Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Inlyta (axitinib) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XE17

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaInlyta
Kodiċi ATCL01XE17
Sustanzaaxitinib
ManifatturPfizer Ltd  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Inlyta 1 mg pilloli miksijin b’rita Inlyta 3 mg pilloli miksijin b’rita Inlyta 5 mg pilloli miksijin b’rita Inlyta 7 mg pilloli miksijin b’rita axitinib

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Inlyta u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Inlyta

3.Kif għandek tieħu Inlyta

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Inlyta

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Inlyta u għalxiex jintuża

Inlyta hija mediċina li fiha s-sustanza attiva axitinib. Axitinib inaqqas il-provvista tad-demm lejn it- tumur u jnaqqas il-veloċità tat-tkabbir tal-kanċer.

Inlyta huwa indikat għat-trattament ta’ kanċer avvanzat tal-kliewi (karċinoma taċ-ċelloli renali avvanzata) fl-adulti, meta mediċina oħra (li tissejjaħ sunitinib jew ċitokina) ma tibqax twaqqaf il- marda milli tavvanza.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif taħdem din il-mediċina jew għalfejn din il-mediċina ġiet preskritta lilek, staqsi lit-tabib tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Inlyta

Tiħux Inlyta:

Jekk inti allerġiku għal axitinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6). Jekk taħseb li tista’ tkun allerġiku, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Inlyta:

Jekk għandek pressjoni għolja tad-demm.

Inlyta jista’ jgħollilek il-pressjoni tad-demm tiegħek. Huwa importanti li tiċċekkja l-pressjoni tad-demm tiegħek qabel tieħu din il-mediċina, u regolarment meta tkun qed teħodha. Jekk għandek pressjoni għolja tad-demm (pressjoni għolja), tista’ tiġi ttrattat b’mediċini li jnaqqsu l-

pressjoni tad-demm. It-tabib tiegħek għandu jiżgura li l-pressjoni tad-demm tiegħek tkun taħt kontroll qabel ma jinbeda t-trattament b’Inlyta, u waqt li tkun qed tiġi ttrattat b’din il-mediċina.

Jekk għandek problemi fil-glandola tat-tirojde.

Inlyta jista’ jikkawża problemi fil-glandola tat-tirojde. Għid lit-tabib tiegħek jekk tegħja aktar faċilment, ġeneralment tħoss aktar bard minn persuni oħrajn, jew jekk il-vuċi tiegħek titqawwa waqt li tieħu din il-mediċina. Il-funzjoni tat-tirojde tiegħek għandha tiġi ċċekkjata qabel ma tieħu Inlyta u b’mod regolari meta tkun qed tieħdu. Jekk il-glandola tat-tirojde tiegħek mhijiex tipproduċi biżżejjed ormon tat-tirojde qabel, jew matul it-trattament b’din il-mediċina, għandek tiġi ttrattat b’sostituzzjoni tal-ormon tat-tirojde.

Jekk kellek problema riċenti b’emboli fil-vini u fl-arterji tiegħek (tipi ta’ vini tad-demm), inklużi puplesija, attakk tal-qalb, emboliżmu jew trombożi.

Sejjaħ għall-għajnuna tal-emerġenza minnufih u ċempel lit-tabib tiegħek jekk ikollok sintomi bħal uġigħ jew pressjoni fis-sider; uġigħ f’dirgħajk, dahrek, għonqok jew fix-xedaq tiegħek; nuqqas ta’ nifs; torqodlok jew tħoss dgħufija fuq naħa waħda ta’ ġismek; diffikultajiet biex titkellem; uġigħ ta’ ras; bidliet fil-vista; jew sturdament matul it-trattament b’din il-mediċina.

Jekk tbati minn problemi ta’ fsad.

Inlyta jista’ jżidlek il-probabilità ta’ fsad. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek xi fsad, tisgħol bid-demm jew tobżoq bid-demm matul it-trattament b’din il-mediċina.

Jekk matul it-trattament b’din il-mediċina jaqbdek uġigħ sever fl-istonku (fl-addome) jew uġigħ fl-istonku li ma jiqafx.

Inlyta jista’ jżid ir-riskju ta’ żvilupp ta’ toqba fl-istonku jew fl-intestini jew ta’ formazzjoni ta’ fistula (passaġġ anormali qisu tubu minn kavità tal-ġisem għal oħra jew il-ġilda).

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ sever fl-addome matul it-trattament b’din il-mediċina.

Jekk ser tagħmel operazzjoni jew jekk għandek ferita li ma fiqitx.

It-tabib tiegħek għandu jwaqqaf Inlyta tal-inqas 24 siegħa qabel l-operazzjoni tiegħek billi dan jista’ jaffettwa l-fejqan tal-ferita. It-trattament tiegħek b’din il-mediċina għandu jkompli meta l- ferita tkun fieqet b’mod adegwat.

Jekk matul it-trattament b’din il-mediċina, ikollok sintomi bħal uġigħ ta’ ras, konfużjoni, aċċessjonijiet, jew bidliet fil-vista bi pressjoni għolja tad-demm jew mingħajrha.

Sejjaħ għall-għajnuna ta’ emerġenza minnufih u ċempel lit-tabib tiegħek. Dan jista’ jkun effett sekondarju newroloġiku rari msejjaħ is-sindrome ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli.

Jekk għandek problemi fil-fwied.

It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad-demm sabiex jiċċekka l-funzjoni tal-fwied tiegħek qabel u matul it-trattament b’Inlyta.

Jekk matul it-trattament b’din il-mediċina jkollok sintomi bħal għeja eċċessiva, nefħa fl- addome, fir-riġlejn jew fl-għekiesi, qtugħ ta’ nifs, jew vini mqabbża ’l barra fl-għonq.

Inlyta jista’ jżid ir-riskju ta’ żvilupp ta’ avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb. It-tabib tiegħek għandu jissorveljak perjodikament għal sinjali jew sintomi ta’ avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal- qalb matul it-trattament b’axitinib.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Inlyta mhuwiex rakkomandat għal persuni taħt it-18-il sena. Din il-mediċina ma ġietx studjata fit-tfal u l-adolexxenti.

Mediċini oħra u Inlyta

Ċerti mediċini jistgħu jaffettwaw lil Inlyta, jew jiġu affettwati minnu. Jekk jogħġbok għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, inklużi mediċini oħra mingħajr riċetta, vitamini u mediċini tal-ħxejjex. Il-mediċini elenkati f’dan il-fuljett jistgħu ma jkunux l-uniċi li jistgħu jinteraġixxu ma’ Inlyta.

Il-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji b’Inlyta:

ketoconazole jew itraconazole, użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet fungali;

clarithromycin, erythromycin jew telithromycin, antibijotiċi użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet batterjali;

atazanavir, indinavir, nelfinavir, ritonavir jew saquinavir, użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet tal-HIV/AIDS;

nefazodone, użat għat-trattament tad-depressjoni.

Il-mediċini li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effettività ta’ Inlyta:

rifampicin, rifabutin jew rifapentin, użati għat-trattament tat-tuberkulożi (TB);

dexamethasone, mediċina sterojde mogħtija bir-riċetta għal bosta kondizzjonijiet differenti, inkluż mard serju;

phenytoin, carbamazepine jew phenobarbital, antiepilettiċi użati sabiex iwaqqfu l-aċċessjonijiet jew fits

St. John’s worth (Hypericum perforatum), prodott magħmul mill-ħxejjex użat għat-trattament tad-dipressjoni.

M’għandekx tieħu dawn il-mediċini matul it-trattament tiegħek b’Inlyta. Jekk qed tieħu xi waħda minnhom, għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jibdel id-doża ta’ dawn il-mediċini, jibdel id-doża ta’ Inlyta, jew jagħtik mediċina differenti.

Inlyta jista’ jżid l-effetti sekondarji assoċjati ma’ theophylline, użata għat-trattament tal-ażma jew mard ieħor tal-pulmun.

Inlyta ma’ ikel u xorb

Tiħux din il-mediċina mal-grejprut jew mal-meraq tal-grejpfrut, peress li jistgħu jżidu l-probabilità ta’ effetti sekondarji.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Inlyta jista’ jagħmel ħsara lil tarbija fil-ġuf jew lil tarbija li qed terda’.

Tiħux din il-mediċina matul it-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma teħodha jekk inti tqila jew tista’ tinqabad tqila.

Uża metodu ta’ kontraċezzjoni affidabbli waqt li tieħu Inlyta u sa ġimgħa wara l-aħħar doża ta’ din il-mediċina, sabiex tevita t-tqala.

Treddax matul it-trattament b’Inlyta. Jekk qed tredda’, it-tabib tiegħek għandu jiddiskuti miegħek jekk twaqqafx it-treddigħ jew inkella t-trattament b’Inlyta.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tħoss sturdament u/jew tħoss għeja matul it-trattament b’Inlyta, oqgħod partikolarment attent meta ssuq jew tħaddem magni.

Inlyta fih il-lactose (zokkor tal-ħalib)

Jekk it-tabib qallek li ma tittollerax ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il- mediċina.

3.Kif għandek tieħu Inlyta

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermer tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija ta’ 5 mg darbtejn kuljum. Imbagħad, it-tabib tiegħek jista’ jżid jew inaqqas id-doża tiegħek skont kif tittollera t-trattament b’Inlyta.

Ibla’ l-pilloli sħaħ mal-ilma, mal-ikel jew fuq stonku vojt. Ħu d-dożi ta’ Inlyta bejn wieħed u ieħor 12- il siegħa ’l bogħod minn xulxin.

Jekk tieħu Inlyta aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu aktar pilloli jew doża ogħla milli suppost, ikkuntattja lil tabib għal parir minnufih. Jekk ikun possibbli, uri lit-tabib il-pakkett, jew dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Inlyta

Ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għall-pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tirremetti filwaqt li qed tieħu Inlyta

Jekk tirremetti, m'għandhix tittieħed doża oħra. Id-doża preskritta li jmiss għandha tittieħed fil-ħin tas- soltu.

Jekk tieqaf tieħu Inlyta

Jekk ma tistax tieħu din il-mediċina kif qallek it-tabib jew tħoss li m’għandekx bżonnha aktar, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ċerti effetti sekondarji jistgħu jkunu serji. Trid tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnuih jekk tesperjenza xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin (ara wkoll sezzjoni 2 “X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Inlyta”):

Avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb. Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok għeja eċċessiva, nefħa fl-addome, fir-riġlejn jew fl-għekiesi, qtugħ ta’ nifs, jew vini mqabbża ’l barra fl-għonq.

Emboli fil-vini u l-arterji tiegħek (tipi ta’ vini tad-demm), inklużi puplesija, attakk tal- qalb, emboliżmu jew trombożi. Sejjaħ għall-għajnuna ta’ emerġenza minnufih u ċempel lit-

tabib tiegħek jekk ikollok sintomi bħal uġigħ jew pressjoni f’sidrek; uġigħ f’dirgħajk, dahrek, għonqok jew fix-xedaq tiegħek; nuqqas ta’ nifs; torqodlok jew tħoss dgħufija f’naħa waħda ta’ ġismek; diffikultajiet biex titkellem; uġigħ ta’ ras; bidliet fil-vista; jew sturdament.

Fsad.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi jew problema serja ta’ fsad matul it-trattament b’Inlyta: ippurgar iswed qisu qatran, sogħla bid- demm jew tobżoq bid-demm, jew bidla fil-qagħda mentali tiegħek.

Toqba fl-istonku jew fl-intestini jew formazzjoni ta’ fistula (passaġġ anormali qisu tubu minn kavità tal-ġisem għal oħra jew il-ġilda). Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ sever fl-addome.

Żieda severa fil-pressjoni tad-demm (kriżi ipertensiva). Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek pressjoni għolja ħafna tad-demm, uġigħ ta’ ras sever, jew uġigħ sever f’sidrek.

Nefħa riversibbli tal-moħħ (sindrome ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli). Sejjaħ għall-għajnuna ta’ emerġenza minnufih u ċempel lit-tabib tiegħek jekk ikollok sintomi bħal uġigħ ta’ ras, konfużjoni, aċċessjonijiet, jew bidliet fil-vista bi pressjoni għolja tad-demm jew mingħajrha.

Effetti sekondarji oħra b’Inlyta jistgħu jinkludu:

Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni

Pressjoni għolja tad-demm, jew żidiet fil-pressjoni tad-demm

Dijarea, tħossok jew tkun marid (nawsja jew rimettar), uġigħ fl-istonku, indiġestjoni, uġigħ fil- ħalq, l-ilsien jew fil-griżmejn, stitikezza

Qtugħ ta’ nifs, sogħla, ħanqa

Nuqqas ta’ enerġija, sensazzjoni ta’ dgħufija jew għeja

Glandola tat-tirojde mhux attiva bħas-soltu (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

Ħmura u nefħa tal-pali tal-idejn jew tal-qiegħ tas-saqajn (sindrome ta’ id-sieq), raxx fuq il- ġilda, nixfa tal-ġilda

Uġigħ fil-ġogi, uġigħ fl-idejn u fis-saqajn

Telf tal-aptit

Proteina fl-awrina (dan jista’ jidher fit-testijiet tal-awrina tiegħek)

Telf tal-piż

Uġigħ ta’ ras, disturb tat-togħma jew telf tat-togħma

Komuni jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni

Deidratazzjoni (telf ta’ fluwidi tal-ġisem)

Insuffiċjenza tal-kliewi

Gass, murliti, fsad mill-ħanek, fsad mir-rektum, sensazzjoni ta’ ħruq jew tingiż fil-ħalq

Glandola tat-tirojde iperattiva (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

Uġigħ fil-griżmejn jew irritazzjoni fl-imnieħer jew fil-griżmejn

Uġigħ fil-muskoli

Fsada mill-imnieħer

Ħakk tal-ġilda, ħmura tal-ġilda, telf ta’ xagħar

Żanżin/ħsejjes fil-widnejn (tinnitus)

Tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli ħomor tad-demm (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

Tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits tad-demm (ċelloli li jgħinu d-demm jagħqad) (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

Preżenza ta’ ċelloli ħomor tad-demm fl-urina (dan jista’ jidher fit-testijiet tal-awrina tiegħek)

Bidliet fil-livelli ta’ sustanzi kimiċi/enzimi differenti fid-demm (dawn jistgħu jidhru fit-testijiet tad-demm tiegħek)

Żieda fin-numru taċ-ċelluli ħomor tad-demm (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

Nefħa fl-addome, fir-riġlejn jew fl-għekiesi, vini mqabbża ’l barra fl-għonq, għeja eċċessiva, qtugħ ta’ nifs (sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb)

Fistula (passaġġ anormali qisu tubu minn kavità tal-ġisem għal oħra jew il-ġilda)

Sturdament

Mhux komuni jisgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna

Tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod tad-demm (dan jista’ jidher fit-testijiet tad-demm tiegħek)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Inlyta

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja tal-fojl jew fuq il-flixkun wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina ma teħtieġx kondizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.

Tuża l-ebda pakkett li jkun difettuż jew li juri sinjali ta’ tbagħbis.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Inlyta

Is-sustanza attiva hi axitinib. Il-pilloli miksija b’rita Inlyta jiġu f’qawwiet differenti. Inlyta 1 mg: kull pillola fiha 1 mg axitinib

Inlyta 3 mg: kull pillola fiha 3 mg axitinib Inlyta 5 mg: kull pillola fiha 5 mg axitinib Inlyta 7 mg: kull pillola fiha 7 mg axitinib

Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, lactose monohydrate, croscarmellose sodium, magnesium stearate, hypromellose, 2910 (15 mPa·s), titanium dioxide (E171), triacetin (E1518), iron oxide red (E172). (ara sezzjoni 2 Inlyta fih il-lactose (zokkor tal-ħalib)).

Kif jidher Inlyta u l-kontenut tal-pakkett

Inlyta 1 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, ovali u fuqhom hemm imnaqqax “Pfizer” fuq naħa u “1 XNB” fuq in-naħa l-oħra. Inlyta 1 mg jiġi fi fliexken ta’ 180 pillola u pakketti b’folji ta’ 14- il pillola. Kull pakkett b’folji fih 28 pillola jew 56 pillola.

Inlyta 3 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, tondi u fuqhom hemm imnaqqax “Pfizer” fuq naħa u “3 XNB” fuq in-naħa l-oħra. Inlyta 3 mg jiġi fi fliexken ta’ 60 pillola u pakketti b’folji ta’ 14- il pillola. Kull pakkett b’folji fih 28 pillola jew 56 pillola.

Inlyta 5 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, triangolari u fuqhom hemm imnaqqax “Pfizer” fuq naħa u “5 XNB” fuq in-naħa l-oħra. Inlyta 5 mg jiġi fi fliexken ta’ 60 pillola u pakketti b’folji ta’ 14- il pillola. Kull pakkett b’folji fih 28 pillola jew 56 pillola.

Inlyta 7 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, b’forma ta’ djamant u fuqhom hemm imnaqqax “Pfizer” fuq naħa u “7 XNB” fuq in-naħa l-oħra. Inlyta 7 mg jiġi fi fliexken ta’ 60 pillola u pakketti b’folji ta’ 14- il pillola. Kull pakkett b’folji fih 28 pillola jew 56 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pfizer Limited

Ramsgate Road

Sandwich, Kent CT13 9NJ

Ir-Renju Unit

Manifattur

Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH

Betriebsstätte Freiburg

Mooswaldallee 1

79090 Freiburg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/ België /Belgien

Lietuva

Pfizer S.A. / N.V.

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tel. + 370 52 51 4000

България

Luxembourg/Luxemburg

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Pfizer S.A.

Тел.: +359 2 970 4333

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Česká republika

Magyarország

Pfizer PFE, spol. s r.o.

Pfizer Kft.

Tel: +420 283 004 111

Tel.: +36-1-488-37-00

Danmark

Malta

Pfizer ApS

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tlf: +45 44 20 11 00

Tel. +356 21220174

Deutschland

Nederland

Pfizer Pharma GmbH

Pfizer BV

Tel: +49 (0)30 550055 51000

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Eesti

Norge

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer Norge AS

Tel.: +372 666 7500

Tlf: +47 67 52 61 00

Ελλάδα

Österreich

Pfizer Ελλάς A.E.

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Τ λ: +30 210 6785 800

España

Polska

Pfizer S.L.

Pfizer Polska Sp.z.o.o

Tél: +34 91 490 99 00

Tel.:+48 22 335 61 00

France

Portugal

Pfizer

Pfizer Biofarmacêutica, Sociedade Unipessoal Lda

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Tel: +351 21 423 5500

Hrvatska

România

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Romania S.R.L.

Tel: + 385 1 3908 777

Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Ireland

Slovenija

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL

Tel: 1800 633 363 (toll free)

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

+44 (0)1304 616161

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

 

Tel.: + 386 (0)1 52 11 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Sími: +354 540 8000

Tel.: + 421 2 3355 5500

Italia

Suomi/Finland

Pfizer S.r.l.

Pfizer Oy

Tel: +39 06 33 18 21

Puh./Tel: +358 (0)9 43 00 40

Kύπρος

Sverige

Pfizer Ελλάς Α.Ε. (Cyprus Branch)

Pfizer Innovations AB

Τηλ: +357 22 817690

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Latvija

United Kingdom

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Pfizer Limited

Tel.: + 371 670 35 775

Tel: +44 (0) 1304 616161

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati