Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Hemangiol (propranolol hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - C07AA05

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaHemangiol
Kodiċi ATCC07AA05
Sustanzapropranolol hydrochloride
ManifatturPierre Fabre Dermatologie

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

HEMANGIOL 3.75 mg/mL, soluzzjoni orali

Propranolol

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel qabel it-tifel/tifla tiegħek jibda/tibda jirċievi/tirċievi din il- mediċina peress li fih informazzjoni importanti.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek, jew spiżjar jew infermier.

Din il-mediċina ġiet preskritta għat-tifel/tifla tiegħek biss. M'għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk is-sinjali tal-marda huma l-istess bħal tat-tifel/tifla tiegħek.

Jekk it-tifel/tifla tiegħek jikseb/tikseb xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek jew infermier. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m'huwiex elenkat f'dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu HEMANGIOL u għalxiex jintuża

2.X’għandek bżonn tkun taf qabel it-tifel/tifla tiegħek jirċievi/tirċievi HEMANGIOL

3.Kif għandu jingħata HEMANGIOL

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen HEMANGIOL

6.Kontenut tal-pakkett u tagħrif ieħor

1.X’INHU HEMANGIOL U GĦALXIEX JINTUŻA

X’inhu HEMANGIOL

L-isem tal-mediċina tiegħek huwa HEMANGIOL. Is-sustanza attiva hija propranolol. Propranolol jappartjeni għal grupp ta' mediċini magħrufa bħala beta-imblokkaturi.

Għalxiex jintuża

Din il-mediċina tintuża biex tikkura marda msejħa emanġjoma. Emanġjoma hija kollezjoni ta’ kanali żejda tad-demm li jiffurmaw nefħa fi jew taħt il-ġilda. Emanġjoma tista’ tkun superfiċjali jew fonda. Hija xi kultant imsejjħa "marka tal-frawli" minħabba li l-wiċċ tal-emanġjoma tixbaħ frawla.

Hemangiol tibda fi trabi ta' età minn 5 ġimgħat sa 5 xhur, meta:

-l-lokalizzazzjoni u/jew il-limitu tal-leżjonijiet huma ta' theddida għall-ħajja jew għall-funzjoni (jista' jfixkel organi jew sensi vitali bħal vista jew smigħ);

-l-emanġjoma hija ulċerata u bl-uġigħ, u/jew ma tirrispondix għal miżuri sempliċi ta' kura tal- feriti;

-hemm riskju ta' ċikatriċi permanenti jew sfigurament.

2.X’għandek bżonn tkun taf qabel it-tifel tiegħek jirċievi HEMANGIOL

Tagħtix HEMANGIOL

Jekk it-tifel/tifla tiegħek

jitwieled/titwieled qabel iż-żmien u hu/hi ma jkunx/tkunx laħaq/laħqet l-età korretta ta' 5 ġimgħat (l-età korretta hija l-età ta' tarbija prematura tkun jekk hu/hi kien/kienet twieled/twieldet fid-data mistennija).

huwa/hija allerġiku/a għal propranolol jew xi sustanza oħra ta'din il-mediċina (elenkati f'sezzjoni 6). Reazzjoni allerġika jista’ jinkludi raxx, ħakk jew qtugħ ta' nifs.

għandu/għandha l-ażżma jew storja ta' diffikultajiet fit-teħid tan-nifs.

għandu/għandha rata tat-taħbit tal-qalb baxxa għall-età tiegħu/tagħha.

għandu/għandha problema tal-qalb (bħal disturbi tar-ritmu tal-qalb u insuffiċjenza tal-qalb).

għandu/għandha pressjoni tad-demm baxx ħafna.

għandha problemi taċ-ċirkolazzjoni li jagħmlu l-saqajn u swaba mtarrxa.

huwa/hija suxxettibbli għall-livell baxx taz-zokkor fid-demm.

għandu/għandha pressjoni għolja tad-demm ikkawżata minn tumur fil-glandola adrenali. Din tissejjaħ " feokromoċitoma".

Jekk qed tredda tarbija tiegħek, U jekk inti qed tieħu mediċini li m’għandhomx jintużaw ma’ HEMANGIOL (ara'' Jekk qed tredda tarbija tiegħek'' u "Mediċini oħra u HEMANGIOL") tagħtix din il-mediċina lit-tifel tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Qabel it-tifel/tifla tiegħek jirċievi/tirċievi HEMANGIOL, għid lit-tabib tiegħek:

Jekk it-tifel/tifla tiegħek għandu/għandha problemi fil-fwied tiegħu/tagħha jew fil-kliewi. Din il- mediċina m'għandhiex tiġi rrakkomandata fil-każ ta' indeboliment fil-fwied jew fil-kliewi.

Jekk it-tifel/tifla tiegħek qatt kellu/kellha reazzjoni allerġika. Reazzjoni allerġika tista’ tinkludi raxx, ħakk jew qtugħ ta' nifs.

Jekk it-tifel/tifla tiegħek għandu/għandha psorjasi (kundizzjoni tal-ġilda li tipproduċi plakek ta’ ġilda magħquda ħomor, niexfa), peress li din il-mediċina tista’ taggrava s-sintomi ta' din il- kundizzjoni.

Jekk it-tifel/tifla tiegħek għandu/għandha d-dijabete: f'dan il-każ , il-livell taz-zokkor fid-demm tat-tifel tiegħek għandu jitkejjel aktar ta 'spiss.

Jekk it-tifel tiegħek għandu sindromu ta' PHACE (kondizzjoni li tgħaqqad emanġjoma u anormalitajiet vaskulari inklużi vini ċerebrali), perezz li din il-mediċina tista' żżid ir-riskju ta' puplesija ċerebrali.

Sinjali importanti li wieħed għandu jiċċekkja wara l-għoti ta' HEMANGIOL

Riskju ta' pressjoni baxxa u bradikardija (rata tal-qalb baxxa)

HEMANGIOL jista’ jnaqqs il-pressjoni tad-demm (ipotensjoni) u rata tat-taħbit tal-qalb (bradikardija). Dan hu għaliex it-tifel tiegħek jinżamm taħt monitoraġġ kliniku u tar-rata tat-taħbit tal-qalb għal sagħtejn wara t-teħid tal-ewwel doża jew wara lżieda fid-doża. Wara dan, it-tabib tiegħek jeżamina regolarment it-tifel tarbija tiegħek matul il-kura.

Sejjaħ lit-tabib tiegħek minnufih jekk it-tifel tiegħek għandu xi sinjali bħal għeja, kesħa, sfurija, ġilda fuq lewn blu, jew ħass ħażin waqt li qiegħed jieħu/tieħu HEMANGIOL.

Riskji ta' ipogliċemija

Din il-mediċina tista’ taħbi s-sinjali ta' twissija ta' ipogliċemija (magħrufa ukoll bħala livell baxx taz- zokkor fid-demm), speċjalment jekk it-tarbija tkun qed issum, tirremetti jew fil-każ ta' doża eċċessiva. Dawn is-sinjali jistgħu jkunu:

Minuri: sfurija, għeja, għaraq, tregħid, palpitazzjonijiet, ansjetà, ġuħ, diffikultà biex tistembaħ.

Maġġuri: irqad eċċessiv, diffikultà biex tirrispondi, tmigħ imnaqqas, tnaqqis fit-temperatura, konvulżjonijiet (aċċessjonijiet), pawżi qosra fit-teħid tan-nifs, telf tal-koxjenza.

Biex jiġu evitati riskji ta’ ipogliċemija, it-tifel/tifla tiegħek għandu/għandha jkun/tkun mitmugħ/a regolarment matul il-kura.

Jekk it-tifel/tifla tiegħek mhux/mhihiex qiegħed/qehda jiekol/tiekol, jiżviluppa/tiżviluppa mard ieħor jew qiegħed/qehda jirremetti/tirremetti, huwa rakkomandat li taqbeż id-doża. M'GĦANDEKX TAGĦTI HEMANGIOL LIT-TARBIJA TIEGĦEK SAKEMM JERĠA JIĠI MITMUGĦ SEW.

Jekk it-tifel/tifla tiegħek għandu/għandha xi sinjali ta' ipogliċemija waqt li qed jieħu/tieħu

HEMANGIOL, amministra jekk possibli likwidu orali li jkun fih iz-zokkor u, jekk is-sintomi jippersistu, ċempel lit-tabib tiegħek minnufih jew mur direttament lill-isptar.

Riskji ta' bronkospażmu

Waqqaf il-kura u kkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk wara li tagħti HEMANGIOL lit- tarbija tiegħek tosserva l-sintomi li ġejjin suġġestivi għal bronkospażmu (restrizzjoni temporanja tat- tubi tal-bronki li twassal għal diffikultà biex jittieħed in- nifs) : sogħla, nifs meħud malajr jew diffiċli jew tħarħir, assoċjat jew mhux assoċjat ma' ġilda ta’ lewn blu.

Riskju ta' iperkalemija

HEMANGIOL jista' jżid il-livell tal-potassju fid-demm (iperkalemija) fil-każ ta' emanġjoma b'ulċeri kbar. F'dan il-każ, il-livell tal-potassju fid-demm tat-tifel tiegħek għandu jitkejjel.

Jekk it-tifel/tifla tiegħek għandhu/għandha jingħata/tingħata anestesija ġenerali

Għid lit-tabib tiegħek li hu/hi qed tieħu HEMANGIOL. Dan minħabba lit-tarbija tiegħek tista' tikseb pressjoni tad-demm baxxa jekk jingħata/tingħata ċerti anestetiċi waqt li qehda tieħu din il-mediċina (ara "Mediċini oħra u HEMANGIOL"). Jista' jkun hemm bżonn li HEMANGIOL jitwaqqaf mill-inqas 48 siegħa qabel l-anestesija.

Jekk qed tredda tarbija tiegħek

Għid lit-tabib tiegħek qabel ma tagħti din il-mediċina.

M'għandekx tagħti din il-mediċina lit-tifel tiegħek jekk inti qed tieħu mediċini li ma għandhomx jintużaw ma' HEMANGIOL (ara "Mediċini oħra u HEMANGIOL").

Mediċini oħra u HEMANGIOL

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jew infermier jekk qed tagħti, reċentement tajt jew jista’ jkun li tagħti xi mediċini oħra lit-tarbija tiegħek. Dan minħabba li HEMANGIOL jista’ jbiddel il- mod kif jaħdmu mediċini oħra, u xi mediċini jista’ jkollhom effett fuq il-mod kif jaħdem HEMANGIOL.

Barra minn hekk , jekk qed tredda t-tarbija tiegħek, huwa mportanti li tgħid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jew infermier liema mediċini int stess qed tieħu, peress li jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas- sidrek u jinterferixxu mal-kura tat-tarbija tiegħek. It-tabib tiegħek jagħtik parir dwar jekk għandekx bżonn twaqqaf it-treddigħ jew le.

B'mod partikolari, fil-każ fejn qed tredda' għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk int, jew jekk it- tifel/tifla tiegħek qed jieħu/tieħu:

Mediċini għad-dijabete,

Mediċini għall-qalb u problemi tal-kanali tad-demm bħal taħbit irregolari tal-qalb, uġigħ fis- sider jew anġina, pressjoni għolja tad-demm, insuffiċjenza tal-qalb,

Mediċini għall-kura ta' ansjetà u dipressjoni kif ukoll problemi tas-saħħa mentali aktar serji, u l- epilessija,

Mediċini għall-kura tat-tuberkulożi,

Mediċini għall-kura ta’ uġigħ u infjammazzjoni,

Mediċini użati biex tnaqqas il-lipidi fid-demm,

Mediċini użati għall-anestesija,

Jekk għandek aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

3 KIF GĦANDU JINGĦATA HEMANGIOL

Il-kura tat-tarbija tiegħek hija mibdija minn tabib li għandu esperjenza fid-dijanjosi, il-kura u l-ġestjoni ta' emanġjoma infantili.

Dejjem agħti din il-mediċina lit-tarbija tiegħek eżatt kif qallek it-tabib jew spiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew spiżjar tiegħek jekk m'intix ċert.

Qatt m’għandek tbiddel id-doża li tkun qed tagħti lit-tifel/tifla tiegħek waħdek. Kull żieda fid-

doża jew aġġustament fid-doża skont il-piż tat-tarbija tiegħek għandu jsir mit-tabib tiegħek.

Doża

Id-dożaġġ huwa bbażat fuq il-piż tat-tarbija.

Id- doża tal-bidu hi 1 mg/kg/jum, f'żewġ dożi maqsumin (0.5 mg/kg, waħda filgħodu u waħda tard wara nofsinhar), b'intervall ta' mill-inqas 9 sigħat bejn iż-żewġ inġestjonijiet.

Id-doża rakkomandata hi ta' 3 mg/kg/jum maqsuma f'żewġ dożi ta' 1.5 mg/kg, milħuqa gradwalment maż-żidiet ta' kull ġimgħa taħt superviżjoni medika. (1 mg/kg/jum l-ewwel ġimgħa, imbagħad 2 mg/kg/kuljum għat-tieni ġimgħa u mbagħad 3 mg/kg/jum sa l-aħħar tat- trattament).

Kif tagħti HEMANGIOL lit-tarbija tiegħek

Il-mediċina għandha tingħata waqt jew eżatt wara t-tmigħ.

Id-doża għandha dejjem jitkejjel bis-siringa għall-użu orali pprovduta mal-flixkun. Agħti HEMANGIOL direttament fil-ħalq tat-tifel/tifla tiegħek billi tuża s-siringa orali

pprovduta mal-flixkun. Jekk hemm bżonn, tista’ ħallat il-prodott fi kwantità żgħira ta' ħalib tat- trabi jew meraq tat-tuffieħ u/jew larinġ addattat skont l-età, u agħtiha lit-tarbija tiegħek fil- flixkun tat-tarbija. Tħallatx il-mediċina fi flixkun mimli ħalib jew meraq.

Għal tfal li jiżnu sa 5 kg tista' tħallat id-doża ma' kuċċarina waħda ta' ħalib (madwar 5 mL). Għal tfal li jiżnu aktar minn 5 kg id-doża tista' tiġi mħallta ma' mgħarfa waħda ta' ħalib jew meraq tal-frott (madwar 15 mL).

Uża t-taħlita fi żmien sagħtejn mill-preparazzjoni.

Itma’ t-tifel/tifla tiegħek regolarment biex tevita sawm fit-tul.

Jekk it-tifel/tifla tiegħek mhuwiex/mhihiex qed jiekol/tiekol jew rqiegħed/qehda tirremetti, huwa rakkomandat li taqbeż id-doża.

Jekk it-tifel/tifla tiegħek tobżoq id-doża jew jekk m'intix ċert jekk hu/hi ħadet il-mediċina kollha, tagħtix doża oħra, stenna sakemm imiss id-doża skedata.

HEMANGIOL u t-tmigħ għandhom jingħataw mill-istess persuna sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' ipogliċemija. Jekk ikunu involuti persuni differenti, komunikazzjoni tajba hija essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tat-tarbija tiegħek.

Istruzzjonijiet għall-użu:

Stadju 1. Neħħi l-oġġetti mill-kaxxa

Il-kartuna fiha l-oġġetti li ġejjin li ser ikollok bżonn biex tamministra l-mediċina:

-Il-flixkun tal-ħġieġ li fih 120mL ta’ propranolol

-Is-siringa orali gradwata f’mg ipprovduta ma' din il-mediċina

Neħħi l-flixkun u s-siringa orali mill-kaxxa u neħħi s-siringa mill-borża tal-plastik.

Stadju 2. Iċċekkja d-doża

Iċċekkja d-doża tal-HEMANGIOL f'milligrammi (mg) kif preskritt mit-tabib tiegħek. Sib dan in- numru fuq is-siringa orali.

Stadju 3. Iftaħ il-flixkun

Il-flixkun jiġi b'tapp li ma jistax jinfetaħ mit-tfal. Hawnhekk huwa kif tiftħu: imbotta l-għatu tal- plastik waqt li ddawwar l-għatu lejn ix-xellug.

Iċċaqlaqx il-flixkun qabel l-użu.

Stadju 4. Daħħal is-siringa

Daħħal it-tarf tas-siringa orali fil-flixkun wieqaf u imbotta l-pompa 'l isfel.

Tneħħix l-adattatur tas-siringa mill-għonq tal-flixkun. Uża biss is-siringa għall-użu orali li hija fornuta mal-mediċina biex tkejjel u tamministra d-doża. Tużax kuċċarina jew xi mezz ieħor biex tqassam.

Stadju 5: Neħħi d-doża

Bis-siringa orali fuq il-post, dawwar il-flixkun rasu 'l isfel. Iġbed il-pompa tas-siringa san-numru ta' mg li għandek bżonn.

Stadju 6: Iċċekkja għall-bżieżaq tal-arja

Jekk tara bżieżaq tal-arja ġos-siringa, żomm is-siringa wieqfa, imbotta l-pompa 'il fuq bogħod biżżejjed biex timbotta kompletament xi bżieżaq tal-arja kbar u wara aġġusta mill-ġdid mad-doża preskritta mit-tabib tiegħek.

Stadju 7. Neħħi s-siringa

Aqleb il-flixkun ‘l fuq u neħħi s-siringa kollha mill-flixkun. Oqgħod attent, timbottax il-pompa waqt dan l-istadju.

Stadju 8. Agħlaq il-flixkun.

Issostitwixxi l-għatu tal-plastik fuq il-flixkun billi ddawru lejn il-lemin.

Stadju 9. Agħti HEMANGIOL lit-tifel/tifla tiegħek

Daħħal is-siringa fil-ħalq tat-tarbija tiegħek u poġġiha kontra l-parti interna tal-ħaddejn. Issa tista’ ssawwab il-HEMANGIOL bil-mod mis-siringa direttament fil-ħalq tat-tarbija tiegħek.

Tpoġġix it-tarbija tiegħek minduda dritt wara l-amministrazzjoni.

Stadju 10: Naddaf is-siringa.

Iżżarmax is-siringa. Laħlaħ is-siringa vojta wara kull użu ġo tazza ta' ilma nadif: 1 - Ħu tazza ilma nadif

2- Iġbed il-pompa

3- Armi l-ilma fis-sink tiegħek

4- Irrepeti dan il-proċess ta' tindif 3 darbiet.

Tużax kwalunkwe sapun jew prodott ibbażat fuq alkoħol biex tnaddaf. Imsaħ barra sakemm ikun xott. Tpoġġix is-siringa ġo sterilizzatur jew dishwasher.

Aħżen il-flixkun u s-siringa sal-użu li jmiss fil-kaxxa tal-kartun, f’post sigur fejn it-tifel/tifla tiegħek ma tistax tiksibha. Armi s-siringa ladarba jispiċċa l-flixkun.

Jekk inti tagħti lit-tifel/tifla tiegħek aktar HEMANGIOL milli suppost

Jekk tajt lit-tarbija tiegħek aktar HEMANGIOL milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jekk tinsa tagħti HEMANGIOL lit-tarbija tiegħek

Tagħtix doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt. Kompli l-kura bil-frekwenza tas-soltu: doża waħda filgħodu u waħda tard wara nofsinhar.

Jekk tieqaf tagħti HEMANGIOL lit-tarbija tiegħek

HEMANGIOL jista' jitwaqqaf mill-ewwel fit-tmiem it-trattament.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta' din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek jew infermier.

4.Effetti sekondarji possibbli

Sinjali mportanti ta' twissija ta' effetti sekondarji potenzjali bħal pressjoni baxxa tad-demm, rata baxxa tat-tħabbit tal-qalb, livell baxx taz-zokkor fid-demm, u bronkospażmu għandhom jiġu eżaminati wara l-għoti ta' HEMANGIOL. Jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima 2 ta' dan il-fuljett.

Bħal mediċini kollha, din il-mediċina tista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 għal kull 10 persuni):

Bronkite (infjammazzjoni tal-bronki),

Disturbi fl-irqad (insomnja, kwalità fqira ta' rqad u diffikultajiet biex tistembah),

Dijarea u rimettar.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 għal kull 10 persuni):

Bronkospażmu (diffikultà fin-nifs),

Bronkjolite (infjammazzjoni tal-bronki żgħar b'diffikultajiet tan-nifs u tħarħir fis-sider assoċjati ma’ sogħla u deni),

Tnaqqis fil-pressjoni tad-demm.

Tnaqqis fl-aptit,

Aġitazzjoni, inkubi, irritabilità,

Ngħas,

Estremitajiet kesħin,

Stitikezza, uġigħ addominali,

Eritema (ħmura fil-ġilda),

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 għal kull 100 persuni):

Disturbi fil-konduzzjoni tal-qalb jew ritmu tal-qalb (bil-mod jew taħbit irregolari tal-qalb),

Urtikarja (reazzjoni allerġika tal-ġilda), alopeċja (telf tax-xagħar),

Tnaqqis fil-livelli taz-zokkor fid-demm,

Riduzzjoni fin-numru ta' celluli bojod tad-demm.

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji mhux magħrufa kif ġejjin (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli)

Aċċessjonijiet (aċċessjonijiet) marbuta mal-ipogliċemija (livelli baxxi b'mod mhux normali taz- zokkor fid-demm),

Bradikardija (rata tat-taħbit tal-qalb baxxa b'mod anormali),

Pressjoni tad-demm baxxa,

Livelli baxxi ħafna tan-numru ta' ċelluli bojod tad-demm li jiġġieldu l-infezzjoni

Problemi ta' ċirkolazzjoni li jagħmlu l-saqajn u swaba imtarrxin u pallidi

Livell elevat ta' potassju fid-demm

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk it-tifel tigħek ikollu xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew spiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f'dan il-fuljett. Tista' wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta' rappurtar nazzjonali elenkati fl-Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji inti tista' tgħin tipprovdi aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta' din il-mediċina.

5.Kif taħżen HEMANGIOL

Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Il-mediċina m'għandhiex tkun iffriżata. Zomm il-flixkun fil-kartuna ta' barra sabiex tilqa' mid-dawl. Aħżen is-siringa orali mal-flixkun fil-kartuna ta' barra bejn kull użu.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-flixkun. Id-data ta' skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta' dak ix-xahar.

Wara li tinfetaħ l-ewwel darba, il-mediċina għandha tintuża fiż-żmien xagħrejn.

Tarmix mediċini mal-ilma maħmuġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih HEMANGIOL

Is-sustanza attiva hi propranolol. Kull ml fih 4.28mg ta’ propranolol hydrochloride ekwivalenti għal 3.75mg ta’ propranolol.

Is-sustanzi l-oħra huma hydroxyethylcellulose, sodium saccharin, togħma ta’ frawli (fih propylene glycol), togħma ta’ vanilla (fih propylene glycol), citric acid monohydrate, ilma ppurifikat.

Id-dehra ta’ HEMANGIOL u l-kontenuti tal-pakkett

HEMANGIOL hija soluzzjoni orali ċara, bla kulur għal kemmxejn safra, b'riħa ta’ frott.

Hija fornita fi flixkun ta' 120 mL ħġieġ skur, b’għatu tal-kamin reżistenti għat-tfal. Kaxxa bi flixkun.

Siringa tal-polypropylene orali gradwat f’mg ta' propranolol, hija pprovduta ma' kull flixkun.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq PIERRE FABRE DERMATOLOGIE

45 Place Abel Gance

92100 BOULOGNE

FRANZA

Il-Manifattur FARMEA

10 rue Bouché Thomas ZAC Sud d’Orgemont 49000 ANGERS FRANZA

Jew

PIERRE FABRE MEDICAMENT PRODUCTION

Site SIMAPHAC, Zone Industrielle de Chateaurenard 45220 CHATEAURENARD

FRANZA

Jew

PIERRE FABRE MEDICAMENT PRODUCTION

Site PROGIPHARM, Rue du Lycée 45500 GIEN

FRANZA

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja d-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’ .

Sorsi oħra ta' informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati