Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Inlyta (axitinib) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01XE17

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaInlyta
Kodiċi ATCL01XE17
Sustanzaaxitinib
ManifatturPfizer Ltd  

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Inlyta 1 mg pilloli miksijin b’rita

Inlyta 3 mg pilloli miksijin b’rita

Inlyta 5 mg pilloli miksijin b’rita

Inlyta 7 mg pilloli miksijin b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Inlyta 1 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 1 mg axitinib.

Inlyta 3 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 3 mg axitinib.

Inlyta 5 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 5 mg axitinib.

Inlyta 7 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 7 mg axitinib.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Inlyta 1 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 33.6 mg lactose monohydrate.

Inlyta 3 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 35.3 mg lactose monohydrate.

Inlyta 5 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 58.8 mg lactose monohydrate.

Inlyta 7 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 82.3 mg lactose monohydrate.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita (pillola)

Inlyta 1 mg pilloli miksijin b’rita

Pillola ovali ħamra miksija b’rita b’“Pfizer” imnaqqxa fuq naħa u “1 XNB” fuq in-naħa l-oħra

Inlyta 3 mg pilloli miksijin b’rita

Pillola tonda ħamra miksija b’rita b’“Pfizer” imnaqqxa fuq naħa u “3 XNB” fuq in-naħa l-oħra

Inlyta 5 mg pilloli miksijin b’rita

Pillola triangulari ħamra miksija b’rita b’“Pfizer” imnaqqxa fuq naħa u “5 XNB” fuq in-naħa l-oħra

Inlyta 7 mg pilloli miksijin b’rita

Pillola għamla ta’ djamant ħamra miksija b’rita b’“Pfizer” imnaqqxa fuq naħa u “7 XNB” fuq in-naħa l-oħra

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Inlyta hu indikat għat-trattament ta’ pazjenti adulti b’karċinoma avvanzata taċ-ċellola renali (RCC) wara li jkun falla trattament preċedenti b’sunitinib jew ċitokina.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament b’Inlyta għandu jingħata minn tabib bl-esperjenza fl-użu ta’ terapiji ta’ kontra l-kanċer.

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata ta’ axitinib hija 5 mg darbtejn kuljum.

It-trattament għandu jkompli jingħata sakemm jibqa’ jiġi osservat benefiċċju kliniku jew sakemm isseħħ tossiċità inaċċettabbli li ma tistax tiġi kkontrollata bi prodotti mediċinali konkomitanti jew aġġustamenti fid-doża.

Jekk il-pazjent jirremetti jew jonqos milli jieħu doża, ma għandhiex tittieħed doża oħra. Id-doża li jkun imiss li tittieħed għandha tittieħed fil-ħin li jkun imissha tittieħed.

Aġġustamenti fid-doża

Żieda jew tnaqqis fid-doża huma rakkomandati fuq il-bażi tas-sigurtà u t-tollerabilità individwali.

Il-pazjenti li jittolleraw id-doża tal-bidu ta’ axitinib 5 mg darbtejn kuljum mingħajr reazzjonijiet avversi > Grad 2 (jiġifieri mingħajr reazzjonijiet avversi severi skont il-Kriterji tat-Terminoloġija Komuni għall-Avvenimenti Avversi [CTCAE] verżjoni 3.0) għal ġimagħtejn konsekuttivi tista’ tiżdidilhom id-doża għal 7 mg darbtejn kuljum sakemm il-pressjoni tad-demm tal-pazjent ma tkunx

> 150/90 mmHg jew il-pazjent ikun qed jirċievi kura għal kontra l-pressjoni għolja. Sussegwentement, billi jintużaw l-istess kriterji, il-pazjenti li jittolleraw doża ta’ axitinib ta’ 7 mg darbtejn kuljum tista’ tiżdidilhom id-doża għal massimu ta’ 10 mg darbtejn kuljum.

Il-kontroll ta’ ċerti reazzjonijiet avversi jista’ jkun jeħtieġ waqfien temporanju jew permanenti u/jew tnaqqis fid-doża tat-terapija b’axitinib (ara sezzjoni 4.4). Meta jkun hemm bżonn ta’ tnaqqis fid-doża, id-doża ta’ axitinib tista’ titnaqqas għal 3 mg darbtejn kuljum u tkompli għal 2 mg darbtejn kuljum.

M’hemmx bżonn aġġustament fid-doża fuq il-bażi tal-età, ir-razza, is-sess jew il-piż tal-pazjent.

L-għoti fl-istess ħin ta’ axitinib ma’ inibituri qawwijin ta’ CYP3A4/5 jista’ jżid il-konċentrazzjonijiet ta’ axitinib fil-plażma (ara sezzjoni 4.5). Hija rakkomandata l-għażla ta’ prodott mediċinali konkomitanti alternattiv b’potenzjal ineżistenti jew minimu li jinibixxi CYP3A4/5.

Għalkemm l-aġġustament fid-doża ta’ axitinib ma ġiex studjat f’pazjenti li jirċievu inibituri qawwijin ta’ CYP3A4/5, jekk ikun irid jiġi amministrat fl-istess ħin inibitur qawwi ta’ CYP3A4/5, huwa rakkomandat tnaqqis fid-doża ta’ axitinib għal bejn wieħed u ieħor nofs id-doża (eż. id-doża tal-bidu għandha titnaqqas minn 5 mg darbtejn kuljum għal 2 mg darbtejn kuljum). Il-kontroll ta’ ċerti reazzjonijiet avversi jista’ jkun jeħtieġ waqfien temporanju jew permanenti tat-terapija b’axitinib (ara sezzjoni 4.4). Jekk jitwaqqaf l-għoti simultanju tal-inibitur qawwi, għandu jiġi kkunsidrat li id-doża ta’ axitinib tiġi rranġata lura lejn dik użata qabel ma beda jintuża l-inibitur qawwi ta’ CYP3A4/5 (ara sezzjoni 4.5).

L-għoti fl-istess ħin ta’ axitinib ma’ indutturi qawwijin ta’ CYP3A4/5 jista’ jnaqqas il- konċentrazzjonijiet ta’ axitinib fil-plażma (ara sezzjoni 4.5). Hija rakkomandata l-għażla ta’ prodott mediċinali konkomitanti alternattiv b’potenzjal ineżistenti jew minimu ta’ induzzjoni ta’ CYP3A4/5.

Għalkemm l-aġġustament fid-doża ta’ axitinib ma ġiex studjat f’pazjenti li jkunu qegħdin jirċievu indutturi qawwijin ta’ CYP3A4/5, jekk ikun irid jingħata fl-istess ħin induttur qawwi ta’ CYP3A4/5, hija rakkomandata żieda gradwali fid-doża ta’ axitinib. B’ doża għolja ta’ indutturi qawwijin ta’ CYP3A4/5 ġie rrapportat li fi żmien ġimgħa ta’ trattament bl-induttur, seħħet l-induzzjoni massima. Jekk tiżdied id-doża ta’ axitinib, il-pazjent għandu jiġi ssorveljat bir-reqqa għat-tossiċità. Il-kontroll ta’ ċerti reazzjonijiet avversi jista’ jkun jeħtieġ waqfien temporanju jew permanenti u/jew tnaqqis fid- doża tat-terapija b’axitinib (ara sezzjoni 4.4). Jekk jitwaqqaf l-għoti fl-istess ħin tal-induttur qawwi, id-doża ta’ axitinib għandha titreġġa’ lura minnufih għad-doża użata qabel ma nbeda l-użu tal-induttur qawwi ta’ CYP3A4/5 (ara sezzjoni 4.5).

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani (≥ 65 sena)

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Indeboliment renali

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament tad-doża (ara sezzjoni 5.2). Prattikament ma hija disponibbli l- ebda dejta rigward il-kura b’axitinib f’pazjenti bi tneħħija tal-kreatinina ta’ < 15 mL/min.

Indeboliment epatiku

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża meta axitinib jiġi amministrat lil pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif (Child-Pugh klassi A). Huwa rakkomandat tnaqqis fid-doża meta axitinib jiġi amministrat lil pazjenti b’indeboliment epatiku moderat (Child-Pugh klassi B) (eż. id-doża tal- bidu għandha titnaqqas minn 5 mg darbtejn kuljum għal 2 mg darbtejn kuljum). Axitinib ma ġiex studjat f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever (Child-Pugh klassi C) u ma għandux jintuża f’din il- popolazzjoni (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Inlyta fit-tfal u adolexxenti ta’ < 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. L- ebda dejta ma hija disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Axitinib huwa għall-użu orali. Il-pilloli għandhom jittieħdu b’mod orali darbtejn kuljum bejn wieħed u ieħor 12-il siegħa bejn doża u oħra, mal-ikel jew fuq stonku vojt (ara sezzjoni 5.2). Għandhom jinbelgħu sħaħ ma’ tazza ilma.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għal axitinib jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Għandhom jiġu sorveljati avvenimenti speċifiċi relatati mas-sigurtà qabel ma tinbeda, u b’mod perjodiku, matul it-trattament b’axitinib kif spjegat hawn taħt.

Avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb

Fi studji kliniċi b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb (inkluż insuffiċjenza tal-qalb, insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, insuffiċjenza kardjopulmonari,

disfunzjoni tal-ventrikolu tax-xellug, tnaqqis fil-frazzjoni tat-tfigħ ’il barra, u insuffiċjenza tal- ventrikolu tal-lemin) ġew irrapportati (ara sezzjoni 4.8).

Sinjali jew sintomi ta’ insuffiċjenza tal-qalb għandhom jiġu ssorveljati perjodikament matul it- trattament b’axitinib. Il-ġestjoni ta’ avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb tista’ teħtieġ twaqqif temporanju jew permanenti u/jew tnaqqis fid-doża tat-terapija b’axitinib.

Pressjoni għolja

Fi studji kliniċi b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, pressjoni għolja ġiet irrapportata b’mod komuni ħafna (ara sezzjoni 4.8).

Fi studju kliniku kkontrollat, iż-żmien medju li fih deher bidu ta’ pressjoni għolja (pressjoni sistolika tad-demm > 150 mmHg jew pressjoni dijastolika tad-demm > 100 mmHg) kien fl-ewwel xahar mill- bidu tal-kura b’axitinib. Żidiet fil-pressjoni tad-demm ġew osservati anki minn 4 ijiem wara li nbeda axitinib.

Il-pressjoni tad-demm għandha tiġi kkontrollata sew qabel ma jinbeda axitinib. Il-pazjenti għandhom jiġu sorveljati għal pressjoni għolja u ttrattati kif ikun hemm bżonn b’terapija standard għal kontra l- pressjoni għolja. Fil-każ ta’ pressjoni għolja persistenti minkejja l-użu ta’ prodotti mediċinali għal kontra l-pressjoni għolja, id-doża ta’ axitinib għandha titnaqqas. Għall-pazjenti li jiżviluppaw pressjoni għolja severa, axitinib għandu jitwaqqaf b’mod temporanju u jerġa’ jinbeda f’doża aktar baxxa ladarba l-pazjent ikollu pressjoni normali. Jekk axitinib jiġi interrott, il-pazjenti li jirċievu prodotti mediċinali għal kontra l-pressjoni għolja għandhom jiġu sorveljati għal pressjoni baxxa (ara sezzjoni 4.2).

F’każ ta’ pressjoni għolja fl-arterji li tkun severa jew persistenti li tkun suġġestiva għas-sindromu ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli (PRES) (ara aktar ’l isfel), għandha tiġi kkunsidrata immaġni dijanjostika tal-moħħ b’reżonanza manjetika (MRI).

Disfunzjoni tat-tirojde

Fi studji kliniċi b’axitinib għall-kura ta’ pazjenti b’RCC, ġew irrapportati avvenimenti ta’ ipotirojdiżmu u, b’mod inqas komuni, ipertirojdiżmu (ara sezzjoni 4.8).

Il-funzjoni tat-tirojde għandha tiġi sorveljata qabel ma tinbeda, u b’mod perjodiku matul, il-kura b’axitinib. L-ipotirojdiżmu jew l-ipertirojdiżmu għandhom jiġu ttrattati skont il-prattika medika standard sabiex jinżamm l-istat tal-ewtirojde.

Avvenimenti emboliċi u trombotiċi arterjali

Fi studji kliniċi b’axitinib, ġew irrapportati avvenimenti emboliċi u trombotiċi arterjali (inklużi attakk iskemiku temporanju, infart mijokardiku, aċċident ċerebrovaskulari u sadd tal-arterja retinali) (ara sezzjoni 4.8).

Axitinib għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li huma f’riskju għal, jew li fl-imgħoddi kellhom, dawn l- avvenimenti. Axitinib ma ġiex studjat f’pazjenti li kellhom avveniment emboliku jew trombotiku arterjali fit-12-il xahar preċedenti.

Avvenimenti emboliċi u trombotiċi fil-vini

Fl-istudji kliniċi b’axitinib, ġew irrapportati avvenimenti emboliċi u trombotiċi fil-vini (inklużi emboliżmu pulmonari, trombożi tal-vini fondi, u sadd/trombożi tal-vina retinali) (ara sezzjoni 4.8).

Axitinib għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti li huma f’riskju għal, jew li fl-imgħoddi kellhom, dawn l-avvenimenti. Axitinib ma ġiex studjat f’pazjenti li kellhom avveniment emboliku jew trombotiku fil- vini fis-6 xhur preċedenti.

Żieda fil-livelli ta’ emoglobina jew ematokrit

Matul il-kura b’axitinib jistgħu jseħħu żidiet fil-livelli ta’ emoglobina jew ematokrit, li jirriflettu żidiet fil-massa ta’ ċelloli ħomor tad-demm (ara sezzjoni 4.8, poliċitemija). Żieda fil-massa taċ-ċelloli ħomor tad-demm tista’ żżid ir-riskju ta’ avvenimenti emboliċi u trombotiċi.

L-emoglobina jew l-ematokrit għandhom jiġu sorveljati qabel ma tinbeda, u b’mod perjodiku matul, il-kura b’axitinib. Jekk il-livelli tal-emoglobina jew tal-ematokrit jogħlew aktar mil-livell normali, il- pazjenti għandhom jiġu ttrattati skont il-prattika medika standard għat-tnaqqis tal-emoglobina jew tal- ematokrit għal livell aċċettabbli.

Emorraġija

Fi studji kliniċi b’axitinib, ġew irrapportati avvenimenti emorraġiċi (ara sezzjoni 4.8).

Axitinib ma ġiex studjat f’pazjenti li għandhom evidenza ta’ metastasi fil-moħħ mhux ittrattata jew fsada gastrointestinali attiva, u m’għandux jintuża f’dawn il-pazjenti. Jekk xi fsada tkun teħtieġ intervent mediku, id-doża ta’ axitinib għandha titwaqqaf b’mod temporanju.

Perforazzjoni gastrointestinali u formazzjoni ta’ fistuli

Fi studji kliniċi b’axitinib, ġew irrapportati avvenimenti ta’ perforazzjoni gastrointestinali u fistuli (ara sezzjoni 4.8).

Is-sintomi ta’ perforazzjoni gastrointestinali jew fistula għandhom jiġu sorveljati b’mod perjodiku matul il-kura b’axitinib.

Kumplikazzjonijiet fil-fejqan ta’ feriti

Ma sarux studji formali dwar l-effett ta’ axitinib fuq il-fejqan ta’ feriti.

Il-kura b’axitinib għandha titwaqqaf mill-inqas 24 siegħa qabel il-kirurġija skedata. Id-deċiżjoni li titkompla t-terapija b’axitinib wara l-kirurġija għandha tkun ibbażata fuq ġudizzju klinika ta’ fejqan adegwat tal-feriti.

Sindrome ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli (PRES)

Fi studji kliniċi b’axitinib, ġew irrapportati avvenimenti ta’ PRES (ara sezzjoni 4.8).

PRES huwa disturb newroloġiku li jista’ jippreżenta ruħu b’uġigħ ta’ ras, aċċessjoni, letarġija, konfużjoni, telf tal-vista u disturbi viżivi u newroloġiċi oħrajn. Tista’ tkun preżenti pressjoni għolja ħafifa sa severa. It-teħid ta’ immaġni b’reżonanza manjetika huwa meħtieġ sabiex tiġi kkonfermata d- dijanjosi ta’ PRES. F’pazjenti b’sinjali jew sintomi ta’ PRES, it-trattament b’axitinib għandu jiġi interrott b’mod temporanju jew jitwaqqaf b’mod permanenti. Mhijiex magħrufa s-sigurtà ta’ meta terġa’ tinbeda t-terapija b’axitinib f’pazjenti li preċedentement ikunu esperjenzaw is-sindrome PRES.

Proteinurja

Fi studji kliniċi b’axitinib, ġiet irrapportata proteinurja, inkluża dik b’severità ta’ Grad 3 u 4 (ara sezzjoni 4.8).

Il-monitoraġġ għall-proteinurja qabel il-bidu ta’, u b'mod perjodiku matul, il-kura b'axitinib huwa rrakkomandat. Għal pazjenti li jiżviluppaw proteinurja moderata sa severa, naqqas id-doża jew waqqaf il-kura b'axitinib b'mod temporanju (ara sezzjoni 4.2). Axitinib għandu jitwaqqaf jekk il- pazjent jiżviluppa s-sindrome nefrotika.

Reazzjonijiet avversi relatati mal-fwied

Fi studju kliniku kkontrollat għat-trattament b’axitinib ta’ pazjenti b’RCC, ġew irrapportati reazzjonijiet avversi relatati mal-fwied. L-aktar reazzjonijiet avversi relatati mal-fwied irrapportati b’mod komuni kienu jinkludu żidiet fl-alanine aminotransferase (ALT), aspartate aminotransferase (AST), u bilirubin tad-demm (ara sezzjoni 4.8). Ma ġew osservati l-ebda żidiet fl-ALT (> 3 darbiet aktar mil-limitu ta’ fuq tan-normal [ULN]) u fil-bilirubin (> id-doppju tal-ULN).

Fi studju kliniku ta’ sejbien tad-doża, żidiet simultanji fl-ALT (12-il darba aktar mill-ULN) u fil- bilirubin (2.3 darbiet aktar mill-ULN), meqjusa li kienu epatotossiċità relatata mal-mediċina, ġew osservati f’pazjent wieħed li rċieva axitinib b’doża tal-bidu ta’ 20 mg darbtejn kuljum (4 darbiet aktar mid-doża tal-bidu rakkomandata).

It-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għandhom jiġu sorveljati qabel ma tinbeda, u b’mod perjodiku matul, il-kura b’axitinib.

Indeboliment epatiku

Fi studji kliniċi b’axitinib, l-espożizzjoni sistemika għal axitinib kienet bejn wieħed u ieħor darbtejn ogħla f’individwi b’indeboliment epatiku moderat (Child-Pugh klassi B) meta mqabbla ma’ individwi b’funzjoni epatika normali. Huwa rakkomandat tnaqqis fid-doża meta axitinib jiġi amministrat lil pazjenti b’indeboliment epatiku moderat (Child-Pugh klassi B) (ara sezzjoni 4.2).

Axitinib ma ġiex studjat f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever (Child-Pugh klassi C) u ma għandux jintuża f’din il-popolazzjoni.

Anzjani (≥ 65 sena) u razza

Fi studju kliniku kkontrollat b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, 34% tal-pazjenti ttrattati b’axitinib kellhom ≥ 65 sena. Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti kienu Bojod (77%) jew Asjatiċi (21%). Għalkemm ma tistax tiġi eskluża sensittività akbar għall-iżvilupp ta’ reazzjonijiet avversi f’ċerti pazjenti aktar anzjani u pazjenti Asjatiċi, b’mod ġenerali, ma ġewx osservati differenzi kbar fis- sigurtà u l-effettività ta’ axitinib bejn il-pazjenti li kellhom ≥ 65 sena u dawk mhux anzjani, u bejn pazjenti Bojod u pazjenti ta’ razez oħra.

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża fuq il-bażi tal-età jew ir-razza tal-pazjent (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Lactose

Dan il-prodott mediċinali fih il-lactose. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza ta’ galattożju, defiċjenza ta’ Lapp lactase jew assorbiment ħażin ta’ glukożju-galattożju ma għandhomx jieħdu dan il-prodott mediċinali.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Dejta in vitro tindika li axitinib huwa metabolizzat primarjament minn CYP3A4/5 u, b’mod inqas, minn CYP1A2, CYP2C19, u uridine diphosphate-glucuronosyltransferase (UGT) 1A1.

Ketoconazole, inibitur qawwi ta’ CYP3A4/5, amministrat f’doża ta’ 400 mg darba kuljum għal 7 ijiem, żied iż-żona medja taħt il-kurva (AUC) bid-doppju u Cmax b’darba u nofs ta’ doża orali waħda ta’ 5-mg axitinib f’voluntiera b’saħħithom. L-għoti flimkien ta’ axitinib ma’ inibituri qawwijin ta’ CYP3A4/5 (eż. ketoconazole, itraconazole, clarithromycin, erythromycin, atazanavir, indinavir, nefazodone, nelfinavir, ritonavir, saquinavir, u telithromycin) jista’ jżid il-konċentrazzjonijiet ta’ axitinib fil-plażma. Il-grejpfrut jista’ wkoll iżid il-konċentrazzjonijiet ta’ axitinib fil-plażma. Hija rakkomandata l-għażla ta’ prodotti mediċinali konkomitanti b’potenzjal ineżistenti jew minimu ta’ inibizzjoni ta’ CYP3A4/5. Jekk ikun irid jiġi amministrat inibitur qawwi ta’ CYP3A4/5, huwa rakkomandat aġġustament fid-doża ta’ axitinib (ara sezzjoni 4.2).

Inibituri ta’ CYP1A2 u CYP2C19

CYP1A2 u CYP2C19 jikkostitwixxu mogħdijiet minuri (< 10%) fil-metaboliżmu ta’ axitinib. L-effett ta’ inibituri qawwijin ta’ dawn l-isozimi fuq il-farmakokinetika ta’ axitinib ma ġiex studjat. Għandu jkun hemm attenzjoni minħabba r-riskju ta’ konċentrazzjonijiet miżjuda ta’ axitinib fil-plażma f’pazjenti li jieħdu inibituri qawwijin ta’ dawn l-isozimi.

Rifampicin, induttur qawwi ta’ CYP3A4/5, amministrat f’doża ta’ 600 mg darba kuljum għal 9 ijiem, naqqas l-AUC medja b’79% u Cmax b’71% ta’ doża waħda ta’ 5 mg axitinib f’voluntiera b’saħħithom. L-għoti flimkien ta’ axitinib ma’ indutturi qawwijin ta’ CYP3A4/5 (e.g. rifampicin, dexamethasone, phenytoin, carbamazepine, rifabutin, rifapentin, phenobarbital, u Hypericum perforatum [St. John’s Worth]) jista’ jnaqqas il-konċentrazzjonijiet ta’ axitinib fil-plażma. Hija rakkomandata l-għażla ta’ prodotti mediċinali konkomitanti b’potenzjal ineżistenti jew minimu ta’ induzzjoni ta’ CYP3A4/5. Jekk ikun irid jiġi amministrat fl-istess ħin induttur qawwi ta’ CYP3A4/5, huwa rakkomandat aġġustament fid-doża ta’ axitinib (ara sezzjoni 4.2).

Studji in vitro ta’ inibizzjoni u induzzjoni ta’ CYP u UGT

Studji in vitro indikaw li axitinib ma jinibixxix CYP2A6, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6, CYP2E1, CYP3A4/5, jew UGT1A1 f’konċentrazzjonijiet terapewtiċi fil-plażma.

Studji in vitro indikaw li axitinib għandu potenzjal li jinibixxi CYP1A2. Għaldaqstant, l-għoti flimkien ta’ axitinib ma’ substrati ta’ CYP1A2 jista’ jirriżulta f’żieda tal-konċentrazzjonijiet fil- plażma ta’ substrati ta’ CYP1A2 (eż. teofillina).

Studji in vitro indikaw ukoll li axitinib għandu l-potenzjal li jinibixxi CYP2C8. Madankollu, l-għoti flimkien ta’ axitinib ma’ paclitaxel, substrat magħruf ta’ CYP2C8, ma rriżultax f’żieda fil- konċentrazzjonijiet ta’ paclitaxel fil-plażma f’pazjenti b’kanċer avvanzat, u dan jindika nuqqas ta’ inibizzjoni klinika ta’ CYP2C8.

Studji in vitro f’epatoċiti umani indikaw ukoll li axitinib ma jinduċix CYP1A1, CYP1A2, jew CYP3A4/5. Għaldaqstant, l-għoti fl-istess ħin ta’ axitinib mhuwiex mistenni jnaqqas il- konċentrazzjoni fil-plażma ta’ substrati ta’ CYP1A1, CYP1A2, jew CYP3A4/5 mogħtija fl-istess ħin in vivo.

Studji in vitro b’P-glikoproteina

Studji in vitro indikaw li axitinib jinibixxi P-glikoproteina. Madankollu, axitinib mhuwiex mistenni jinibixxi P-glikoproteina f’konċentrazzjonijiet terapewtiċi fil-plażma. Għaldaqstant, l-għoti fl-istess ħin ta’ axitinib mhuwiex mistenni li jżid il-konċentrazzjoni ta’ digoxin fil-plażma, jew substrati oħra ta’ P-glikoproteina, in vivo.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ axitinib f’nisa tqal. Fuq il-bażi tal-proprjetajiet farmakoloġiċi ta’ axitinib, huwa jista’ jikkaġuna ħsara lill-fetu meta jingħata lil mara tqila. Studji f’annimali wrew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva, inklużi malformazzjonijiet (ara sezzjoni 5.3). Axitinib ma għandux jintuża waqt it-tqala sakemm il-kondizzjoni klinika tal-mara ma tkunx teħtieġ trattament b’dan il- prodott mediċinali.

Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċettiv effettiv waqt u sa ġimgħa wara t-trattament.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk axitinib jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ma jistax jiġi eskluż riskju għat-tarbija li terda’. Axitinib m’għandux jintuża waqt it-treddigħ.

Fertilità

Fuq il-bażi ta’ sejbiet mhux kliniċi, axitinib għandu l-potenzjal li jdgħajjef il-funzjoni riproduttiva u l- fertilità fil-bnedmin (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Axitinib għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Il-pazjenti għandhom jiġu mwissija li jistgħu jesperjenzaw avvenimenti bħal sturdament u/jew għeja matul it-trattament b’axitinib.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Ir-riskji li ġejjin, li jinkludu l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed, huma diskussi f’aktar dettall f’sezzjoni 4.4: avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb, pressjoni għolja, disfunzjoni tat-tirojde, avvenimenti tromboemboliċi arterjali, avvenimenti tromboemboliċi fil-vini, żieda fil-livelli ta’ emoglobina jew ematokrit, emorraġija, perforazzjoni gastrointestinali u formazzjoni ta’ fistuli, kumplikazzjonijiet fil-fejqan tal-feriti, PRES, proteinurja, u żieda fl-enzimi tal-fwied.

L-aktar reazzjonijiet avversi komuni (≥ 20%) osservati wara t-trattament b’axitinib kienu dijarea, pressjoni għolja, għeja, tnaqqis fl-aptit, nawsja, tnaqqis fil-piż, disfonja, is-sindrome ta’ eritrodisestesija palmo-plantari (id-sieq), emorraġija, ipotirojdiżmu, rimettar, proteinurja, sogħla, u stitikezza.

Tabella b’lista ta’ reazzjonijiet avversi

It-Tabella 1 tippreżenta r-reazzjonijiet avversi rrapportati f’sett miġbur ta’ dejta ta’ 672 pazjent li rċivew axitinib fi studji kliniċi għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC (ara sezzjoni 5.1).

Ir-reazzjonijiet avversi huma elenkati skont is-sistema tal-klassifika tal-organi, il-kategorija ta’ frekwenza u l-grad ta’ severità. Il-kategoriji tal-frekwenza huma definiti bħala: komuni ħafna ( 1/10), komuni ( 1/100 sa < 1/10), mhux komuni ( 1/1,000 sa < 1/100), rari ( 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000), u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). Id-database attwali dwar is-sigurtà għal axitinib hija żgħira wisq sabiex jiġu identifikati reazzjonijiet avversi rari u rari ħafna.

Il-kategoriji ġew assenjati fuq il-bażi tal-frekwenzi assoluti fid-dejta tal-istudji kliniċi miġbura. Fi ħdan kull sistema tal-klassifika tal-organi, ir-reazzjonijiet avversi bl-istess frekwenza huma ppreżentati skont is-serjetà tagħhom, b’dawk iżjed serji jitniżżlu l-ewwel.

Tabella 1. Reazzjonijiet avversi rrapportati fl-istudji tal-RCC f’pazjenti li rċivew axitinib (N = 672)

Sistema tal-

Kategorija ta’

 

Gradi

Grad 3

b

Grad 4

b

klassifika tal-

Reazzjonijiet avversia

Kollhab

 

 

organi

frekwenza

 

%

%

 

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi tad-demm

Komuni

Anemija

6.3

1.2

 

0.4

 

u tas-sistema

 

Tromboċitopenija

1.6

0.1

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

 

 

 

Poliċitemijaċ

1.5

0.1

 

 

 

Mhux komuni

Newtropenija

0.3

0.1

 

 

 

 

Lewkopenija

0.4

 

 

Disturbi fis-sistema

Komuni ħafna

Ipotirojdiżmuċ

24.6

0.3

 

 

endokrinarja

 

 

 

 

 

 

 

Komuni

Ipertirojdiżmuċ

1.6

0.1

 

0.1

 

Disturbi fil-

Komuni ħafna

Tnaqqis fl-aptit

39.0

3.6

 

0.3

 

metaboliżmu u n-

Komuni

Deidrazzjoni

6.7

3.1

 

0.3

 

nutrizzjoni

 

Iperkalimja

2.7

1.2

 

0.1

 

 

 

Iperkalċemija

2.2

0.1

 

0.3

 

Disturbi fis-sistema

Komuni ħafna

Uġigħ ta’ ras

16.2

0.7

 

 

nervuża

 

 

 

 

 

 

 

Sistema tal-

Kategorija ta’

 

Gradi

Grad 3

b

Grad 4

b

klassifika tal-

Reazzjonijiet avversia

Kollhab

 

 

organi

frekwenza

 

%

%

 

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disgewżja

11.5

 

 

 

Komuni

Sturdament

9.1

0.6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mhux komuni

Sindrome ta’

0.3

0.1

 

 

 

 

enċefalopatija

 

 

 

 

 

 

 

posterjuri riversibblie

 

 

 

 

 

Disturbi fil-widnejn

Komuni

Żanżin tal-widnejn

3.1

 

 

u fis-sistema

 

 

 

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi tal-qalb

Komuni

Avvenimenti ta’

1.8

0.3

 

0.7

 

 

 

insuffiċjenza tal-

 

 

 

 

 

 

 

qalb ċ,d,f

 

 

 

 

 

Disturbi vaskulari

Komuni ħafna

Pressjoni għoljag

51.2

22.0

 

1.0

 

 

 

Emorraġijaċ,d,h

25.7

3.0

 

1.0

 

 

Komuni

Avvenimenti emboliċi

2.8

0.9

 

1.2

 

 

 

u trombotiċi fil-viniċ,d,i

 

 

 

 

 

 

 

Avvenimenti emboliċi

2.8

1.2

 

1.3

 

 

 

u trombotiċi

 

 

 

 

 

 

 

arterjaliċ,d,j

 

 

 

 

 

Disturbi

Komuni ħafna

Dispnejad

17.1

3.6

 

0.6

 

respiratorji, toraċiċi

 

Sogħla

20.4

0.6

 

 

u medjastinali

 

Disfonja

32.7

 

0.1

 

 

Komuni

Uġigħ orofarinġali

7.4

 

 

Disturbi gastro-

Komuni ħafna

Dijarea

55.4

10.1

 

0.1

 

intestinali

 

Rimettar

23.7

2.7

 

0.1

 

 

 

Nawsja

33.0

2.2

 

0.1

 

 

 

Uġigħ fl-addome

14.7

2.5

 

0.3

 

 

 

Stitikezza

20.2

1.0

 

 

 

 

Stomatite

15.5

1.8

 

 

 

 

Dispepsja

11.2

0.1

 

 

 

Komuni

Uġigħ fil-parti ta’ fuq

9.4

0.9

 

 

 

 

tal-addome

 

 

 

 

 

 

 

Gass

4.5

 

 

 

 

Murliti

3.3

 

 

 

 

Glossodinja

2.8

 

 

 

 

Perforazzjoni

1.9

0.9

 

0.3

 

 

 

gastro-intestinali u

 

 

 

 

 

 

 

fistulaċ,k

 

 

 

 

 

Disturbi fil-fwied u

Komuni

Iperbilirubinimja

1.3

0.1

 

0.1

 

 

 

 

 

 

 

fil-marrara

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u

Komuni ħafna

Eritrodisestesija

32.1

7.6

 

 

fit-tessuti ta’ taħt il-

 

palmo-plantari

 

 

 

 

 

ġilda

 

(sindrome ta’ id-sieq)

 

 

 

 

 

 

 

Raxx

14.3

0.1

 

 

 

 

Ġilda niexfa

10.1

0.1

 

 

 

Komuni

Ħakk

6.0

 

 

 

 

Eritema

3.7

 

 

 

 

Alopeċja

5.7

 

 

Sistema tal-

Kategorija ta’

 

Gradi

Grad 3

b

Grad 4

b

klassifika tal-

Reazzjonijiet avversia

Kollhab

 

 

organi

frekwenza

 

%

%

 

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi muskolu-

Komuni ħafna

Artralġja

17.7

1.9

 

0.3

 

skeletriċi u tat-

 

Uġigħ fl-estremità

14.1

1.0

 

0.3

 

tessuti konnettivi

Komuni

Uġigħ fil-muskoli

8.2

0.6

 

0.1

 

Disturbi fil-kliewi u

Komuni ħafna

Proteinurjal

21.1

4.8

 

0.1

 

fis-sistema urinarja

Komuni

Insuffiċjenza tal-

1.6

0.9

 

0.1

 

 

 

kliewim

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u

Komuni ħafna

Għeja

45.1

10.6

 

0.3

 

kondizzjonijiet ta’

 

Astenjad

13.8

2.8

 

0.3

 

mnejn jingħata

 

Infjammazzjoni tal-

13.7

1.0

 

 

 

 

mukuża

 

 

 

 

 

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna

Tnaqqis fil-piż

32.7

4.9

 

 

 

Komuni

Żieda fil-livell ta’

3.7

0.7

 

0.7

 

 

 

lipase

 

 

 

 

 

 

Komuni

Żieda fil-livell ta’

6.5

1.2

 

 

 

 

alanine

 

 

 

 

 

 

 

aminotranferase

 

 

 

 

 

 

 

Żieda fil-livelli ta’

3.4

0.6

 

0.4

 

 

 

amylase

 

 

 

 

 

 

 

Żieda fil-livell ta’

6.1

1.0

 

 

 

 

aspartate

 

 

 

 

 

 

 

aminotransferase

 

 

 

 

 

 

 

Żieda fil-livell ta’

4.8

0.3

 

 

 

 

alkaline phosphatase

 

 

 

 

 

 

 

Żieda fil-kreatinina

5.7

0.4

 

 

 

 

Żieda fl-ormon li

7.9

 

 

 

 

jistimola t-tirojde

 

 

 

 

 

aIr-reazzjonijiet avversi huma skont il-kawżalità ta kull frekwenza li ħarġet mit-trattament.

bIl-Kriterji tat-Terminoloġija Komuni għall-Avvenimenti Avversi tal-Istitut Nazzjonali għall-Kanċer, Verżjoni

3.0

ċ Ara s-sezzjoni ‘Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula’.

dĠew irrapportati każi fatali (Grad 5).

eInkluża Lewkoenċefalopatija.

fInklużi insuffiċjenza tal-qalb, insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, insuffiċjenza kardjopulmonari, tnaqqis fil- frazzjoni tat-tfigħ ’il barra, disfunzjoni tal-ventrikolu tax-xellug u insuffiċjenza tal-ventrikolu tal-lemin.

gInklużi pressjoni għolja aċċelerata, żieda fil-pressjoni tad-demm, pressjoni għolja u kriżi ipertensiva.

hInklużi titwil fil-ħin parzjali ta’ tromboplastin attivat, emorraġija anali, emorraġija arterjali, tinstab awrina fid- demm, emorraġija fis-sistema nervuża ċentrali, emorraġija ċerebrali, titwil fil-ħin tal-koagulazzjoni, emorraġija tal-konġuntiva, kontużjoni, dijarea emorraġika, fsada tal-utru disfunzjonali, epistassi, emorraġija gastrika, emorraġija gastrointestinali, fsada tal-ħanek, ematemesi, ematokeżija, tnaqqis fl-ematokrit, ematoma, ematurja, tnaqqis fl-emoglobina, emoptisi, emorraġija, emorraġija fl-arterja koronarja, emorraġija fis-sistema urinarja, emorraġija fil-murliti, emostasi, żieda fit-tendenza tat-tbenġil, żieda fil-proporzjon normalizzat internazzjonali, emorraġija mill-parti t’isfel tas-sistema gastrointestinali, melaena, tikek żgħar vjola fuq il-ġilda, emorraġija farinġali, titwil fil-ħin ta’ protrombin, emorraġija pulmonari, purpura, emorraġija fir-rektum, tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm, emorraġija fil-kliewi, emorraġija fl-isklera, ematoċoele fl-iskrotum, ematoma fil- milsa, emorraġija taħt id-dwiefer, emorraġija subarakinojde, emorraġija fl-ilsien, emorraġija mill-parti ta’ fuq tas-sistema gastrointestinali u emorraġija fil-vaġina.

iInklużi s-sindrome ta’ Budd-Chiari, trombożi tal-vini fondi, trombożi tal-vini ġugulari, trombożi pelvika tal- vini, emboliżmu pulmonari, sadd tal-vina retinali, trombożi tal-vina retinali, trombożi tal-vini subclavian, trombożi tal-vini, u trombożi tal-vini fir-riġlejn u d-dirgħajn.

jInklużi infart mijokardijaku akut, emboliżmu, infart mijokardijaku, sadd tal-arterja retinali u attakk iskemiku temporanju.

kPerforazzjoni gastrointestinali u fistula jinkludu t-termini ppreferuti li ġejjin: axxess addominali, axxess anali, fistula anali, fistula, tnixxija anastomotika gastrointestinali, perforazzjoni gastrointestinali, perforazzjoni tal- musrana l-kbira, fistula esofagobronkjali u peritonite.

lProteinurja tinkludi t-termini ppreferuti li ġejjin: proteina fl-awrina, tinstab proteina fl-awrina u proteinurja.

mInkluża insuffiċjenza akuta tal-kliewi

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb (ara sezzjoni 4.4)

Fi studju kliniku kkontrollat b’axitinib (N = 359) għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb ġew irrapportati f’1.7% tal-pazjenti li rċivew axitinib, inkluż insuffiċjenza tal- qalb (0.6%), insuffiċjenza kardjopulmonari (0.6%), disfunzjoni tal-ventrikolu tax-xellug (0.3%), u insuffiċjenza tal-ventrikolu tal-lemin (0.3%). Reazzjonijiet avversi ta’ insuffiċjenza tal-qalb ta’ Grad 4 ġew rrapportati f’0.6% ta’ pazjenti li rċivew axitinib. Insuffiċjenza fatali tal-qalb ġiet irrapportata f’0.6% ta’ pazjenti li rċivew axitinib.

Fi studji ta’ monoterapija b’axitinib (N = 672) għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb (inkluż insuffiċjenza tal-qalb, insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, insuffiċjenza kardjopulmonari, disfunzjoni tal-ventrikolu tax-xellug, tnaqqis fil-frazzjoni tat-tfigħ ’il barra, u insuffiċjenza tal-ventrikolu tal-lemin) ġew irrapportati f’1.8% ta’ pazjenti li rċivew axitinib. Avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb ta’ Grad 3/4 ġew irrapportati f’1.0% ta’ pazjenti u avvenimenti ta’ insuffiċjenza fatali tal-qalb ġew irrapportati f’0.3% ta’ pazjenti li rċivew axitinib.

Disfunzjoni tat-tirojde (ara sezzjoni 4.4)

Fi studju kliniku kkontrollat b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, l-ipotirojdiżmu ġie rrapportat fi 20.9% tal-pazjenti u l-ipertirojdiżmu ġie rrapportat f’1.1% tal-pazjenti. Iż-żieda fil-livelli tal-ormon li jistimula t-tirojde (TSH) ġiet irrapportata bħala reazzjoni avversa f’5.3% tal-pazjenti li rċivew axitinib. Matul valutazzjonijiet ta’ rutina fil-laboratorju, f’pazjenti li kellhom TSH < 5 μU/mL qabel it-trattament, żidiet ta’ TSH għal ≥10 μU/mL seħħew fi 32.2% tal-pazjenti li rċivew axitinib.

Fi studji kliniċi miġbura b’axitinib (N = 672) għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, l-ipotirojdiżmu ġie rrappurtat f’24.6% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu axitinib. L-ipertirojdiżmu ġie rrappurtat f’1.6% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu axitinib.

Avvenimenti emboliċi u trombotiċi fil-vini (ara sezzjoni 4.4)

Fi studju kliniku kkontrollat b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, reazzjonijiet emboliċi u trombotiċi avversi fil-vini ġew irrapportati f’3.9% tal-pazjenti li rċivew axitinib, inklużi emboliżmu pulmonari (2.2%), sadd/trombożi tal-vina retinali (0.6%) u trombożi tal-vini fondi (0.6%).

Reazzjonijiet emboliċi u trombotiċi avversi fil-vini tal-Grad 3/4 ġew irrapportati f’3.1% tal-pazjenti li rċivew axitinib. Emboliżmu pulmonari fatali ġie rrapportat f’pazjent wieħed (0.3%) li rċieva axitinib.

Fi studji kliniċi miġbura b’axitinib (N = 672) għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, avvenimenti emboliċi u trombotiċi fil-vini ġew irrappurtati fi 2.8% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu axitinib. Avvenimenti emboliċi u trombotiċi fil-vini ta’ Grad 3 ġew irrappurtati f’0.9% tal-pazjenti. Avvenimenti emboliċi u trombotiċi fil-vini ta’ Grad 4 ġew irrappurtati f’1.2% tal-pazjenti. Avvenimenti emboliċi u trombotiċi fil-vini fatali ġew irrappurtati f’0.1% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu axitinib.

Avvenimenti emboliċi u trombotiċi arterjali (ara sezzjoni 4.4)

Fi studju kliniku kkontrollat b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, reazzjonijiet avversi trombotiċi u emboliċi fl-arterji kienu rrappurtati f’4.7% tal-pazjenti li rċivew axitinib, inkluż infart mijokardijaku (1.4%), attakk iskemiku temporanju (0.8%) u inċident ċerebrovaskulari (0.6%). Reazzjonijiet emboliċi u trombotiċi avversi fl-arterji tal-Grad 3/4 ġew irrapportati f’3.3% tal-pazjenti li rċivew axitinib. Infart mijokardijaku akut fatali u aċċident ċerebrovaskulari fatali ġew irrapportati f’pazjent wieħed kull wieħed (0.3%). Fi studji ta’ monoterapija b’axitinib (N = 850), reazzjonijiet

emboliċi u trombotiċi avversi fl-arterji (inklużi attakk iskemiku temporanju, infart mijokardiku, u aċċident ċerebrovaskulari) ġew irrapportati f’5.3% tal-pazjenti li rċivew axitinib.

Fi studji kliniċi miġbura b’axitinib (N = 672) għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, avvenimenti emboliċi u trombotiċi arterjali ġew irrappurtati fi 2.8% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu axitinib. Avvenimenti emboliċi u trombotiċi arterjali ta’ Grad 3 ġew irrappurtati f’1.2% tal-pazjenti. Avvenimenti emboliċi u trombotiċi arterjali ta’ Grad 4 ġew irrappurtati f’1.3% tal-pazjenti. Avvenimenti emboliċi u trombotiċi arterjali fatali ġew irrappurtati f’0.3% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu axitinib.

Poliċitemija (ara Żieda fil-livelli ta’ emoglobina jew ta’ ematokrit f’sezzjoni 4.4)

Fi studju kliniku kkontrollat b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, poliċitemija ġiet irrapportata f’1.4% tal-pazjenti li rċivew axitinib. Il-valutazzjonijiet ta’ rutina fil-labortatorju identifikaw żieda fil-livell ta’ emoglobina ogħla mill-ULN f’9.7% tal-pazjenti li rċivew axitinib. F’erba’ studji kliniċi b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC (N = 537), żieda fil-livelli ta’ emoglobina ogħla mill-ULN ġiet osservata fi 13.6% tal-pazjenti li rċivew axitinib.

Fi studji kliniċi miġbura b’axitinib (N = 672) għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, poliċitemija ġiet irrappurtata f’1.5% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu axitinib.

Emorraġija (ara sezzjoni 4.4)

Fi studju kliniku kkontrollat b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC li eskluda lil pazjenti b’metastasi fil-moħħ mhux ittrattata, reazzjonijiet avversi emorraġiċi ġew irrapportati f’21.4% tal- pazjenti li rċivew axitinib. Ir-reazzjonijiet avversi emorraġiċi fil-pazjenti ttrattati b’axitinib kienu jinkludu epistassi (7.8%), ematurja (3.6%), emoptisi (2.5%), emorraġija fir-rektum (2.2%), fsada tal- ħanek (1.1%), emorraġija gastrika (0.6%), emorraġija ċerebrali (0.3%) u emorraġija mill-parti t’isfel tas-sistema gastrointestinali (0.3%). Reazzjonijiet avversi emorraġiċi ta’ Grad ≥ 3 ġew irrapportati f’3.1% tal-pazjenti li rċivew axitinib (inklużi emorraġija ċerebrali, emorraġija gastrika, emorraġija mill-parti t’isfel tas-sistema gastrointestinali u emoptisi). Emorraġija fatali ġiet irrapportata f’pazjent wieħed (0.3%) li rċieva axitinib (emorraġija gastrika). Fi studju ta’ monoterapija b’axitinib (N = 850), emoptisi ġiet irrapportata f’3.9% tal-pazjenti; emoptisi ta’ Grad ≥ 3 ġiet irrappurtata f’0.5% tal- pazjenti.

Fi studji kliniċi miġbura b’axitinib (N = 672) għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, avvenimenti emorraġiċi ġew irrappurtati f’25.7% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu axitinib. Reazzjonijiet avversi emorraġiċi ta’ Grad 3 ġew irrappurtati fi 3% tal-pazjenti. Reazzjonijiet avversi emorraġiċi ta’ Grad 4 ġew irrappurtati f’1% tal-pazjenti u emorraġija fatali ġiet irrappurtata f’0.4% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu axitinib.

Perforazzjoni gastrointestinali u formazzjoni ta’ fistuli (ara sezzjoni 4.4)

Fi studju kliniku kkontrollat b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, ġew irrapportati avvenimenti tat-tip ta’ perforazzjoni f’1.7% tal-pazjenti li rċivew axitinib, inklużi fistula anali (0.6%), fistula (0.3%) u perforazzjoni gastrointestinali (0.3%). Fi studji ta’ monoterapija b’axitinib (N = 850), avvenimenti gastrointestinali tat-tip ta’ perforazzjoni ġew irrapportati f’1.9% tal-pazjenti u perforazzjoni gastrointestinali fatali ġiet irrapportata f’pazjent wieħed (0.1%).

Fi studji kliniċi miġbura b’axitinib (N = 672) għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, perforazzjoni gastrointestinali u fistula ġew irrappurtati f’1.9% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu axitinib.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

M’hemmx trattament speċifiku għal doża eċċessiva ta’ axitinib.

Fi studju kliniku kkontrollat b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, pazjent wieħed b’mod aċċidentali rċieva doża ta’ 20 mg darbtejn kuljum għal 4 ijiem u esperjenza sturdament (Grad 1).

Fi studju kliniku ta’ sejbien tad-doża b’axitinib, l-individwi li rċivew dożi tal-bidu ta’ 10 mg darbtejn kuljum jew 20 mg darbtejn kuljum esperjenzaw reazzjonijiet avversi li kienu jinkludu pressjoni għolja, aċċessjonijiet assoċjati ma’ pressjoni għolja, u emoptisi fatali.

F’każijiet ta’ suspett ta’ doża eċċessiva, axitinib għandu jitwaqqaf u tingħata kura ta’ appoġġ.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmakoterapewtiku: Sustanzi antineoplastiċi, inibituri tal-protein kinase, kodiċi ATC: L01XE17

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Axitinib huwa inibitur b’saħħtu u selettiv ta’ tyrosine kinase ta’ riċetturi tal-fattur ta’ tkabbir endoteljali vaskulari (VEGFR)-1, VEGFR-2 u VEGFR-3. Dawn ir-riċetturi huma implikati fl- anġjoġenesi patoloġika, it-tkabbir tat-tumuri, u l-progressjoni metastatika tal-kanċer. Intwera li axitinib jinibixxi b’saħħa l-proliferazzjoni u s-sopravivenza taċ-ċellola endoteljali medjata mill- VEGF. Axitinib inibixxa l-fosforilazzjoni ta’ VEGFR-2 f’vaskulatura tat-tumur ta’ xenograft li esprimiet il-mira in vivo u pproduċiet dewmien fit-tkabbir tat-tumur, rigressjoni, u inibizzjoni tal- metastasi f’bosta mudelli esperimentali tal-kanċer.

Effett fuq l-intervall QTc

Fi studju 2-way crossover fejn l-individwi intgħażlu b’mod każwali, 35 individwu b’saħħithom ngħataw doża orali waħda ta’ axitinib (5 mg) fin-nuqqas u l-preżenza ta’ 400 mg ketoconazole għal 7 ijiem. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju indikaw li espożizzjonijiet ta’ axitinib fil-plażma sad-doppju tal- livelli terapewtiċi mistennija wara doża ta’ 5 mg, ma pproduċewx titwil klinikament sinifikanti fl- intervall QT.

Effikaċja klinika u sigurta

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ axitinib ġew evalwati fi studju ta’ fażi 3 multiċentri, open-label, fejn l- individwi intgħażlu b’mod każwali. Il-pazjenti (N = 723) b’RCC avvanzat li l-marda tagħhom kienet avvanzat ma’ jew wara t-trattament b’terapija sistemika waħda preċedenti, inklużi reġimen li fihom sunitinib, bevacizumab, temsirolimus, jew ċitokina ġew allokati b’mod każwali (1:1) sabiex jirċievu axitinib (N = 361) jew sorafenib (N = 362). Il-punt tat-tmiem primarju, is-sopravivenza ħielsa minn progressjoni (PFS), ġie valutat billi ntużat analiżi ċentrali indipendenti anonima. Il-punti tat-tmiem sekondarji kienu jinkludu r-rata ta’ rispons oġġettiva (ORR) u s-sopravivenza globali (OS).

Mill-pazjenti rreġistrati f’dan l-istudju, 389 pazjent (53.8%) kienu irċivew terapija preċedenti waħda ibbażata fuq sunitinib, 251 pazjent (34.7%) kienu irċivew terapija preċedenti waħda ibbażata fuq ċitokina (interleukin-2 jew interferon-alfa), 59 pazjent (8.2%) kienu irċivew terapija preċedenti waħda ibbażata fuq bevacizumab, u 24 pazjent (3.3%) kienu irċivew terapija preċedenti waħda ibbażata fuq temsirolimus. Il-karatteristiċi demografiċi u tal-mard fil-linja bażi kienu simili bejn il-gruppi li ħadu axitinib u dawk li ħadu sorafenib fir-rigward tal-età, is-sess tal-persuna, ir-razza, l-istatus ta’ prestazzjoni tal-Eastern Cooperative Oncology Group (ECOG), ir-reġjun ġeografiku, u t-trattament minn qabel.

Fil-popolazzjoni ġenerali tal-pazjenti u fiż-żewġ sottogruppi ewlenin (trattament preċedenti b’sunitinib u trattament preċedenti b’cytokine), kien hemm vantaġġ statistiku sinifikanti favur axitinib meta mqabbel ma’ sorafenib għall-punt tat-tmiem primarju ta’ PFS (ara Tabella 2 u Figuri 1, 2 u 3). Id-daqs tal-effett tal-PFS medjan kien differenti fis-sottogruppi li ħadu terapija preċedenti. Tnejn mis- sottogruppi kienu żgħar wisq biex jagħtu riżultati affidabbli (trattament preċedenti b'temsirolimus jew trattament preċedenti b'bevacizumab). Ma kienx hemm differenza sinifikanti bejn il-fergħat fl-OS fil- popolazzjoni ġenerali jew fis-sottogruppi li ħadu terapija preċedenti.

Tabella 2. Ir-riżultati tal-effikaċja

Punt Tat-tmiem /

axitinib

sorafenib

HR (CI ta’ 95%)

valur-p

popolazzjoni tal-istudju

 

 

 

 

 

ITT Ġenerali

N = 361

N = 362

 

 

PFS medjan a,b f’xhur

6.8 (6.4, 8.3)

4.7 (4.6, 6.3)

0.67 (0.56, 0.81)

< 0.0001ċ

(95% CI)

 

 

 

 

 

OS medjan d f’xhur

20.1 (16.7, 23.4)

19.2

(17.5, 22.3)

0.97 (0.80, 1.17)

NS

(95% CI)

19.4 (15.4, 23.9)

9.4

(6.6, 12.9)

2.06f (1.41, 3.00)

0.0001g

ORR b,e % (95% CI)

Trattament preċedenti

N = 194

N = 195

 

 

b’sunitinib

 

 

 

 

 

PFS medjan a,b f’xhur

4.8 (4.5, 6.5)

3.4 (2.8, 4.7)

0.74 (0.58, 0.94)

0.0063h

(95% CI)

 

 

 

 

 

OS medjan d f’xhur

15.2 (12.8, 18.3)

16.5

(13.7, 19.2)

1.00 (0.78, 1.27)

NS

(95% CI)

11.3 (7.2, 16.7)

7.7

(4.4, 12.4)

1.48f (0.79, 2.75)

NS

ORR b,e % (95% CI)

Trattament preċedenti

N = 126

N = 125

 

 

b’cytokine

 

 

 

 

 

PFS medjan a,b f’xhur

12.0 (10.1, 13.9)

6.6 (6.4, 8.3)

0.52 (0.38, 0.72)

< 0.0001h

(95% CI)

 

 

 

 

 

OS medjan d f’xhur

29.4 (24.5, NE)

27.8

(23.1, 34.5)

0.81 (0.56, 1.19)

NS

(95% CI)

32.5 (24.5, 41.5)

13.6 (8.1, 20.9)

2.39f (1.43-3.99)

0.0002i

ORR b,e % (95% CI)

CI = Intervall ta’ Kunfidenza, HR = Proporzjon ta’ periklu (axitinib/sorafenib); ITT: Intenzjoni ta’ kura; NE: ma tistax issir stima; NS: mhux statistikament sinifikanti; ORR: Rata ta’ rispons oġġettiva; OS: Sopravivenza globali; PFS: Sopravivenza mingħajr progressjoni.

aŻmien mir-randomizzazzjoni sal-progressjoni jew mewt minħabba kwalunkwe kawża, skont liema sseħħ l- ewwel. Data ta’ qtugħ il-linja: 03 ta’ Ġunju 2011.

bValutat b’analiżi radjoloġika indipendenti skont Kriterji ta’ Evalwazzjoni tar-Rispons f’Tumuri Solidi (RECIST).

ċValur-p unilaterali minn test tal-log-rank tat-trattament stratifikat skont l-istat tal-prestazzjoni ECOG u terapija preċedenti.

dData ta’ qtugħ il-linja: 01 ta’ Novembru 2011.

eData ta’ qtugħ il-linja: 31 ta’ Awwissu 2010.

fIl-proporzjon ta’ riskju huwa użat għall-ORR. Proprozjon ta’ riskju ta’ > 1 indika probabbiltà akbar ta’ rispons fil-grupp li ħa axitinib; proporzjon ta’ riskju ta’ < 1 indika probabbiltà akbar ta’ rispons fil-grupp li ħa sorafenib.

gValur-p unilaterali mit-test ta’ Cochran-Mantel-Haenszel ta’ trattament stratifikat skont l-istat ta’ prestazzjoni ECOG u terapija preċedenti.

hValur-p unilaterali minn test tal-log-rank tat-trattament stratifikat skont l-istat tal-prestazzjoni ECOG.

iValur-p unilaterali mit-test ta’ Cochran-Mantel-Haenszel ta’ trattament stratifikat skont l-istat ta’ prestazzjoni ECOG.

Figura 1. Il-kurva Kaplan-Meier ta’ sopravivenza ħielsa minn progressjoni skont valutazzjoni indipendenti għall-popolazzjoni globali

Figura 2. Il-kurva Kaplan-Meier ta’ sopravivenza ħielsa minn progressjoni skont valutazzjoni indipendenti għas-sottogrupp li ħa sunitinib qabel

Figura 3. Il-kurva Kaplan-Meier ta’ sopravivenza ħielsa minn progressjoni skont valutazzjoni indipendenti għas-sottogrupp li ħa cytokine qabel

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini rrinunzjat l-obbligu li jiġu sottomessi r-riżultati tal-istudji b’axitinib fis-subsetti kollha tal-popolazzjoni pedjatrika għat-trattament ta’ karċinoma tal-kliewi u tal- pelvis renali (esklużi nefroblastoma, nefroblastomatożi, sarkoma taċ-ċelloli ċari, nefroma mesoblastika, karċinoma medullari renali u tumur rabdojde tal-kliewi) (ara sezzjoni 4.2 għal tagħrif dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Wara amministrazzjoni orali tal-pilloli axitinib, il-bijodisponibilità assoluta medja hija ta’ 58% meta mqabbla ma’ għoti ġol-vina. Il-half life ta’ axitinib fil-plażma tvarja bejn 2.5 sa 6.1 sigħat. Id-dożaġġ ta’ axitinib b’5 mg darbtejn kuljum irriżulta f’inqas mid-doppju tal-akkumulazzjoni meta mqabbel mal-għoti ta’ doża waħda. Fuq il-bażi tal-half-life qasira ta’ axitinib, il-qagħda stabbli hija mistennija fi żmien jumejn sa tlett ijiem minn meta tingħata d-doża inizjali.

Assorbiment u distribuzzjoni

Ġeneralment, l-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ axitinib fil-plażma jintlaħqu fi żmien 4 sigħat wara amministrazzjoni orali ta’ axitinib b’Tmax medju li jvarja bejn 2.5 sa 4.1 sigħat. L-amministrazzjoni ta’ axitinib ma’ ikla moderata fix-xaħam irriżultat f’espożizzjoni 10% aktar baxxa meta mqabbla ma’ sawm tul il-lejl. Ikla b’ħafna xaħmijiet u kaloriji rriżultat f’espożizzjoni 19% ogħla meta mqabbla ma’ sawm tul il-lejl. Axitinib jista’ jiġi amministrat mal-ikel jew fuq stonku vojt (ara sezzjoni 4.2).

Is-Cmax u l-AUC medji żdiedu b’mod proporzjonali fuq medda ta’ dożaġġ ta’ axitinib ta’ 5 sa 10 mg. It-twaħħil in vitro ta’ axitinib mal-proteini fil-plażma tal-bniedem hija > 99% bi twaħħil preferenzjali mal-albumina u twaħħil moderat mal-glikoproteina tal-aċidu-α1. Bid-doża ta’ 5 mg darbtejn kuljum wara l-ikel, l-ogħla konċentrazzjoni ġeometrika medja fil-plażma u l-AUC fuq 24 siegħa kienu

27.8 ng/mL u 265 ng.h/mL, rispettivament, f’pazjenti b’RCC avvanzat. It-tneħħija ġeometrika medja orali u l-volum apparenti ta’ distribuzzjoni kienu 38 L/h u 160 L, rispettivament.

Bijotrasformazzjoni u eliminazzjoni

Axitinib huwa metabolizzat primarjament fil-fwied minn CYP3A4/5 u f’livell inqas minn CYP1A2, CYP2C19, u UGT1A1.

Wara amministrazzjoni orali ta’ doża radjuattiva ta’ 5 mg axitinib, 30-60% tar-radjuattività ġiet irkuprata fl-ippurgar u 23% tar-radjuattività ġiet irkuprata fl-awrina. Axitinib mhux mibdul, li kien jammonta għal 12% tad-doża, kien il-komponent ewlieni identifikat fl-ippurgar. Axitinib mhux mibdul ma ġiex identifikat fl-awrina; carboxylic acid u l-metaboliti ta’ sulfoxide ammontaw għall- parti l-kbira tar-radjuattività fl-awrina. Fil-plażma, il-metabolita N-glukuronide kienet tirrappreżenta l- komponent radjuattiv predominanti (50% tar-radjuattività ċirkolanti) u kemm axitinib mhux mibdul kif ukoll il-metabolita ta’ sulfoxide ammontaw għal bejn wieħed u ieħor 20% tar-radjuattività ċirkolanti kull wieħed.

Il-metaboliti ta’ sulfoxide u N-glukuronide juru li għandhom bejn wieħed u ieħor 400 u 8000 darba inqas saħħa in vitro, rispettivament, kontra VEGFR-2 meta mqabbla ma’ axitinib.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani, sess tal-persuna, u razza

L-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni f’pazjenti b’kanċer avvanzat (inkluż RCC avvanzat) u voluntiera b’saħħithom indikaw li m’hemmx effetti klinikament relevanti tal-età, is-sess tal-persuna, il-piż, ir-razza, il-funzjoni renali, il-ġenotip UGT1A1, jew il-ġenotip CYP2C19.

Popolazzjoni pedjatrika

Axitinib ma ġiex studjat f’pazjenti ta’ < 18-il sena.

Indeboliment epatiku

Dejta in vitro u in vivo indikat li axitinib huwa metabolizzat primarjament mill-fwied.

Meta mqabbla ma’ individwi b’funzjoni epatika normali, l-espożizzjoni sistemika wara doża waħda ta’ axitinib kienet simili f’individwi b’indeboliment epatiku ħafif (Child-Pugh klassi A) u ogħla (bejn wieħed u ieħor id-doppju) f’individwi b’indeboliment epatiku moderat (Child-Pugh klassi B). Axitinib ma ġiex studjat f’individwi b’indeboliment epatiku sever (Child-Pugh klassi C) u ma għandux jintuża f’din il-popolazzjoni (ara sezzjoni 4.2 għar-rakkomandazzjonijiet dwar l-aġġustament tad-doża).

Indeboliment renali

Axitinib mhux mibdul ma jinstabx fl-urina.

Axitinib ma ġiex studjat f’individwi b’indeboliment renali. Fi studji kliniċi b’axitinib għat-trattament ta’ pazjenti b’RCC, ġew esklużi l-pazjenti bi kreatinina fis-serum > 1.5 darba ogħla mill-ULN jew tneħħija kkalkolat tal-kreatinina ta’ < 60 mL/min. L-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni uriet li t- tneħħija ta’ axitinib ma nbidlitx f’individwi b’indeboliment renali u ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Effett tossiku minn dożi ripetuti

Sejbiet importanti tal-effett tossiku fil-ġrieden u l-klieb wara dożaġġ ripetut sa 9 xhur kienu s-sistema gastro-intestinali, ematopojetika, riproduttiva, skeletali u dentali, bil-Livelli ta’ Ebda Effett Avvers Osservat (NOAEL) li kienu bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal jew inqas mill-espożizzjoni umana fid-doża klinika tal-bidu rakkomandata (fuq il-bażi tal-livelli ta’ AUC).

Riskju ta’ kanċer

Ma sarux studji tar-riskju ta’ kanċer b’axitinib.

Effett tossiku fuq il-ġeni

Axitinib ma kienx mutaġeniku jew klastoġeniku f’testijiet konvenzjonali tal-effett tossiku fuq il-ġeni in vitro. In vitro, ġiet osservata żieda sinifikanti fil-poliplojdi f’konċentrazzjonijiet > 0.22 µg/mL, u in vivo, ġiet osservata żieda fl-eritroċiti polikromatiċi mikronukleati bil-Livell tal-Ebda Effett Avvers Osservat (NOEL) li kien 69 darba ogħla mill-espożizzjoni umana mistennija. Is-sejbiet tal-effett

tossiku fuq il-ġeni mhumiex meqjusa klinikament relevanti fil-livelli ta’ espożizzjoni osservati fil- bniedem.

Effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva

Is-sejbiet relatati ma’ axitinib fit-testikoli u l-epididimi kienu jinkludu tnaqqis fil-piż tal-organu, atrofija jew deġenerazzjoni, tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli ġerminali, ipospermja jew forom anormali tal-isperma, u tnaqqis fid-densità u fl-għadd tal-isperma. Dawn is-sejbiet ġew osservati fil-ġrieden f’livelli ta’ espożizzjoni bejn wieħed u ieħor 12-il darba l-espożizzjoni umana mistennija u fil-klieb f’livelli ta’ espożizzjoni taħt l-espożizzjoni umana mistennija. Ma kien hemm l-ebda effett fuq it- tgħammir jew il-fertilità fil-ġrieden maskili f’livelli ta’ espożizzjoni bejn wieħed u ieħor 57 darba ogħla mill-espożizzjoni mistennija fil-bniedem. Is-sejbiet fil-ġrieden femminili kienu jinkludu sinjali ta’ maturità sesswali ttardjata, tnaqqis jew assenza ta’ corpora lutea, tnaqqis fil-piżijiet tal-utru u atrofija tal-utru f’espożizzjonijiet bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għall-espożizzjoni mistennija fil- bniedem. Tnaqqis fil-fertilità u l-vijabilità tal-embriju ġew osservati fil-ġrieden femminili fid-dożi kollha ttestjati, f’livelli ta’ espożizzjoni bl-inqas doża bejn wieħed u ieħor 10 darbiet l-espożizzjoni mistennija fil-bniedem.

Il-ġrieden tqal esposti għal axitinib urew inċidenza miżjuda ta’ malformazzjonijiet tal-cleft palate u varjazzjonijiet skeletali, inkluża ossifikazzjoni ttardjata, f’livelli ta’ espożizzjoni inqas mill- espożizzjoni mistennija fil-bniedem. Ma twettqux studji tal-effett tossiku fuq l-iżvilupp fil-perjodu madwar it-twelid u wara t-twelid.

Sejbiet ta’ effett tossiku f’annimali immaturi

Ġiet osservata reversible physeal dysplasia fi ġrieden u klieb mogħtija axitinib għal mill-inqas xahar f’livelli ta’ espożizzjoni bejn wieħed u ieħor sitt darbiet ogħla mill-espożizzjoni umana mistennija. Ġew osservati karje dentali parzjalment riversibbli fi ġrieden ittrattati għal aktar minn xahar f’livelli ta’ espożizzjoni simili għall-espożizzjoni umana mistennija. Effetti tossiċi oħrajn ta’ tħassib potenzjali għal pazjenti pedjatriċi ma ġewx evalwati f’annimali ġovenili.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-qalba tal-pillola:

Microcrystalline cellulose

Lactose monohydrate

Croscarmellose sodium

Magnesium stearate

Il-kisja b’rita tal-pillola:

Hypromellose 2910 (15 mPa·s)

Titanium dioxide (E171)

Lactose monohydrate

Triacetin (E1518)

Iron oxide red (E172)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Inlyta 1 mg pilloli miksijin b’rita

Folja tal-aluminju/aluminju li fiha 14-il pillola miksija b’rita. Kull pakkett fih 28 jew 56 pillola miksija b’rita.

Flixkun tal-HDPE b’dessikant tal-ġel tas-silika u għatu tal-polypropylene li fih 180 pillola miksija b’rita.

Inlyta 3 mg pilloli miksijin b’rita

Folja tal-aluminju/aluminju li fiha 14-il pillola miksija b’rita. Kull pakkett fih 28 jew 56 pillola miksija b’rita.

Flixkun tal-HDPE b’dessikant tal-ġel tas-silika u għatu tal-polypropylene li fih 60 pillola miksija b’rita.

Inlyta 5 mg pilloli miksijin b’rita

Folja tal-aluminju/aluminju li fiha 14-il pillola miksija b’rita. Kull pakkett fih 28 jew 56 pillola miksija b’rita.

Flixkun tal-HDPE b’dessikant tal-ġel tas-silika u għatu tal-polypropylene li fih 60 pillola miksija b’rita.

Inlyta 7 mg pilloli miksijin b’rita

Folja tal-aluminju/aluminju li fiha 14-il pillola miksija b’rita. Kull pakkett fih 28 jew 56 pillola miksija b’rita.

Flixkun tal-HDPE b’dessikant tal-ġel tas-silika u għatu tal-polypropylene li fih 60 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Pfizer Limited

Ramsgate Road

Sandwich, Kent CT13 9NJ

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Inlyta 1 mg pilloli miksijin b’rita

EU/1/12/777/001

EU/1/12/777/002

EU/1/12/777/003

Inlyta 3 mg pilloli miksijin b’rita

EU/1/12/777/007

EU/1/12/777/008

EU/1/12/777/009

Inlyta 5 mg pilloli miksijin b’rita

EU/1/12/777/004

EU/1/12/777/005

EU/1/12/777/006

Inlyta 7 mg pilloli miksijin b’rita

EU/1/12/777/010

EU/1/12/777/011

EU/1/12/777/012

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 3 ta’ Settembru 2012

Data tal-aħħar tiġdid:

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati