Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Imatinib Accord (imatinib) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XE01

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaImatinib Accord
Kodiċi ATCL01XE01
Sustanzaimatinib
ManifatturAccord Healthcare Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Imatinib Accord 100 mg pilloli miksija b’rita

Imatinib Accord 400 mg pilloli miksija b’rita

Imatinib

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Imatinib Accord u għalxiex jintuża

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Imatinib Accord

3.Kif għandek tieħu Imatinib Accord

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Imatinib Accord

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Imatinib Accord u gћalxiex jintuża

Imatinib Accord huwa mediċina li fih is-sustanza attiva imatinib. Din il-mediċina taħdem billi tinibixxi t-tkattir ta’ ċelloli abnormali fil-mard imniżżel hawn taħt. Dawn jinkludi xi tipi ta’ kanċer.

Imatinib Accord huwa kura għall-adulti u t-tfal għal-:

Lewkimja majelojd kronika (CML). Il-lewkemja hija kanċer taċ-ċelloli bojod tad-demm. Dawn iċ-ċelloli bojod issoltu jgħinu lill-ġisem biex jiġġieled l-infezzjonijiet. Lewkimja majelojd kronika hija forma ta’ lewkimja fejn iċ-ċelloli bojod (li jissejħu majelojd), jibdew jitkattru mingħajr kontroll.

Lewkimja limfoblastika akuta pożittiva għall-kromosoma ta’ Filadelfja (Ph-pożittiva ALL). Il-lewkimja hija kanċer taċ-ċelluli bojod tad-demm. Dawn iċ-ċelloli bojod issoltu jgħinu lill-ġisem biex jiġġieled l-infezzjonijiet. Lewkimja limfoblastika akuta hija forma ta’ lewkimja li fiha ċerti ċelluli bojod abnormali (li jissejħu limfoblasts) jibdew jitkattru mingħajr kontroll. Imatinib Accord jinibixxi t-tkattir ta’ dawn iċ-ċelluli.

Imatinib Accord huwa kura f’adulti għall-:

Mard majelodisplastiku/majeloproliferattiv (MDS/MPD). Dawn huma grupp ta’ mard tad- demm li bihom iċ-ċelluli tad-demm jibdew jitkattru mingħajr kontroll. Imatinib Accord jinibixxi t-tkattir ta’ dawn iċ-ċelluli f’xi sottotipi ta’ dawn il-mard.

Sindrome ipereżinofilika (HES) u/jew Lewkimja eżinofilika kronika (CEL). Dawn huma mard tad-demm li bihom ftit miċ-ċelluli bojod tad-demm (li jissejħu eżinofils) jibdew jitkattru mingħajr kontroll. Imatinib Accord jinibixxi t-tkattir ta’ dawn iċ-ċelluli f’xi sottotipi ta’ dawn il- mard.

Dermatofibrosarcoma protuberans (DFSP). DFSP huwa kanċer tat-tessut ta’ taħt il-ġilda li fih xi ċelluli jibdew jitkattru mingħajr kontroll. Imatinib Accord jinibixxi t-tkattir ta’ dawn iċ-

ċelluli.

Fil-bqija ta’ dan il-fuljett ser nużaw l-abbrevjazzjonijiet meta nitkellmu dwar dawn il-mard.

Jekk għadek xi mistoqsijiet dwar kif jaħdem Imatinib Accord jew għala din il-mediċina ġiet ordnata lilek, staqsi lit-tabib tiegħek.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Imatinib Accord

Imatinib Accord jista’ jiġi ordnat lilek biss minn tabib li għandu esperjenza fil-mediċini għall-kura ta’ tipi ta’ kanċer tad-demm jew tumuri solidi.

Segwi sewwa l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek anke jekk il-pariri tiegħu jkunu differenti mit-tagħrif ġenerali li hawn f’dan il-fuljett.

Tiħux Imatinib Accord:

-jekk inti allerġiku għal imatinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

Jekk dan japplika għalik, għid lit-tabib tiegħek mingħajr ma tieħu Imatinib Accord.

Jekk taħseb li int tista’ tkun allerġiku/a iżda m’intix ċert/a, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Imatinib Accord:

-jekk tbati jew kont xi darba tbati minn problemi fil-fwied, fil-kliewi jew fil-qalb.

-jekk qed tieħu l-mediċina b’levothyroxine minħabba li tneħħietlek it-tajrojd.

-jekk qatt kellek jew jekk issa jista' jkun li għandek l-infezzjoni tal-epatite B. Dan minħabba li Imatinib Accord jista' jwassal sabiex epatite B jerġa' jiġi attiv, u f'xi każijiet dan jista' jkun fatali. Ilpazjenti ser jiġu ċċekjati bir-reqqa mit-tabib tagħhom għal sinjali ta' din l-infezzjoni qabel ma tibda l-kura.

Jekk xi punti minn dawn jgħoddu għalik, għid lit-tabib qabel tieħu Imatinib Accord.

Waqt il-kura b’Imatinib Accord, għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk iżżid malajr ħafna fil-piż. Imatinib Accord jista’ jikkawża ż-żamma ta’ fluwidi fil-ġisem tiegħek (żamma severa ta’ fluwidi).

Waqt li tkun qed tieħu Imatinib Accord, it-tabib se jiċċekkja b’mod regolari sabiex jara jekk il- mediċina tkunx qed taħdem. Ser jittiħdulek ukoll testijiet tad-demm u jiżnuk b’mod regolari.

Tfal u adolexxenti

Imatinib Accord huwa wkoll kura għal tfal b’CML. M’hemmx esperjenza fi tfal taħt is-sentejn li jsofru b’CML. Hemm esperjenza limitata fi tfal li jsofru minn Ph -pożittiva ALL u esperjenza limitata ħafna fi tfal b’MDS/MPD, DFSP u HES/CEL.

Xi tfal u żgħażagħ mogħtija Imatinib Accord jistgħu jikbru aktar bil-mod milli hu normali. It-tabib se josserva r-rata li biha jkunu qed jikbru waqt il-viżti li jsiru b'mod regolari.

Mediċini oħra u Imatinib Accord

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta (bħal paracetamol) u inklużi mediċini derivati minn ħxejjex (bħal St John’s Wort). Xi mediċini jistgħu jtellfu l-effett ta’ Imatinib Accord meta jittieħdu flimkien. Jistgħu iżidu jew inaqqsu l-effett ta’ Imatinib Accord u jwasslu jew għal żieda fl-effetti sekondarji jew jagħmlu Imatinib Accord inqas effettiv. Imatinib Accord jista’ jagħmel l-istess lill-mediċini oħra.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża mediċini li jimpedixxu l-formazzjoni ta' emboli tad-demm.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Imatinib Accord mhuwiex irrakkomandat għal waqt it-tqala sakemm ma jkunx hemm bżonn ċar minħabba li jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti r-riskji possibbli bl-użu ta’ Imatinib Accord waqt it-tqala.

Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jingħataw parir sabiex jużaw miżuri ta’ kontraċezzjoni effettivi meta jkunu qed jirċievu l-kura.

M’għandekx tredda’ meta tkun qed tieħu Imatinib Accord.

Pazjenti mħassba dwar il-fertilità meta qed jingħataw kura b’Imatinib Accord għandhom jikkonsultaw mat-tabib tagħhom.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Int jista’ jħossok sturdut/a jew imħeddel/imħeddla jew ikollok vista mċajpra waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina . Jekk jiġri dan,, issuqx jew tuża xi għodod jew magni sakemm tħossok aħjar mill-ġdid.

3.Kif gћandek tieћu Imatinib Accord

It-tabib tiegħek ippreskrivielek Imatinib Accord minħabba li int issofri minn kundizzjoni serja. Imatinib Accord jista’ jgħinek tiġġieled din il-kundizzjoni.

Madanakollu, dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Huwa importanti li int tagħmel dan għal tul ta’ żmien sakemm jgħidlek it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Tieqafx milli tieħu Imatinib Accord sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel hekk. Jekk int ma tistax tieħu l-mediċina hekk kif ippreskrivhielek it-tabib jew tħoss li m’għandekx iktar bżonnha, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Kemm għandek tieħu Imatinib Accord

Użu fl-adulti

It-tabib għandu jgħidlek eżatt in-numru ta’ pilloli ta’ Imatinib Accord li għandek tieħu.

Jekk qed tieħu kura għal CML:

Skont il-kundizzjoni tiegħek, id-doża li normalment tibda biha hija ta’ jew 400 mg jew ta’ 600 mg:

400 mg li tittieħed bħala 4 pilloli ta’ 100 mg jew pillola 1 ta’ 400 mg darba kuljum

600 mg li tittieħed bħala 6 pilloli ta’ 100 mg jew pillola 1 ta’ 400 mg flimkien ma’ 2 pilloli darba kuljum

Għal CML, it-tabib jista’ jżidlek jew inaqqaslek id-doża skont kif tirrispondi għall-kura. Jekk id-doża ta’ kuljum tkun ta’ 800 mg, (8 pilloli ta’ 100 mg jew 2 pilloli ta’ 400 mg), għandek tieħu 4 pilloli ta’ 100 mg jew pillola 1 ta’ 400 mg filgħaxija.

Jekk qed tirċievi kura għal Ph-pożittiva ALL:

Id-doża tal-bidu hija ta’ 600 mg li għandha tittieħed bħala 6 pilloli ta’ 100 mg jew pillola waħda ta’ 400 mg flimkien ma’ 2 pilloli ta’ 100 mg darba kuljum.

Jekk qed tirċievi kura għal MDS/MPD:

Id-doża tal-bidu hija ta’ 400 mg li għandha tittieħed bħala 4 pilloli ta’ 100 mg jew pillola waħda ta 400 mg darba kuljum.

Jekk qed tirċievi kura għal HES/CEL:

Id-doża tal-bidu hija ta’ 100 mg li għandha tittieħed bħala pillola waħda ta’ 100 mg darba kuljum. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jżid id-doża għal 400 mg, li għandha tittieħed bħala 4 pilloli ta’ 100 mg jew pillola waħda ta’ 400 mg darba kuljum, skont kif ikun ir-rispons tiegħek għall-kura.

Jekk qed tirċievi kura għal DFSP:

Id-doża hija ta’ 800 mg kuljum (li għandha tittieħed bħala 4 pilloli ta’ 100 mg jew pillola waħda ta’ 400 mg filgħodu u 4 pilloli ta’ 100 mg jew pillola waħda ta’ 400 mg filgħaxija.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

It-tabib għandu jgħidlek in-numru ta’ pilloli ta’ Imatinib Accord li għandek tagħti lit-tifel jew tifla tiegħek. L-ammont ta’ Imatinib Accord jiddependi mill-kundizzjoni tat-tifel jew tifla, mill-piż u t-tul ta’ ġismu/ġisimha. Id-doża totali kuljum fit-tfal ma tistax taqbeż it-800 mg b’CML u 600 mg b’Ph+ALL. Il-kura tista’ tingħata lit-tifel jew tifla tiegħek f’darba kuljum jew inkella tinqasam f’darbtejn (nofs filgħodu u nofs filgħaxija).

Meta u kif għandek tieħu Imatinib Accord

Ħu Imatinib Accord mal-ikel. Dan jgħinek tipproteġi ruħek minn problemi fl-istonku meta tieħu Imatinib Accord.

Ibla’ l-kapsula sħiħa b’tazza ilma kbira.

Jekk ma tkunx tista’ tibla’ l-pilloli, tista’ ddewibhom f’tazza ilma bla gass jew mal-meraq tat-tuffieħ.

Uża madwar 50 ml għal kull pillola ta’ 100 mg jew 200 ml għal kull pillola ta’ 400 mg.

Ħawwad b’kuċċarina sakemm il-pilloli jkunu dabu għal kollox.

Ladarba l-pillola tkun dabet, ixrob kull ma jkun hemm fit-tazza minnufih. Jista jkun għad hemm traċċi tal-pillola li ma tkunx dabet fit-tazza

Kemm iddum tieħu Imatinib Accord

Ibqa’ ħu Imatinib Accord kuljum sakemm jgħidlek it-tabib biex tieqaf.

Jekk tieħu Imatinib Accord aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu aktar pilloli, għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel. Jista’ jkun li jkollok bżonn attenzjoni medika. Ħu l-pakkett mediku miegħek.

Jekk tinsa tieħu Imatinib Accord

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha hekk kif tiftakar. Madanakollu, jekk ikun kważi wasal il-ħin għad- doża ta’ wara, aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu.

Imbagħad kompli bl-iskeda normali tiegħek.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Normalment dawn ikunu ħfief għal moderati.

Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed min dawn li jmiss:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn pazjent wieħed minn kull 10) jew komuni (jistgħu jaffettwaw sa pazjent wieħed minn kull 10):

Żieda tal-piż f’daqqa. Il-kura b’Imatinib Accord tista’ tikkawża lill-ġismek iżomm l-ilma (żamma severa ta’ fluwidi).

Sinjali ta’ infezzjoni bħal deni, tkexkix ta’ bard qawwi, uġigħ fil-griżmejn jew ulċeri fil-ħalq. Imatinib Accord jista’ jnaqqaslek in-numru ta’ ċelluli tad-demm bojod għalhekk int jista’ jaqbdek infezzjonijiet iktar faċilment.

Jekk ikollok fsada mhux mistennija jew titbenġel (mingħajr ma tkun weġġajt lilek innifsek

qabel).

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa pazjent wieħed minn kull 100) jew rari (jistgħu jaffettwaw sa pazjent wieħed minn kull 1,000):

Uġigħ f’sidrek, qalb tħabbat b’mod mhux regolari (sinjali ta’ disturbi fil-qalb).

Sogħla, diffikultà fit-teħid tan-nifs jew tweġġa biex tieħu n-nifs (sinjali ta’disturbi fil-pulmun).

Tħoss rasek ħafifa, sturdut jew tintilef minn sensik (sinjali ta’ pressjoni tad-demm baxxa).

Tħossok ma tiflaħx (nawsja), b’nuqqas ta’ aptit, l-awrina tkun skura, il-ġilda jew għajnejk jisfaru (sinjal ta’ disturbi fil-fwied).

Raxx, ġilda ħamra bin-nuffati fuq ix-xofftejn, għajnejn, il-ġilda jew il-ħalq, ġilda titqaxxar, deni, dbabar ħomor jew vjola mgħollija fil-ġilda, ħakk, sensazzjoni ta’ ħruq, joħorġu l-ponot (sinjali ta’ disturbi fil-ġilda).

Uġigħ qawwi fl-addome, demm fir-rimettar, fl-ippurgar jew fl-awrina, l-ippurgar ikun iswed (sinjali ta’ disturbi gastrointestinali).

Tnaqqis sever f’kemm tagħmel awrina, iħossok bil-għatx (sinjal ta’ disturbi fil-kliewi).

Tħossok ma tiflaħx (nawsja) bid-dijarea u bir-rimettar, uġigħ fl-addome jew deni (sinjali ta’ disturbi fl-imsaren).

Uġigħ ta’ ras qawwi, dgħufija jew paraliżi tar-riġlejn u d-dirgħajn jew il-wiċċ, tbati biex titkellem, telf mis-sensi f’salt wieħed (sinjali ta’ disturbi tas-sistema nervuża bħalma huma fsada jew nefħa fl-għadam tar-ras/fil-moħħ).

Ġilda pallida, tħoss l-għeja u qtugħ ta’ nifs u jkollok awrina skura (sinjali ta’ livelli baxxi ta’ ċelluli ħomor tad-demm).

Uġigħ f’għajnejk, jew il-vista tiegħek tmur lura, fsada fl-għajnejn.

Uġigħ f’ġenbek jew tbati biex timxi.

Swaba ta’ saqajk u ta’ jdejk imnemnim jew kesħin (sinjali tas-sindrome ta’ Raynaud).

Infjammazzjoni f’daqqa tal-ġilda u ħmura (sinjali ta’ infezzjoni fil-ġilda msejħa ċellulite).

Tbatija biex tisma’.

Dgħjufija fil-muskoli u spażmi b’ritmu tal-qalb abnormali (sinjali ta’ bidla fl-ammont ta’ potassium fid-demm tiegħek).

Tbenġil.

Uġigħ fl-istonku u jħossok ma tiflaħx (nawsja).

Spażmi fil-muskoli bid-deni, awrina ħamra fil-kannella, uġigħ jew dgħufija fil-muskoli tiegħek (sinjali ta’ disturb fil-muskoli).

Uġigħ pelviku xi kultant flimkien ma’ nawżea u rimettar bi fsada vaġinali mhux mistennija, sensazzjoni ta’ sturdament jew ħass ħażin minħabba tnaqqis fil-pressjoni tad-demm (sinjali ta’ disturb fl-ovarji jew fil-ġuf tiegħek).

Nawsja, qtugħ ta’ nifs, taħbit tal-qalb irregolari, awrina mċajpra, għeja u/jew skumdità fil-ġogi b’rabta ma’ riżultati tal-laboratorju mhux normali (eż. potassju għoli, aċidu uriku u livelli ta’ kalċju u livelli baxxi ta’ fosfru fid-demm).

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli):

Taħlita ta’ raxx qawwi mifrux, tħossok ma tiflaħx, deni, livell għoli ta’ ċerti ċelluli bojod tad- demm jew ġilda jew għajnejn sofor (sinjali ta’ suffejra) bi qtugħ ta’ nifs, uġigħ/skumdità fis- sider, tnaqqis sever ta’ awrina u tħossok bil-għatx eċċ. (sinjali ta’ reazzjoni

allerġika relatata mal-kura).

Indeboliment kroniku tal-kliewi

Rikorrenza (riattivazzjoni) tal-infezzjoni tal-epatite B meta kellek l-epatite B fil-passat

(infezzjoni fil-fwied).

Jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn t’hawn fuq, għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Effetti sekondarji oħra jistgħu jinkludu:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn pazjent wieħed minn kull 10):

Uġigħ ta’ ras jew iħossok għajjien/a.

Tqalligħ (nawsja) ,iħossok ma tiflaħx (rimettar), dijarrea jew indiġistjoni.

Raxx.

Bugħawwieġ, uġigħ fil-muskoli, fil-ġogi jew fl-għadam, waqt li qed tieħu t-trattament b’ Imatinib Accord jew wara li tkun waqaft tieħu Imatinib Accord.

Nefħa fl-għajnejn jew fl-għekiesi.

Żieda fil-piż.

Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti jkunu severi, għid lit-tabib

tiegħek.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa pazjent wieħed minn kull 10):

Anoressija, nuqqas fil-piż jew tibdil fis-sens tat-togħma.

Tħossok sturdut jew mingħajr saħħa.

Diffikultà biex torqod (insomnja).

Żieda fid-dmugħ bil-ħakk, ħmura u nefħa (konġuntivite), għajnejn idemmgħu jew viżjoni mċajpra.

Tinfaraġ.

Uġigħ jew nefħa fl-addome, gass fl-istonku ħruq ta’ stonku jew stitikezza.

Ħakk.

Jiħfieflek jew jaqalek xagħrek b’mod mhux tas-soltu.

Tnemnim tal-idejn jew is-saqajn.

Ulċeri fil-ħalq.

Uġigħ u nefħa fil-ġogi.

Ħalq xott, ġilda xotta jew l-għajn tinħass xotta.

Żieda jew tnaqqis fis-sensittività tal-ġilda.

Fwawar tas-sħana, dehxiet jew ħruġ ta’ għaraq matul il-lejl.

Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti ikunu severi, għid lit-tabib tiegħek.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli):

Ħmura u/jew nefħa tal-pala tal-idejn u tal-qiegħ tas-saqajn li magħhom jista’ jkollok sensazzjoni ta’ tingiż u uġigħ ta’ ħruq.

Dewmien fir-rata li biha tfal u żgħażagħ jikbru.

Jekk kwalunkwe minn dawn l-effetti jaffetwak b’mod sever, għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Imatinib Accord

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna.

Għall-folji tal-PVC/PVdC/Alu

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Għall-folji Alu/Alu

Dan il-prodott mediċinali ma għandu bżonn l-ebda kundizzjoni speċjali għall-ħażna.

M’għandek tuża pakkett li jkun bil-ħsara jew juri sinjali ta’ tbagħbis.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Imatinib Accord

-Is-sustanza attiva hi imatinib mesilate.

Kull pillola miksija b’rita ta’ 100 mg ta’ Imatinib Accord fiha 100 mg imatinib (bħal mesilate). Kull pillola miksija b’rita ta’ 400 mg ta’ Imatinib Accord fiha 100 mg imatinib (bħal mesilate).

-Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, crospovidone, hypromellose 6 cps (E464), magnesium stearate u anhydrous colloidal silica.Il-kisja tal-pillola hija magħmula minn hypromellose 6 cps (E464), talc (E553b), polyethylene glycol, iron oxide yellow (E172) u iron oxide red (E172).

Kif jidher Imatinib Accord u l-kontenut tal-pakkett

Imatinib Accord 100 mg pilloli miksija b’rita huma pilloli oranġjo fil-kannella, tondi, bikonvessi, miksija b’rita, imnaqqxa b’‘IM’ fuq naħa waħda u b’‘T1’ fuq kull naħa tas-sinjal minn fejn il-pillola tinqasam u lixxi fuq in-naħa l-oħra.

Imatinib Accord 400 mg pilloli miksija b’rita huma pilloli oranġjo fil-kannella, tondi, bikonvessi, miksija b’rita, imnaqqxa b’‘IM’ fuq naħa waħda u b’‘T2’ fuq kull naħa tas-sinjal minn fejn il-pillola tinqasam u lixxi fuq in-naħa l-oħra.

Imatinib Accord 100 mg pilloli miksija b’rita jiġu fornuti f’pakketti li fihom 20, 60, 120 jew 180 pillola, imma dawn jistgħu ma jkunux kollha disponibbli fil-pajjiż tiegħek.

Barraminhekk, Imatinib Accord 100 mg pilloli huma disponibbli f’folji ta’ doża waħda perforati tal- PVC/PVdC/Alu f’pakketti b’daqs ta’ 30x1, 60x1, 90x1, 120x1 jew 180x1 pillola miksija b’rita.

Imatinib Accord 400 mg pilloli miksija b’rita jiġu fornuti f’pakketti li fihom 10, 30, jew 90 pillola, imma dawn jistgħu ma jkunux kollha disponibbli fil-pajjiż tiegħek.

Barraminhekk, Imatinib Accord 400 mg pilloli huma disponibbli f’folji ta’ doża waħda perforati tal- PVC/PVdC/Alu f’pakketti b’daqs ta’ 30x1, 60x1 jew 90x1 pillola miksija b’rita.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare Limited

Sage House, 319 Pinner Road

North Harrow,

Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit

Manifattur

Accord Healthcare Limited

Sage House, 319 Pinner Road

North Harrow,

Middlesex, HA1 4HF

Ir-Renju Unit

Pharmacare Premium Ltd

HHF 003, Hal Far Industrial Estet,

Birzebbugia, BBG 3000, Malta

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati