Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ifirmacombi (irbesartan / hydrochlorothiazide) – Fuljett ta’ tagħrif - C09DA04

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaIfirmacombi
Kodiċi ATCC09DA04
Sustanzairbesartan / hydrochlorothiazide
ManifatturKrka, d.d., Novo mesto

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Ifirmacombi 150/12.5 mg pilloli miksija b’rita

Ifirmacombi 300/12.5 mg pilloli miksija b’rita

Ifirmacombi 300/25 mg pilloli miksija b’rita

Irbesartan/Hydrochlorothiazide

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sintomi bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Ifirmacombi u għal xiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ifirmacombi

3.Kif għandek tieħu Ifirmacombi

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ifirmacombi

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Ifirmacombi u għal xiex jintuża

Ifirmacombi hu kombinazzjoni ta’ żewġ mediċini, irbesartan u hydrochlorothiazide.

Irbesartan jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini magħrufin bħala antagonisti tar-riċetturi angiotensin-II. Il-vażi tad-demm jissikkaw minħabba sustanza magħrufa bħala angiotensin-II li tingħaqad mar-riċettaturi tal-vażi tad-demm. Irbesartan ixekkel l-irbit ta’ angiotensin-II ma’ dawn ir-riċettaturi, għalhekk il-vażi tad-demm jirrilassaw u l-pressjoni tad-demm tonqos.

Hydrochlorothiazide jappartjeni għal grupp ta’ mediċini (msejħa dijuretiċi ta’ thiazide) li jżidu l-produzzjoni tal-urina u għalhekk jikkawżaw tnaqqis fil-pressjoni tad-demm.

Iż-żewġ sustanzi f’Ifirmacombi jaħdmu flimkien biex titnaqqas il-pressjoni għolja meta waħedhom ma jipprovdix kontroll xieraq.

Ifirmacombi jintuża biex jittratta l-pressjoni għolja tad-demm, meta trattament b’irbesartan jew hydrochlorothiazide waħedhom mhux kapaċi jipprovdu kontroll xieraq għal pressjoni tad-demm tiegħek.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ifirmacombi

Tiħux Ifirmacombi

-jekk inti allerġiku għal irbesartan jew għal xi sustanza oħra ta' din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)

-jekk inti allerġiku għal hydrochlorothiazide jew sustanzi oħra derivati minn sulphonamide

-jekk inti għandek aktar minn 3 xhur tqala (huwa aħjar li tevita Iffirmacombi fit-tqala bikrija – ara s-sezzjoni dwar it-tqala)

-jekk qed tbati minn problemi severi fil-fwied u l-kliewi

-jekk għandek diffikultà biex tipproduċi awrina

-jekk it-tabib tiegħek jistabbilixxi li qed ikollok b’mod persistenti livelli għoljin ta’ kalċju jew livelli baxxi ta’ potassju fid-demm tiegħek

-jekk għandek id-dijabete jew funzjoni tal-kliewi indebolita u qed tiġi kkurat b’mediċina li tbaxxi l-pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Ifirmacombi u jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik

-jekk ikollok rimettar jew dijarea eċċessiva

-jekk għandek problemi bil-kliewi jew kellek trapjant ta’ kilwa

-jekk għandek problemi fil-qalb

-jekk għandek problemi tal-fwied

-jekk għandek id-dijabete

-jekk tbati minn lupus eritematosi (magħrufa wkoll bħala lupus jew SLE)

-jekk tbati minn aldosteroniżmu primarju (kundizzjoni marbuta ma’ produzzjoni għolja tal- ormon aldosterone, li jikkaġuna ż-żamma ta’ sodju u, minħabba f’hekk, żieda fil-pressjoni)

-jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad- demm għolja:

-inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete

-aliskiren.

It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.

Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Ifirmacombi”.

Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek meta taħseb (jew tista’ tinqabad) li inti tqila. Ifirmacombi mhux rakkomandat fiż-żmien bikri tat-tqala, u m’għandux jittieħed għal aktar minn 3 xhur fit-tqala, peress li tista’ tikkawża ħsara serja fit-tarbija tiegħek, jekk jintuża f’dan l-istadju (ara s-sezzjoni tat-tqala).

Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek ukoll:

-jekk qegħda fuq dieta ta’ low-salt

-jekk għandek sinjali ta’ għatx mhux normali, ħalq xott, dgħufija ġenerali, ħedla, uġigħ muskolari jew bugħawwieġ, dardir, rimettar, jew il-qalb li qed tħabbat b’mod mgħaġġel li jista’ jindika effett eċċessiv ta’ hydrochlorothiazide (li jinsab f’Ifirmacombi)

-jekk tesperjenza żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx b’sintomi ta’ xemxata (bħal ħmura, ħakk, nefħa, infafet) li sseħħ aktar malajr mis-soltu

-jekk ser ikollok intervent kirurġiku (operazzjoni) jew ser tingħata l-loppju

-jekk ikollok tibdil fil-viżta jew uġigħ f’waħda mill-għajnejk jew fiż-żewġ għajnejn meta tkun qed tieħu Ifirmacombi. Dan jista’ jkun sinjal li inti qed tiżviluppa glawkoma, pressjoni miżjuda f’għajn minnhom jew fiż-żewġ għajnejn. Għandek tieqaf tieħu kura b’Ifirmacombi u għandek tfittex parir mediku minnufih.

Il-hydrochlorothiazide li jinsab f’din il-mediċina jista’ jipproduċi riżultat pożittiv għal testijiet ta’ anti-doping

Tfal u adolexxenti

Ifirmacombi m’għandux jingħata lil tfal u adolexxenti (taħt it-18-il sena)

Mediċini oħra u Ifirmacombi

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Sustanzi dijuretiċi bħal hydrochlorothiazide li jinsabu f’Ifirmacombi jista’ jkollhom effett fuq mediċini oħra. Taħlitiet li jkun fihom il-litju m’għandhomx jittieħdu ma’ Ifirmacombi mingħajr superviżjoni mit-tabib tiegħek.

It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tiegħek u/jew jieħu prekawzjonijiet oħrajn:

-Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux Ifirmacombi” u “Twissijiet u prekawzjonijiet ”).

Għandu mnejn ikollok bżonn tagħmel testijiet tad-demm jekk qed tieħu:

-supplimenti tal-potassju

-sostituti tal-melħ li fihom il-potassju

-mediċini li ma jqanqlux it-tnixxija tal-potassju jew xi dijuretiċi oħra (pilloli tal-ilma)

-xi porog

-mediċina għall-kura tal-gotta

-supplimenti terapewtiċi tal-vitamina D

-mediċini li jikkontrollaw it-taħbit tal-qalb

-mediċini tad-dijabete (sustanzi orali jew insulini)

-carbamazepine (mediċina għall-kura tal-epilessija).

Huwa importanti wkoll li tgħid lit-tabib tiegħek li qed tieħu mediċini oħra li jrażżnu l-pressjoni tad-demm, sterojdi u mediċini li jikkuraw il-kanċer, itaffu l-uġigħ, mediċini tal-artrite jew reżini tal-colestyramine u colestipol li jnaqqsu l-kolesterol.

Ifirmacombi ma’ ikel u xorb

Ifirmacombi jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajru

Minħabba li hydrochlorothiazide jinsab f’Ifirmacombi, jekk tieħu alkoħol waqt li tkun fuq kura b’din il-mediċina, għandu mnejn tħoss aktar l-isturdament meta tqum bil-wieqfa, speċjalment meta tqum minn bilqegħda.

Tqala u treddigħ Tqala

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieqaf tieħu Ifirmacombi qabel ma toħroġ tqila jew hekk kif issir taf li inti tqila, u ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Ifirmacombi. Ifirmacombi mhuwiex rakkomandat matul it-tqala, u m’għandux jittieħed meta mara tkun iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.

Treddigħ

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew jekk ser tibda tredda’. Ifirmacombi mhuwiex rakkomandat għal ommijiet li jkunu qed ireddgħu, u t-tabib tiegħek jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek tkun tat-twelid, jew jekk tkun twieldet qabel iż-żmien.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Ma sarux studji fuq l-effetti fuq li jista’ jkun hemm fuq il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem inġenji. Iżda Ifirmacombi mhux probabbli li jaffettwak milli ssuq jew tħaddem inġenji. Madanakollu, xi kultant sturdament u għeja jinħassu waqt il-kura ta’ kontra il-pressjoni għolja. Jekk tesperjenza dawn, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tipprova ssuq jew tħaddem magni.

3.Kif għandek tieħu Ifirmacombi

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ ta’ Ifirmacombi 150 mg/12.5 mg

Id-doża rakkomandata ta’ Ifirmacombi 150 mg/12.5 mg hi ta’ pillola waħda kuljum. Ifirmacombi 150 mg/12.5 mg ġeneralment ser jiġi preskritt mit-tabib tiegħek meta l-kura li kont

tingħata qabel ma naqsitx il-pressjoni tad-demm biżżejjed. It-tabib tiegħek ser jagħtik istruzzjonijiet dwar kif għandek taqleb mill-kura li kont tieħu qabel għal Ifirmacombi.

Jekk din id-doża ma tgħinx sabiex titnaqqas il-pressjoni tad-demm kif meħtieġ, it-tabib tiegħek ser jippreskrivilek Ifirmacombi 300 mg/12.5 mg.

Dożaġġ ta’ Ifirmacombi 300 mg/12.5 mg

Id-doża rakkomandata ta’ Ifirmacombi 300 mg/12.5 mg hi ta’ pillola waħda kuljum. Ifirmacombi 300 mg/12.5 mg ġeneralment ser jiġi preskritt mit-tabib tiegħek meta l-kura li kont

tingħata qabel ma naqsitx il-pressjoni tad-demm biżżejjed. It-tabib tiegħek ser jagħtik istruzzjonijiet

dwar kif għandek taqleb mill-kura li kont tieħu qabel għal Ifirmacombi.

Jekk din id-doża ma tgħinx sabiex titnaqqas il-pressjoni tad-demm kif meħtieġ, it-tabib tiegħek ser jippreskrivilek Ifirmacombi 300 mg/25 mg.

Dożaġġ ta’ Ifirmacombi 300 mg/25 mg

Id-doża rakkomandata ta’ Ifirmacombi 300 mg/25 mg hi ta’ pillola waħda kuljum.

Din id-doża m’għandhiex tiżdied. Ifirmacombi 300 mg/25 mg ġeneralment ser jiġi preskritt mit-tabib tiegħek meta l-kura li kont tingħata qabel ma naqsitx il-pressjoni tad-demm biżżejjed. It-tabib tiegħek ser jagħtik istruzzjonijiet dwar kif għandek taqleb mill-kura li kont tieħu qabel għal Ifirmacombi.

Jekk din id-doża ma tgħinx sabiex titnaqqas il-pressjoni tad-demm kif meħtieġ, it-tabib tiegħek ser jippreskrivilek trattament addizzjonali għalik.

Metodu ta’ għoti

Ifirmacombi huwa għal użu mill-ħalq. Ibla’ l-pilloli b’ammont ta’ likwidu biżżejjed (eż. tazza ilma). Tista’ tieħu Ifirmacombi mal-ikel kif ukoll mingħajr ikel. Ipprova ħu d-doża tiegħek ta’ kuljum bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin kuljum. Huwa importanti li tkompli tieħu Ifirmacombi sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx mod ieħor.

L-effett massimu biex tinżel il-pressjoni tad-demm għandu jintlaħaq 4-6 ġimgħat wara li tinbeda l-kura.

Jekk tieħu Ifirmacombi aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu ħafna pilloli, ikkuntattja mill-ewwel lit-tabib tiegħek.

It-tfal ma għandhomx jieħdu Ifirmacombi

Ifirmacombi m’għandux jingħata lil tfal li għadhom m’għalqux 18-il sena. Jekk tifel/tifla jibla’/tibla’ xi pilloli, ikkuntattja mill-ewwel lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tieħu Ifirmacombi

F’każ li tinsa tieħu d-doża tiegħek, ħudha malli tiftakar bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.EFFETTI SEKONDARJI POSSIBBLI

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Xi wħud minn dawn l-effetti jistgħu jkunu serji u jeħtieġu attenzjoni medika.

Każijiet rari ta’ reazzjonijiet allerġiċi fuq il-ġilda (raxx, urtikarja) kif ukoll nefħa lokalizzata tal-wiċċ, xofftejn u/jew l-ilsien ġew irrapportati f’pazjenti li jieħdu irbesartan.

Jekk ikollok kwalunkwe sintomu minn dawn li ġejjin jew inkella ssofri minn qtugħ ta’ nifs, tiħux aktar Ifirmacombi u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji elenkati hawn taħt hija definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100

L-effetti sekondarji rrappurtati fl-istudji kliniċi għall-pazjenti kkurati b’Ifirmacombi kienu:

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

-dardir/rimettar

-jgħaddu l-pipi b’mod mhux normali

-għeja

-sturdament (li jinkludi meta tqum bilwieqfa minn pożizzjoni ta’ serħan jew bilqegħda)

-it-testijiet tad-demm juru livelli ogħla tal-enzima li tkejjel il-funzjoni muskolari jew tal-qalb (creatine kinase) jew livelli ogħla ta’ sustanzi li jkejlu l-funzjoni tal-kliewi (urea fid-demm,

nitroġenu, creatinine).

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji joħolqulek problemi, kellem lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

-dijarea

-pressjoni tad-demm baxxa

-ħass ħażin

-il-qalb tħabbat b’mod mgħaġġel

-fwawar

-nefħa

-impotenza sesswali (problemi ta’ prestazzjoni sesswali)

-it-testijiet tad-demm juru livelli mnaqqsa ta’ potassju u sodju fid-demm tiegħek.

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji joħolqulek problemi, kellem lit-tabib tiegħek

Effetti sekondarji li ġew rapportati minn meta ġiet imnedija l-kombinazzjoni ta’ irbesartan u hydrochlorothiazide

Xi effetti mhux mixtieqa ġew irrapportati minn meta Ifirmacombi tpoġġa fis-suq. Effetti mhux mixtieqa, fejn il-frekwenza mhijiex magħrufa huma:

-uġigħ ta’ ras,

-ċenċil fil-widnejn,

-sogħla,

-disturb fit-togħma,

-indiġestjoni,

-uġigħ fil-ġogi u l-muskoli

-riżultati mhux normali tal-funzjoni tal-fwied u funzjoni tal-kliewi indebolita

-żieda fil-livell tal-potassju fid-demm tiegħek u

-reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx, ħorriqija, nefħa fil-wiċċ, xofftejn, il-ħalq, l-ilsien jew il-griżmejn

-każijiet mhux komuni ta’ suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew abjad tal-għajnejn) ġew irrapportati wkoll.

Bħal fil-każ ta’ kwalunkwe kombinazzjoni b’żewġ sustanzi attivi, effetti sekondarji assoċjati ma’ kull komponent individwali ma jistax jiġi eskluż.

Effetti komuni assoċjati ma’ irbesartan waħdu

Barra mill-effetti sekondarji elenkati hawn fuq ġie rraportat ukoll li kien hemm uġigħ fis-sider.

Effetti sekondarji assoċjati ma’ hydrochlorothiazide waħdu

Nuqqas t’aptit; irritazzjoni fl-istonku, bugħawwieġ fl-istonku, stitikezza, suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew l-abjad tal-għajnejn); infjammazzjoni tal-frixa ikkaraterizzata b’uġigħ sever fin-naħa ta’ fuq tal-istonku, xi kultant b’dardir u remettar, disturbi fl-irqad; depressjoni, vista mxekkla; nuqqas ta’ ċelluli bojod tad-demm li jistgħu jirriżultaw f’infezzjonijiet ta’ spiss, deni, tnaqqis fl-għadd ta’ plejtlits fid-demm (ċellula tad-demm meħtieġa biex jgħaqqad id-demm), tnaqqis sever fiċ-ċelluli l-ħomor tad- demm (anemija) li jistgħu jikkawżaw għeja, uġigħ ta’ ras, ma jkollokx nifs meta tagħmel l-eżerċizzji, sturdament u tidher pallidu; mard tal-kliewi; problemi fil-pulmun li tinkludi pnewmonja jew akkumulazzjoni ta’ fluwidi fil-pulmun; sensibilizzazzjoni ogħla tal-ġilda għax-xemx; infjammazzjoni tal-vażi tad-demm; mard tal-ġilda karatterizzat fi tqaxxir tal-ġilda madwar il-ġisem kollu; lupus eritematosi kutanea, li hija identifikata b’raxx li jidher fuq il-wiċċ, l-għonq jew ir-ras; reazzjonijiet allerġiċi; dgħufija u spażmi muskolari; tibdil fit-taħbit tal-qalb; tnaqqis fil-pressjoni tad-demm wara bidla fil-pożizzjoni tal-ġisem, il-glandoli tal-bżieq jintefħu; livelli ogħla ta’ zokkor fid-demm; zokkor fl-awrina, żidiet f’xi tipi ta’ grass fid-demm; livelli ta’ uric acid ogħla fid-demm li jistgħu jikkaġunaw il-gotta.

Huwa magħruf li effetti sekondarji assoċjati ma’ hydrochlorothiazide jistgħu jgħollu ma’ dożi ogħla ta’ hydrochlorothiazide.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Ifirmacombi

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ifirmacombi

-Is-sustanzi attivi huma irbesartan u hydrochlorothiazide.

Kull pillola miksija b’rita ta’ Ifirmacombi 150 mg/12.5 mg fiha 150 mg irbesartan (bħala irbesartan hydrochloride) u 12.5 mg hydrochlorothiazide.

Kull pillola miksija b’rita ta’ Ifirmacombi 300 mg/12.5 mg fiha 300 mg irbesartan (bħala irbesartan hydrochloride) u 12.5 mg hydrochlorothiazide.

Kull pillola miksija b’rita ta’ Ifirmacombi 300 mg/25 mg fiha 300 mg irbesartan (bħala irbesartan hydrochloride) u 25 mg hydrochlorothiazide.

-Is-sustanzi l-oħra huma: Ifirmacombi 150 mg/12.5 mg

mannitol, hydroxypropylcellulose, low-substituted hydroxypropylcellulose, sodium starch glycolate, talc, macrogol 6000, żejt ir-riġnu idroġenat fil-qalba tal-pillola u polyvinyl alcohol, titanium dioxide (E171), macrogol, talc, yellow iron oxide (E172) u red iron oxide (E172) fil-kisi tal-pillola.

Ifirmacombi 300 mg/12.5 mg

mannitol, hydroxypropylcellulose, low-substituted hydroxypropylcellulose, sodium starch glycolate, talc, macrogol 6000, żejt ir-riġnu idroġenat fil-qalba tal-pillola u polyvinyl alcohol, titanium dioxide (E171), macrogol, talc fil-kisi tal-pillola.

Ifirmacombi 300 mg/25 mg

mannitol, hydroxypropylcellulose, low-substituted hydroxypropylcellulose, sodium starch glycolate, talc, macrogol 6000, żejt ir-riġnu idroġenat fil-qalba tal-pillola u polyvinyl alcohol, titanium dioxide (E171), macrogol, talc, yellow iron oxide (E172) u red iron oxide (E172) fil-kisi tal-pillola.

Kif jidher Ifirmacombi u l-kontenut tal-pakkett

Ifirmacombi 150 mg/12.5 mg

Pilloli miksija b’rita ovali mżaqqin fuq żewġ naħat u ta’ lewn roża ċar (pilloli).

Ifirmacombi 300 mg/12.5 mg

Pilloli miksija b’rita f’għamla ta’ kapsuli mżaqqin fuq iż-żewġ naħat u ta’ lewn bajdani (pilloli).

Ifirmacombi 300 mg/25 mg

Pilloli miksija b’rita f’għamla ta’ kapsuli mżaqqin fuq iż-żewġ naħat u ta’ lewn roża ċar(pilloli).

Jiġu f’kaxxi ta’ 14, 28, 30, 56, 56 x 1, 84, 90 u 98 pillola miksija b’rita ġo folji.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja

Manifattur

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja TAD Pharma GmbH, Heinz-Lohmann-Straße 5, 27472 Cuxhaven, Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

KRKA, d.d., Novo mesto

UAB KRKA Lietuva

Tél/Tel: + 32 (0)3 321 63 52

Tel: + 370 5 236 27 40

България

Luxembourg/Luxemburg

КРКА България ЕООД

KRKA, d.d., Novo mesto

Teл.: + 359 (02) 962 34 50

Tél/Tel: + 32 (0)3 321 63 52

Česká republika

Magyarország

KRKA ČR, s.r.o.

KRKA Magyarország Kereskedelmi Kft.

Tel: + 420 (0) 221 115 150

Tel.: + 361 (0) 355 8490

Danmark

Malta

KRKA Sverige AB

E. J. Busuttil Ltd.

Tlf: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Tel: + 356 21 445 885

Deutschland

Nederland

TAD Pharma GmbH

KRKA, d.d., Novo mesto

Tel: + 32 3 321 63 52 (BE)

Eesti

Norge

KRKA, d.d., Novo mesto Eesti filiaal

KRKA Sverige AB

Tel: + 372 (0) 6 671 658

Tlf: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Ελλάδα

Österreich

QUALIA PHARMA S.A.

KRKA Pharma GmbH, Wien

Τηλ: +30 (0)210 2832941

Tel: + 43 (0)1 66 24 300

España

Polska

KRKA Farmacéutica, S.L.

KRKA-POLSKA Sp. z o.o.

Tel: + 34 911 61 03 81

Tel.: + 48 (0)22 573 7500

France

Portugal

KRKA France Eurl

KRKA Farmacêutica, Sociedade Unipessoal Lda.

Tél: + 33 (0)1 57 40 82 25

Tel: + 351 (0)21 46 43 650

Hrvatska

România

KRKA - FARMA d.o.o.

KRKA Romania S.R.L., Bucharest

Tel: + 385 1 6312 100

Tel: + 4 021 310 66 05

Ireland

Slovenija

KRKA Pharma Dublin, Ltd.

KRKA, d.d., Novo mesto

Tel: + 353 1 293 91 80

Tel: + 386 (0) 1 47 51 100

Ísland

Slovenská republika

KRKA Sverige AB

KRKA Slovensko, s.r.o.

Sími: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Tel: + 421 (0) 2 571 04 501

Italia

Suomi/Finland

KRKA Farmaceutici Milano S.r.l.

KRKA Sverige AB

Tel: + 39 02 3300 8841

Puh/Tel: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Κύπρος

Sverige

Kipa Pharmacal Ltd.

KRKA Sverige AB

Τηλ: + 357 24 651 882

Tel: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Latvija

United Kingdom

KRKA Latvija SIA

Consilient Health (UK) Ltd.

Tel: + 371 6 733 86 10

Tel: + 44(0)203 751 1888

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati