Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ibrance (palbociclib) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XE33

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaIbrance
Kodiċi ATCL01XE33
Sustanzapalbociclib
ManifatturPfizer Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

IBRANCE 75 mg kapsula iebsa IBRANCE 100 mg kapsula iebsa IBRANCE 125 mg kapsula iebsa palbociclib

Din il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effetti sekondarji, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu IBRANCE u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel tieħu IBRANCE

3.Kif għandek tieħu IBRANCE

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen IBRANCE

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu IBRANCE u għalxiex jintuża

IBRANCE huwa mediċina ta’ kontra l-kanċer li fiha s-sustanza attiva palbociclib.

Palbociclib jaħdem billi jimblokka proteini li jissejħu kinase 4 u 6 li jiddependu fuq is-cyclin, li jirregolaw it-tkabbir u d-diviżjoni taċ-ċelluli. L-imblokk ta’ dawn il-proteini jista’ jnaqqas it-tkabbir taċ-ċelluli tal-kanċer u jdewwem il-progressjoni tal-kanċer tiegħek.

IBRANCE jintuża sabiex jikkura pazjenti b’ċerti tipi ta’ kanċer tas-sider (pożittiv għar-riċetturi tal- ormoni, negattiv għar-riċetturi tal-fattur tat-tkabbir epidermali tal-bniedem 2) li jkunu nfirxu lil hinn mit-tumur oriġinali u/jew għal organi oħrajn. Dan jingħata flimkien ma’ inibituri ta’ aromatase jew fulvestrant, li jintużaw bħala terapiji ormonali ta’ kontra l-kanċer.

2. X’għandek tkun taf qabel tieħu IBRANCE

Tiħux IBRANCE:

-jekk inti allerġiku għal palbociclib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkata fis- sezzjoni 6).

-Użu ta’ preparazzjonijiet li fihom St John’s Wort għandu jiġi evitat waqt li qed tieħu IBRANCE.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu IBRANCE.

IBRANCE jista’ jnaqqas l-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm u jdgħajjef is-sistema immuni tiegħek. Għaldaqstant, tista’ tkun f’riskju akbar li tieħu infezzjoni waqt li qed tieħu IBRANCE.

Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk ikollok sinjali jew sintomi ta’ infezzjoni, bħal tertir jew deni.

Ser ikollok testijiet tad-demm regolari sabiex tiċċekkja jekk IBRANCE jaffettwax iċ-ċelluli tad-demm tiegħek (ċelluli tad-demm bojod, ċelluli tad-demm ħomor u plejtlits).

Tfal u adolexxenti

IBRANCE m’għandux jintuża fit-tfal jew fl-adolexxenti (li għandhom minn 18-il sena ’l fuq).

Mediċini oħra u IBRANCE

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. IBRANCE jista’ jaffettwa l-mod kif jaħdmu xi mediċini oħrajn.

B’mod partikulari, dawn li ġejjin jistgħu jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji b’IBRANCE:

Lopinavir, indinavir, nelfinavir, ritonavir, telaprevir, u saquinavir użati sabiex jikkuraw infezzjoni tal-HIV/AIDS.

Antibijotiċi clarithromycin u telithromycin li jintużaw għall-kura ta’ infezzjonijiet batteriċi.

Voriconazole, itraconazole, ketoconazole u posaconazole użati sabiex jikkuraw infezzjonijiet fungali.

Nefazodone użat sabiex jikkura d-depressjoni.

Il-mediċini li ġejjin jista’ jkollhom żieda fir-riskju ta’ effetti sekondarji meta jingħataw flimkien ma’ IBRANCE:

Quinidine ġeneralment użat sabiex jikkura problemi bir-ritmu tat-taħbit tal-qalb.

Colchicine użat sabiex jikkura l-gotta.

Pravastatin u rosuvastatin, użati sabiex jikkuraw il-livelli għoljin tal-kolesterol.

Sulfasalazine użat sabiex jikkura l-artrite rewmatika.

Alfetanil użat għal-loppju fil-kirurġija; fentanyl użat fil-proċeduri minn qabel bħala sustanza li ttaffi l-uġigħ kif ukoll bħala loppju.

Ciclosporin, everolimus, tacrolimus, sirolimus użati fit-trapjanti tal-organi sabiex jipprevjenu r-rifjut.

Dihydroergotamine u ergotamine użati sabiex jikkuraw il-migranja.

Pimozide użat sabiex jikkura l-iskiżofrenija u l-psikożi kronika.

Il-mediċini li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effettività ta’ IBRANCE:

Carbamazepine, u phenytoin, użati sabiex iwaqqfu l-aċċessjonijiet.

Enzalutamide għall-kura kanċer tal-prostata.

Rifampin użat sabiex jikkura t-tuberkulożi (TB).

St. John’s Wort, prodott tal-ħxejjex użat sabiex jikkura depressjoni ħafifa u l-ansjetà.

IBRANCE ma’ ikel u xorb

Evita l-grejpfrut u l-meraq tal-grejpfrut waqt li qed tieħu IBRANCE minħabba li jista’ jżid l-effetti sekondarji ta’ IBRANCE.

Tqala u treddigħ u fertilità

M’għandekx tuża IBRANCE jekk inti tqila.

Għandek tevita li tinqabad tqila waqt li qed tieħu IBRANCE.

Iddiskuti l-kontraċezzjoni mat-tabib tiegħek jekk hemm possibbiltà li inti jew is-sieħeb tiegħek tista’ tinqabad tqila.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Nisa li jistgħu joħorġu tqal li jkunu qed jirċievu dan il-prodott mediċinali, jew l-imsieħba rġiel tagħhom għandhom jużaw metodi ta’ kontraċezzjoni adegwati (eż, kontraċezzjoni double-barriera bħall-kondom u dijaframma). Dawn il-metodi għandhom jintużaw matul it-terapija u għal mill-inqas 3 ġimgħat wara li jitlestew terapija għan-nisa u għal mill-inqas 14-il ġimgħa għall-irġiel.

Treddigħ

M’għandekx tredda’ waqt li qed tieħu IBRANCE. Mhuwiex magħruf jekk IBRANCE jitneħħiex fil- ħalib tas-sider.

Fertilità

Palbociclib jista’ jnaqqas il-fertilità fl-irġiel.

Għaldaqstant l-irġiel jistgħu jikkunsidraw il-preservazzjoni tal-isperma qabel jieħdu IBRANCE.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-għeja hija effett sekondarju komuni ħafna. Jekk tħossok għajjien/a b’mod mhux tas-soltu, oqgħod attent b’mod speċjali meta ssuq jew tħaddem magni.

IBRANCE fih il-lactose

Din il-mediċina fiha lactose (misjuba fi ħalib jew prodotti tal-ħalib).

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu IBRANCE

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata ta’ IBRANCE hija ta’ 125 mg meħuda darba kuljum għal 3 ġimgħat, segwita minn ġimgħa mingħajr ma tieħu IBRANCE. It-tabib tiegħek ser jgħidlek kemm għandek tieħu kapsuli ta’ IBRANCE.

Jekk ikollok ċerti effetti sekondarji waqt li qed tieħu IBRANCE (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”), it-tabib tiegħek jista’ jbaxxi d-doża tiegħek jew iwaqqaf il-kura, b’mod temporanju jew b’mod permanenti. Id-doża tista’ titnaqqas għal waħda mis-saħħiet oħra disponibbli 100 mg jew 75 mg .

Ħu IBRANCE darba kuljum f’bejn wieħed u ieħor l-istess ħin kuljum mal-ikel.

Ibla’ l-kapsula kollha ma’ tazza ilma. Togħmodx u tgħaffiġx il-kapsuli. M’għandekx tiftaħ il-kapsuli.

Jekk tieħu IBRANCE aktar milli suppost

Jekk tkun ħadt wisq IBRANCE, ara tabib jew mur fi sptar minnufih. Tista’ tkun meħtieġa kura urġenti.

Ħu l-kartuna u dan il-fuljett, sabiex it-tabib ikun jaf x’kont qed tieħu.

Jekk tinsa tieħu IBRANCE

Jekk taqbeż doża jew tirremetti, ħu d-doża tiegħek li jkun imiss kif skedat. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għall-kapsuli li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu IBRANCE

Tiqafx tieħu IBRANCE ħlief jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wħud minn dawn is-sintomi: deni, tertir, dgħufija, qtugħ ta’ nifs, ħruġ ta’ demm, jew li titbenġel faċilment, li jistgħu jkunu sinjali ta’ disturb serju fid- demm.

Effetti sekondarji oħra b’IBRANCE jistgħu jinkludu:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10):

Infezzjonijiet

Tnaqqis fiċ-ċelluli bojod tad-demm, fiċ-ċelluli ħomor tad-demm u fil-plejtlits tad-demm Sensazzjoni ta’ għeja

Tnaqqis fl-aptit

Infjammazzjoni tal-ħalq u tax-xufftejn (stomatite), dardir, rimettar, dijarea Raxx

Telf ta’ xagħar

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

Deni bi tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm (newtropenija bid-deni) Vista mċajpra, żieda fid-dmugħ, għajnejn xotti

Anormalitajiet fit-testijiet tad-demm tal-fwied Bidla fit-togħma (tibdil fis-sens tat-togħma) Tinfaraġ

Ġilda xotta Dgħufija Deni

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen IBRANCE

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun jew il-folja u l-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ ħażna speċjali.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pakkett għandu l-ħsara jew juri sinjali ta’ tbagħbis.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih IBRANCE

-Is-sustanza attiva hija palbociclib. IBRANCE kapsuli ibsin jiġu f’qawwiet differenti.

-IBRANCE 75 mg kapsula iebsa: kull kapsula fiha 75 mg palbociclib.

-IBRANCE 100 mg kapsula iebsa: kull kapsula fiha 100 mg palbociclib.

-IBRANCE 125 mg kapsula iebsa: kull kapsula fiha 125 mg palbociclib.

-Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma:

Kontenut tal-kapsula: microcrystalline cellulose, lactose monohydrate, sodium starch glycolate, colloidal silicon dioxide, magnesium stearate. Qoxra tal-kapsula: gelatin, red iron oxide (E172), yellow iron oxide (E172), titanium dioxide (E171). Inka tal-istampar: shellac, titanium dioxide (E171), ammonium hydroxide, propylene glycol, simeticone (ara sezzjoni 2 “IBRANCE fih lactose”).

Kif jidher IBRANCE u l-kontenut tal-pakkett

-IBRANCE 75 mg huwa fornut bħala kapsuli opaki, ibsin, b’korp oranġjo ċar (“PBC 75” ipprintjata bl-abjad) u għatu oranġjo ċar (“Pfizer” ipprintjata bl-abjad).

-IBRANCE 100 mg huwa fornut bħala kapsuli opaki, ibsin, b’korp oranġjo ċar (“PBC 100” ipprintjata bl-abjad) u għatu kulur il-karamell (“Pfizer” ipprintjata bl-abjad).

-IBRANCE 125 mg huwa fornut bħala kapsuli opaki, ibsin, b’korp kulur il-karamell (“PBC 125” ipprintjata bl-abjad) u għatu kulur il-karamell (“Pfizer” ipprintjata bl-abjad).

Huwa disponibbli bħala folji ta’ 21 kapsula iebsa u fi fliexken tal-plastik b’21 kapsula iebsa. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u Manifattur

Pfizer Limited

Ramsgate Road

Sandwich, Kent CT13 9NJ

Ir-Renju Unit

Manifattur

Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH

Betriebsstatte Freiburg

Mooswaldallee 1

79090 Freiburg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique / België /Belgien

Lietuva

Pfizer S.A. / N.V.

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tel. + 370 52 51 4000

България

Luxembourg/Luxemburg

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Pfizer S.A.

Тел.: +359 2 970 4333

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Česká republika

Magyarország

Pfizer PFE, spol. s r.o.

Pfizer Kft.

Tel.: +420-283-004-111

Tel.: +36-1-488-37-00

Danmark

Malta

Pfizer ApS

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tlf: +45 44 20 11 00

Tel. +356 21220174

Deutschland

Nederland

Pfizer Pharma GmbH

Pfizer BV

Tel: +49 (0)30 550055 51000

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Eesti

Norge

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer Norge AS

Tel: +372 666 7500

Tlf: +47 67 52 61 00

Ελλάδα

Österreich

Pfizer Ελλάς A.E.

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Τ λ: +30 210 6785 800

España

Polska

Pfizer, S.L.

Pfizer Polska Sp.z.o.o

Tél: +34 91 490 99 00

Tel.:+48 22 335 61 00

France

Portugal

Pfizer

Pfizer Biofarmacêutica, Sociedade Unipessoal Lda

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Tel: +351 21 423 5500

Hrvatska

România

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Romania S.R.L.

Tel: + 385 1 3908 777

Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Ireland

Slovenija

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL

Tel: 1800 633 363 (bla ħlas)

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

+44 (0)1304 616161

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

 

Tel.: + 386 (0)1 52 11 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Sími: +354 540 8000

Tel.: + 421 2 3355 5500

Italia

Suomi/Finland

Pfizer S.r.l.

Pfizer Oy

Tel: +39 06 33 18 21

Puh./Tel: +358 (0)9 43 00 40

Kύπρος

Sverige

Pfizer Ελλάς Α.Ε. (Cyprus Branch)

Pfizer Innovations AB

Tηλ+357 22 817690

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Latvija

United Kingdom

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Pfizer Limited

Tel.: + 371 670 35 775

Tel: +44 (0) 1304 616161

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati