Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Hepsera (adefovir dipivoxil) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AF08

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaHepsera
Kodiċi ATCJ05AF08
Sustanzaadefovir dipivoxil
ManifatturGilead Sciences International Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Hepsera 10 mg pilloli

Adefovir dipivoxil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhi Hepsera u għalxiex tintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Hepsera

3.Kif għandek tieħu Hepsera

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Hepsera

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’INHI HEPSERA U GĦALXIEX TINTUŻA

X’inhi Hepsera

Hepsera hija parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala mediċini antivirali.

Għalxiex tintuża

Hepsera tintuża fit-trattament tal-epatite B kronika, infezzjoni bil-virus tal-epatite B (HBV), fl-adulti. Infezzjoni bil-virus tal-epatite B twassal għall-ħsara fil-fwied. Hepsera tnaqqas l-ammont ta’ virus f’ġismek, u ntwera li tnaqqas il-ħsara fil-fwied.

2. X'GĦANDEK TKUN TAF QABEL MA TIEĦU HEPSERA

Tiħux Hepsera

Jekk inti allerġiku għal adefovir, adefovir dipivoxil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk inti tista’ tkun allerġiku għal adefovir, adefovir dipivoxil jew għal xi sustanza oħra ta’ Hepsera.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Hepsera.

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti kellek mard fil-kliewi, jew jekk testijiet urew li hemm problemi fil-kliewi tiegħek. Hepsera tista’ taffettwa l-mod li bih jaħdmu l-kliewi tiegħek. Ir- riskju li dan jiġri huwa miżjud b’użu fit-tul ta’ Hepsera. It-tabib tiegħek għandu jagħmel testijiet biex jiċċekkja jekk il-kliewi u l-fwied tiegħek hux qed jaħdmu kif suppost, qabel u matul it- trattament tiegħek. Skond ir-riżultati, it-tabib tiegħek jista’ jibdel kemm inti tieħu Hepsera ta’ spiss.

Jekk għandek iktar minn 65 sena, it-tabib tiegħek jista’ jimmonitorja s-saħħa tiegħek iktar mill- qrib.

Tieqafx tieħu Hepsera mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Wara li tieqaf tieħu Hepsera għid it-tabib tiegħek immedjatament dwar kwalunkwe sintomi ġodda, mhux tas-soltu jew li jmorru għall-agħar li tinnota wara li twaqqaf it-trattament. Xi pazjenti kellhom sintomi jew testijiet tad-demm li jindikaw li l-epatite tagħhom marret għall- agħar wara li waqqfu t-trattament b’Hepsera. Ikun aħjar jekk it-tabib tiegħek jimmonitorjalek saħħtek wara li twaqqaf it-trattament b’Hepsera. Jista’ jkollok bżonn ta’ testijiet tad-demm għal bosta xhur wara li t-trattament.

Ġaladarba tibda tieħu Hepsera:

oqgħod attent/a għal sinjali possibbli ta’ aċidożi lattika – ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli.

it-tabib tiegħek għandu jordna testijiet tad-demm kull tliet xhur biex jiċċekkja li l- mediċina tiegħek qed iżżomm l-infezzjoni kronika tal-epatite B taħt kontroll.

Oqgħod attent/a li ma tinfettax persuni oħrajn. Hepsera ma tnaqqasx ir-riskju li tgħaddi l-HBV lill-oħrajn minn kuntatt sesswali jew b’kontaminazzjoni tad-demm. Għandek tibqa’ tieħu l-prekawzjonijiet biex tevita li dan iseħħ. Hemm tilqima disponibbli biex tipproteġi lil dawk li huma f’riskju li jiġu infettati bl-HBV.

Jekk inti pożittiv/a għall-HIV, din il-mediċina mhix ser tikkontrolla l-infezzjoni ta’ l-HIV tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Tużax Hepsera fit-tfal jew f’adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Hepsera

Tieħux Hepsera jekk qed tieħu kwalunkwe mediċini li fihom tenofovir.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, li jinkludi mediċini u prodotti mediċinali li ġejjin mill-ħxejjex, anki dawk mingħajr riċetta.

B’mod speċjali hu importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar kwalunkwe mill-mediċini li ġejjin, li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kliewi tiegħek, jew ikollhom azzjoni reċiproka ma’ Hepsera:

vancomycin u aminoglycosides, li jintużaw għall-infezzjonijiet batterjali

amphotericin B, għall-infezzjonijiet fungali

foscarnet, cidofovir jew tenofovir disoproxil fumarate, għall-infezzjonijiet virali

pentamidine, għal tipi oħrajn ta’ infezzjoni.

Hepsera mal-ikel u xorb

Hepsera tista’ tittieħed mal-ikel jew mingħajr l-ikel.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk inti tqila jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila. Mhux magħruf jekk Hepsera hiex sigura biex tintuża matul it-tqala fil-bniedem.

Uża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni biex tevita li toħroġ tqila jekk inti mara f’età li jista’ jkollok it-tfal li qed tieħu Hepsera.

M’għandekx tredda’ waqt li tkun qed tieħu Hepsera. Mhux magħruf jekk is-sustanza attiva f’din il-mediċina tgħaddix fil-ħalib tas-sider.

Hepsera fiha lactose

Jekk għandek intolleranza għal lactose, jew jekk qalulek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Hepsera.

3.KIF GĦANDEK TIEĦU HEPSERA

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dan biex tiżgura li l-mediċina tiegħek tkun effettiva b’mod sħiħ u tnaqqas l-iżvilupp tar-reżistenza għat-trattament. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ 10 mg kuljum, li tittieħed mal-ikel jew mingħajr l-ikel.

Doża differenti tista’ tingħata lill-pazjenti bi problemi tal-kliewi.

Jekk tieħu Hepsera aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu pilloli Hepsera żejda, ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-eqreb sptar immedjatament.

Jekk tinsa tieħu Hepsera jew tirremetti

Huwa importanti li ma tinsa tieħu doża.

Jekk tinsa tieħu doża ta’ Hepsera, ħudha malli tkun tista’, imbagħad ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari tagħha.

Jekk ikun kważi wasal il-ħin għad-doża li jmiss, tieħux id-doża li tkun qbiżt. Stenna u ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari tagħha. M’għandekx tieħu doża doppja (żewġ dożi qrib xulxin).

Jekk tirremetti inqas minn siegħa wara li tkun ħadt Hepsera, ħu pillola oħra. M’hemmx bżonn li tieħu pillola oħra jekk tirremetti iktar minn siegħa wara li tkun ħadt Hepsera.

Jekk tieqaf tieħu Hepsera

Għid it-tabib tiegħek immedjatament dwar kwalunkwe sintomi ġodda, mhux tas-soltu jew li jmorru għall-agħar li tinnota wara li twaqqaf it-trattament. Ara sezzjoni 2 għal iktar dettalji.

Tieqafx tieħu Hepsera mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.EFFETTI SEKONDARJI POSSIBBLI

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji rari ħafna

(Dawn jistgħu jaffettwaw inqas minn 1 minn kull 10,000 pazjent li jieħdu Hepsera)

L-aċidożi lattika hi effett sekondarju serju iżda rari ħafna li jseħħ meta tkun qed tieħu Hepsera. Tista’ tikkawża lactic acid iżżejjed fid-demm u tkabbir tal-fwied. L-aċidożi lattika sseħħ iżjed spiss fin-nisa partikularment jekk ikunu ta’ piż żejjed ħafna. Nies b’mard tal-fwied jistgħu jkunu f’riskju wkoll.

Xi sinjali ta’ l-aċidożi lattika huma:

Tħossok imdardar (tqalligħ) u tirremetti (rimettar)

Uġigħ addominali (żaqq)

Ikkuntattja it-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi. Dawn huma l-istess bħal xi effetti sekondarji komuni ta’ Hepsera. Jekk ikollok xi wieħed minnhom, mhux mistenni li jkun serju, iżda jeħtieġ li tiċċekkja. It-tabib tiegħek ser jimmonitorjak regolarment meta tkun qed tieħu Hepsera.

Effetti sekondarji komuni

(Dawn jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 10 minn kull 100 pazjent li jieħdu Hepsera)

Uġigħ ta’ ras

Tħossok imdardar (tqalligħ)

Dijarea

Problemi diġestivi li jinkludi gass jew skonfort wara li tiekol xi ikla

Uġigħ addominali (żaqq)

Problemi fil-kliewi, kif muri mit-testijiet tad-demm

Għid lil tabib jew spiżjar jekk qed tinkwieta dwar xi effett sekondarju minn dawn.

Effetti sekondarji komuni ħafna

(Dawn jistgħu jaffettwaw iktar minn 10 minn kull 100 pazjent li jieħdu Hepsera)

Dgħjufija

Għid lil tabib jew spiżjar jekk qed tinkwieta dwar dan.

Effetti sekondarji qabel jew wara trapjant tal-fwied

Xi pazjenti kellhom:

Raxx u ħakk - komuni

Tħossok imdardar (tqalligħ) jew tibda tirremetti (rimettar) - komuni

Kollass tal-kliewi - komuni

Problemi fil-kliewi - komuni ħafna

Għid lil tabib jew spiżjar jekk qed tinkwieta dwar xi effett sekondarju minn dawn.

Flimkien ma’ dan, it-testijiet jistgħu juru tnaqqis fil-phosphate (komuni) jew żidiet fil- krejatinina (komuni ħafna) fid-demm.

Effetti sekondarji oħra possibbli

Xi pazjenti jista’ jkollhom ukoll:

Kollass tal-kliewi

Ħsara liċ-ċelluli tubuli tal-kliewi

Problemi tal-kliewi jistgħu jwasslu għal irtubija tal-għadam (li tikkawża wġigħ fl-għadam u xi kultant twassal għal ksur) u wġigħ jew dgħjufija tal-muskoli.

Infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.KIF TAĦŻEN HEPSERA

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara {EXP}. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30ºC (86ºF). Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Żomm il-flixkun magħluq sewwa.

Ħu lura kwalunkwe pilloli li jibqa’ għand l-ispiżjar tiegħek. Żommhom biss jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.

6. KONTENUT TAL-PAKKETT U INFORMAZZJONI OĦRA

X’fiha Hepsera

Is-sustanza attiva f’Hepsera hi adefovir dipivoxil. Kull pillola fiha 10 mg ta’ adefovir dipivoxil.

Is-sustanzi l-oħra huma: pregelatinised starch, croscarmellose sodium, lactose monohydrate, talc u magnesium stearate.

Kif tidher Hepsera u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli ta’ Hepsera 10 mg huma tondi, bojod għal abjad jagħti fil-griz. Il-pilloli huma mmarkati b’ “GILEAD” u “10” fuq naħa waħda u b’forma stilizzata ta’ fwied fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli ta’

Hepsera 10 mg huma pprovduti fi fliexken ta’ 30 pillola b’ġel dessikant tas-silika. Il-ġel dessikant tas- silika jinsab jew f’qartas separat jew f’kontenitur żgħir u m’għandhux jinbela’.

Id-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin huma disponibbli: kartun ta’ barra li fihom flixkun wieħed ta’

30 pillola u kartun ta’ barra li fihom 90 (3 fliexken ta’ 30) pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad- daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Gilead Sciences International Limited

Cambridge

CB21 6GT

Ir-Renju Unit

Manifattur:

Gilead Sciences Ireland UC

IDA Business & Technology Park

Carrigtohill

County Cork

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Gilead Sciences Sweden AB

Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 79

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

България

Luxembourg/Luxemburg

Gilead Sciences International Ltd

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Тел.: + 44 (0) 20 7136 8820

Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 79

Česká republika

Magyarország

Gilead Sciences s.r.o.

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 420 222 191 546

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Danmark

Malta

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences International Ltd

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Deutschland

Nederland

Gilead Sciences GmbH

Gilead Sciences Netherlands B.V.

Tel: + 31 (0) 20 718 36 98

Eesti

Norge

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences Sweden AB

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Ελλάδα

Österreich

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Gilead Sciences GesmbH

Τηλ: + 30 210 8930 100

Tel: + 43 1 260 830

España

Polska

Gilead Sciences, S.L.

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Tel: + 34 91 378 98 30

Tel: + 48 22 262 8702

France

Portugal

Gilead Sciences

Gilead Sciences, Lda.

Tél: + 33 (0) 1 46 09 41 00

Tel: + 351 21 7928790

Hrvatska

România

Gilead Sciences International Ltd

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Ireland

Slovenija

Gilead Sciences Ltd

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 44 (0) 1223 897555

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Ísland

Slovenská republika

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences International Ltd

Sími: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Italia

Suomi/Finland

Gilead Sciences S.r.l.

Gilead Sciences Sweden AB

Tel: + 39 02 439201

Puh/Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Κύπρος

Sverige

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Gilead Sciences Sweden AB

Τηλ: + 30 210 8930 100

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Latvija

United Kingdom

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences Ltd

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 44 (0) 1223 897555

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati