Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Instanyl (fentanyl citrate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N02AB03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaInstanyl
Kodiċi ATCN02AB03
Sustanzafentanyl citrate
ManifatturTakeda Pharma A/S

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Instanyl 50 mikrogrammi/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

Instanyl 100 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

Instanyl 200 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Instanyl 50 mikrogrammi/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

Kull ml ta’ soluzzjoni fih fentanyl citrate ekwivalenti għal 500 mikrogramma fentanyl. Doża waħda (100 mikrolitru) fiha 50 mikrogramma fentanyl.

Instanyl 100 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

Kull ml ta’ soluzzjoni fih fentanyl citrate ekwivalenti għal 1,000 mikrogramma fentanyl. Doża waħda (100 mikrolitru) fiha 100 mikrogramma fentanyl.

Instanyl 200 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

Kull ml ta’ soluzzjoni fih fentanyl citrate ekwivalenti għal 2,000 mikrogramma fentanyl. Doża waħda (100 mikrolitru) fiha 200 mikrogramma fentanyl.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Sprej għall-imnieħer, soluzzjoni (sprej għall-imnieħer).

Soluzzjoni ċara, mingħajr kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Instanyl hu indikat għall-ġestjoni ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa f’adulti li jkunu diġà qed jirċievu terapija ta’ manteniment bl-opijojdi għal uġigħ kroniku mill-kanċer. L-uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa huwa tħarrix għaddien tal-uġigħ li jseħħ fi sfond ta’ uġigħ persistenti li ġeneralment huwa kontrollat. Pazjenti li jirċievu terapija ta’ manteniment b’opijojdi huma dwak li qed jieħdu tal-anqas 60 mg ta’ morfina orali kuljum, tal-anqas 25 mikrogramma ta’ fentanyl ġol-ġilda kull siegħa, tal-anqas 30 mg oxycodone kuljum, tal-anqas 8 mg ta’ hydromorphone orali kuljum jew doża ekwianalġeżika ta’ opijojdi oħra għal ġimgħa jew aktar.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament għandu jinbeda minn u għandu jibqa’ taħt is-sorveljanza ta’ tabib b’esperjenza fil-ġestjoni ta’ terapija b’opijojdi f’pazjenti b’kanċer. It-tobba għandhom iżommu f’moħħhom il potenzjal tal-abbuż b’fentanyl.

Pożoloġija

Il-pazjenti għandhom jiġu tittrati indiviwalment għad-doża li tagħtihom analġesja xierqa b’reazzjonijiet avversi ttollerati għal mediċina li jkunu qed jieħdu. Il-pazjenti għandhom jiġu monitorati b’attenzjoni waqt il-proċess ta’ tittrazzjoni.

Tittrazzjoni għal doża ogħla tkun teħtieġ kuntatt mal-professjonist fil-qasam ta’ kura tas-saħħa.

Id-doża ta’ Instanyl għal trattament ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa huwa indipendenti mid-doża ta’ manteniment ta’ kuljum ta’ opijojdi fl-istudji kliniċi (ara sezzjoni 5.1).

Doża massima ta’ kuljum: Trattament għal sa erba’ episodji ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa, kull wieħed minnhom b’mhux aktar minn żewġ dożi separati minn xulxin b’ tal-anqas 10 minuti.

Il-pazjenti għandhom jistennew 4 sigħat qabel ma jerġgħu jittrattaw episodju ieħor ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa b’Instanyl kemm għal tittrazzjoni u għal terapija ta’ manteniment. F’okkażjonijiet eċċezzjonali fejn episodju ġdid iseħħ fi żmien bikri, il-pazjenti jistgħu jużaw Instanyl biex jittrattawh imma għandhom jistennew mill-inqas sagħtejn qabel ma jagħmlu hekk. Għandu jiġi kkunsidrat aġġustament tad-doża tat-terapija bl-opijojdi fl-isfond wara analiżi mill-ġdid tal-uġigħ jekk il-pazjent ikollu episodji ta’ uġigħ qawwija li jiġu f’daqqa, ta’ spiss u li jkunu f’inqas minn 4 sigħat bejn episodju u ieħor jew aktar minn erba’ episodji ta’ uġigħ qawwija li jiġu f’daqqa f’kull 24 siegħa.

Tittrazzjoni tad-doża

Qabel mal-pazjenti jkunu tittrati b’Instanyl, huwa mistenni li l-uġigħ persistenti fl-isfond ikun ikkontrollat b’terapija ta’ opijojdi kronika u li m’humiex qed iħossu aktar minn erba’ episodji ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa kuljum.

Metodu ta’ tittrazzjoni

Il-qawwa inizjali għandha tkun ta’ ta’ doża waħda ta’ 50 mikrogramma f’kull minfes, li tiġi ttittrata ’l fuq kif meħtieġ permezz tal-firxa ta’ qawwiet disponibbli (50, 100, u 200 mikrogramma). Jekk analġesja xierqa ma tinkisibx tista’ tingħata doża bl-istess qawwa mhux aktar kmieni minn 10 minuti wara. Kull stadju ta’ tittrazzjoni (qawwa dożata) għandu jiġi valutat f’diversi episodji.

Ibda b’50 mikrogramma

- Uża doża waħda ta’ Instanyl - Stenna 10 minuti

Uġigħ mtaffi b’mod xieraq b’doża waħda ta’ Instanyl

Iva

Doża miksuba

Le

Erġa’ agħti doża oħra bl-istess qawwa. Ikkonsidra li tagħti gradina ta’ qawwa ogħla għall-episodju li jmiss

Terapija ta’ manteniment

Ġaladarba d-doża tkun stabbilita skont l-istadji deskritti hawn fuq, il-pazjent għandu jinżamm fuq din il-qawwa ta’ Instanyl. Jekk il-pazjent m’għandux biżżejjed serħan mill-uġigħ, tista’ tingħata doża oħra bl-istess qawwa mhux aktar kmieni minn 10 minuti wara dik li ngħatat qabel.

Aġġustament tad-doża

Ġeneralment, il-qawwa tad-doża ta’ manteniment ta’ Instanyl għandha tiżdid meta l-pazjent ikun jeħtieġ aktar minn doża waħda għal episodju ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa għal diversi episodji konsekuttivi.

Għandu jiġi kkunsidrat aġġustament fid-doża għat-terapija ta’ opijojdi li tingħata fl-isfond wara analiżi mill-ġdid tal-uġigħ jekk il-pazjent ta’ spiss ikollu episodji ta’ uġigħ qawwija li jiġu f’daqqa u li jkunu f’ inqas minn erba’ sigħat bejn episodju u ieħor; jew aktar minn erba’ episodji ta’ uġigħ li jiġu f’daqqa kull 24 siegħa.

Jekk reazzjonijiet avversi ikunu intollerabbli jew persistenti, il-qawwa għandha titnaqqas jew it-trattament b’Instanyl għandu jiġi sostitwit b’analġesiċi.

Waqfien tat-terapija

Instanyl għandu jitwaqqaf minnufih jekk il-pazjent ma jkollux aktar episodji ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa. It-trattament għal uġigħ fl-isfond persistenti għandu jitħalla kif preskritt.

Jekk ikun meħtieġ li jkun hemm waqfien tat-terapija bl-opijojdi kollha, il-pazjent għandu jiġi segwit b’attenzjoni minn tabib peress li hu meħtieġ li jkun hemm tittrazzjoni gradwali ’l isfel sabiex jiġu evitati effetti ta’ rtirar minħabba waqfien f’daqqa.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Tagħrif limitat fuq il-farmakokinetiċi, l-effikaċja u s-sigurtà huma disponibbli għall-użu f’Instanyl f’pazjenti li għandhom >65 sena t’età. Pazjenti anzjani jista’ jkun li jkollhom tneħħija mnaqqsa, half-life mtawwla u sensittività ogħla għal fentanyl milli pazjenti iżgħar. Għalhekk, kawtela għandha dejjem tittieħed fit-trattament ta’ pazjenti anzjani, kakektiċi jew indeboliti.

Fi provi kliniċi pazjenti anzjani għandhom tendenza li d-doża effettiva f’tittrazzjoni hija inqas minn dik ta’ pazjenti li għadhom m’għalqux 65 sena. Attenzjoni partikolari għandha tingħata meta Instanyl jiġi ttittrat f’pazjenti anzjani.

Indeboliment tal-fwied

Instanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti li għandhom indeboliment fil-fwied li hu bejn moderat għal sever (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment fil-kliewi

Instanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti b’indeboliment fil-kliewi li hu minn moderat sa sever (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u effikaċja ta’ Instanyl fit-tfal li għadhom m’għalqux 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Mod ta’ kif u mnejn jingħata

Instanyl huwa maħsub biex jingħata mill-imnieħer.

Huwa rakkomandat li l-pazjent jkun bilqiegħda jew f’pożizzjoni wieqfa meta jingħata Instanyl. Huwa meħtieġ li tnaddaf ir-ras taż-żennuna tal-isprej wara kull darba li jintuża.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tagћti l-prodott mediċinali

Qabel ma tuża Instanyl għall-ewwel darba, l-isprej nażali jrid jiġi pprajmjat sakemm jidher ċpar fin; normalment minn 3 sa 4 attivazzjonijiet tal-isprej nażali jkunu meħtieġa

Jekk il-prodott ma jkunx intuża għall-perjodu ta’ aktar minn sebat ijiem, l-isprej nażali jrid jiġi pprajmjat mill-ġdid, billi tagħmel attivazzjoni darba qabel tittieħed id-doża li jmiss.

Matul il-proċess ta’ pprajmjar, il-prodott se jintefa’ ’il barra. Għalhekk, il-pazjent irid jingħata struzzjonijiet li l-ipprajmjar għandu jitwettaq f’żona vventilata tajjeb, u li t-tagħmir ma jkunx ippuntat fid-direzzjoni ta’ wċuħ u oġġetti li jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ persuni oħrajn, partikularment tfal.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Pazjenti mingħajr terapija ta’ manteniment b’opioid minħabba li hemm riskju miżjud ta’ depressjoni respiratorja.

Kura ta’ uġigħ akut minbarra uġigħ li jinħass.

Depressjoni respiratorja severa jew kundizzjonijiet ta’ pulmun impedut b’mod sever. Radjoterapija fuq il-wiċċ li saret qabel.

Episodji rikorrenti ta’ epistassi (ara sezzjoni 4.4).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Depressjoni respiratorja

Depressjoni respiratorja klinikament sinifikanti tista’ sseħħ b’fentanyl, u l-pazjenti għandhom jiġu osservati għal dawn l-effetti. Pazjenti b’uġigħ li jirċievu terapija ta’ opijojdi kronika jiżviluppaw tolleranza għal depressjoni respiratorja u minħabba f’hekk ir-riskju għal depressjoni respiratorja f’dawn il-pazjenti hu mnaqqas. L-użu fl-istess ħin ta’ kalmanti li jaġixxu fuq is-sistema nervuża ċentrali jistgħu jgħollu r-riskju ta’ depressjoni respiratorja (ara sezzjoni 4.5).

Mard tal-pulmun kroniku

F’pazjenti b’mard tal-pulmun impedut kroniku, fentanyl jista’ jkollu aktar reazzjonijiet avversi severi. F’dawn il-pazjenti, l-opijojdi jistgħu jnaqqsu l-prestazzjoni respiratorja u jżidu r-reżistenza tal-passaġġi tal-arja.

Funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied indebolita

Fentanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti b’indeboliment tal-fwied jew tal-kliewi. L-influwenza ta’ indeboliment tal-fwied u tal-kliewi fuq il-farmakokinetiċi ta’ Instanyl ma ġewx evalwati; madankollu, meta jingħata ġol-vina it-tneħħija ta’ fentanyl intweriet li nbidlet minħabba l-indeboliment tal-fwied jew tal-kliewi minħabba alterazzjonijiet fit-tneħħija metabolika u l-proteini fil-plażma.

Pressjoni intrakranjali ogħla

Fentanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti li juru evidenza ta’ żieda fil-pressjoni intrakranjali, koxjenza indebolita jew koma.

Instanyl għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’tumur ċerebrali jew b’ġerħa fir-ras.

Mard tal-qalb

Fentanyl jista’ jipproduċi bradikardija. Fentanyl għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jkollhom bradiarritmija preċedenti jew diġà eżistenti. L-opijojdi jistgħu jikkawżaw pressjoni baxxa, speċjalment f’pazjenti b’ipovolemja. Għalhekk, Instanyl għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti bi pressjoni baxxa u/jew ipovolemja.

Sindrome tas-Serotonin

Hija rakkomandata kawtela meta Instanyl jingħata fl-istess ħin ma’ mediċini li jaffettwaw is-sistemi tan-newrotrasmettituri serotoninerġiċi.

L-iżvilupp ta’ sindrome tas-serotonin li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja jista’ jseħħ bl-użu konkomitanti ta’ mediċini serotonerġiċi bħall-Inibituri Selettivi tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin (SSRIs) u l-Inibituri tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin Norepinephrine (SNRIs), u ma’ mediċini li jdgħajfu l-metaboliżmu tas-serotonin (inklużi l-Inibituri tal-Monoamine Oxidase [MAOIs]). Dan jista’ jseħħ fi ħdan id-doża rakkomandata.

Is-sindrome tas-serotonin jista’ jinkludi bidliet fl-istat mentali (eż. aġitazzjoni, alluċinazzjonijiet, koma), instabilità awtonomika (eż. takikardija, pressjoni tad-demm instabbli, ipertermija),

abnormalitajiet newromuskolari (eż. iperrifleksija, nuqqas ta’ koordinazzjoni, riġidità), u/jew sintomi gastrointestinali (eż. dardir, rimettar, dijarea).

Jekk ikun issuspettat is-sindrome tas-serotonin, il-kura b’Instanyl għandha titwaqqaf.

Kundizzjonijiet tal-imnieħer

Jekk il-pazjent jesperjenza episodji rikorrenti ta’ epistassi jew fastidju nażali waqt it-teħid t’Instanyl, għandu jiġi kkonsidrat li t-trattament għal uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa għandu jingħata f’għamla oħra.

Riħ komuni

Il-firxa globali għall-esponiment ta’ fentanyl f’individwi b’riħ komuni mingħajr ma ngħataw trattament minn qabel b’vażokonstrittur tal-imnieħer hu komparabbli ma’ individwi b’saħħithom. Għal użu fl-istess ħin ta’ vażokonstrittur tal-imnieħer ara sezzjoni 4.5.

Potenzjal t’abbuż u dipendenza

It-tolleranza u dipendenza fiżika u/jew psikoloġika jistgħu jiżviluppaw bl-għoti ripetut ta’ opijojdi bħal fentanyl. Madankollu, dipendenza ijatroġenika wara l-użu terapewtiku ta’ opijodi hija rari fit-trattament ta’ uġigħ relat mal-kanċer.

Sintomi ta’ tiżmin

Sintomi ta’ tiżmin jistgħu jiġu preċipitati bl-għoti ta’ sustanzi b’attività antagonista għal opijojdi, eż. naloxone, jew taħlita analġeżika b’agonista/antagonista (eż. pentazocine, butorphanol, buprenorphine, nalbuphine).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-għoti fl-istess ħin ta’ fentanyl ma’ sustanza serotoninerġika, bħal Inibitur Selettiv tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin (SSRI) jew Inibitur tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin Norepinephrine (SNRI) jew Inibitur tal-Monoamine Oxidase (MAOI), jista’ jżid ir-riskju tas-sindrome tas-serotonin, li hija kundizzjoni li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja.

Instanyl mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti li rċevew Inibituri ta’ Monoamine Oxidase (MAOIs) fi żmien 14-il ġurnata, minħabba li b’analġeżiċi opioid kien irrapportat żjieda severa fil-qawwa, li ma tistax titbassar minn inibituri ta’ MAO.

Fentanyl huwa prinipalment metabolizzat permezz tas-sistema ta’ isoenżimi ta’ ċitokromi umani P450 3A4 (CYP3A4), għalhekk interazzjonijiet potenzjali jistgħu jseħħu meta Instanyl jingħata flimkien ma’ prodotti mediċinali li jaffettwaw l-attività ta’ CYP3A4. L-għoti flimkien ma’ prodotti mediċinali li jinduċu l-attività ta’ 3A4 jista’ jnaqqas l-effikaċja ta’ Instanyl. L-użu fl-istess ħin ta’ Instanyl ma’ impedituri qawwija CYP3A4 (eż. ritonavir, ketoconazole, itraconazole, troleandomycin, clarithromycin, u nelfinavir) jew impedituri moderati (eż., amprenavir, aprepitant, diltiazem, erythromycin, fluconazole, fosamprenavir, u verapamil) jistgħu jirriżultaw f’żieda fil-konċentrazzjonijiet ta’ fentanyl fil-plażma, li jista’ jwassal għal reazzjonijiet avversi għal mediċina li jinkludi wkoll depressjoni respiratorja li tista’ twassal għal mewt.

Pazjenti li jirċievu Instanyl fl-istess ħin ma’ impedituri moderati jew qawwija ta’ CYP3A4 għandhom ikunu monitorati b’attenzjoni għal perijodu twil ta’ żmien. Żieda fid-doża għandha ssir b’kawtela.

Fi studju ta’ interazzjoni farmakokinetika, instab li l-konċentrazzjoni massima ta’ fentanyl li jittieħed mill-imnieħer ġol plażma tnaqqset b’50% bl-użu fl-istess ħin ta’ oxymetazoline, filwaqt li l-ħin sabiex jintlaħaq Cmax (Tmax) kien irdoppjat. Dan jista’ jnaqqas l-effikaċja ta’ Instanyl. Huwa rakkomandat li l-użu fl-istess ħin ma’ dekonġestanti tal-imnieħer jiġi evitat (ara sezzjoni 5.2).

L-użu fl-istess ħin ta’ sedattivi oħra li jaġixxu fuq is-sistema nervuża ċentrali, li jinkludu opijojdi oħra, sedattivi jew ipnotiċi, anestetiċi ġenerali, phenothiazines, kalmanti, rilassaturi tal-muskoli skeletriċi, antiħistamini sedattivi u alkoħol jistgħu jikkaġunaw effetti depressanti addittivi.

L-użu fl-istess ħin ta’ agonisti/antagonisti ta’ opiojdi parzjali (eż. buprenorphine, nalbuphine, pentazocine) mhux rakkomandat. Huma għandhom affinità għolja għal riċettaturi tal-opijojdi b’attività intrinsika relattivament baxxa u għalhekk parzjalment jantagonizzaw l-effett anaġeżiku ta’ fentanyl, u jistgħu jinduċu sintomi ta’ nuqqas ta’ teħid tal-prodott f’pazjenti dipendenti fuq opijojdi.

L-użu fl-istess ħin ta’ Instanyl ma’ prodotti mediċinali oħrajn (għajr oxymetazoline) mogħtijin mill-imnieħer ma ġiex evalwat fil-provi kliniċi. Huwa rrakkomandat li jiġu kkunsidrati modi alternattivi ta' għoti għal trattament fl-istess ħin ta' mard konkurrenti li jista’ jiġi ttrattat billi jingħata mill-imnieħer.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ fentanyl waqt it-tqala. Studji fuq bhejjem urew ħsara fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies. Instanyl m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx bżonn ċar.

Wara trattament fuq perijodu ta’ żmien twil, fentanyl jista’ jikkawża effetti ta’ rtirar fit-tarbija li għadha titwieled.

Huwa rakkomandat sabiex fentanyl ma jintużax waqt il-ħlas u t-twelid (li tinkludi biċ-ċesarja) peress li fentanyl jgħaddi minn ġol-plaċenta u jista’ jikkawża depressjoni respiratorja fil-fetu. Jekk jingħata Instanyl, antidot għat-tarbija għandu jkun faċilment disponibbli.

Treddigħ

Fentanyl jgħaddi għal ġol-ħalib tas-sider u jista’ jikkawża sedazzjoni u depressjoni respiratorja fit-tarbija li qed tiġi mredda’. Fentanyl m’għandux jintuża minn nisa li qed ireddgħu u t-treddigħ m’għandux jerġa jinbeda qabel ta’ l-inqas 5 ijiem wara l-aħħar għoti ta’ fentanyl.

Fertilità

M’hemmx tagħrif disponibbli dwar kif jaffettwa l-fertilità fil-bniedem. Fi studji fuq l-annimali, il-fertilità tar-raġel u tal-mara kienet indebolita f’dożi sedattivi (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, analġeżiċi ta’ opijojdi huma magħrufin li jimpedixxu l-abbilità mentali u/jew fiżika meħtieġa biex issuq jew tħaddem inġenji. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jsuqux jew iħaddmu magni jekk jaqbadhom in-ngħas, ikollhom sturdamenti, disturbi viżivi jew effetti avversi oħra li jistgħu jimpedixxu l-ħila għas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi tipiċi għal opijojdi huma mistennija b’Instanyl. B’mod frekwenti, ħafna minn dawn ma jibqgħux jew jonqsu mill-intensità bl-użu kontinwu tal-prodott mediċinali. L-aktar reazzjonijiet avversi serji huma depressjoni respiratorja (li jista’ jwassal għal apnea jew arrest respiratorju), depressjoni ċirkolatorja, pressjoni baxxa u xokk u kull pazjent għandu jiġi monitorat mill-qrib għal dawn.

Il-provi kliniċi ta’ Instanyl kienu ppjanati biex jevalwaw is-sigurtà u l-effikaċja sabiex jiġi trattat l-uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa. Il-pazjenti kollha kienu qed jieħdu opijojdi fl-istess ħin, bħal morfina li tintreħa b’mod sostnut jew fentanyl li jgħaddi minn ġol-ġilda, għal uġigħ persistenti tagħhom. Għalhekk, mhux possibbli li wieħed jissepara b’mod definittiv l-effetti ta’ Instanyl waħdu. Ir-reazzjonijiet avversi kkunsidrati li huma tal-anqas possibilment marbuta ma’ trattament fil-provi kliniċi ta’ Instanyl huma inklużi fit-tabella hawn isfel.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Il-kategoriji li ġejjin huma użati biex jiggradaw l-effetti mhux mixtieqa skont kif iseħħu: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1000); u rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżlin skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin kienu irrapportati b’Instanyl u/jew komposti oħra li fihom fentanyl waqt studji kliniċi u fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Sistema tal-klassifika tal-

Komuni

Mhux komuni

Mhux magħruf

organi

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

Dipendenza, nuqqas

Alluċinazzjoni

 

 

ta’ rqad

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Ngħas, sturdament,

Sedazzjoni,

Konvulżjoni

 

uġigħ ta’ ras

mijklonus,

 

 

 

paraestesja,

 

 

 

disaestesja,

 

 

 

disgewsja

 

Disturbi fil-widnejn u fis-

Vertiġini

Deni taċ-ċaqlieq

 

sistema labirintika

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Pressjoni baxxa

 

Disturbi vaskulari

Fwawar, fawra

 

 

 

sħuna

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Irritazzjoni fil-

Depressjoni

Perforazzjoni

medjastinali

griżmejn

respiratorja,

tas-septum tal-

 

 

epistassi, ulċera

imnieħer

 

 

nażali, rinorrea

 

Disturbi gastro-intestinali

Tqalligħ, remettar

Stitikezza, stomatite,

Dijarea

 

 

ħalq xott

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

Iperidrosi

Uġigħ tal-ġilda, ħakk

 

ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

Disturbi ġenerali u

 

Deni

Għeja kbira, telqa

kondizzjonijiet ta' mnejn

 

 

edema periferali,

jingħata

 

 

sindrome ta’ rtirar

 

 

 

tal-mediċina*

Korriment, avvelenament u

 

 

Waqa’

komplikazzjonijiet ta’ xi

 

 

 

proċedura

 

 

 

*sintomi ta’ rtirar ta’ opioids bħal dardir, rimettar, dijarea, ansjetà, tertir, rogħda, u għaraq kienu osservati b’fentanyl transmukużali

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Is-sintomi ta’ doża eċċessiva b’fentanyl huma mistennija li jkunu estensjoni tal-azzjonijiet farmakoloġiċi tiegħu eż. għeja eċċessiva, koma u dipressjoni respiratorja severa. Sintomi oħra għandhom mnejn jinkludu ipotermja, tnaqqis fit-tonalità muskolari, bradikardja u pressjoni baxxa.

Sinjali ta’ tossiċità huma sedazzjoni profonda, atassja, mijosi, konvulsjonijiet u depressjoni respiratorja bħala s-sintomu ewlieni.

Trattament

Għal ġestjoni ta’ depressjoni respiratorja kontramiżuri immedjati għandhom jinbdew li jinkludu stimulazzjoni fiżika u verbali tal-pazjent. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu segwiti bl-għoti ta’ antagonista opijojdi speċifiku bħal naloxone. Depressjoni respiratorja li ssegwi doża eċċessiva tista’ tibqa’ għaddejja lil hinn mit-tul ta’ azzjoni tal-antagonista opijojdi. Il-half-life tal-antagonista tista’ tkun qasira, għalhekk l-għoti ripetut jew infużjoni kontinwa tista’ tkun meħtieġa. L-invers tal-effett narkotiku jista’ jirriżulta fil-bidu ta’ uġigħ akut u r-rilaxx ta’ catecholamines.

Jekk is-sitwazzjoni klinika tkun teħtieġ, passaġġ tal-arja patenti għandu jiġi stabbilit u mantnut, possibilment b’tubu orofarinġeali jew endotrakeali u l-ossiġenu għandu jiġi amministrat u r-respirazzjoni tiġi assistita jew ikkontrollata, kif meħtieġ. Temperatura adegwata tal-ġisem u t-teħid ta’ fluwidu għandu jiġi mantnut.

Jekk pressjoni baxxa severa jew persistenti sseħħ, għandha tiġi kkonsidrata l-ipovolemja u l-kundizzjoni għandha tiġi ġestita b’terapija bi fluwidu parenterali xieraq.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Analġeżiċi, opijojdi, Kodiċi ATC: N02AB03

Mekkaniżmu t’azzjoni

Fentanyl huwa analġeżiku opijojdi li jirreaġixxi prinċipalment mar-riċettatur tal-opijojdi μ bħala agonista pur b’affinità baxxa għar-riċettaturi tal-opijojdi δ u κ. L-azzjoni terapewtika primarja hi analġesja. L-effetti farmakoloġiċi sekondarji huma depressjoni sekondarja, bradikardja, stitikezza, mijosi, dipendenza fiżika u ewforija.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Instanyl (50, 100 u 200 mikrogramma) ġew assessjati f’żewġ studji każwali, double-blind, inkroċjati u pivotali kontrollati bi plaċebo f’279 pazjent adult bil-kanċer li huma tolleranti għal opijojdi (fl-etajiet 32-86 sena) b’uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa (BTP). Il-pazjenti kellhom medja ta’ bejn 1 sa 4 episodji kuljum waqt li kienu qed jieħdu terapija ta’ manteniment ta’ opijojdi. Pazjenti li kienu fit-tieni studju pivotali kienu pparteċipaw qabel fl-istudju farmakokinetiku ta’ Instanyl jew fl-ewwel studju pivotali.

L-istudji kliniċi wrew l-effikaċja u s-sigurtà ta’ Instanyl. Ma ġiet stabilita ebda korelazzjoni bejn id-doża ta’ manteniment b’opijojdi u dożi b’Instanyl, madankollu fit-tieni studju pivotali, il-pazjenti b’doża ta’ manteniment baxxa ta’ opijojdi wrew tendenza li l-uġigħ jittaffa’ b’mod aktar effettiv b’qawwa korrispondenti aktar baxxa ta’ Instanyl meta mqabbla ma’ pazjenti li kienu qed jieħdu doża ta’ manteniment ta’ opijojdi ogħla. Dan deher l-aktar f’pazjenti li spiċċaw b’Instanyl ta’

50 mikrogramma.

Fl-istudji kliniċi f’pazjenti b’kanċer, il-qawwiet użati l-aktar frekwenti kienu dawk tal-100 u

200 mikrogramma; madanakollu, il-pazjenti għandhom jiġu ttitrati għad-doża ottimali ta’ Instanyl għat-trattament ta’ BTP f’kanċer (ara sezzjoni 4.2).

It-tliet qawwiet ta’ Instanyl urew differenzi statistikament sinifikanti (p<0.001) fl-intensità ta’ uġigħ ogħla wara 10 minuti (PID10) meta mqabbla mal-plaċebo. Barra minn hekk Instanyl kien sinifikament superjuri sabiex jittaffa l-uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa wara 10, 20, 40 u 60 minuta wara li ngħata.

Ir-riżultati ta’ sommarju ta’ PID wara 60 minuta (SPID0-60) urew li kull qawwa ta’ Instanyl kellha punteġġi medji sinifikament ogħla ta’ SPID0-60 meta mqabbla ma’ plaċebo (p<0.001) li juri li l-uġigħ jittaffa’ aħjar b’Instanyl meta mqabbel ma’ plaċebo għal 60 minuta.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Instanyl ġew ivvalutati f’pazjenti li kienu qed jieħdu l-prodott mediċinali fil-bidu tal-episodju ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa. Instanyl m’għandux jintgħata minn qabel biex jilqa’ għal episodji prevedibbli ta’ uġigħ.

Hemm biss esperjenza ristretta b’Instanyl f’pazjenti bi trattament ta’ opijojdi fl-isfond ekwivalenti għal ≥ 500 mg/jum morfina jew ≥ 200 mikrogramma/siegħa b’fentanyl li jingħata minn ġol-ġilda.

Instanyl f’dożi ogħla minn 400 mikrogramma ma ġewx valutati fi provi kliniċi.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Fentanyl huwa lipofiliku ħafna. Fentanyl jesebixxi tliet kinetiċi ta’ distribuzzjoni kompartamentali. Minn tagħrif miġbur mill-annimali wara li jiġi assorbit, fentanyl jiġi distribwit malajr fil-moħħ, il-qalb, il-pulmun u l-milsa li jiġu segwiti f’distribuzzjoni mill-ġdid għal muskoli u l-grass. Il-proteini fil-plażma ta’ fentanyl hu madwar 80%. Il-bijodisponibilità assoluta ta’ Instanyl hi madwar 89%. Tagħrif kliniku juri li fentanyl jiġi assorbit malajr ħafna mill-mukosa tal-imnieħer. L-għoti ta’ Instanyl f’dożi waħdanin li jvarjaw minn 50 sa 200 mikrogramma ta’ fentanyl kull doża f’pazjenti bil-kanċer li saru tolleranti għal opijojdi jirriżulta f’livell rapidu ta’ Cmax ta’ bejn 0.35 sa 1.2 ng/ml. It-Tmax medjan korrispondenti huwa ta’ bejn 12-15 minuta. Madankollu, ġew osservati valuri ogħla għal Tmax fi studju tal-proporzjonalità tad-doża f’voluntiera b’saħħithom.

Distribuzzjoni

Wara l-għoti minn ġol-vina ta’ fentanyl il-half-life tal-firxa inizjali hi madwar 6 minuti u half-life simili tidher wara l-għoti mill-imnieħer ta’ Instanyl. Il-half-life ta’ eliminazzjoni hi madwar 3-4 sigħat għal Instanyl f’pazjenti bil-kanċer.

Bijotrasformazzjoni

Fentanyl jiġi metabolizzat prinċipalment fil-fwied b’CYP3A4. Il-metabolit ewlieni, norfentanyl mhux attiv.

Eliminazzjoni

Madwar 75% ta’ fentanyl jiġi eliminat fl-urina, prinċipalment permezz ta’ metaboliti mhux attivi, b’inqas minn 10% tas-sustanza attiva ma tkunx mibdula. Madwar 9% tad-doża hija rkuprata fl-ippurgar prinċipalment bħala metaboliti.

Linearità

Instanyl juri kinetiċi linejari. Il-linejarità ġiet murija f’individwi b’saħħithom li ngħataw bejn 50 mikrogrammi sa 400 mikrogramma Instanyl.

Sar studju dwar l-interazzjonijiet ta’ bejn mediċina u oħra ma’ mediċina li ddejjaq il-vażi tal-imnieħer (oxymetazoline). Individwi b’rinite allerġika ħadu oxymetazoline bħala sprej tal-imnieħer siegħa qabel Instanyl. Kien hemm bijodisponibilità komparabbli (AUC) għal fentanyl bi u mingħajr oxymetazoline, waqt li kien hemm tnaqqis ta’ Cmax u żieda f’Tmax ta’ fentanyl b’fattur ta’ tnejn meta ngħata oxymetazoline. Il-firxa globali tal-espożizzjoni ta’ fentanyl f’individwi b’rinite allerġika mingħajr trattament ta’ qabel b’mediċina li ddejjaq il-vażi tal-mnieħer hi komparabbli għal dik f’individwi b’saħħithom. L-użu konkomittanti ta’ mediċina li ddejjaq il-vażi tal-mnieħer għandu jiġi evitat (ara sezzjoni 4.5).

Bijoekwivalenza

Studju farmakokinetiku wera li l-isprej ta’ Instanyl ta’ doża waħda u ta’ multidożi huma bijoekwivalenti.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Informazzjoni mhix klinika, magħmula fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni u riskju ta’ kanċer ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bniedem.

Fi studju dwar il-fertilità u l-iżvilupp embrijoniku bikri fil-firien, effett fuq l-irġiel ġie osservat f’dożi għoljin (300 μg/kg/jum, s.c.) u hu konsistenti mal-effetti sedattivi ta’ fentanyl fi studji fuq l-annimali. Barra minn hekk studji f’firien nisa wrew fertilità mnaqqsa u żieda fil-mortalità embrijonali. Studji aktar riċenti wrew li effetti fuq l-embrijo kienu dovuti għal tossiċità maternali u mhux għal effetti diretti tas-sustanzi fuq l-embriju li qed jiżviluppa. Fi studju dwar l-iżvilupp ta’ qabel u wara t-twelid ir-rata ta’ sopravivenza tal-wild kien mnaqqas b’mod sinifikanti f’dożi li naqqsu l-piż maternali bi ftit. Dan l-effett jista’ jkun dovut għal kura mibdula tal-omm jew effett dirett ta’ fentanyl fuq il-frieħ. Ma kienux osservati effetti fuq l-iżvilupp somatiku u mġieba tal-wild. Effetti teratoġeniċi ma ntwerewx.

Studji ta’ tolleranza lokali b’Instanyl fi qżieqeż żgħar urew li l-għoti ta’ Instanyl kien tollerat sew.

Studji dwar il-karċinoġeniċità (bijoanaliżi alternattiv tal-ġilda ta’ 26 ġimgħa fi ġrieden Tg.AC transġeniċi; studju ta’ sentejn dwar il-karċinoġeniċità taħt il-ġilda fil-firien) b’fentanyl ma żvelax sejbiet li jindikaw potenzjal onkoġeniku. Evalwazzjoni ta’ slides tal-moħħ mill-istudju dwar il-karċinoġeniċità żvelat leżjonijiet fil-moħħ fl-annimali li ngħataw dożi għoljin ta’ fentanyl citrate. Mhix magħrufa r-rilevanza ta’ dawn is-sejbiet għall-bnedmin.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sodium dihydrogen phosphate dihydrate

Disodium phosphate dihydrate

Ilma ppurifikat

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Instanyl 50 mikrogrammi/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni 3 snin.

Instanyl 100 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni 42 xahar.

Instanyl 200 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni 4 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura taħt 30°C. Tagħmlux fil-friża.

Żomm il-flixkun rasu ’l fuq.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Flixkun (ħġieġ kannella Tip 1) b’pompa tal-kejl u b’għatu għal kontra t-trab f’kaxxa ta’ barra reżistenti għal ftuħ mit-tfal.

Jiġi fil-preżentazzjonijiet li ġejjin:

Instanyl 50 mikrogrammi/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

1.8 ml li fiha 0.90 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 10 dożi ta’ 50 mikrogramma

2.9ml li fiha 1.45 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 20 doża ta’ 50 mikrogramma

5.0ml li fiha 2.50 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 40 doża ta’ 50 mikrogramma

Instanyl 100 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

1.8 ml li fiha 1.80 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 10 dożi ta’ 100 mikrogramma

2.9ml li fiha 2.90 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 20 doża ta’ 100 mikrogramma

5.0ml li fiha 5.00 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 40 doża ta’ 100 microgramma

Instanyl 200 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

1.8 ml li fiha 3.60 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 10 dożi ta’ 200 mikrogramma

2.9ml li fiha 5.80 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 20 doża ta’ 200 mikrogramma

5.0ml li fiha 10.00 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 40 doża ta’ 200 mikrogramma

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Minħabba l-użu ħażin possibbli ta’ fentanyl u l-ammont possibbli tas-soluzzjoni li baqa’, is-soluzzjonijiet li jintużaw għall-isprej għall-imnieħer għandhom jiġu ritornati b’mod sistemiku u adattat fil-kaxxa ta’ barra li hi reżistenti għat-tfal u jintremew skont il-ħtiġijiet lokali jew jingħataw lura lill-ispiżerija.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Takeda Pharma A/S

Dybendal Alle 10

DK-2630 Taastrup

Id-Danimarka

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Instanyl 50 mikrogrammi/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

EU/1/09/531/001-003

Instanyl 100 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

EU/1/09/531/004-006

Instanyl 200 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

EU/1/09/531/007-009

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 20 ta’ Lulju 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 23 t’April 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1.ISEM 1L-PRODOTT MEDIĊINALI

Instanyl 50 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, f’kontenitur b’doża waħda Instanyl 100 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, f’kontenitur bdoża waħda Instanyl 200 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, f’kontenitur b’doża waħda

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Instanyl 50 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, f’kontenitur b’doża waħda

Kull kontenitur b’doża waħda fih doża waħda (100 mikrolitru) ta’ fentanyl citrate ekwivalenti għal 50 mikrogramma fentanyl.

Instanyl 100 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, f’kontenitur bdoża waħda

Kull kontenitur b’doża waħda fih doża waħda (100 mikrolitru) ta’ fentanyl citrate ekwivalenti għal 100 mikrogramma fentanyl.

Instanyl 200 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, f’kontenitur b’doża waħda

Kull kontenitur b’doża waħda fih doża waħda (100 mikrolitru) ta’ fentanyl citrate ekwivalenti għal 200 mikrogramma fentanyl.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Sprej għall-imnieħer, soluzzjoni (sprej għall-imnieħer).

Soluzzjoni ċara, mingħajr kulur.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Instanyl hu indikat għall-ġestjoni ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa f’adulti li jkunu diġà qed jirċievu terapija ta’ manteniment bl-opijojdi għal uġigħ kroniku mill-kanċer. L-uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa huwa tħarrix għaddien tal-uġigħ li jseħħ fi sfond ta’ uġigħ persistenti li ġeneralment huwa kontrollat. Pazjenti li jirċievu terapija ta’ manteniment b’opijojdi huma dwak li qed jieħdu tal-anqas 60 mg ta’ morfina orali kuljum, tal-anqas 25 mikrogramma ta’ fentanyl ġol-ġilda kull siegħa, tal-anqas 30 mg oxycodone kuljum, tal-anqas 8 mg ta’ hydromorphone orali kuljum jew doża ekwianalġeżika ta’ opijojdi oħra għal ġimgħa jew aktar.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament għandu jinbeda minn u għandu jibqa’ taħt is-sorveljanza ta’ tabib b’esperjenza fil-ġestjoni ta’ terapija b’opijojdi f’pazjenti b’kanċer. It-tobba għandhom iżommu f’moħħhom il-potenzjal tal-abbuż b’fentanyl.

Pożoloġija

Il-pazjenti għandhom jiġu tittrati indiviwalment għad-doża li tagħtihom analġesja xierqa b’reazzjonijiet avversi ttollerati għal mediċina li jkunu qed jieħdu. Il-pazjenti għandhom jiġu monitorati b’attenzjoni waqt il-proċess ta’ tittrazzjoni.

Tittrazzjoni għal doża ogħla tkun teħtieġ kuntatt mal-professjonist fil-qasam ta’ kura tas-saħħa.

Id-doża ta’ Instanyl għal trattament ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa huwa indipendenti mid-doża ta’ manteniment ta’ kuljum ta’ opijojdi fl-istudji kliniċi (ara sezzjoni 5.1).

Doża massima ta’ kuljum: Trattament għal sa erba’ episodji ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa, kull wieħed minnhom b’mhux aktar minn żewġ dożi separati minn xulxin b’ tal-anqas 10 minuti.

Il-pazjenti għandhom jistennew 4 sigħat qabel ma jerġgħu jittrattaw episodju ieħor ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa b’Instanyl kemm għal tittrazzjoni u għal terapija ta’ manteniment. F’okkażjonijiet eċċezzjonali fejn episodju ġdid iseħħ fi żmien bikri, il-pazjenti jistgħu jużaw Instanyl biex jittrattawh imma għandhom jistennew mill-inqas sagħtejn qabel ma jagħmlu hekk. Għandu jiġi kkunsidrat aġġustament tad-doża tat-terapija bl-opijojdi fl-isfond wara analiżi mill-ġdid tal-uġigħ jekk il-pazjent ikollu episodji ta’ uġigħ qawwija li jiġu f’daqqa, ta’ spiss u li jkunu f’inqas minn 4 sigħat bejn episodju u ieħor jew aktar minn erba’ episodji ta’ uġigħ qawwija li jiġu f’daqqa f’kull 24 siegħa.

Tittrazzjoni tad-doża

Qabel mal-pazjenti jkunu tittrati b’Instanyl, huwa mistenni li l-uġigħ persistenti fl-isfond ikun ikkontrollat b’terapija ta’ opijojdi kronika u li m’humiex qed iħossu aktar minn erba’ episodji ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa kuljum.

Metodu ta’ tittrazzjoni

Il-qawwa inizjali għandha tkun ta’ ta’ doża waħda ta’ 50 mikrogramma f’kull minfes, li tiġi ttittrata ’l fuq kif meħtieġ permezz tal-firxa ta’ qawwiet disponibbli (50, 100, u 200 mikrogramma). Jekk analġesja xierqa ma tinkisibx tista’ tingħata doża bl-istess qawwa mhux aktar kmieni minn 10 minuti wara. Kull stadju ta’ tittrazzjoni (qawwa dożata) għandu jiġi valutat f’diversi episodji.

Ibda b’50 mikrogramma

- Uża doża waħda ta’ Instanyl - Stenna 10 minuti

Uġigħ mtaffi b’mod xieraq b’doża waħda ta’ Instanyl

Iva

Doża miksuba

Le

Erġa’ agħti doża oħra bl-istess qawwa. Ikkonsidra li tagħti gradina ta’ qawwa ogħla għall-episodju li jmiss

Terapija ta’ manteniment

Ġaladarba d-doża tkun stabbilita skont l-istadji deskritti hawn fuq, il-pazjent għandu jinżamm fuq din il-qawwa ta’ Instanyl. Jekk il-pazjent m’għandux biżżejjed serħan mill-uġigħ, tista’ tingħata doża oħra bl-istess qawwa mhux aktar kmieni minn 10 minuti wara dik li ngħatat qabel.

Aġġustament tad-doża

Ġeneralment, il-qawwa tad-doża ta’ manteniment ta’ Instanyl għandha tiżdid meta l-pazjent ikun jeħtieġ aktar minn doża waħda għal episodju ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa għal diversi episodji konsekuttivi.

Għandu jiġi kkunsidrat aġġustament fid-doża għat-terapija ta’ opijojdi li tingħata fl-isfond wara analiżi mill-ġdid tal-uġigħ jekk il-pazjent ta’ spiss ikollu episodji ta’ uġigħ qawwija li jiġu f’daqqa u li jkunu f’ inqas minn erba’ sigħat bejn episodju u ieħor; jew aktar minn erba’ episodji ta’ uġigħ li jiġu f’daqqa kull 24 siegħa.

Jekk reazzjonijiet avversi ikunu intollerabbli jew persistenti, il-qawwa għandha titnaqqas jew it-trattament b’Instanyl għandu jiġi sostitwit b’analġesiċi.

Waqfien tat-terapija

Instanyl għandu jitwaqqaf minnufih jekk il-pazjent ma jkollux aktar episodji ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa. It-trattament għal uġigħ fl-isfond persistenti għandu jitħalla kif preskritt.

Jekk ikun meħtieġ li jkun hemm waqfien tat-terapija bl-opijojdi kollha, il-pazjent għandu jiġi segwit b’attenzjoni minn tabib peress li hu meħtieġ li jkun hemm tittrazzjoni gradwali ’l isfel sabiex jiġu evitati effetti ta’ rtirar minħabba waqfien f’daqqa.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Tagħrif limitat fuq il-farmakokinetiċi, l-effikaċja u s-sigurtà huma disponibbli għall-użu f’Instanyl f’pazjenti li għandhom >65 sena t’età. Pazjenti anzjani jista’ jkun li jkollhom tneħħija mnaqqsa, half-life mtawwla u sensittività ogħla għal fentanyl milli pazjenti iżgħar. Għalhekk, kawtela għandha dejjem tittieħed fit-trattament ta’ pazjenti anzjani, kakektiċi jew indeboliti.

Fi provi kliniċi pazjenti anzjani għandhom tendenza li d-doża effettiva f’tittrazzjoni hija inqas minn dik ta’ pazjenti li għadhom m’għalqux 65 sena. Attenzjoni partikolari għandha tingħata meta Instanyl jiġi ttittrat f’pazjenti anzjani.

Indeboliment tal-fwied

Instanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti li għandhom indeboliment fil-fwied li hu bejn moderat għal sever (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment fil-kliewi

Instanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti b’indeboliment fil-kliewi li hu minn moderat sa sever (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u effikaċja ta’ Instanyl fit-tfal li għadhom m’għalqux 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Mod ta’ kif u mnejn jingħata

Instanyl huwa maħsub biex jingħata mill-imnieħer.

Huwa rakkomandat li ras il-pazjent tkun f’pożizzjoni wieqfa meta jingħata Instanyl.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Pazjenti mingħajr terapija ta’ manteniment b’opioid minħabba li hemm riskju miżjud ta’ depressjoni respiratorja.

Kura ta’ uġigħ akut minbarra uġigħ li jinħass.

Depressjoni respiratorja severa jew kundizzjonijiet ta’ pulmun impedut b’mod sever. Radjoterapija fuq il-wiċċ li saret qabel.

Episodji rikorrenti ta’ epistassi (ara sezzjoni 4.4).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Depressjoni respiratorja

Depressjoni respiratorja klinikament sinifikanti tista’ sseħħ b’fentanyl, u l-pazjenti għandhom jiġu osservati għal dawn l-effetti. Pazjenti b’uġigħ li jirċievu terapija ta’ opijojdi kronika jiżviluppaw tolleranza għal depressjoni respiratorja u minħabba f’hekk ir-riskju għal depressjoni respiratorja f’dawn il-pazjenti hu mnaqqas. L-użu fl-istess ħin ta’ kalmanti li jaġixxu fuq is-sistema nervuża ċentrali jistgħu jgħollu r-riskju ta’ depressjoni respiratorja (ara sezzjoni 4.5).

Mard tal-pulmun kroniku

F’pazjenti b’mard tal-pulmun impedut kroniku, fentanyl jista’ jkollu aktar reazzjonijiet avversi severi. F’dawn il-pazjenti, l-opijojdi jistgħu jnaqqsu l-prestazzjoni respiratorja u jżidu r-reżistenza tal-passaġġi tal-arja.

Funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied indebolita

Fentanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti b’indeboliment tal-fwied jew tal-kliewi. L-influwenza ta’ indeboliment tal-fwied u tal-kliewi fuq il-farmakokinetiċi ta’ Instanyl ma ġewx evalwati; madankollu, meta jingħata ġol-vina it-tneħħija ta’ fentanyl intweriet li nbidlet minħabba l-indeboliment tal-fwied jew tal-kliewi minħabba alterazzjonijiet fit-tneħħija metabolika u l-proteini fil-plażma.

Pressjoni intrakranjali ogħla

Fentanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti li juru evidenza ta’ żieda fil-pressjoni intrakranjali, koxjenza indebolita jew koma.

Instanyl għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’tumur ċerebrali jew b’ġerħa fir-ras.

Mard tal-qalb

Fentanyl jista’ jipproduċi bradikardija. Fentanyl għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jkollhom bradiarritmija preċedenti jew diġà eżistenti. L-opijojdi jistgħu jikkawżaw pressjoni baxxa, speċjalment f’pazjenti b’ipovolemja. Għalhekk, Instanyl għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti bi pressjoni baxxa u/jew ipovolemja.

Sindrome tas-Serotonin

Hija rakkomandata kawtela meta Instanyl jingħata fl-istess ħin ma’ mediċini li jaffettwaw is-sistemi tan-newrotrasmettituri serotoninerġiċi.

L-iżvilupp ta’ sindrome tas-serotonin li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja jista’ jseħħ bl-użu konkomitanti ta’ mediċini serotonerġiċi bħall-Inibituri Selettivi tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin (SSRIs) u l-Inibituri tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin Norepinephrine (SNRIs), u ma’ mediċini li jdgħajfu l-metaboliżmu tas-serotonin (inklużi l-Inibituri tal-Monoamine Oxidase [MAOIs]). Dan jista’ jseħħ fi ħdan id-doża rakkomandata.

Is-sindrome tas-serotonin jista’ jinkludi bidliet fl-istat mentali (eż. aġitazzjoni, alluċinazzjonijiet, koma), instabilità awtonomika (eż. takikardija, pressjoni tad-demm instabbli, ipertermija), abnormalitajiet newromuskolari (eż. iperrifleksija, nuqqas ta’ koordinazzjoni, riġidità), u/jew sintomi gastrointestinali (eż. dardir, rimettar, dijarea).

Jekk ikun issuspettat is-sindrome tas-serotonin, il-kura b’Instanyl għandha titwaqqaf.

Kundizzjonijiet tal-imnieħer

Jekk il-pazjent jesperjenza episodji rikorrenti ta’ epistassi jew fastidju nażali waqt it-teħid t’Instanyl, għandu jiġi kkonsidrat li t-trattament għal uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa għandu jingħata f’għamla oħra.

Riħ komuni

Il-firxa globali għall-esponiment ta’ fentanyl f’individwi b’riħ komuni mingħajr ma ngħataw trattament minn qabel b’vażokonstrittur tal-imnieħer hu komparabbli ma’ individwi b’saħħithom. Għal użu fl-istess ħin ta’ vażokonstrittur tal-imnieħer ara sezzjoni 4.5.

Potenzjal t’abbuż u dipendenza

It-tolleranza u dipendenza fiżika u/jew psikoloġika jistgħu jiżviluppaw bl-għoti ripetut ta’ opijojdi bħal fentanyl. Madankollu, dipendenza ijatroġenika wara l-użu terapewtiku ta’ opijodi hija rari fit-trattament ta’ uġigħ relat mal-kanċer.

Sintomi ta’ tiżmin

Sintomi ta’ tiżmin jistgħu jiġu preċipitati bl-għoti ta’ sustanzi b’attività antagonista għal opijojdi, eż. naloxone, jew taħlita analġeżika b’agonista/antagonista (eż. pentazocine, butorphanol, buprenorphine, nalbuphine).

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-għoti fl-istess ħin ta’ fentanyl ma’ sustanza serotoninerġika, bħal Inibitur Selettiv tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin (SSRI) jew Inibitur tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin Norepinephrine (SNRI) jew Inibitur tal-Monoamine Oxidase (MAOI), jista’ jżid ir-riskju tas-sindrome tas-serotonin, li hija kundizzjoni li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja.

Instanyl mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti li rċevew Inibituri ta’ Monoamine Oxidase (MAOIs) fi żmien 14-il ġurnata, minħabba li b’analġeżiċi opioid kien irrapportat żjieda severa fil-qawwa, li ma tistax titbassar minn inibituri ta’ MAO.

Fentanyl huwa prinipalment metabolizzat permezz tas-sistema ta’ isoenżimi ta’ ċitokromi umani P450 3A4 (CYP3A4), għalhekk interazzjonijiet potenzjali jistgħu jseħħu meta Instanyl jingħata flimkien ma’ prodotti mediċinali li jaffettwaw l-attività ta’ CYP3A4. L-għoti flimkien ma’ prodotti mediċinali li jinduċu l-attività ta’ 3A4 jista’ jnaqqas l-effikaċja ta’ Instanyl. L-użu fl-istess ħin ta’ Instanyl ma’ impedituri qawwija CYP3A4 (eż. ritonavir, ketoconazole, itraconazole, troleandomycin, clarithromycin, u nelfinavir) jew impedituri moderati (eż., amprenavir, aprepitant, diltiazem, erythromycin, fluconazole, fosamprenavir, u verapamil) jistgħu jirriżultaw f’żieda fil-konċentrazzjonijiet ta’ fentanyl fil-plażma, li jista’ jwassal għal reazzjonijiet avversi għal mediċina li jinkludi wkoll depressjoni respiratorja li tista’ twassal għal mewt.

Pazjenti li jirċievu Instanyl fl-istess ħin ma’ impedituri moderati jew qawwija ta’ CYP3A4 għandhom ikunu monitorati b’attenzjoni għal perijodu twil ta’ żmien. Żieda fid-doża għandha ssir b’kawtela.

Fi studju ta’ interazzjoni farmakokinetika, instab li l-konċentrazzjoni massima ta’ fentanyl li jittieħed mill-imnieħer ġol plażma tnaqqset b’50% bl-użu fl-istess ħin ta’ oxymetazoline, filwaqt li l-ħin sabiex jintlaħaq Cmax (Tmax) kien irdoppjat. Dan jista’ jnaqqas l-effikaċja ta’ Instanyl. Huwa rakkomandat li l-użu fl-istess ħin ma’ dekonġestanti tal-imnieħer jiġi evitat (ara sezzjoni 5.2)

L-użu fl-istess ħin ta’ sedattivi oħra li jaġixxu fuq is-sistema nervuża ċentrali, li jinkludu opijojdi oħra, sedattivi jew ipnotiċi, anestetiċi ġenerali, phenothiazines, kalmanti, rilassaturi tal-muskoli skeletriċi, antiħistamini sedattivi u alkoħol jistgħu jikkaġunaw effetti depressanti addittivi.

L-użu fl-istess ħin ta’ agonisti/antagonisti ta’ opiojdi parzjali (eż. buprenorphine, nalbuphine, pentazocine) mhux rakkomandat. Huma għandhom affinità għolja għal riċettaturi tal-opijojdi b’attività intrinsika relattivament baxxa u għalhekk parzjalment jantagonizzaw l-effett anaġeżiku ta’ fentanyl, u jistgħu jinduċu sintomi ta’ nuqqas ta’ teħid tal-prodott f’pazjenti dipendenti fuq opijojdi.

L-użu fl-istess ħin ta’ Instanyl ma’ prodotti mediċinali oħrajn (għajr oxymetazoline) mogħtijin mill-imnieħer ma ġiex evalwat fil-provi kliniċi. Huwa rrakkomandat li jiġu kkunsidrati modi alternattivi ta' għoti għal trattament fl-istess ħin ta' mard konkurrenti li jista’ jiġi ttrattat billi jingħata mill-imnieħer.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ fentanyl waqt it-tqala. Studji fuq bhejjem urew ħsara fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies. Instanyl m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx bżonn ċar.

Wara trattament fuq perijodu ta’ żmien twil, fentanyl jista’ jikkawża effetti ta’ rtirar fit-tarbija li għadha titwieled.

Huwa rakkomandat sabiex fentanyl ma jintużax waqt il-ħlas u t-twelid (li tinkludi biċ-ċesarja) peress li fentanyl jgħaddi minn ġol-plaċenta u jista’ jikkawża depressjoni respiratorja fil-fetu. Jekk jingħata Instanyl, antidot għat-tarbija għandu jkun faċilment disponibbli.

Treddigħ

Fentanyl jgħaddi għal ġol-ħalib tas-sider u jista’ jikkawża sedazzjoni u depressjoni respiratorja fit-tarbija li qed tiġi mredda’. Fentanyl m’għandux jintuża minn nisa li qed ireddgħu u t-treddigħ m’għandux jerġa jinbeda qabel ta’ l-inqas 5 ijiem wara l-aħħar għoti ta’ fentanyl.

Fertilità

M’hemmx tagħrif disponibbli dwar kif jaffettwa l-fertilità fil-bniedem. Fi studji fuq l-annimali, il-fertilità tar-raġel u tal-mara kienet indebolita f’dożi sedattivi (ara sezzjoni 5.3).

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, analġeżiċi ta’ opijojdi huma magħrufin li jimpedixxu l-abbilità mentali u/jew fiżika meħtieġa biex issuq jew tħaddem inġenji. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jsuqux jew iħaddmu magni jekk jaqbadhom in-ngħas, ikollhom sturdamenti, disturbi viżivi jew effetti avversi oħra li jistgħu jimpedixxu l-ħila għas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi tipiċi għal opijojdi huma mistennija b’Instanyl. B’mod frekwenti, ħafna minn dawn ma jibqgħux jew jonqsu mill-intensità bl-użu kontinwu tal-prodott mediċinali. L-aktar reazzjonijiet avversi serji huma depressjoni respiratorja (li jista’ jwassal għal apnea jew arrest respiratorju), depressjoni ċirkolatorja, pressjoni baxxa u xokk u kull pazjent għandu jiġi monitorat mill-qrib għal dawn.

Il-provi kliniċi ta’ Instanyl kienu ppjanati biex jevalwaw is-sigurtà u l-effikaċja sabiex jiġi trattat l-uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa. Il-pazjenti kollha kienu qed jieħdu opijojdi fl-istess ħin, bħal morfina li tintreħa b’mod sostnut jew fentanyl li jgħaddi minn ġol-ġilda, għal uġigħ persistenti tagħhom. Għalhekk, mhux possibbli li wieħed jissepara b’mod definittiv l-effetti ta’ Instanyl waħdu. Ir-reazzjonijiet avversi kkunsidrati li huma tal-anqas possibilment marbuta ma’ trattament fil-provi kliniċi ta’ Instanyl huma inklużi fit-tabella hawn isfel.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Il-kategoriji li ġejjin huma użati biex jiggradaw l-effetti mhux mixtieqa skont kif iseħħu: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1000); u rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżlin skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin kienu irrapportati b’Instanyl u/jew komposti oħra li fihom fentanyl waqt studji kliniċi u fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Sistema tal-klassifika tal-

Komuni

Mhux komuni

Mhux magħruf

organi

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

Dipendenza, nuqqas

Alluċinazzjoni

 

 

ta’ rqad

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Ngħas, sturdament,

Sedazzjoni,

Konvulżjoni

 

uġigħ ta’ ras

mijklonus,

 

 

 

paraestesja,

 

 

 

disaestesja,

 

 

 

disgewsja

 

Disturbi fil-widnejn u fis-

Vertiġini

Deni taċ-ċaqlieq

 

sistema labirintika

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Pressjoni baxxa

 

Disturbi vaskulari

Fwawar, fawra

 

 

 

sħuna

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Irritazzjoni fil-

Depressjoni

Perforazzjoni

medjastinali

griżmejn

respiratorja,

tas-septum tal-

 

 

epistassi, ulċera

imnieħer

 

 

nażali, rinorrea

 

Disturbi gastro-intestinali

Tqalligħ, remettar

Stitikezza, stomatite,

Dijarea

 

 

ħalq xott

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

Iperidrosi

Uġigħ tal-ġilda, ħakk

 

ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

Disturbi ġenerali u

 

Deni

Għeja kbira, telqa

kondizzjonijiet ta' mnejn

 

 

edema periferali,

jingħata

 

 

sindrome ta’ rtirar

 

 

 

tal-mediċina*

Korriment, avvelenament u

 

 

Waqa’

komplikazzjonijiet ta’ xi

 

 

 

proċedura

 

 

 

*sintomi ta’ rtirar ta’ opioids bħal dardir, rimettar, dijarea, ansjetà, tertir, rogħda, u għaraq kienu osservati b’fentanyl transmukużali

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Sintomi

Is-sintomi ta’ doża eċċessiva b’fentanyl huma mistennija li jkunu estensjoni tal-azzjonijiet farmakoloġiċi tiegħu eż. għeja eċċessiva, koma u dipressjoni respiratorja severa. Sintomi oħra għandhom mnejn jinkludu ipotermja, tnaqqis fit-tonalità muskolari, bradikardja u pressjoni baxxa. Sinjali ta’ tossiċità huma sedazzjoni profonda, atassja, mijosi, konvulsjonijiet u depressjoni respiratorja bħala s-sintomu ewlieni.

Trattament

Għal ġestjoni ta’ depressjoni respiratorja kontramiżuri immedjati għandhom jinbdew li jinkludu stimulazzjoni fiżika u verbali tal-pazjent. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu segwiti bl-għoti ta’ antagonista opijojdi speċifiku bħal naloxone. Depressjoni respiratorja li ssegwi doża eċċessiva tista’ tibqa’ għaddejja lil hinn mit-tul ta’ azzjoni tal-antagonista opijojdi. Il-half-life tal-antagonista tista’

tkun qasira, għalhekk l-għoti ripetut jew infużjoni kontinwa tista’ tkun meħtieġa. L-invers tal-effett narkotiku jista’ jirriżulta fil-bidu ta’ uġigħ akut u r-rilaxx ta’ catecholamines.

Jekk is-sitwazzjoni klinika tkun teħtieġ, passaġġ tal-arja patenti għandu jiġi stabbilit u mantnut, possibilment b’tubu orofarinġeali jew endotrakeali u l-ossiġenu għandu jiġi amministrat u r-respirazzjoni tiġi assistita jew ikkontrollata, kif meħtieġ. Temperatura adegwata tal-ġisem u t-teħid ta’ fluwidu għandu jiġi mantnut.

Jekk pressjoni baxxa severa jew persistenti sseħħ, għandha tiġi kkonsidrata l-ipovolemja u l-kundizzjoni għandha tiġi ġestita b’terapija bi fluwidu parenterali xieraq.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Analġeżiċi, opijojdi, Kodiċi ATC: N02AB03

Mekkaniżmu t’azzjoni

Fentanyl huwa analġeżiku opijojdi li jirreaġixxi prinċipalment mar-riċettatur tal-opijojdi μ bħala agonista pur b’affinità baxxa għar-riċettaturi tal-opijojdi δ u κ. L-azzjoni terapewtika primarja hi analġesja. L-effetti farmakoloġiċi sekondarji huma depressjoni sekondarja, bradikardja, stitikezza, mijosi, dipendenza fiżika u ewforija.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Instanyl (50, 100 u 200 mikrogramma) ġew assessjati f’żewġ studji każwali, double-blind, inkroċjati u pivotali kontrollati bi plaċebo f’279 pazjent adult bil-kanċer li huma tolleranti għal opijojdi (fl-etajiet 32-86 sena) b’uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa (BTP). Il-pazjenti kellhom medja ta’ bejn 1 sa 4 episodji kuljum waqt li kienu qed jieħdu terapija ta’ manteniment ta’ opijojdi. Pazjenti li kienu fit-tieni studju pivotali kienu pparteċipaw qabel fl-istudju farmakokinetiku ta’ Instanyl jew fl-ewwel studju pivotali.

L-istudji kliniċi wrew l-effikaċja u s-sigurtà ta’ Instanyl. Ma ġiet stabilita ebda korelazzjoni bejn id-doża ta’ manteniment b’opijojdi u dożi b’Instanyl, madankollu fit-tieni studju pivotali, il-pazjenti b’doża ta’ manteniment baxxa ta’ opijojdi wrew tendenza li l-uġigħ jittaffa’ b’mod aktar effettiv b’qawwa korrispondenti aktar baxxa ta’ Instanyl meta mqabbla ma’ pazjenti li kienu qed jieħdu doża ta’ manteniment ta’ opijojdi ogħla. Dan deher l-aktar f’pazjenti li spiċċaw b’Instanyl ta’

50 mikrogramma.

Fl-istudji kliniċi f’pazjenti b’kanċer, il-qawwiet użati l-aktar frekwenti kienu dawk tal-100 u

200 mikrogramma; madanakollu, il-pazjenti għandhom jiġu ttitrati għad-doża ottimali ta’ Instanyl għat-trattament ta’ BTP f’kanċer (ara sezzjoni 4.2).

It-tliet qawwiet ta’ Instanyl urew differenzi statistikament sinifikanti (p<0.001) fl-intensità ta’ uġigħ ogħla wara 10 minuti (PID10) meta mqabbla mal-plaċebo. Barra minn hekk Instanyl kien sinifikament superjuri sabiex jittaffa l-uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa wara 10, 20, 40 u 60 minuta wara li ngħata.

Ir-riżultati ta’ sommarju ta’ PID wara 60 minuta (SPID0-60) urew li kull qawwa ta’ Instanyl kellha punteġġi medji sinifikament ogħla ta’ SPID0-60 meta mqabbla ma’ plaċebo (p<0.001) li juri li l-uġigħ jittaffa’ aħjar b’Instanyl meta mqabbel ma’ plaċebo għal 60 minuta.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Instanyl ġew ivvalutati f’pazjenti li kienu qed jieħdu l-prodott mediċinali fil-bidu tal-episodju ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa. Instanyl m’għandux jintgħata minn qabel biex jilqa’ għal episodji prevedibbli ta’ uġigħ.

Hemm biss esperjenza ristretta b’Instanyl f’pazjenti bi trattament ta’ opijojdi fl-isfond ekwivalenti għal ≥ 500 mg/jum morfina jew ≥ 200 mikrogramma/siegħa b’fentanyl li jingħata minn ġol-ġilda.

Instanyl f’dożi ogħla minn 400 mikrogramma ma ġewx valutati fi provi kliniċi.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Fentanyl huwa lipofiliku ħafna. Fentanyl jesebixxi tliet kinetiċi ta’ distribuzzjoni kompartamentali. Minn tagħrif miġbur mill-annimali wara li jiġi assorbit, fentanyl jiġi distribwit malajr fil-moħħ, il-qalb, il-pulmun u l-milsa li jiġu segwiti f’distribuzzjoni mill-ġdid għal muskoli u l-grass. Il-proteini fil-plażma ta’ fentanyl hu madwar 80%. Il-bijodisponibilità assoluta ta’ Instanyl hi madwar 89%. Tagħrif kliniku juri li fentanyl jiġi assorbit malajr ħafna mill-mukosa tal-imnieħer. L-għoti ta’ Instanyl f’dożi waħdanin li jvarjaw minn 50 sa 200 mikrogramma ta’ fentanyl kull doża f’pazjenti bil-kanċer li saru tolleranti għal opijojdi jirriżulta f’livell rapidu ta’ Cmax ta’ bejn 0.35 sa 1.2 ng/ml. It-Tmax medjan korrispondenti huwa ta’ bejn 12-15 minuta. Madankollu, ġew osservati valuri ogħla għal Tmax fi studju tal-proporzjonalità tad-doża f’voluntiera b’saħħithom.

Distribuzzjoni

Wara l-għoti minn ġol-vina ta’ fentanyl il-half-life tal-firxa inizjali hi madwar 6 minuti u half-life simili tidher wara l-għoti mill-imnieħer ta’ Instanyl. Il-half-life ta’ eliminazzjoni hi madwar 3-4 sigħat għal Instanyl f’pazjenti bil-kanċer.

Bijotrasformazzjoni

Fentanyl jiġi metabolizzat prinċipalment fil-fwied b’CYP3A4. Il-metabolit ewlieni, norfentanyl mhux attiv.

Eliminazzjoni

Madwar 75% ta’ fentanyl jiġi eliminat fl-urina, prinċipalment permezz ta’ metaboliti mhux attivi, b’inqas minn 10% tas-sustanza attiva ma tkunx mibdula. Madwar 9% tad-doża hija rkuprata fl-ippurgar prinċipalment bħala metaboliti.

Linearità

Instanyl juri kinetiċi linejari. Il-linejarità ġiet murija f’individwi b’saħħithom li ngħataw bejn 50 mikrogrammi sa 400 mikrogramma Instanyl.

Sar studju dwar l-interazzjonijiet ta’ bejn mediċina u oħra ma’ mediċina li ddejjaq il-vażi tal-imnieħer (oxymetazoline). Individwi b’rinite allerġika ħadu oxymetazoline bħala sprej tal-imnieħer siegħa qabel Instanyl. Kien hemm bijodisponibilità komparabbli (AUC) għal fentanyl bi u mingħajr oxymetazoline, waqt li kien hemm tnaqqis ta’ Cmax u żieda f’Tmax ta’ fentanyl b’fattur ta’ tnejn meta ngħata oxymetazoline. Il-firxa globali tal-espożizzjoni ta’ fentanyl f’individwi b’rinite allerġika mingħajr trattament ta’ qabel b’mediċina li ddejjaq il-vażi tal-mnieħer hi komparabbli għal dik f’individwi b’saħħithom. L-użu konkomittanti ta’ mediċina li ddejjaq il-vażi tal-mnieħer għandu jiġi evitat (ara sezzjoni 4.5).

Bijoekwivalenza

Studju farmakokinetiku wera li l-isprej ta’ Instanyl ta’ doża waħda u ta’ multidożi huma bijoekwivalenti.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Informazzjoni mhix klinika, magħmula fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, u riskju ta’ kanċer ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bniedem.

Fi studju dwar il-fertilità u l-iżvilupp embrijoniku bikri fil-firien, effett fuq l-irġiel ġie osservat f’dożi għoljin (300 μg/kg/jum, s.c.) u hu konsistenti mal-effetti sedattivi ta’ fentanyl fi studji fuq l-annimali. Barra minn hekk studji f’firien nisa wrew fertilità mnaqqsa u żiedafil-mortalità embrijonali. Studji aktar riċenti wrew li effetti fuq l-embrijo kienu dovuti għal tossiċità maternali u mhux għal effetti

diretti tas-sustanzi tal-embriju li qed jiżviluppa. Fi studju dwar l-iżvilupp ta’ qabel u wara t-twelid ir-rata ta’ sopravivenza tal-wild kien mnaqqas b’mod sinifikanti f’dożi li naqqsu l-piż maternali bi ftit. Dan l-effett jista’ jkun dovut għal kura mibdula tal-omm jew effett dirett ta’ fentanyl fuq il-frieħ. Ma kienux osservati effetti fuq l-iżvilupp somatiku u mġieba tal-wild. Effetti teratoġeniċi ma ntwerewx.

Studji ta’ tolleranza lokali b’Instanyl fi qżieqeż żgħar urew li l-għoti ta’ Instanyl kien tollerat sew.

Studji dwar il-karċinoġeniċità (bijoanaliżi alternattiv tal-ġilda ta’ 26 ġimgħa fi ġrieden Tg.AC transġeniċi; studju ta’ sentejn dwar il-karċinoġeniċità taħt il-ġilda fil-firien) b’fentanyl ma żvelax sejbiet li jindikaw potenzjal onkoġeniku. Evalwazzjoni ta’ slides tal-moħħ mill-istudju dwar il-karċinoġeniċità żvelat leżjonijiet fil-moħħ fl-annimali li ngħataw dożi għoljin ta’ fentanyl citrate. Mhix magħrufa r-rilevanza ta’ dawn is-sejbiet għall-bnedmin.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Sodium dihydrogen phosphate dihydrate

Disodium phosphate dihydrate

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Instanyl 50 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, f’kontenitur b’doża waħda 23 xahar.

Instanyl 100 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, f’kontenitur b’doża waħda 36 xahar.

Instanyl 200 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, kontenitur b’doża waħda 42 xahar.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura taħt 30°C.

Żomm il-folja fil-kartuna ta' barra. Żomm maħżun wieqaf.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kontenitur b’doża waħda li jikkonsisti minn kunjett (ħġieġ ċar ta’ tip 1) integrat f’reċipjent ta’ sprej tal-polypropylene f’folja reżistenti għal ftuħ mit-tfal.

Daqsijiet tal-pakkett: kontenituri b’doża waħda ta’ 2, 6. 8 u 10.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull kontenitur b’doża waħda fih doża waħda. Il-kontenitur b’doża waħda m’għandux jiġi ttestjat qabel l-użu.

Minħabba l-użu ħażin possibbli ta’ fentanyl il-kontenituri b’doża waħda tal-isprej għall-imnieħer li ma jintużawx għandhom jiġu ritornati b’mod sistemiku u adattat fil-folja li hi reżistenti għat-tfal u jintremew skont il-ħtiġijiet lokali jew jingħataw lura lill-ispiżerija.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Takeda Pharma A/S

Dybendal Alle 10

DK-2630 Taastrup

Id-Danimarka

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Instanyl 50 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, f’kontenitur b’doża waħda EU/1/09/531/010-013

Instanyl 100 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, f’kontenitur bdoża waħda EU/1/09/531/014-017

Instanyl 200 mikrogrammi sprej għall-imnieħer, soluzzjoni, kontenitur b’doża waħda EU/1/09/531/018-021

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 20 ta’ Lulju 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 23 t’April 2014

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Instanyl 50 mikrogrammi/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

Instanyl 100 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

Instanyl 200 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Instanyl 50 mikrogrammi/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

Kull ml ta’ soluzzjoni fih fentanyl citrate ekwivalenti għal 500 mikrogramma fentanyl. Doża waħda (100 mikrolitru) fiha 50 mikrogramma fentanyl.

Instanyl 100 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

Kull ml ta’ soluzzjoni fih fentanyl citrate ekwivalenti għal 1,000 mikrogramma fentanyl. Doża waħda (100 mikrolitru) fiha 100 mikrogramma fentanyl.

Instanyl 200 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni

Kull ml ta’ soluzzjoni fih fentanyl citrate ekwivalenti għal 2,000 mikrogramma fentanyl. Doża waħda (100 mikrolitru) fiha 200 mikrogramma fentanyl.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Sprej għall-imnieħer, soluzzjoni (sprej għall-imnieħer). DoseGuard

Soluzzjoni ċara, mingħajr kulur.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Instanyl hu indikat għall-ġestjoni ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa f’adulti li jkunu diġà qed jirċievu terapija ta’ manteniment bl-opijojdi għal uġigħ kroniku mill-kanċer. L-uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa huwa tħarrix għaddien tal-uġigħ li jseħħ fi sfond ta’ uġigħ persistenti li ġeneralment huwa kontrollat. Pazjenti li jirċievu terapija ta’ manteniment b’opijojdi huma dwak li qed jieħdu tal-anqas 60 mg ta’ morfina orali kuljum, tal-anqas 25 mikrogramma ta’ fentanyl ġol-ġilda kull siegħa, tal-anqas 30 mg oxycodone kuljum, tal-anqas 8 mg ta’ hydromorphone orali kuljum jew doża ekwianalġeżika ta’ opijojdi oħra għal ġimgħa jew aktar.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament għandu jinbeda minn u għandu jibqa’ taħt is-sorveljanza ta’ tabib b’esperjenza fil-ġestjoni ta’ terapija b’opijojdi f’pazjenti b’kanċer. It-tobba għandhom iżommu f’moħħhom il-potenzjal tal-abbuż b’fentanyl.

Pożoloġija

Il-pazjenti għandhom jiġu tittrati indiviwalment għad-doża li tagħtihom analġesja xierqa b’reazzjonijiet avversi ttollerati għal mediċina li jkunu qed jieħdu. Il-pazjenti għandhom jiġu monitorati b’attenzjoni waqt il-proċess ta’ tittrazzjoni.

Tittrazzjoni għal doża ogħla tkun teħtieġ kuntatt mal-professjonist fil-qasam ta’ kura tas-saħħa.

Id-doża ta’ Instanyl għal trattament ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa huwa indipendenti mid-doża ta’ manteniment ta’ kuljum ta’ opijojdi fl-istudji kliniċi (ara sezzjoni 5.1).

Doża massima ta’ kuljum: Trattament għal sa erba’ episodji ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa, kull wieħed minnhom b’mhux aktar minn żewġ dożi separati minn xulxin b’ tal-anqas 10 minuti.

Il-pazjenti għandhom jistennew 4 sigħat qabel ma jerġgħu jittrattaw episodju ieħor ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa b’Instanyl kemm għal tittrazzjoni u għal terapija ta’ manteniment. F’okkażjonijiet eċċezzjonali fejn episodju ġdid iseħħ fi żmien bikri, il-pazjenti jistgħu jużaw Instanyl biex jittrattawh imma għandhom jistennew mill-inqas sagħtejn qabel ma jagħmlu hekk. Għandu jiġi kkunsidrat aġġustament tad-doża tat-terapija bl-opijojdi fl-isfond wara analiżi mill-ġdid tal-uġigħ jekk il-pazjent ikollu episodji ta’ uġigħ qawwija li jiġu f’daqqa, ta’ spiss u li jkunu f’inqas minn 4 sigħat bejn episodju u ieħor jew aktar minn erba’ episodji ta’ uġigħ qawwija li jiġu f’daqqa f’kull 24 siegħa.

Tittrazzjoni tad-doża

Qabel mal-pazjenti jkunu tittrati b’Instanyl, huwa mistenni li l-uġigħ persistenti fl-isfond ikun ikkontrollat b’terapija ta’ opijojdi kronika u li m’humiex qed iħossu aktar minn erba’ episodji ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa kuljum.

Metodu ta’ tittrazzjoni

Il-qawwa inizjali għandha tkun ta’ ta’ doża waħda ta’ 50 mikrogramma f’kull minfes, li tiġi ttittrata ’l fuq kif meħtieġ permezz tal-firxa ta’ qawwiet disponibbli (50, 100, u 200 mikrogramma). Jekk analġesja xierqa ma tinkisibx tista’ tingħata doża bl-istess qawwa mhux aktar kmieni minn 10 minuti wara. Kull stadju ta’ tittrazzjoni (qawwa dożata) għandu jiġi valutat f’diversi episodji.

Ibda b’50 mikrogramma

- Uża doża waħda ta’ Instanyl - Stenna 10 minuti

Uġigħ mtaffi b’mod xieraq b’doża waħda ta’ Instanyl

Iva

Doża miksuba

Le

Erġa’ agħti doża oħra bl-istess qawwa. Ikkonsidra li tagħti gradina ta’ qawwa ogħla għall-episodju li jmiss

Terapija ta’ manteniment

Ġaladarba d-doża tkun stabbilita skont l-istadji deskritti hawn fuq, il-pazjent għandu jinżamm fuq din il-qawwa ta’ Instanyl. Jekk il-pazjent m’għandux biżżejjed serħan mill-uġigħ, tista’ tingħata doża oħra bl-istess qawwa mhux aktar kmieni minn 10 minuti wara dik li ngħatat qabel.

Aġġustament tad-doża

Ġeneralment, il-qawwa tad-doża ta’ manteniment ta’ Instanyl għandha tiżdid meta l-pazjent ikun jeħtieġ aktar minn doża waħda għal episodju ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa għal diversi episodji konsekuttivi.

Għandu jiġi kkunsidrat aġġustament fid-doża għat-terapija ta’ opijojdi li tingħata fl-isfond wara analiżi mill-ġdid tal-uġigħ jekk il-pazjent ta’ spiss ikollu episodji ta’ uġigħ qawwija li jiġu f’daqqa u li jkunu f’ inqas minn erba’ sigħat bejn episodju u ieħor; jew aktar minn erba’ episodji ta’ uġigħ li jiġu f’daqqa kull 24 siegħa.

Jekk reazzjonijiet avversi ikunu intollerabbli jew persistenti, il-qawwa għandha titnaqqas jew it-trattament b’Instanyl għandu jiġi sostitwit b’analġesiċi.

Waqfien tat-terapija

Instanyl għandu jitwaqqaf minnufih jekk il-pazjent ma jkollux aktar episodji ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa. It-trattament għal uġigħ fl-isfond persistenti għandu jitħalla kif preskritt.

Jekk ikun meħtieġ li jkun hemm waqfien tat-terapija bl-opijojdi kollha, il-pazjent għandu jiġi segwit b’attenzjoni minn tabib peress li hu meħtieġ li jkun hemm tittrazzjoni gradwali ’l isfel sabiex jiġu evitati effetti ta’ rtirar minħabba waqfien f’daqqa.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Tagħrif limitat fuq il-farmakokinetiċi, l-effikaċja u s-sigurtà huma disponibbli għall-użu f’Instanyl f’pazjenti li għandhom >65 sena t’età. Pazjenti anzjani jista’ jkun li jkollhom tneħħija mnaqqsa, half-life mtawwla u sensittività ogħla għal fentanyl milli pazjenti iżgħar. Għalhekk, kawtela għandha dejjem tittieħed fit-trattament ta’ pazjenti anzjani, kakektiċi jew indeboliti.

Fi provi kliniċi pazjenti anzjani għandhom tendenza li d-doża effettiva f’tittrazzjoni hija inqas minn dik ta’ pazjenti li għadhom m’għalqux 65 sena. Attenzjoni partikolari għandha tingħata meta Instanyl jiġi ttittrat f’pazjenti anzjani.

Indeboliment tal-fwied

Instanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti li għandhom indeboliment fil-fwied li hu bejn moderat għal sever (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment fil-kliewi

Instanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti b’indeboliment fil-kliewi li hu minn moderat sa sever (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u effikaċja ta’ Instanyl fit-tfal li għadhom m’għalqux 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Mod ta’ kif u mnejn jingħata

Instanyl huwa maħsub biex jingħata mill-imnieħer.

Huwa rakkomandat li l-pazjent jkun bilqiegħda jew f’pożizzjoni wieqfa meta jingħata Instanyl. Huwa meħtieġ li tnaddaf ir-ras taż-żennuna tal-isprej wara kull darba li jintuża.

Instanyl jinkorpora counter elettroniku tad-dożi, u perjodu bejn id-dożi li fih it-tagħmir ikun imsakkar biex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ doża eċċessiva aċċidentali, użu ħażin u abbuż, u biex jiġi pprovdut serħan ir-ras lill-pazjenti fir-rigward ta’ dawn ir-riskji. Wara l-għoti ta’ żewġ dożi fi żmien 60 minuta, Instanyl se jissakkar għal perjodu ta’ sagħtejn, mill-ewwel doża meħuda, qabel ma doża oħra tkun tista’ tingħata.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tagћti l-prodott mediċinali

Qabel ma tuża Instanyl għall-ewwel darba, l-isprej nażali jrid jiġi pprajmjat. Sekwenza ta’ pprajmjar ta’ 5 attivazzjonijiet tal-isprej nażali hi meħtieġa, u din hi indikata bħala "P5", "P4", "P3", "P2" u "P1" fid-display.

Jekk il-prodott ma jkunx intuża għall-perjodu ta’ aktar minn sebat ijiem, l-isprej nażali jrid jiġi pprajmjat mill-ġdid, billi tagħmel attivazzjoni darba qabel tittieħed id-doża li jmiss; dan hu indikat bħala "P" fid-display.

Matul il-proċess ta’ pprajmjar, il-prodott se jintefa’ ’il barra. Għalhekk, il-pazjent irid jingħata struzzjonijiet li l-ipprajmjar għandu jitwettaq f’żona vventilata tajjeb, u li t-tagħmir ma jkunx ippuntat fid-direzzjoni ta’ wċuħ u oġġetti li jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ persuni oħrajn, partikularment tfal.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Pazjenti mingħajr terapija ta’ manteniment b’opioid minħabba li hemm riskju miżjud ta’ depressjoni respiratorja.

Kura ta’ uġigħ akut minbarra uġigħ li jinħass.

Depressjoni respiratorja severa jew kundizzjonijiet ta’ pulmun impedut b’mod sever. Radjoterapija fuq il-wiċċ li saret qabel.

Episodji rikorrenti ta’ epistassi (ara sezzjoni 4.4).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Depressjoni respiratorja

Depressjoni respiratorja klinikament sinifikanti tista’ sseħħ b’fentanyl, u l-pazjenti għandhom jiġu osservati għal dawn l-effetti. Pazjenti b’uġigħ li jirċievu terapija ta’ opijojdi kronika jiżviluppaw tolleranza għal depressjoni respiratorja u minħabba f’hekk ir-riskju għal depressjoni respiratorja f’dawn il-pazjenti hu mnaqqas. L-użu fl-istess ħin ta’ kalmanti li jaġixxu fuq is-sistema nervuża ċentrali jistgħu jgħollu r-riskju ta’ depressjoni respiratorja (ara sezzjoni 4.5).

Mard tal-pulmun kroniku

F’pazjenti b’mard tal-pulmun impedut kroniku, fentanyl jista’ jkollu aktar reazzjonijiet avversi severi. F’dawn il-pazjenti, l-opijojdi jistgħu jnaqqsu l-prestazzjoni respiratorja u jżidu r-reżistenza tal-passaġġi tal-arja.

Funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied indebolita

Fentanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti b’indeboliment tal-fwied jew tal-kliewi. L-influwenza ta’ indeboliment tal-fwied u tal-kliewi fuq il-farmakokinetiċi ta’ Instanyl ma ġewx evalwati; madankollu, meta jingħata ġol-vina it-tneħħija ta’ fentanyl intweriet li nbidlet minħabba l-indeboliment tal-fwied jew tal-kliewi minħabba alterazzjonijiet fit-tneħħija metabolika u l-proteini fil-plażma.

Pressjoni intrakranjali ogħla

Fentanyl għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti li juru evidenza ta’ żieda fil-pressjoni intrakranjali, koxjenza indebolita jew koma.

Instanyl għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’tumur ċerebrali jew b’ġerħa fir-ras.

Mard tal-qalb

Fentanyl jista’ jipproduċi bradikardija. Fentanyl għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jkollhom bradiarritmija preċedenti jew diġà eżistenti. L-opijojdi jistgħu jikkawżaw pressjoni baxxa, speċjalment f’pazjenti b’ipovolemja. Għalhekk, Instanyl għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti bi pressjoni baxxa u/jew ipovolemja.

Sindrome tas-Serotonin

Hija rakkomandata kawtela meta Instanyl jingħata fl-istess ħin ma’ mediċini li jaffettwaw is-sistemi tan-newrotrasmettituri serotoninerġiċi.

L-iżvilupp ta’ sindrome tas-serotonin li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja jista’ jseħħ bl-użu konkomitanti ta’ mediċini serotonerġiċi bħall-Inibituri Selettivi tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin (SSRIs) u l-Inibituri tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin Norepinephrine (SNRIs), u ma’ mediċini li jdgħajfu l-metaboliżmu tas-serotonin (inklużi l-Inibituri tal-Monoamine Oxidase [MAOIs]). Dan jista’ jseħħ fi ħdan id-doża rakkomandata.

Is-sindrome tas-serotonin jista’ jinkludi bidliet fl-istat mentali (eż. aġitazzjoni, alluċinazzjonijiet, koma), instabilità awtonomika (eż. takikardija, pressjoni tad-demm instabbli, ipertermija), abnormalitajiet newromuskolari (eż. iperrifleksija, nuqqas ta’ koordinazzjoni, riġidità), u/jew sintomi gastrointestinali (eż. dardir, rimettar, dijarea).

Jekk ikun issuspettat is-sindrome tas-serotonin, il-kura b’Instanyl għandha titwaqqaf.

Kundizzjonijiet tal-imnieħer

Jekk il-pazjent jesperjenza episodji rikorrenti ta’ epistassi jew fastidju nażali waqt it-teħid t’Instanyl, għandu jiġi kkonsidrat li t-trattament għal uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa għandu jingħata f’għamla oħra.

Riħ komuni

Il-firxa globali għall-esponiment ta’ fentanyl f’individwi b’riħ komuni mingħajr ma ngħataw trattament minn qabel b’vażokonstrittur tal-imnieħer hu komparabbli ma’ individwi b’saħħithom. Għal użu fl-istess ħin ta’ vażokonstrittur tal-imnieħer ara sezzjoni 4.5.

Potenzjal t’abbuż u dipendenza

It-tolleranza u dipendenza fiżika u/jew psikoloġika jistgħu jiżviluppaw bl-għoti ripetut ta’ opijojdi bħal fentanyl. Madankollu, dipendenza ijatroġenika wara l-użu terapewtiku ta’ opijodi hija rari fit-trattament ta’ uġigħ relat mal-kanċer.

Sintomi ta’ tiżmin

Sintomi ta’ tiżmin jistgħu jiġu preċipitati bl-għoti ta’ sustanzi b’attività antagonista għal opijojdi, eż. naloxone, jew taħlita analġeżika b’agonista/antagonista (eż. pentazocine, butorphanol, buprenorphine, nalbuphine).

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-għoti fl-istess ħin ta’ fentanyl ma’ sustanza serotoninerġika, bħal Inibitur Selettiv tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin (SSRI) jew Inibitur tat-Teħid mill-Ġdid tas-Serotonin Norepinephrine (SNRI) jew Inibitur tal-Monoamine Oxidase (MAOI), jista’ jżid ir-riskju tas-sindrome tas-serotonin, li hija kundizzjoni li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja.

Instanyl mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti li rċevew Inibituri ta’ Monoamine Oxidase (MAOIs) fi żmien 14-il ġurnata, minħabba li b’analġeżiċi opioid kien irrapportat żjieda severa fil-qawwa, li ma tistax titbassar minn inibituri ta’ MAO.

Fentanyl huwa prinipalment metabolizzat permezz tas-sistema ta’ isoenżimi ta’ ċitokromi umani P450 3A4 (CYP3A4), għalhekk interazzjonijiet potenzjali jistgħu jseħħu meta Instanyl jingħata flimkien ma’ prodotti mediċinali li jaffettwaw l-attività ta’ CYP3A4. L-għoti flimkien ma’ prodotti mediċinali li jinduċu l-attività ta’ 3A4 jista’ jnaqqas l-effikaċja ta’ Instanyl. L-użu fl-istess ħin ta’ Instanyl ma’ impedituri qawwija CYP3A4 (eż. ritonavir, ketoconazole, itraconazole, troleandomycin, clarithromycin, u nelfinavir) jew impedituri moderati (eż., amprenavir, aprepitant, diltiazem, erythromycin, fluconazole, fosamprenavir, u verapamil) jistgħu jirriżultaw f’żieda fil-konċentrazzjonijiet ta’ fentanyl fil-plażma, li jista’ jwassal għal reazzjonijiet avversi għal mediċina li jinkludi wkoll depressjoni respiratorja li tista’ twassal għal mewt.

Pazjenti li jirċievu Instanyl fl-istess ħin ma’ impedituri moderati jew qawwija ta’ CYP3A4 għandhom ikunu monitorati b’attenzjoni għal perijodu twil ta’ żmien. Żieda fid-doża għandha ssir b’kawtela.

Fi studju ta’ interazzjoni farmakokinetika, instab li l-konċentrazzjoni massima ta’ fentanyl li jittieħed mill-imnieħer ġol plażma tnaqqset b’50% bl-użu fl-istess ħin ta’ oxymetazoline, filwaqt li l-ħin sabiex jintlaħaq Cmax (Tmax) kien irdoppjat. Dan jista’ jnaqqas l-effikaċja ta’ Instanyl. Huwa rakkomandat li l-użu fl-istess ħin ma’ dekonġestanti tal-imnieħer jiġi evitat (ara sezzjoni 5.2).

L-użu fl-istess ħin ta’ sedattivi oħra li jaġixxu fuq is-sistema nervuża ċentrali, li jinkludu opijojdi oħra, sedattivi jew ipnotiċi, anestetiċi ġenerali, phenothiazines, kalmanti, rilassaturi tal-muskoli skeletriċi, antiħistamini sedattivi u alkoħol jistgħu jikkaġunaw effetti depressanti addittivi.

L-użu fl-istess ħin ta’ agonisti/antagonisti ta’ opiojdi parzjali (eż. buprenorphine, nalbuphine, pentazocine) mhux rakkomandat. Huma għandhom affinità għolja għal riċettaturi tal-opijojdi b’attività intrinsika relattivament baxxa u għalhekk parzjalment jantagonizzaw l-effett anaġeżiku ta’ fentanyl, u jistgħu jinduċu sintomi ta’ nuqqas ta’ teħid tal-prodott f’pazjenti dipendenti fuq opijojdi.

L-użu fl-istess ħin ta’ Instanyl ma’ prodotti mediċinali oħrajn (għajr oxymetazoline) mogħtijin mill-imnieħer ma ġiex evalwat fil-provi kliniċi. Huwa rrakkomandat li jiġu kkunsidrati modi alternattivi ta' għoti għal trattament fl-istess ħin ta' mard konkurrenti li jista’ jiġi ttrattat billi jingħata mill-imnieħer.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ fentanyl waqt it-tqala. Studji fuq bhejjem urew ħsara fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies. Instanyl m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx bżonn ċar.

Wara trattament fuq perijodu ta’ żmien twil, fentanyl jista’ jikkawża effetti ta’ rtirar fit-tarbija li għadha titwieled.

Huwa rakkomandat sabiex fentanyl ma jintużax waqt il-ħlas u t-twelid (li tinkludi biċ-ċesarja) peress li fentanyl jgħaddi minn ġol-plaċenta u jista’ jikkawża depressjoni respiratorja fil-fetu. Jekk jingħata Instanyl, antidot għat-tarbija għandu jkun faċilment disponibbli.

Treddigħ

Fentanyl jgħaddi għal ġol-ħalib tas-sider u jista’ jikkawża sedazzjoni u depressjoni respiratorja fit-tarbija li qed tiġi mredda’. Fentanyl m’għandux jintuża minn nisa li qed ireddgħu u t-treddigħ m’għandux jerġa jinbeda qabel ta’ l-inqas 5 ijiem wara l-aħħar għoti ta’ fentanyl.

Fertilità

M’hemmx tagħrif disponibbli dwar kif jaffettwa l-fertilità fil-bniedem. Fi studji fuq l-annimali, il-fertilità tar-raġel u tal-mara kienet indebolita f’dożi sedattivi (ara sezzjoni 5.3).

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, analġeżiċi ta’ opijojdi huma magħrufin li jimpedixxu l-abbilità mentali u/jew fiżika meħtieġa biex issuq jew tħaddem inġenji. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jsuqux jew iħaddmu magni jekk jaqbadhom in-ngħas, ikollhom sturdamenti, disturbi viżivi jew effetti avversi oħra li jistgħu jimpedixxu l-ħila għas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi tipiċi għal opijojdi huma mistennija b’Instanyl. B’mod frekwenti, ħafna minn dawn ma jibqgħux jew jonqsu mill-intensità bl-użu kontinwu tal-prodott mediċinali. L-aktar reazzjonijiet avversi serji huma depressjoni respiratorja (li jista’ jwassal għal apnea jew arrest

respiratorju), depressjoni ċirkolatorja, pressjoni baxxa u xokk u kull pazjent għandu jiġi monitorat mill-qrib għal dawn.

Il-provi kliniċi ta’ Instanyl kienu ppjanati biex jevalwaw is-sigurtà u l-effikaċja sabiex jiġi trattat l-uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa. Il-pazjenti kollha kienu qed jieħdu opijojdi fl-istess ħin, bħal morfina li tintreħa b’mod sostnut jew fentanyl li jgħaddi minn ġol-ġilda, għal uġigħ persistenti tagħhom. Għalhekk, mhux possibbli li wieħed jissepara b’mod definittiv l-effetti ta’ Instanyl waħdu. Ir-reazzjonijiet avversi kkunsidrati li huma tal-anqas possibilment marbuta ma’ trattament fil-provi kliniċi ta’ Instanyl huma inklużi fit-tabella hawn isfel.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Il-kategoriji li ġejjin huma użati biex jiggradaw l-effetti mhux mixtieqa skont kif iseħħu: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1000); u rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżlin skont is-serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin kienu irrapportati b’Instanyl u/jew komposti oħra li fihom fentanyl waqt studji kliniċi u fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Sistema tal-klassifika tal-

Komuni

Mhux komuni

Mhux magħruf

organi

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

Dipendenza, nuqqas

Alluċinazzjoni

 

 

ta’ rqad

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Ngħas, sturdament,

Sedazzjoni,

Konvulżjoni

 

uġigħ ta’ ras

mijklonus,

 

 

 

paraestesja,

 

 

 

disaestesja,

 

 

 

disgewsja

 

Disturbi fil-widnejn u fis-

Vertiġini

Deni taċ-ċaqlieq

 

sistema labirintika

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Pressjoni baxxa

 

Disturbi vaskulari

Fwawar, fawra

 

 

 

sħuna

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Irritazzjoni fil-

Depressjoni

Perforazzjoni

medjastinali

griżmejn

respiratorja,

tas-septum tal-

 

 

epistassi, ulċera

imnieħer

 

 

nażali, rinorrea

 

Disturbi gastro-intestinali

Tqalligħ, remettar

Stitikezza, stomatite,

Dijarea

 

 

ħalq xott

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

Iperidrosi

Uġigħ tal-ġilda, ħakk

 

ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

Disturbi ġenerali u

 

Deni

Għeja kbira, telqa

kondizzjonijiet ta' mnejn

 

 

edema periferali,

jingħata

 

 

sindrome ta’ rtirar

 

 

 

tal-mediċina*

Korriment, avvelenament u

 

 

Waqa’

komplikazzjonijiet ta’ xi

 

 

 

proċedura

 

 

 

*sintomi ta’ rtirar ta’ opioids bħal dardir, rimettar, dijarea, ansjetà, tertir, rogħda, u għaraq kienu osservati b’fentanyl transmukużali

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott

mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Sintomi

Is-sintomi ta’ doża eċċessiva b’fentanyl huma mistennija li jkunu estensjoni tal-azzjonijiet farmakoloġiċi tiegħu eż. għeja eċċessiva, koma u dipressjoni respiratorja severa. Sintomi oħra għandhom mnejn jinkludu ipotermja, tnaqqis fit-tonalità muskolari, bradikardja u pressjoni baxxa. Sinjali ta’ tossiċità huma sedazzjoni profonda, atassja, mijosi, konvulsjonijiet u depressjoni respiratorja bħala s-sintomu ewlieni.

Trattament

Għal ġestjoni ta’ depressjoni respiratorja kontramiżuri immedjati għandhom jinbdew li jinkludu stimulazzjoni fiżika u verbali tal-pazjent. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu segwiti bl-għoti ta’ antagonista opijojdi speċifiku bħal naloxone. Depressjoni respiratorja li ssegwi doża eċċessiva tista’ tibqa’ għaddejja lil hinn mit-tul ta’ azzjoni tal-antagonista opijojdi. Il-half-life tal-antagonista tista’ tkun qasira, għalhekk l-għoti ripetut jew infużjoni kontinwa tista’ tkun meħtieġa. L-invers tal-effett narkotiku jista’ jirriżulta fil-bidu ta’ uġigħ akut u r-rilaxx ta’ catecholamines.

Jekk is-sitwazzjoni klinika tkun teħtieġ, passaġġ tal-arja patenti għandu jiġi stabbilit u mantnut, possibilment b’tubu orofarinġeali jew endotrakeali u l-ossiġenu għandu jiġi amministrat u r-respirazzjoni tiġi assistita jew ikkontrollata, kif meħtieġ. Temperatura adegwata tal-ġisem u t-teħid ta’ fluwidu għandu jiġi mantnut.

Jekk pressjoni baxxa severa jew persistenti sseħħ, għandha tiġi kkonsidrata l-ipovolemja u l-kundizzjoni għandha tiġi ġestita b’terapija bi fluwidu parenterali xieraq.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Analġeżiċi, opijojdi, Kodiċi ATC: N02AB03

Mekkaniżmu t’azzjoni

Fentanyl huwa analġeżiku opijojdi li jirreaġixxi prinċipalment mar-riċettatur tal-opijojdi μ bħala agonista pur b’affinità baxxa għar-riċettaturi tal-opijojdi δ u κ. L-azzjoni terapewtika primarja hi analġesja. L-effetti farmakoloġiċi sekondarji huma depressjoni sekondarja, bradikardja, stitikezza, mijosi, dipendenza fiżika u ewforija.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Instanyl (50, 100 u 200 mikrogramma) ġew assessjati f’żewġ studji każwali, double-blind, inkroċjati u pivotali kontrollati bi plaċebo f’279 pazjent adult bil-kanċer li huma tolleranti għal opijojdi (fl-etajiet 32-86 sena) b’uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa (BTP). Il-pazjenti kellhom medja ta’ bejn 1 sa 4 episodji kuljum waqt li kienu qed jieħdu terapija ta’ manteniment ta’ opijojdi. Pazjenti li kienu fit-tieni studju pivotali kienu pparteċipaw qabel fl-istudju farmakokinetiku ta’ Instanyl jew fl-ewwel studju pivotali.

L-istudji kliniċi wrew l-effikaċja u s-sigurtà ta’ Instanyl. Ma ġiet stabilita ebda korelazzjoni bejn id-doża ta’ manteniment b’opijojdi u dożi b’Instanyl, madankollu fit-tieni studju pivotali, il-pazjenti b’doża ta’ manteniment baxxa ta’ opijojdi wrew tendenza li l-uġigħ jittaffa’ b’mod aktar effettiv b’qawwa korrispondenti aktar baxxa ta’ Instanyl meta mqabbla ma’ pazjenti li kienu qed jieħdu doża ta’ manteniment ta’ opijojdi ogħla. Dan deher l-aktar f’pazjenti li spiċċaw b’Instanyl ta’

50 mikrogramma.

Fl-istudji kliniċi f’pazjenti b’kanċer, il-qawwiet użati l-aktar frekwenti kienu dawk tal-100 u

200 mikrogramma; madanakollu, il-pazjenti għandhom jiġu ttitrati għad-doża ottimali ta’ Instanyl għat-trattament ta’ BTP f’kanċer (ara sezzjoni 4.2).

It-tliet qawwiet ta’ Instanyl urew differenzi statistikament sinifikanti (p<0.001) fl-intensità ta’ uġigħ ogħla wara 10 minuti (PID10) meta mqabbla mal-plaċebo. Barra minn hekk Instanyl kien sinifikament superjuri sabiex jittaffa l-uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa wara 10, 20, 40 u 60 minuta wara li ngħata.

Ir-riżultati ta’ sommarju ta’ PID wara 60 minuta (SPID0-60) urew li kull qawwa ta’ Instanyl kellha punteġġi medji sinifikament ogħla ta’ SPID0-60 meta mqabbla ma’ plaċebo (p<0.001) li juri li l-uġigħ jittaffa’ aħjar b’Instanyl meta mqabbel ma’ plaċebo għal 60 minuta.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Instanyl ġew ivvalutati f’pazjenti li kienu qed jieħdu l-prodott mediċinali fil-bidu tal-episodju ta’ uġigħ qawwi li jiġi f’daqqa. Instanyl m’għandux jintgħata minn qabel biex jilqa’ għal episodji prevedibbli ta’ uġigħ.

Hemm biss esperjenza ristretta b’Instanyl f’pazjenti bi trattament ta’ opijojdi fl-isfond ekwivalenti għal ≥ 500 mg/jum morfina jew ≥ 200 mikrogramma/siegħa b’fentanyl li jingħata minn ġol-ġilda.

Instanyl f’dożi ogħla minn 400 mikrogramma ma ġewx valutati fi provi kliniċi.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Fentanyl huwa lipofiliku ħafna. Fentanyl jesebixxi tliet kinetiċi ta’ distribuzzjoni kompartamentali. Minn tagħrif miġbur mill-annimali wara li jiġi assorbit, fentanyl jiġi distribwit malajr fil-moħħ, il-qalb, il-pulmun u l-milsa li jiġu segwiti f’distribuzzjoni mill-ġdid għal muskoli u l-grass. Il-proteini fil-plażma ta’ fentanyl hu madwar 80%. Il-bijodisponibilità assoluta ta’ Instanyl hi madwar 89%. Tagħrif kliniku juri li fentanyl jiġi assorbit malajr ħafna mill-mukosa tal-imnieħer. L-għoti ta’ Instanyl f’dożi waħdanin li jvarjaw minn 50 sa 200 mikrogramma ta’ fentanyl kull doża f’pazjenti bil-kanċer li saru tolleranti għal opijojdi jirriżulta f’livell rapidu ta’ Cmax ta’ bejn 0.35 sa 1.2 ng/ml. It-Tmax medjan korrispondenti huwa ta’ bejn 12-15 minuta. Madankollu, ġew osservati valuri ogħla għal Tmax fi studju tal-proporzjonalità tad-doża f’voluntiera b’saħħithom.

Distribuzzjoni

Wara l-għoti minn ġol-vina ta’ fentanyl il-half-life tal-firxa inizjali hi madwar 6 minuti u half-life simili tidher wara l-għoti mill-imnieħer ta’ Instanyl. Il-half-life ta’ eliminazzjoni hi madwar 3-4 sigħat għal Instanyl f’pazjenti bil-kanċer.

Bijotrasformazzjoni

Fentanyl jiġi metabolizzat prinċipalment fil-fwied b’CYP3A4. Il-metabolit ewlieni, norfentanyl mhux attiv.

Eliminazzjoni

Madwar 75% ta’ fentanyl jiġi eliminat fl-urina, prinċipalment permezz ta’ metaboliti mhux attivi, b’inqas minn 10% tas-sustanza attiva ma tkunx mibdula. Madwar 9% tad-doża hija rkuprata fl-ippurgar prinċipalment bħala metaboliti.

Linearità

Instanyl juri kinetiċi linejari. Il-linejarità ġiet murija f’individwi b’saħħithom li ngħataw bejn 50 mikrogrammi sa 400 mikrogramma Instanyl.

Sar studju dwar l-interazzjonijiet ta’ bejn mediċina u oħra ma’ mediċina li ddejjaq il-vażi tal-imnieħer (oxymetazoline). Individwi b’rinite allerġika ħadu oxymetazoline bħala sprej tal-imnieħer siegħa qabel Instanyl. Kien hemm bijodisponibilità komparabbli (AUC) għal fentanyl bi u mingħajr oxymetazoline, waqt li kien hemm tnaqqis ta’ Cmax u żieda f’Tmax ta’ fentanyl b’fattur ta’ tnejn meta ngħata oxymetazoline. Il-firxa globali tal-espożizzjoni ta’ fentanyl f’individwi b’rinite allerġika

mingħajr trattament ta’ qabel b’mediċina li ddejjaq il-vażi tal-mnieħer hi komparabbli għal dik f’individwi b’saħħithom. L-użu konkomittanti ta’ mediċina li ddejjaq il-vażi tal-mnieħer għandu jiġi evitat (ara sezzjoni 4.5).

Bijoekwivalenza

Studju farmakokinetiku wera li l-isprej ta’ Instanyl ta’ doża waħda u ta’ multidożi huma bijoekwivalenti.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Informazzjoni mhix klinika, magħmula fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni u riskju ta’ kanċer ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bniedem.

Fi studju dwar il-fertilità u l-iżvilupp embrijoniku bikri fil-firien, effett fuq l-irġiel ġie osservat f’dożi għoljin (300 μg/kg/jum, s.c.) u hu konsistenti mal-effetti sedattivi ta’ fentanyl fi studji fuq l-annimali. Barra minn hekk studji f’firien nisa wrew fertilità mnaqqsa u żieda fil-mortalità embrijonali. Studji aktar riċenti wrew li effetti fuq l-embrijo kienu dovuti għal tossiċità maternali u mhux għal effetti diretti tas-sustanzi fuq l-embriju li qed jiżviluppa. Fi studju dwar l-iżvilupp ta’ qabel u wara t-twelid ir-rata ta’ sopravivenza tal-wild kien mnaqqas b’mod sinifikanti f’dożi li naqqsu l-piż maternali bi ftit. Dan l-effett jista’ jkun dovut għal kura mibdula tal-omm jew effett dirett ta’ fentanyl fuq il-frieħ. Ma kienux osservati effetti fuq l-iżvilupp somatiku u mġieba tal-wild. Effetti teratoġeniċi ma ntwerewx.

Studji ta’ tolleranza lokali b’Instanyl fi qżieqeż żgħar urew li l-għoti ta’ Instanyl kien tollerat sew.

Studji dwar il-karċinoġeniċità (bijoanaliżi alternattiv tal-ġilda ta’ 26 ġimgħa fi ġrieden Tg.AC transġeniċi; studju ta’ sentejn dwar il-karċinoġeniċità taħt il-ġilda fil-firien) b’fentanyl ma żvelax sejbiet li jindikaw potenzjal onkoġeniku. Evalwazzjoni ta’ slides tal-moħħ mill-istudju dwar il-karċinoġeniċità żvelat leżjonijiet fil-moħħ fl-annimali li ngħataw dożi għoljin ta’ fentanyl citrate. Mhix magħrufa r-rilevanza ta’ dawn is-sejbiet għall-bnedmin.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Sodium dihydrogen phosphate dihydrate

Disodium phosphate dihydrate

Ilma ppurifikat

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Instanyl 50 mikrogrammi/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni Instanyl 100 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni Instanyl 200 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni 18 xahar.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura taħt 30°C.

Tagħmlux fil-friża.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kontenitur tal-polypropylene (PP) sprej nażali jikkonsisti fi flixkun tal-ħġieġ (kannella tal-ħġieġ Tip 1) bil-pompa metraġġ. Il-kontenitur tal-isprej nażali għandu display elettroniku, kontro doża, mekkaniżmu lock out u għatu reżistenti għat-tfal.

Jiġi fil-preżentazzjonijiet li ġejjin:

Instanyl 50 mikrogrammi/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni.DoseGuard

2.0ml li fiha 1.00 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 10 dożi ta’ 50 mikrogramma

3.2ml li fiha 1.60 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 20 doża ta’ 50 mikrogramma

4.3ml li fiha 2.15 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 30 doża ta’ 50 mikrogramma

5.3ml li fiha 2.65 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 40 doża ta’ 50 mikrogramma

Instanyl 100 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni. DoseGuard

2.0ml li fiha 2.00 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 10 dożi ta’ 100 mikrogramma

3.2ml li fiha 3.20 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 20 doża ta’ 100 mikrogramma

4.3ml li fiha 4.30 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 30 doża ta’ 100 mikrogramma

5.3ml li fiha 5.30 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 40 doża ta’ 100 microgramma

Instanyl 200 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni. DoseGuard

2.0 ml li fiha 4.00 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 10 dożi ta’ 200 mikrogramma 3.2 ml li fiha 6.40 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 20 doża ta’ 200 mikrogramma

4.3ml li fiha 8.60 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 30 doża ta’ 100 mikrogramma

5.3ml li fiha 10.60 mg fentanyl li tiżgura l-forniment ta’ 40 doża ta’ 200 mikrogramma

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Minħabba l-użu ħażin possibbli ta’ fentanyl u l-ammont possibbli ta’ soluzzjoni li jkun fadal, kwalunkwe sprej nażali użat jew mhux użat irid jiġi rritornat b’mod sistematiku u jintrema kif suppost skont ir-rekwiżiti lokali jew jittieħed lura għand l-ispiżjar.

Il-kontenitur tal-isprej nażali fih il-batteriji. Il-batteriji ma jistgħux jinbidlu.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Takeda Pharma A/S

Dybendal Alle 10

DK-2630 Taastrup

Id-Danimarka

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Instanyl 50 mikrogrammi/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni DoseGuard EU/1/09/531/022-025

Instanyl 100 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni DoseGuard EU/1/09/531/026-029

Instanyl 200 mikrogramma/sprej iddożat għall-imnieħer, soluzzjoni DoseGuard EU/1/09/531/030-033

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni:

Data tal-aħħar tiġdid:

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati