott rikostitwit qabel l-għoti biex tneħħi xi frak li jista’ jkun hemm fis- soluzzjoni. Tiffiltra billi tuża l-adattatur Mix2Vial.

Din il-mediċina m’għandhiex jkun fihom frak viżibbli jew li tiegħek u uża l-istruzzjonijiet il-fuljett.

titħallat ma’ soluzzjonijiet għall-infużjoni oħra. Tużax soluzzjonijiet li huma mdardrin. Segwi b’attenzjoni l-istruzzjonijiet mogħtija mit-tabib dettaljati għar-rikostituzzjoni u l-għoti pprovduti fl-aħħar ta’ dan

Jekk tuża Helixate NexGen aktar milli suppost

Ma kienu rrappurtati l-ebda każijiet ta’ doża eċċessiva bil-fattur VIII rikombinanti tal-koagulazzjoni. Jekk użajt aktar Helixate NexGen milli suppost, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tuża Helixate NexGen

Kompli bid-doża li jmiss tiegħek minnufih u ssokta f’intervalli regolari kif rakkomandat mit- tabib tiegħek.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk trid tieqaf tuża Helixate NexGen

Tieqafx tuża Helixate NexGen 250 IU mingħajr ma tikkonsulta t-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħall-kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-iktar effetti sekondarji serji huma reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva jew xokk anafilattiku (effett sekondarju rari).

Jekk iseħħu reazzjonijiet allerġiċi jew anafilattiċi, l-injezzjoni/infużjoni għandhom jitwaqqfu immedjatmaent. Jekk jogħġbok ikkonsulta lit-tabib tiegħek immedjatament.

Lista sħiħa ta’ effetti sekondarji possibbli:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda li qed tużah minn kull 10):

formazzjoni ta’ antikorpi newtralizzanti għall-fattur VIII (inibituri) f’pazjenti li ma kinux ittrattati qabel

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda li qed jużawh minn kull 10):

raxx/raxx bil-ħakk

reazzjonijiet lokali fil-post fejn tkun injettajt il-mediċina (eż. sensazzjoni ta’ ħruq, ħmura temporanja)

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda li qed tużah minn kull 100):

formazzjoni ta’ antikorpi newtralizzanti għall-fattur VIII (inibituri) f’pazjenti ttrattati qabel

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda li qed tużah minn kull 1,000):

reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li jinkludu reazzjoni allerġika severa għal għarrieda (li tista’ tinkludu ħorriqija, dardir, urtikarja, anġjoedima, tertir ta’ bard, fwawar, uġigħ ta’ ras, letarġija, tħarħir jew diffikultà biex tieħu nifs, irrekwitezza, takikardija, tnemnim jew xokk anafilattiku, eż. għafsa fis-sider/tħossok ma tiflaħx, sturdament u dardir u pressjoni tad-demm kemmxejn baxxa , li tista’ tagħmlek sturdut waqt li tkun bil-wieqfa)

deni

Mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli):

disturb fis-sens tat-togħma (togħma stramba)

Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi waqt l-injezzjoni/infużjoni:

għafsa fis-sider/tħossok ma tiflaħx

sturdament

pressjoni kemmxejn baxxa (pressjoni tad-demm kemmxejn imnaqqsa, li tista’ tagħmlek sturdut waqt li tkun bil-wieqfa)

dardir

Jista’ jkun li din tkun indikazzjoni bikrija ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva u anafilattiċi. Jekk iseħħu reazzjonijiet allerġiċi jew anafilattiċi, waqqaf l-injezzjoni/infużjoni

minnufih. Jekk jogħġbok ikkonsulta

lit-tabib tiegħek minnufih.

Antikorpi (Inibituri)

Il-formazzjoni ta’ antikorpi għal fattur VIII li jinnewtralizzaw (inibituri) hija komplikazzjoni magħrufa fit-trattament ta’ pazjenti b’emofilja A. It-tabib tiegħek jista’ jkun jixtieq li jagħmillek testijiet biex jimmonitorja l-iżvilupp tal-inibituri.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Waqt studji kliniċi, l-ebda pazjent ma żviluppa titres ta’ antikorpi rilevanti b’mod kliniku kontra ammonti żgħar ta’ proteini mill-ġrieden u mill-ħamster preżenti fil-prodott F’ċertu pazjenti predisposti xorta hemm il-possibbiltà ta’ reazzjonijiet allerġiċi għas-sustanzi li hemm f’din il-mediċina, eż. ammonti żgħar ta’ proteina mill-ġurdien u mill-ħamster.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Helixate NexGen

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża. Żomm il-kunjetti fil-kaxxa ta’ barra sabiex tilqa’ mid- dawl.

Sad-data ta’ meta tiskadi indikata fuq it-tikketta, meta din il-mediċina tinżamm fil-kaxxa ta’ barra tista’ tinħażen f’temperatura tal-kamra (sa 25°C) għal perjodu limitat ta’ 12-il xahar. F’dan il-każ, din il-mediċina tiskadi fit-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ 12-il xahar jew fid-data ta’ meta tiskadi fuq il- kunjett tal-prodott, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Trid tieħu nota tad-data ta’ meta tiskadi l-ġdida fuq il-kaxxa ta’ barra.

Tagħmilx is-soluzzjoni rikostitwita fil-friġġ. Is-soluzzjoni rikostitwita trid tintuża fi żmien 3 sigħat. Dan il-prodott huwa għall-użu ta’ darba biss. Kull soluzzjoni mhux użata għandha tintrema.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi frak jew s-soluzzjoni tidher imdardra.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Helixate NexGen

Trab

Is-sustanza attiva hi l-Fattur VIII tal-koagulazzjoni umana (octocog alfa) magħmul permezz ta’ teknoloġija tat-tfassil tad-DNA. Kull kunjett ta’ Helixate NexGen fih ammont nominali ta’ 250, 500, 1000, 2000 jew 3000 IU octocog alfa.

Is-sustanzi l-oħra huma glycine, sodium chloride, calcium chloride, histidine, polysorbate 80, u sucrose (ara t-tmiem ta’ sezzjoni 2).

Solvent

Ilma għall-injezzjonijiet

Kif jidher Helixate NexGen u l-kontenut tal-pakkett

Helixate NexGen huwa pprovdut bħala trab u solvent għal soluzzjoni għall- injezzjoni u huwa trab jew trab magħqud niexef, ta’ lewn bajdani sa kemmxejn fl-isfar. Wara r-rikostituzzjoni s-soluzzjoni hija ċara.Tagħmir mediku għar-rikostituzzjoni u l-għoti huwa pprovdut ma’ kull pakkett ta’ din il- mediċina.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Bayer AG

51368 Leverkusen Il-Ġermanja

Manifattur

Bayer HealthCare Manufacturing S.r.l. Via delle Groane 126

20024 Garbagnate Milanese (MI) L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

CSL Behring N.V.

CSL Behring GmbH

Tél/Tel: +32-(0)15 28 89 20

Tel: +49-(0)69-30584437

България

Luxembourg/Luxemburg

Novimed Ltd.

CSL Behring N.V.

Teл. + 359 2 850 86 17

Tél/Tel: +32-(0)15 28 89 20

Česká republika

Magyarország

CSL Behring s.r.o.

CSL Behring KFT

Tel: + 420 702 137 233

Tel: +36-1-213 4290

Danmark

Malta

CSL Behring AB

AM Mangion Ltd.

Tlf: +46-(0)8-54496670

Tel: +356 2397 6333

Deutschland

Nederland

CSL Behring GmbH

CSL Behring BV

Tel: +49-(0)69-30584437

Tel: +31-(0) 85 111 96 00

Eesti

Norge

CSL Behring GmbH

CSL Behring AB

Tel: +49-(0)69-30584437

Tlf: +46-(0)8-54496670

Ελλάδα

Österreich

CSL Behring ΕΠΕ,

CSL Behring GmbH

Τηλ: +30-210 7255 660

Tel: +43-(0)1-80101-2463

España

Polska

CSL Behring, S. A.

CSL Behring sp. z o.o.

Tel: +34 93 367 1870

Tel. +48 22 213 22 65

France

Portugal

CSL Behring S.A.

CSL Behring, Lda.

Tél: +33-(0)1-53585400

Tel. +351-21-7826230

Hrvatska

România

PharmaSwiss d.o.o.

Prisum International Trading srl

Tel: +385 (1) 631-1833

Tel. +40 21 322 01 71

Ireland

Slovenija

CSL Behring UK Limited

MediSanus d.o.o.

Tel: +44(0)1444 447405

Tel: +386 1 25 71 496

Ísland

Slovenská republika

CSL Behring AB

CSL Behring s.r.o.

Simi: +46-(0)8-54496670

Tel: +421 911 653 862

Italia

Suomi/Finland

CSL Behring S.p.A.

CSL Behring AB

Tel: +39-02-34964200

Puh/Tel: +46-(0)8-54496670

Κύπρος

Sverige

CSL Behring ΕΠΕ,

CSL Behring AB

Τηλ: +30-210 7255 660

Tel: +46-(0)8-54496670

Latvija

United Kingdom

CSL Behring GmbH

CSL Behring UK Limited

Tel: +49-(0)69-30584437

Tel: +44(0)1444 447405

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

--------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Istruzzjonijiet dettaljati għar-rikostituzzjoni u l-għoti ta’ Helixate NexGen bl-użu tal-adattatur Mix2Vial:

1.Aħsel idejk sew bis-sapun u l-ilma fietel.

2.Saħħan iż-żewġ kunjetti magħluqa f’idejk sakemm dawn jilħqu temperatura komda (taqbizx 37 °C).

3.Kun żgur li l-għotjien li jinqalgħu bis-saba’ tal-prodott u s-solvent huma mneħħija u li t- tappijiet huma ttrattati b’soluzzjoni antisettika u mħollija jinxfu qabel jinfetaħ il-pakkett tal- Mix2Vial.

4.Iftaħ il-pakkett Mix2Vial billi tqaxxar l-għatu. Tneħħix il-Mix2Vial mill- pakkett tal-folja!

5. Poġġi l-kunjett tas-solvent fuq wiċċ lixx u nadif u żomm il-kunjett sew. Aqbad il-Mix2Vial flimkien mal-pakkett tal-folja u imbotta l-ponta tat-tarf tal-adattatur il-blu dritt ’l isfel minn ġot-tapp tal-kunjett tas-solvent.

6. B’attenzjoni neħħi l-pakkett tal-folja mis-sett Mix2Vial billi żżommu mix- xifer, u tiġbed dritt ’il fuq. Kun ċert li tneħħi biss il-pakkett tal-folja u mhux is-sett Mix2Vial.

7. Poġġi l-kunjett tal-prodott fuq wiċċ lixx u sod. Aqleb il-kunjett tas-solvent bis-sett tal-Mix2Vial imwaħħal miegħu u imbotta l-ponta tat-tarf tal- adattatur trasparenti dritt ’l isfel minn ġot-tapp tal-kunjett tal-prodott. Is- solvent inixxi awtomatikament ġol-kunjett tal-prodott.

8. B’id waħda aqbad in-naħa tal-prodott tas-sett Mix2Vial u bl-id l-oħra aqbad in-naħa tas-solvent u b’attenzjoni ħoll is-sett f’żewġ biċċiet billi ddawwar lejn ix-xellug. Armi l-kunjett tas-solvent bl-adattatur il-blu tal-Mix2Vial imwaħħal.

9. Bil-mod dawwar il-kunjett tal-prodott bl-adattatur trasparenti mwaħħal miegħu sakemm is-sustanza tinħall kollha. Tħawwadx. Spezzjona viżwalment għal frak u tibdil fil-kulur qabel l-għoti. Tużax soluzzjonijiet li jkun fihom frak li jidher jew li huma mdardra.

10. Iġbed l-arja ġo siringa vojta u sterili. Waqt li l-kunjett tal-prodott ikun wieqaf, waħħal is-siringa mal-Luer Lock tal-Mix2Vial billi ddawwar lejn il- lemin. Injetta l-arja ġol-kunjett tal-prodott.

11. Filwaqt li żżomm il-planġer tas-siringa magħfus, aqleb is-sistema ta’ taħt fuq u iġbed is-soluzzjoni fis-siringa billi tiġbed il-planġer lura bil-mod.

12. Issa li s-soluzzjoni ġiet ittrasferita fis-siringa, żomm sew it-tubu tas-siringa (waqt li żżomm il-planġer tas-siringa iħares l-isfel) u neħħi l-adattatur trasparenti tal-Mix2Vial minn mas-siringa billi ddawwar lejn ix-xellug. Żomm is-siringa wieqfa u mbotta l-planġer sakemm ma tibqa’ l-ebda arja fis-siringa.

13.Applika turnikett ma dirgħajk.

14.Iddetermina fejn se tagħti l-injezzjoni u naddaf il-ġilda b’imselħa bl-alkoħol.

15.Taqqab il-vina u żomm is-sett biex ittaqqab il-vina f’postu permezz ta’ stikk.

16.Ħalli d-demm jgħaddi lura għat-tarf il-miftuħ tas-sett biex ittaqqab il-vina u mbagħad waħħal is- siringa bis-soluzzjoni. Kun ċert li ma jidħolx demm fis-siringa.

17.Neħħi t-turnikett.

18.Injetta s-soluzzjoni ġol-vina fuq medda ta’ 2 sa 5 minuti, waqt li żżomm għajnejk fuq il- pożizzjoni tal-labra. Il-veloċità tal-injezzjoni għandha tiġi bbażata fuq il-kundità tiegħek, iżda m’għandhiex tkun iktar minn 2.0 mL kull minuta.

19.Jekk hemm bżonn li tingħata doża oħra, uża siringa ġdida bil-prodott rikostitwit kif deskritt fuq.

20.Jekk ma tkunx meħtieġa doża oħra, neħħi s-sett biex ittaqqab il-vina u s-siringa. Żomm imselħa sew fuq il-post tal-injezzjoni fuq dirgħajk stirat għal madwar 2 minuti. Fl-aħħar, applika pressure dressing fejn tajt l-injezzjoni u kkunsidra jekk tkunx meħtieġa stikk.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati