Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għalll-utent Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva Pilloli 150 mg/12.5 mg
irbesartan/hydrochlorothiazide
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.Ara sezzjoni 4.
F’dan il-fuljett
1.X’inhu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għalxiex jintuża
2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
3.Kif għandek tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
4.Effetti sekondarji possibbli
5.Kif taħżen Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva hu kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi attivi, irbesartan u hydrochlorothiazide.
Irbesartan jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini magħrufin bħala antagonisti tar-riċetturi angiotensin-II. Angiotensin-II hija sustanza li jagħmel il-ġisem li tingħaqad mar-riċetturi fil-vini u ġġegħelhom jissikkaw. B’hekk tirriżulta żieda fil-pressjoni. Irbesartan ma jħallix angiotensin-II jingħaqad ma dawn ir-riċetturi, b’hekk il-vini tad-demm jirrilassaw u l-pressjoni tinżel.
Hydrochlorothiazide hija waħda mill-grupp ta’ mediċini (jissejħu dijuretiċi thiazide) li jikkaġunaw żieda fil-ħruġ ta’ l-awrina u b’hekk tinżel il-pressjoni.
Iż-żewġ sustanzi attivi f’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jaħdmu flimkien biex inaqqsu l- pressjoni iktar milli kieku jingħataw waħidhom.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jintuża biex jikkura pressjoni tad-demm għolja, meta l- kura b’irbesartan jew hydrochlorothiazide waħedhom ma tipprovdix kontroll adattat għall-pressjoni tiegħek.

Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
jekk inti allerġiku/a għal irbesartan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)
jekk inti allerġiku/a għal hydrochlorothiazide jew mediċini oħra derivati minn sulfonamide
jekk inti iktar minn 3 xhur tqila. (Ikun aħjar ukoll li tevita Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva kmieni fit-tqala – ara s-sezzjoni dwar it-tqala)
jekk inti għandek problemi severi tal-fwied jew tal-kliewi
jekk inti għandek diffikultà biex tagħmel l-awrina
jekk it-tabib tiegħek jistabbilixxi li għandek livelli persistenti ta’ calcium għoli jew potassium baxx fid-demm tiegħek
jekk għandek dijabete jew funzjoni indebolita tal-kliewi u inti kkurat b’ mediċina li tbaxxi l- pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik:
jekk ikollok rimettar jew dijarea eċċessiva
jekk inti tbati minn problemi tal-kliewi, jew għandek trapjant tal-kliewi
jekk inti tbati minn problemi tal-qalb
jekk inti tbati minn problemi tal-fwied
jekk inti tbati mid-dijabete
jekk inti tbati minn lupus erythematosus (magħruf ukoll bħala lupus jew SLE)
jekk issofri minn aldosteroniżmu primarju (kundizzjoni relatata ma’ produzzjoni għolja ta’ l-ormon aldosterone, li jikkawża retenzjoni ta’ sodium u, li min-naħa tiegħu, iżid il-pressjoni fid-demm)
jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja.
-inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.
-aliskiren
It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.
Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva”
Għandek tavża lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti tqila (jew li tista’ tinqabad tqila). Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat kmieni matul it-tqala, u m’għandux jittieħed jekk int iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dak l- istadju tat-tqala (ara s-sezzjoni dwar it-tqala).
Int għandek tgħid ukoll lit-tabib tiegħek:
jekk int qiegħed/qiegħda fuq dieta nieqsa mill-melħ
jekk int qed turi sinjali bħal għatx mhux tas-soltu, ħalq xott, għejja ġenerali, ngħas, uġigħ fil-muskoli jew bugħawwieġ, dardir, rimettar jew taħbit tal-qalb mgħaġġel mhux normali li jistgħu jseħħu minħabba effett eċċessiv ta’ hydrochlorothiazide (li hemm fi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva)
jekk tesperjenza żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx b’sintomi ta’ ħruq (bħal ħmura, ħakk, nefħa, bżieżaq) li jseħħu aktar frekwenti min-normal
jekk tkun se tagħmel xi operazzjoni (kirurġija) jew tkun se tirċievi anistetiku
jekk ikollok tibdil fil-viżta jew uġigħ f’waħda mill-għajnejn jew fiż-żewġ għajnejn meta tkun qed tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva. Dan jista’ jkun sinjal li inti qed tiżviluppa glawkoma, pressjoni miżjuda f’għajn minnhom jew fiż-żewġ għajnejn. Għandek tieqaf tieħu kura bi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għandek tfittex parir mediku minnufih.
Il-hydrochlorothiazide li jinstab f’din il-mediċina jista’ jirriżulta’ f’test posittiv ta’ l-anti-doping.
Tfal u adolexxenti
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva m’ghandux jingħata lil tfal u adolexxenti (taħt it-18 il-sena).
Mediċini oħra u Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra:
- Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”).
Dijuretiċi bħal hydrochlorothiazide li jinstab f’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jista’ jkollhom effett fuq mediċini oħra. Preparazzjonijiet li fihom lithium m’għandhomx jittieħdu ma’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jekk ma tkunx taħt is-superviżjoni mill-viċin tat-tabib tiegħek.
It-tabib jista’ jkollu bżonn jibdillek id-doża u/jew jieħu prekawzjonijiet oħra jekk inti qed tieħu aliskiren.
Jista’ jkollok bżonn tagħmel xi kontroll tad-demm jekk tieħu:
supplimenti tal-potassium
sostituti tal-melħ li fihom il-potassium
mediċini li fihom il-potassium, dijuretiċi oħra (pilloli ta’ l-ilma)
xi lassattivi
mediċini għall-kura tal-gotta
supplimenti terapewtiċi tal-vitamina D
mediċini biex jikkontrolaw ir-ritmu tal-qalb
mediċini għad-dijabete (mediċini li jittieħdu mill-ħalq jew insulina)
carbamazepine (mediċina għall-kura tal-epilessija).
Huwa importanti wkoll li tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tieħu mediċini oħra biex tniżżel il-pressjoni tad-demm, sterojdi, mediċini biex tikkura il-kanċer, mediċini li jtaffu l-uġigħ, mediċini għall-artrite, jew colestyramine u reżini ta’ colestipol biex tbaxxi l-kolesterol fid-demm.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma’ ikel u xorb
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jista’ jittieħed bi jew mingħajr ikel.
Minħabba l-hydrochlorothiazide li hemm fi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva, jekk tixrob l- alkoħol meta tkun qed tieħu l-kura b’din il-mediċina, jista’ jkollok sensazzjoni miżjuda ta’ sturdament meta tqum bil-wieqfa, b’mod speċjali meta tqum minn pożizzjoni bil-qiegħda.
Tqala, treddigħ u fertilità Tqala
Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieqaf tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva qabel ma toħroġ tqila jew hekk kif issir taf li inti tqila, u ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat fil-bidu tat-tqala, u m’għandux jittieħed meta mara tkun iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.
Treddigħ
Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew jekk ser tibda tredda’. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat għal ommijiet li jkunu qed ireddgħu, u t-tabib tiegħek jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek tkun tat-twelid, jew jekk tkun twieldet qabel iż-żmien.
Sewqan u tħaddim ta’ magni
Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhux suppost li jtellfek milli ssuq jew tħaddem magni. Madankollu, xi kultant sturdament jew għeja jinħassu waqt il-kura ta’ kontra l-pressjoni għolja. Jekk tħoss xi ħaġa minn dawn, kellem lit- tabib tiegħek qabel ma tipprova ssuq jew tħaddem magni.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva fih il-lactose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkor (ngħidu aħna lactose), ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il- mediċina.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Dożaġġ
Id-doża rakkomandata ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva hija pillola waħda jew tnejn kuljum. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ġeneralment jiġi preskritt mit-tabib tiegħek meta l- kura li kont tieħu qabel ma tnaqqasx il-pressjoni tad-demm biżżejjed. It-tabib tiegħek igħidlek kif għandek tagħmel biex taqleb mill-kura li kont qed tieħu qabel għal Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva.
Kif għandek tieħu l-mediċina
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva huwa għal użu orali. Ibla’ l-pilloli b’ammont suffiċjenti ta’ fluwidu (eż. tazza ilma). Tista’ tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva bi jew mingħajr ikel. Ipprova ħu d-doża ta’ kuljum tiegħek bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin tal-ġurnata kuljum. Huwa importanti li tkompli tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx mod ieħor.
L-effett massimu biex tinżel il-pressjoni għandu jintlaħaq f’6-8 ġimgħat wara li tinbeda l-kura.
Jekk tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva aktar milli suppost
Jekk aċċidentalment tieħu ħafna pilloli, għid lit-tabib tiegħek minnufih.
It-tfal ma għandhomx jieħdu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma għandux jingħata lil tfal iżgħar minn 18-il sena. Jekk tifel/tifla jibla’/tibla’ xi pilloli, għid lit-tabib tiegħek minnufih.
Jekk tinsa tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Jekk aċċidentalment taqbeż id-doża tal-ġurnata, ħu d-doża li jmiss bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
4.Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.
Xi wħud minn dawn l-effetti jistgħu jkunu serji u jistgħu jirrikjedu attenzjoni medika.
Każijiet rari ta’ reazzjonijiet allerġiċi tal-ġilda (raxx, urtikarja), kif ukoll nefħa lokalizzata tal-wiċċ, xofftejn u/jew ilsien ġew irrapportati f’pazjenti li jieħdu irbesartan.
Jekk ikollok xi sintomu minn dawn t’hawn fuq jew tesperjenza qtugħ ta’ nifs, waqqaf Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għid lit-tabib tiegħek minnufih.
Il-frekwenza tal-effetti sekondarji elenkati hawn taħt hija definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10
Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100
L-effetti sekondarji rrapportati fi studji kliniċi għal pazjenti kkurati b’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva kienu:
Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)
dardir/rimettar
tagħmel l-awrina mhux normali
għeja
sturdament (anki meta tqum minn mimdud jew minn bil-qiegħda)
testijiet tad-demm jistgħu juru livelli ogħla ta’ enzim li jkejjel il-funzjoni tal-muskoli u tal-qalb (creatine kinase) jew livelli għoljin ta’ sustanzi li jkejlu l-funzjoni tal-kliewi (nitroġenu fl-urea
tad-demm, creatinine).
Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jikkawżalek xi problema, kellem lit-tabib tiegħek.
Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100))
dijarea
pressjoni baxxa
ħass ħażin
taħbit mgħaġġel tal-qalb
fwawar
nefħa
disturb sesswali (problemi fl-attività sesswali)
testijiet tad-demm jistgħu juru livelli aktar baxxi ta’ potassium u sodium fid-demm tiegħek.

Effetti sekondarji rrappuratati minn meta Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva tqiegħed fis- suq
Xi effetti mhux mixtieqa ġew irrapportati minn meta Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva tpoġġa fis-suq. Effetti mhux mixtieqa, fejn il-frekwenza mhijiex magħrufa huma: uġigħ ta’ ras, żarżir fil- widnejn, sogħla, disturbi fit-togħma, indiġestjoni, uġigħ fil-ġogi u fil-muskoli, funzjoni tal-fwied anormali u indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi, livell ogħla ta’ potassium f’demmek u reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx, ħorriqija, nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fil-ħalq, fl-ilsien jew fil-gerżuma. Każijiet mhux komuni ta’ suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew abjad tal-għajnejn) ġew irrapportati wkoll.
Bħal ma jiġri f’kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi attivi, effetti sekondarji assoċjati ma’ komponenti waħidhom ma jistgħux jiġu esklużi.
Effetti sekondarji assoċjati ma’ irbesartan waħdu
Flimkien ma’ l-effetti sekondarji irrapportati hawn fuq, ġie rrapportat ukoll uġigħ fis-sider.
Effetti sekondarji assoċjati ma’ hydrochlorothiazide waħdu
Nuqqas ta’ aptit; irritazzjoni ta’ l-istonku; bugħawwiġ fl-istonku; stitikezza, suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-abjad ta’ l-għajnejn); infjammazzjoni tal-frixa kkaratterizzata b’uġigħ sever fil-parti ta’ fuq ta’ l-istonku, spiss b’dardir u rimettar; disturbi fl-irqad; dipressjoni; vista mċajpra; nuqqas ta’ ċelloli bojod tad-demm, li jistgħu jirriżultaw f’infezzjonijiet frekwenti, deni; tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits (ċellola tad-demm essenzjali għall-għaqid tad-demm), numru mnaqqas taċ-ċelloli tad-demm ħomor (anemija) ikkaratterizzat minn għejja, uġigħ ta’ ras, qtugħ ta’ nifs waqt eżerċizzju, sturdament u dehra pallida; mard fil-kliewi; problemi fil-pulmun inkluż pulmonite jew akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-pulmun; sensittività miżjuda tal-ġilda fix-xemx; infjammazzjoni tal-vażi tad-demm; marda tal-ġilda kkaratterizzata mit-tqaxxir tal-ġilda fuq il-ġisem kollu; lupus erythematosus tal-ġilda, li hija identifikata minn raxx li jista’ jidher fuq il-wiċċ, għonq u qorrija; reazzjonijiet allerġiċi; dgħjufija u spażmu tal-muskoli; rata tat-taħbit tal-qalb mibdula; tnaqqis fil-pressjoni tad-demm wara bidla fil-qagħda tal-ġisem; nefħa tal-glandoli tal-bżieq; livelli ta’ zokkor għoljin fid-demm; zokkor fl-awrina; żidiet f’xi tipi ta’ xaħam fid-demm; livelli ta’ aċidu uriku fid-demm għoljin, li jista’ jikkawża gotta.
Huwa magħruf li l-effetti sekondarji assoċjati ma’ hydrochlorothiazide jistgħu jiżdiedu ma’ dożi aktar għoljin ta’ hydrochlorothiazide.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa jew fuq il-folja wara JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.
Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
X’fih Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Is-sustanzi attivi huma irbesartan u hydrochlorothiazide. Kull pillola ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 150 mg/12.5 mg fiha 150 mg irbesartan u 12.5 mg hydrochlorothiazide.
Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, lactose monohydrate, magnesium stearate, colloidal hydrated silica, pregelatinised maize starch, ferric oxide aħmar u isfar (E172).
Kif jidher Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u l-kontenut tal-pakkett
Il-pilloli Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 150 mg/12.5 mg huma lewn il-ħawħa, ibbuzzati fuq iż-żewġ naħat, ovali, b’qalb ibbuzzata fuq naħa waħda u n-numru 2775 fuq in-naħa l-oħra.
Il-pilloli Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 150 mg/12.5 mg huma pprovduti f’pakketti f’folji ta’ 14, 28, 56 jew 98 pillola. Pakketti ta’ doża waħda ta’ 56 x 1 pillola sabiex jitqassmu fl-isptarijiet huma wkoll disponibbli.
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur sanofi-aventis groupe
54, rue La Boétie, F-75008 Paris - Franza
Manifattur
SANOFI WINTHROP INDUSTRIE 1, rue de la Vierge
Ambarès & Lagrave
F-33565 Carbon Blanc Cedex - Franza
CHINOIN PRIVATE CO. LTD.
Lévai u.5.
2112 Veresegyház - L-Ungerija
SANOFI WINTHROP INDUSTRIE
30-36 Avenue Gustave Eiffel
37100 Tours - Franza
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
België/Belgique/Belgien | Lietuva |
Sanofi Belgium | UAB sanofi-aventis Lietuva |
Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 | Tel: +370 5 2755224 |
България | Luxembourg/Luxemburg |
sanofi-aventis Bulgaria EOOD | Sanofi Belgium |
Тел.: +359 (0)2 970 53 00 | Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien) |
Česká republika | Magyarország |
sanofi-aventis, s.r.o. | sanofi-aventis zrt., Magyarország |
Tel: +420 233 086 111 | Tel.: +36 1 505 0050 |
Danmark | Malta |
sanofi-aventis Denmark A/S | Sanofi Malta Ltd. |
Tlf: +45 45 16 70 00 | Tel: +356 21493022 |
Deutschland | Nederland |
Zentiva Pharma GmbH | sanofi-aventis Netherlands B.V. |
Tel.: +49(0)180 20 200 10 | Tel: +31 (0)182 557 755 |
Eesti | Norge |
sanofi-aventis Estonia OÜ | sanofi-aventis Norge AS |
Tel: +372 627 34 88 | Tlf: +47 67 10 71 00 |
Ελλάδα | Österreich |
sanofi-aventis AEBE | sanofi-aventis GmbH |
Τηλ: +30 210 900 16 00 | Tel: +43 1 80 185 – 0 |
España | Polska |
sanofi-aventis, S.A. | sanofi-aventis Sp. z o.o. |
Tel: +34 93 485 94 00 | Tel.: +48 22 280 00 00 |
France | Portugal |
sanofi-aventis France | Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda |
Tél: 0 800 222 555 | Tel: +351 21 35 89 400 |
Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23 | |
Hrvatska | România |
sanofi-aventis Croatia d.o.o. | Sanofi Romania SRL |
Tel: +385 1 600 34 00 | Tel: +40 (0) 21 317 31 36 |
Ireland | Slovenija |
sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI | sanofi-aventis d.o.o. |
Tel: +353 (0) 1 403 56 00 | Tel: +386 1 560 48 00 |
Ísland | Slovenská republika |
Vistor hf. | sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o. |
Sími: +354 535 7000 | Tel: +421 2 33 100 100 |
Italia | Suomi/Finland |
Sanofi S.p.A. | Sanofi Oy |
Tel: +39.800.536389 | Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300 |
Κύπρος | Sverige | |
sanofi-aventis Cyprus Ltd. | Sanofi AB |
Τηλ: +357 22 871600 | Tel: +46 | (0)8 634 50 00 |
Latvija | United Kingdom |
sanofi-aventis Latvia SIA | Sanofi | |
Tel: +371 67 33 24 51 | Tel: +44 | (0) 845 372 7101 |
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’
Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.
Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għalll-utent Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva Pilloli 300 mg/12.5 mg
irbesartan/hydrochlorothiazide
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
F’dan il-fuljett
1.X’inhu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għalxiex jintuża
2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
3.Kif għandek tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
4.Effetti sekondarji possibbli
5.Kif taħżen Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
1. X’inhu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għalxiex jintuża
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva hu kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi attivi, irbesartan u hydrochlorothiazide.
Irbesartan jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini magħrufin bħala antagonisti tar-riċetturi angiotensin-II. Angiotensin-II hija sustanza li jagħmel il-ġisem li tingħaqad mar-riċetturi fil-vini u ġġegħelhom jissikkaw. B’hekk tirriżulta żieda fil-pressjoni. Irbesartan ma jħallix angiotensin-II jingħaqad ma dawn ir-riċetturi, b’hekk il-vini tad-demm jirrilassaw u l-pressjoni tinżel.
Hydrochlorothiazide hija waħda mill-grupp ta’ mediċini (jissejħu dijuretiċi thiazide) li jikkaġunaw żieda fil-ħruġ ta’ l-awrina u b’hekk tinżel il-pressjoni.
Iż-żewġ sustanzi attivi f’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jaħdmu flimkien biex inaqqsu l- pressjoni iktar milli kieku jingħataw waħidhom.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jintuża biex jikkura pressjoni tad-demm għolja, meta l- kura b’irbesartan jew hydrochlorothiazide waħedhom ma tipprovdix kontroll adattat għall-pressjoni tiegħek.
2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
jekk inti allerġiku/a għal irbesartan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)
jekk inti allerġiku/a għal hydrochlorothiazide jew mediċini oħra derivati minn sulfonamide
jekk inti iktar minn 3 xhur tqila. (Ikun aħjar ukoll li tevita Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva kmieni fit-tqala – ara s-sezzjoni dwar it-tqala)
jekk inti għandek problemi severi tal-fwied jew tal-kliewi
jekk inti għandek diffikultà biex tagħmel l-awrina
jekk it-tabib tiegħek jistabbilixxi li għandek livelli persistenti ta’ calcium għoli jew potassium baxx fid-demm tiegħek
jekk għandek dijabete jew funzjoni indebolita tal-kliewi u inti kkurat b’ mediċina li tbaxxi l- pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik:
jekk ikollok rimettar jew dijarea eċċessiva
jekk inti tbati minn problemi tal-kliewi, jew għandek trapjant tal-kliewi
jekk inti tbati minn problemi tal-qalb
jekk inti tbati minn problemi tal-fwied
jekk inti tbati mid-dijabete
jekk inti tbati minn lupus erythematosus (magħruf ukoll bħala lupus jew SLE)
jekk issofri minn aldosteroniżmu primarju (kundizzjoni relatata ma’ produzzjoni għolja ta’ l-ormon aldosterone, li jikkawża retenzjoni ta’ sodium u, li min-naħa tiegħu, iżid il-pressjoni fid-demm)
jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja.
-inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.
-aliskiren
It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.
Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva”
Għandek tavża lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti tqila (jew li tista’ tinqabad tqila). Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat kmieni matul it-tqala, u m’għandux jittieħed jekk int iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dak l- istadju tat-tqala (ara s-sezzjoni dwar it-tqala).
Int għandek tgħid ukoll lit-tabib tiegħek:
jekk int qiegħed/qiegħda fuq dieta nieqsa mill-melħ
jekk int qed turi sinjali bħal għatx mhux tas-soltu, ħalq xott, għejja ġenerali, ngħas, uġigħ fil-muskoli jew bugħawwieġ, dardir, rimettar jew taħbit tal-qalb mgħaġġel mhux normali li jistgħu jseħħu minħabba effett eċċessiv ta’ hydrochlorothiazide (li hemm fi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva)
jekk tesperjenza żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx b’sintomi ta’ ħruq (bħal ħmura, ħakk, nefħa, bżieżaq) li jseħħu aktar frekwenti min-normal
jekk tkun se tagħmel xi operazzjoni (kirurġija) jew tkun se tirċievi anistetiku
jekk ikollok tibdil fil-viżta jew uġigħ f’waħda mill-għajnejn jew fiż-żewġ għajnejn meta tkun qed tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva. Dan jista’ jkun sinjal li inti qed tiżviluppa glawkoma, pressjoni miżjuda f’għajn minnhom jew fiż-żewġ għajnejn. Għandek tieqaf tieħu kura bi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għandek tfittex parir mediku minnufih.
Il-hydrochlorothiazide li jinstab f’din il-mediċina jista’ jirriżulta’ f’test posittiv ta’ l-anti-doping.
Tfal u adolexxenti
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva m’ghandux jingħata lil tfal u adolexxenti (taħt it-18 il-sena).
Mediċini oħra u Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra:
- Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”)Dijuretiċi bħal hydrochlorothiazide li jinstab f’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jista’ jkollhom effett fuq
mediċini oħra. Preparazzjonijiet li fihom lithium m’għandhomx jittieħdu ma’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jekk ma tkunx taħt is-superviżjoni mill-viċin tat-tabib tiegħek.
It-tabib jista’ jkollu bżonn jibdillek id-doża u/jew jieħu prekawzjonijiet oħra jekk inti qed tieħu aliskiren.
Jista’ jkollok bżonn tagħmel xi kontroll tad-demm jekk tieħu:
supplimenti tal-potassium
sostituti tal-melħ li fihom il-potassium
mediċini li fihom il-potassium, dijuretiċi oħra (pilloli ta’ l-ilma)
xi lassattivi
mediċini għall-kura tal-gotta
supplimenti terapewtiċi tal-vitamina D
mediċini biex jikkontrolaw ir-ritmu tal-qalb
mediċini għad-dijabete (mediċini li jittieħdu mill-ħalq jew insulina)
carbamazepine (mediċina għall-kura tal-epilessija).
Huwa importanti wkoll li tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tieħu mediċini oħra biex tniżżel il-pressjoni tad-demm, sterojdi, mediċini biex tikkura il-kanċer, mediċini li jtaffu l-uġigħ, mediċini għall-artrite, jew colestyramine u reżini ta’ colestipol biex tbaxxi l-kolesterol fid-demm.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma’ ikel u xorb
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jista’ jittieħed bi jew mingħajr ikel.
Minħabba l-hydrochlorothiazide li hemm fi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva, jekk tixrob l- alkoħol meta tkun qed tieħu l-kura b’din il-mediċina, jista’ jkollok sensazzjoni miżjuda ta’ sturdament meta tqum bil-wieqfa, b’mod speċjali meta tqum minn pożizzjoni bil-qiegħda.
Tqala, treddigħ u fertilità Tqala
Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieqaf tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva qabel ma toħroġ tqila jew hekk kif issir taf li inti tqila, u ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat fil-bidu tat-tqala, u m’għandux jittieħed meta mara tkun iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.
Treddigħ
Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew jekk ser tibda tredda’. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat għal ommijiet li jkunu qed ireddgħu, u t-tabib tiegħek jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek tkun tat-twelid, jew jekk tkun twieldet qabel iż-żmien.
Sewqan u tħaddim ta’ magni
Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhux suppost li jtellfek milli ssuq jew tħaddem magni. Madankollu, xi kultant sturdament jew għeja jinħassu waqt il-kura ta’ kontra l-pressjoni għolja. Jekk tħoss xi ħaġa minn dawn, kellem lit- tabib tiegħek qabel ma tipprova ssuq jew tħaddem magni.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva fih il-lactose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkor (ngħidu aħna lactose), ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il- mediċina.
3. Kif għandek tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Dożaġġ
Id-doża rakkomandata ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva hija pillola waħda kuljum. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ġeneralment jiġi preskritt mit-tabib tiegħek meta l-kura li kont tieħu qabel ma tnaqqasx il-pressjoni tad-demm biżżejjed. It-tabib tiegħek igħidlek kif għandek tagħmel biex taqleb mill-kura li kont qed tieħu qabel għal Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva.
Kif għandek tieħu l-mediċina
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva huwa għal użu orali. Ibla’ l-pilloli b’ammont suffiċjenti ta’ fluwidu (eż. tazza ilma). Tista’ tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva bi jew mingħajr ikel. Ipprova ħu d-doża ta’ kuljum tiegħek bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin tal-ġurnata kuljum. Huwa importanti li tkompli tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx mod ieħor.
L-effett massimu biex tinżel il-pressjoni għandu jintlaħaq f’6-8 ġimgħat wara li tinbeda l-kura.
Jekk tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva aktar milli suppost
Jekk aċċidentalment tieħu ħafna pilloli, għid lit-tabib tiegħek minnufih.
It-tfal ma għandhomx jieħdu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma għandux jingħata lil tfal iżgħar minn 18-il sena. Jekk tifel/tifla jibla’/tibla’ xi pilloli, għid lit-tabib tiegħek minnufih.
Jekk tinsa tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Jekk aċċidentalment taqbeż id-doża tal-ġurnata, ħu d-doża li jmiss bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
4. Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.
Xi wħud minn dawn l-effetti jistgħu jkunu serji u jistgħu jirrikjedu attenzjoni medika.
Każijiet rari ta’ reazzjonijiet allerġiċi tal-ġilda (raxx, urtikarja), kif ukoll nefħa lokalizzata tal-wiċċ, xofftejn u/jew ilsien ġew irrapportati f’pazjenti li jieħdu irbesartan.
Jekk ikollok xi sintomu minn dawn t’hawn fuq jew tesperjenza qtugħ ta’ nifs, waqqaf Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għid lit-tabib tiegħek minnufih.
Il-frekwenza tal-effetti sekondarji elenkati hawn taħt hija definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10
Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100
L-effetti sekondarji rrapportati fi studji kliniċi għal pazjenti kkurati b’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva kienu:
Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)
dardir/rimettar
tagħmel l-awrina mhux normali
għeja
sturdament (anki meta tqum minn mimdud jew minn bil-qiegħda)
testijiet tad-demm jistgħu juru livelli ogħla ta’ enzim li jkejjel il-funzjoni tal-muskoli u tal-qalb (creatine kinase) jew livelli għoljin ta’ sustanzi li jkejlu l-funzjoni tal-kliewi (nitroġenu fl-urea tad-demm, creatinine).
Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jikkawżalek xi problema, kellem lit-tabib tiegħek.
Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100))
dijarea
pressjoni baxxa
ħass ħażin
taħbit mgħaġġel tal-qalb
fwawar
nefħa
disturb sesswali (problemi fl-attività sesswali)
testijiet tad-demm jistgħu juru livelli aktar baxxi ta’ potassium u sodium fid-demm tiegħek.
Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jikkawżalek xi problema, kellem lit-tabib tiegħek.
Effetti sekondarji rrappuratati minn meta Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva tqiegħed fis- suq
Xi effetti mhux mixtieqa ġew irrapportati minn meta Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva tpoġġa fis-suq. Effetti mhux mixtieqa, fejn il-frekwenza mhijiex magħrufa huma: uġigħ ta’ ras, żarżir fil- widnejn, sogħla, disturbi fit-togħma, indiġestjoni, uġigħ fil-ġogi u fil-muskoli, funzjoni tal-fwied anormali u indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi, livell ogħla ta’ potassium f’demmek u reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx, ħorriqija, nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fil-ħalq, fl-ilsien jew fil-gerżuma. Każijiet mhux komuni ta’ suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew abjad tal-għajnejn) ġew irrapportati wkoll.
Bħal ma jiġri f’kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi attivi, effetti sekondarji assoċjati ma’ komponenti waħidhom ma jistgħux jiġu esklużi.
Effetti sekondarji assoċjati ma’ irbesartan waħdu
Flimkien ma’ l-effetti sekondarji irrapportati hawn fuq, ġie rrapportat ukoll uġigħ fis-sider.
Effetti sekondarji assoċjati ma’ hydrochlorothiazide waħdu
Nuqqas ta’ aptit; irritazzjoni ta’ l-istonku; bugħawwiġ fl-istonku; stitikezza, suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-abjad ta’ l-għajnejn); infjammazzjoni tal-frixa kkaratterizzata b’uġigħ sever fil-parti ta’ fuq ta’ l-istonku, spiss b’dardir u rimettar; disturbi fl-irqad; dipressjoni; vista mċajpra; nuqqas ta’ ċelloli bojod tad-demm, li jistgħu jirriżultaw f’infezzjonijiet frekwenti, deni; tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits (ċellola tad-demm essenzjali għall-għaqid tad-demm), numru mnaqqas taċ-ċelloli tad-demm ħomor (anemija) ikkaratterizzat minn għejja, uġigħ ta’ ras, qtugħ ta’ nifs waqt eżerċizzju, sturdament u dehra pallida; mard fil-kliewi; problemi fil-pulmun inkluż pulmonite jew akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-pulmun; sensittività miżjuda tal-ġilda fix-xemx; infjammazzjoni tal-vażi tad-demm; marda tal-ġilda kkaratterizzata mit-tqaxxir tal-ġilda fuq il-ġisem kollu; lupus erythematosus tal-ġilda, li hija identifikata minn raxx li jista’ jidher fuq il-wiċċ, għonq u qorrija; reazzjonijiet allerġiċi; dgħjufija u spażmu tal-muskoli; rata tat-taħbit tal-qalb mibdula; tnaqqis fil-pressjoni tad-demm wara bidla fil-qagħda tal-ġisem; nefħa tal-glandoli tal-bżieq; livelli ta’ zokkor għoljin fid-demm; zokkor fl-awrina; żidiet f’xi tipi ta’ xaħam fid-demm; livelli ta’ aċidu uriku fid-demm għoljin, li jista’ jikkawża gotta.
Huwa magħruf li l-effetti sekondarji assoċjati ma’ hydrochlorothiazide jistgħu jiżdiedu ma’ dożi aktar għoljin ta’ hydrochlorothiazide.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
5. Kif taħżen Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa jew fuq il-folja wara JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.
Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
X’fih Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Is-sustanzi attivi huma irbesartan u hydrochlorothiazide. Kull pillola ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/12.5 mg fiha 300 mg irbesartan u 12.5 mg hydrochlorothiazide.
Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, lactose monohydrate, magnesium stearate, colloidal hydrated silica, pregelatinised maize starch, ferric oxide aħmar u isfar (E172).
Kif jidher Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u l-kontenut tal-pakkett
Il-pilloli Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/12.5 mg huma lewn il-ħawħa, ibbuzzati fuq iż-żewġ naħat, ovali, b’qalb ibbuzzata fuq naħa waħda u n-numru 2776 fuq in-naħa l-oħra.
Il-pilloli Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/12.5 mg huma pprovduti f’pakketti f’folji ta’ 14, 28, 56 jew 98 pillola. Pakketti ta’ doża waħda ta’ 56 x 1 pillola sabiex jitqassmu fl-isptarijiet huma wkoll disponibbli.
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur sanofi-aventis groupe
54, rue La Boétie, F-75008 Paris - Franza
Manifattur
SANOFI WINTHROP INDUSTRIE 1, rue de la Vierge
Ambarès & Lagrave
F-33565 Carbon Blanc Cedex - Franza
CHINOIN PRIVATE CO. LTD.
Lévai u.5.
2112 Veresegyház - L-Ungerija
SANOFI WINTHROP INDUSTRIE
30-36 Avenue Gustave Eiffel
37100 Tours - Franza
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
België/Belgique/Belgien | Lietuva |
Sanofi Belgium | UAB sanofi-aventis Lietuva |
Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 | Tel: +370 5 2755224 |
България | Luxembourg/Luxemburg |
sanofi-aventis Bulgaria EOOD | Sanofi Belgium |
Тел.: +359 (0)2 970 53 00 | Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien) |
Česká republika | Magyarország |
sanofi-aventis, s.r.o. | sanofi-aventis zrt., Magyarország |
Tel: +420 233 086 111 | Tel.: +36 1 505 0050 |
Danmark | Malta |
sanofi-aventis Denmark A/S | Sanofi Malta Ltd. |
Tlf: +45 45 16 70 00 | Tel: +356 21493022 |
Deutschland | Nederland |
Zentiva Pharma GmbH | sanofi-aventis Netherlands B.V. |
Tel.: +49(0)180 20 200 10 | Tel: +31 (0)182 557 755 |
Eesti | Norge |
sanofi-aventis Estonia OÜ | sanofi-aventis Norge AS |
Tel: +372 627 34 88 | Tlf: +47 67 10 71 00 |
Ελλάδα | Österreich |
sanofi-aventis AEBE | sanofi-aventis GmbH |
Τηλ: +30 210 900 16 00 | Tel: +43 1 80 185 – 0 |
España | Polska |
sanofi-aventis, S.A. | sanofi-aventis Sp. z o.o. |
Tel: +34 93 485 94 00 | Tel.: +48 22 280 00 00 |
France | Portugal |
sanofi-aventis France | Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda |
Tél: 0 800 222 555 | Tel: +351 21 35 89 400 |
Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23 | |
Hrvatska | România |
sanofi-aventis Croatia d.o.o. | Sanofi Romania SRL |
Tel: +385 1 600 34 00 | Tel: +40 (0) 21 317 31 36 |
Ireland | Slovenija |
sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI | sanofi-aventis d.o.o. |
Tel: +353 (0) 1 403 56 00 | Tel: +386 1 560 48 00 |
Ísland | Slovenská republika |
Vistor hf. | sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o. |
Sími: +354 535 7000 | Tel: +421 2 33 100 100 |
Italia | Suomi/Finland |
Sanofi S.p.A. | Sanofi Oy |
Tel: +39.800.536389 | Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300 |
Κύπρος | Sverige | |
sanofi-aventis Cyprus Ltd. | Sanofi AB |
Τηλ: +357 22 871600 | Tel: +46 | (0)8 634 50 00 |
Latvija | United Kingdom |
sanofi-aventis Latvia SIA | Sanofi | |
Tel: +371 67 33 24 51 | Tel: +44 | (0) 845 372 7101 |
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’
Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.
Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għalll-utent
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 150 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita. irbesartan/hydrochlorothiazide
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
F’dan il-fuljett
1.X’inhu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għalxiex jintuża
2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
3.Kif għandek tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
4.Effetti sekondarji possibbli
5.Kif taħżen Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
1. X’inhu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għalxiex jintuża
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva hu kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi attivi, irbesartan u hydrochlorothiazide.
Irbesartan jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini magħrufin bħala antagonisti tar-riċetturi angiotensin-II. Angiotensin-II hija sustanza li jagħmel il-ġisem li tingħaqad mar-riċetturi fil-vini u ġġegħelhom jissikkaw. B’hekk tirriżulta żieda fil-pressjoni. Irbesartan ma jħallix angiotensin-II jingħaqad ma dawn ir-riċetturi, b’hekk il-vini tad-demm jirrilassaw u l-pressjoni tinżel.
Hydrochlorothiazide hija waħda mill-grupp ta’ mediċini (jissejħu dijuretiċi thiazide) li jikkaġunaw żieda fil-ħruġ ta’ l-awrina u b’hekk tinżel il-pressjoni.
Iż-żewġ sustanzi attivi f’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jaħdmu flimkien biex inaqqsu l- pressjoni iktar milli kieku jingħataw waħidhom.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jintuża biex jikkura pressjoni tad-demm għolja, meta l- kura b’irbesartan jew hydrochlorothiazide waħedhom ma tipprovdix kontroll adattat għall-pressjoni tiegħek.
2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
jekk inti allerġiku/a għal irbesartan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)
jekk inti allerġiku/a għal hydrochlorothiazide jew mediċini oħra derivati minn sulfonamide
jekk inti iktar minn 3 xhur tqila. (Ikun aħjar ukoll li tevita Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva kmieni fit-tqala – ara s-sezzjoni dwar it-tqala)
jekk inti għandek problemi severi tal-fwied jew tal-kliewi
jekk inti għandek diffikultà biex tagħmel l-awrina
jekk it-tabib tiegħek jistabbilixxi li għandek livelli persistenti ta’ calcium għoli jew potassium baxx fid-demm tiegħek
jekk għandek dijabete jew funzjoni indebolita tal-kliewi u inti kkurat b’ mediċina li tbaxxi l- pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik:
jekk ikollok rimettar jew dijarea eċċessiva
jekk inti tbati minn problemi tal-kliewi, jew għandek trapjant tal-kliewi
jekk inti tbati minn problemi tal-qalb
jekk inti tbati minn problemi tal-fwied
jekk inti tbati mid-dijabete
jekk inti tbati minn lupus erythematosus (magħruf ukoll bħala lupus jew SLE)
jekk issofri minn aldosteroniżmu primarju (kundizzjoni relatata ma’ produzzjoni għolja ta’ l-ormon aldosterone, li jikkawża retenzjoni ta’ sodium u, li min-naħa tiegħu, iżid il-pressjoni fid-demm)
jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja.
-inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.
-aliskiren
It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.
Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva”
Għandek tavża lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti tqila (jew li tista’ tinqabad tqila). Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat kmieni matul it-tqala, u m’għandux jittieħed jekk int iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dak l- istadju tat-tqala (ara s-sezzjoni dwar it-tqala).
Int għandek tgħid ukoll lit-tabib tiegħek:
jekk int qiegħed/qiegħda fuq dieta nieqsa mill-melħ
jekk int qed turi sinjali bħal għatx mhux tas-soltu, ħalq xott, għejja ġenerali, ngħas, uġigħ fil-muskoli jew bugħawwieġ, dardir, rimettar jew taħbit tal-qalb mgħaġġel mhux normali li jistgħu jseħħu minħabba effett eċċessiv ta’ hydrochlorothiazide (li hemm fi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva)
jekk tesperjenza żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx b’sintomi ta’ ħruq (bħal ħmura, ħakk, nefħa, bżieżaq) li jseħħu aktar frekwenti min-normal
jekk tkun se tagħmel xi operazzjoni (kirurġija) jew tkun se tirċievi anistetiku
jekk ikollok tibdil fil-viżta jew uġigħ f’waħda mill-għajnejn jew fiż-żewġ għajnejn meta tkun qed tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva. Dan jista’ jkun sinjal li inti qed tiżviluppa glawkoma, pressjoni miżjuda f’għajn minnhom jew fiż-żewġ għajnejn. Għandek tieqaf tieħu kura bi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għandek tfittex parir mediku minnufih.
Il-hydrochlorothiazide li jinstab f’din il-mediċina jista’ jirriżulta’ f’test posittiv ta’ l-anti-doping.
Tfal u adolexxenti
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva m’ghandux jingħata lil tfal u adolexxenti (taħt it-18 il-sena).
Mediċini oħra u Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra:
- Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”).
Dijuretiċi bħal hydrochlorothiazide li jinstab f’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jista’ jkollhom effett fuq mediċini oħra. Preparazzjonijiet li fihom lithium m’għandhomx jittieħdu ma’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jekk ma tkunx taħt is-superviżjoni mill-viċin tat-tabib tiegħek.
It-tabib jista’ jkollu bżonn jibdillek id-doża u/jew jieħu prekawzjonijiet oħra jekk inti qed tieħu aliskiren.
Jista’ jkollok bżonn tagħmel xi kontroll tad-demm jekk tieħu:
supplimenti tal-potassium
sostituti tal-melħ li fihom il-potassium
mediċini li fihom il-potassium, dijuretiċi oħra (pilloli ta’ l-ilma)
xi lassattivi
mediċini għall-kura tal-gotta
supplimenti terapewtiċi tal-vitamina D
mediċini biex jikkontrolaw ir-ritmu tal-qalb
mediċini għad-dijabete (mediċini li jittieħdu mill-ħalq jew insulina)
carbamazepine (mediċina għall-kura tal-epilessija).
Huwa importanti wkoll li tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tieħu mediċini oħra biex tniżżel il-pressjoni tad-demm, sterojdi, mediċini biex tikkura il-kanċer, mediċini li jtaffu l-uġigħ, mediċini għall-artrite, jew colestyramine u reżini ta’ colestipol biex tbaxxi l-kolesterol fid-demm.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma’ ikel u xorb
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jista’ jittieħed bi jew mingħajr ikel.
Minħabba l-hydrochlorothiazide li hemm fi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva, jekk tixrob l- alkoħol meta tkun qed tieħu l-kura b’din il-mediċina, jista’ jkollok sensazzjoni miżjuda ta’ sturdament meta tqum bil-wieqfa, b’mod speċjali meta tqum minn pożizzjoni bil-qiegħda.
Tqala, treddigħ u fertilità Tqala
Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieqaf tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva qabel ma toħroġ tqila jew hekk kif issir taf li inti tqila, u ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat fil-bidu tat-tqala, u m’għandux jittieħed meta mara tkun iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.
Treddigħ
Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew jekk ser tibda tredda’. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat għal ommijiet li jkunu qed ireddgħu, u t-tabib tiegħek jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek tkun tat-twelid, jew jekk tkun twieldet qabel iż-żmien.
Sewqan u tħaddim ta’ magni
Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhux suppost li jtellfek milli ssuq jew tħaddem magni. Madankollu, xi kultant sturdament jew għeja jinħassu waqt il-kura ta’ kontra l-pressjoni għolja. Jekk tħoss xi ħaġa minn dawn, kellem lit- tabib tiegħek qabel ma tipprova ssuq jew tħaddem magni.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva fih il-lactose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkor (ngħidu aħna lactose), ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il- mediċina.
3. Kif għandek tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Dożaġġ
Id-doża rakkomandata ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva hija pillola waħda jew tnejn kuljum. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ġeneralment jiġi preskritt mit-tabib tiegħek meta l- kura li kont tieħu qabel ma tnaqqasx il-pressjoni tad-demm biżżejjed. It-tabib tiegħek igħidlek kif għandek tagħmel biex taqleb mill-kura li kont qed tieħu qabel għal Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva.
Kif għandek tieħu l-mediċina
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva huwa għal użu orali. Ibla’ l-pilloli b’ammont suffiċjenti ta’ fluwidu (eż. tazza ilma). Tista’ tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva bi jew mingħajr ikel. Ipprova ħu d-doża ta’ kuljum tiegħek bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin tal-ġurnata kuljum. Huwa importanti li tkompli tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx mod ieħor.
L-effett massimu biex tinżel il-pressjoni għandu jintlaħaq f’6-8 ġimgħat wara li tinbeda l-kura.
Jekk tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva aktar milli suppost
Jekk aċċidentalment tieħu ħafna pilloli, għid lit-tabib tiegħek minnufih.
It-tfal ma għandhomx jieħdu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma għandux jingħata lil tfal iżgħar minn 18-il sena. Jekk tifel/tifla jibla’/tibla’ xi pilloli, għid lit-tabib tiegħek minnufih.
Jekk tinsa tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Jekk aċċidentalment taqbeż id-doża tal-ġurnata, ħu d-doża li jmiss bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
4. Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.
Xi wħud minn dawn l-effetti jistgħu jkunu serji u jistgħu jirrikjedu attenzjoni medika.
Każijiet rari ta’ reazzjonijiet allerġiċi tal-ġilda (raxx, urtikarja), kif ukoll nefħa lokalizzata tal-wiċċ, xofftejn u/jew ilsien ġew irrapportati f’pazjenti li jieħdu irbesartan.
Jekk ikollok xi sintomu minn dawn t’hawn fuq jew tesperjenza qtugħ ta’ nifs, waqqaf Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għid lit-tabib tiegħek minnufih.
Il-frekwenza tal-effetti sekondarji elenkati hawn taħt hija definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10
Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100
L-effetti sekondarji rrapportati fi studji kliniċi għal pazjenti kkurati b’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva kienu:
Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)
dardir/rimettar
tagħmel l-awrina mhux normali
għeja
sturdament (anki meta tqum minn mimdud jew minn bil-qiegħda)
testijiet tad-demm jistgħu juru livelli ogħla ta’ enzim li jkejjel il-funzjoni tal-muskoli u tal-qalb
(creatine kinase) jew livelli għoljin ta’ sustanzi li jkejlu l-funzjoni tal-kliewi (nitroġenu fl-urea tad-demm, creatinine).
Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jikkawżalek xi problema, kellem lit-tabib tiegħek.
Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100))
dijarea
pressjoni baxxa
ħass ħażin
taħbit mgħaġġel tal-qalb
fwawar
nefħa
disturb sesswali (problemi fl-attività sesswali)
testijiet tad-demm jistgħu juru livelli aktar baxxi ta’ potassium u sodium fid-demm tiegħek.
Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jikkawżalek xi problema, kellem lit-tabib tiegħek.
Effetti sekondarji rrappuratati minn meta Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva tqiegħed fis- suq
Xi effetti mhux mixtieqa ġew irrapportati minn meta Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva tpoġġa fis-suq. Effetti mhux mixtieqa, fejn il-frekwenza mhijiex magħrufa huma: uġigħ ta’ ras, żarżir fil- widnejn, sogħla, disturbi fit-togħma, indiġestjoni, uġigħ fil-ġogi u fil-muskoli, funzjoni tal-fwied anormali u indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi, livell ogħla ta’ potassium f’demmek u reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx, ħorriqija, nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fil-ħalq, fl-ilsien jew fil-gerżuma. Każijiet mhux komuni ta’ suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew abjad tal-għajnejn) ġew irrapportati wkoll.
Bħal ma jiġri f’kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi attivi, effetti sekondarji assoċjati ma’ komponenti waħidhom ma jistgħux jiġu esklużi.
Effetti sekondarji assoċjati ma’ irbesartan waħdu
Flimkien ma’ l-effetti sekondarji irrapportati hawn fuq, ġie rrapportat ukoll uġigħ fis-sider.
Effetti sekondarji assoċjati ma’ hydrochlorothiazide waħdu
Nuqqas ta’ aptit; irritazzjoni ta’ l-istonku; bugħawwiġ fl-istonku; stitikezza, suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-abjad ta’ l-għajnejn); infjammazzjoni tal-frixa kkaratterizzata b’uġigħ sever fil-parti ta’ fuq ta’ l-istonku, spiss b’dardir u rimettar; disturbi fl-irqad; dipressjoni; vista mċajpra; nuqqas ta’ ċelloli bojod tad-demm, li jistgħu jirriżultaw f’infezzjonijiet frekwenti, deni; tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits (ċellola tad-demm essenzjali għall-għaqid tad-demm), numru mnaqqas taċ-ċelloli tad-demm ħomor (anemija) ikkaratterizzat minn għejja, uġigħ ta’ ras, qtugħ ta’ nifs waqt eżerċizzju, sturdament u dehra pallida; mard fil-kliewi; problemi fil-pulmun inkluż pulmonite jew akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-pulmun; sensittività miżjuda tal-ġilda fix-xemx; infjammazzjoni tal-vażi tad-demm; marda tal-ġilda kkaratterizzata mit-tqaxxir tal-ġilda fuq il-ġisem kollu; lupus erythematosus tal-ġilda, li hija identifikata minn raxx li jista’ jidher fuq il-wiċċ, għonq u qorrija; reazzjonijiet allerġiċi; dgħjufija u spażmu tal-muskoli; rata tat-taħbit tal-qalb mibdula; tnaqqis fil-pressjoni tad-demm wara bidla fil-qagħda tal-ġisem; nefħa tal-glandoli tal-bżieq; livelli ta’ zokkor għoljin fid-demm; zokkor fl-awrina; żidiet f’xi tipi ta’ xaħam fid-demm; livelli ta’ aċidu uriku fid-demm għoljin, li jista’ jikkawża gotta.
Huwa magħruf li l-effetti sekondarji assoċjati ma’ hydrochlorothiazide jistgħu jiżdiedu ma’ dożi aktar għoljin ta’ hydrochlorothiazide.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
5. Kif taħżen
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa jew fuq il-folja wara JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.
Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
X’fih Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Is-sustanzi attivi huma irbesartan u hydrochlorothiazide. Kull pillola miksija b’rita ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 150 mg/12.5 mg fiha 150 mg irbesartan u 12.5 mg hydrochlorothiazide.
Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, hypromellose, silicon dioxide, magnesium stearate, titanium dioxide, macrogol 3000, ferric oxides ħomor u sofor, carnauba wax.
Kif jidher Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u l-kontenut tal-pakkett
Il-pilloli miksijin b’rita Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 150 mg/12.5 mg huma lewn il-ħawħa, ibbuzzati fuq iż-żewġ naħat, ovali, b’qalb ibbuzzata fuq naħa waħda u n-numru 2875 fuq in-naħa l- oħra.
Il-pilloli miksijin b’rita Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 150 mg/12.5 mg huma fornuti fi strixxi ta’ 14, 28, 30, 56, 84, 90 jew 98 pillola miksija b’rita. Pakketti ta’ folji ta’ doża waħda ta’ 56 x 1 pillola miksija b’rita sabiex jitqassmu fl-isptarijiet huma wkoll disponibbli.
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur sanofi-aventis groupe
54, rue La Boétie, F-75008 Paris - Franza
Manifattur
SANOFI WINTHROP INDUSTRIE 1, rue de la Vierge
Ambarès & Lagrave
F-33565 Carbon Blanc Cedex - Franza
CHINOIN PRIVATE CO. LTD.
Lévai u.5.
2112 Veresegyház - L-Ungerija
SANOFI WINTHROP INDUSTRIE
30-36 Avenue Gustave Eiffel
37100 Tours - Franza
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
België/Belgique/Belgien | Lietuva |
Sanofi Belgium | UAB sanofi-aventis Lietuva |
Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 | Tel: +370 5 2755224 |
| |
България | Luxembourg/Luxemburg |
sanofi-aventis Bulgaria EOOD | Sanofi Belgium |
Тел.: +359 (0)2 970 53 00 | Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien) |
Česká republika | Magyarország |
sanofi-aventis, s.r.o. | sanofi-aventis zrt., Magyarország |
Tel: +420 233 086 111 | Tel.: +36 1 505 0050 |
Danmark | Malta |
sanofi-aventis Denmark A/S | Sanofi Malta Ltd. |
Tlf: +45 45 16 70 00 | Tel: +356 21493022 |
Deutschland | Nederland |
Zentiva Pharma GmbH | sanofi-aventis Netherlands B.V. |
Tel.: +49(0)180 20 200 10 | Tel: +31 (0)182 557 755 |
Eesti | Norge |
sanofi-aventis Estonia OÜ | sanofi-aventis Norge AS |
Tel: +372 627 34 88 | Tlf: +47 67 10 71 00 |
Ελλάδα | Österreich |
sanofi-aventis AEBE | sanofi-aventis GmbH |
Τηλ: +30 210 900 16 00 | Tel: +43 1 80 185 – 0 |
España | Polska |
sanofi-aventis, S.A. | sanofi-aventis Sp. z o.o. |
Tel: +34 93 485 94 00 | Tel.: +48 22 280 00 00 |
France | Portugal |
sanofi-aventis France | Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda |
Tél: 0 800 222 555 | Tel: +351 21 35 89 400 |
Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23 | |
Hrvatska | România |
sanofi-aventis Croatia d.o.o. | Sanofi Romania SRL |
Tel: +385 1 600 34 00 | Tel: +40 (0) 21 317 31 36 |
Ireland | Slovenija |
sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI | sanofi-aventis d.o.o. |
Tel: +353 (0) 1 403 56 00 | Tel: +386 1 560 48 00 |
Ísland | Slovenská republika |
Vistor hf. | sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o. |
Sími: +354 535 7000 | Tel: +421 2 33 100 100 |
Italia | Suomi/Finland |
Sanofi S.p.A. | Sanofi Oy |
Tel: +39.800.536389 | Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300 |
Κύπρος | Sverige |
sanofi-aventis Cyprus Ltd. | Sanofi AB |
Τηλ: +357 22 871600 | Tel: +46 (0)8 634 50 00 |
Latvija | United Kingdom |
sanofi-aventis Latvia SIA | Sanofi |
Tel: +371 67 33 24 51 | Tel: +44 (0) 845 372 7101 |
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’
Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.
Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għalll-utent
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita. irbesartan/hydrochlorothiazide

Is-sustanzi attivi huma irbesartan u hydrochlorothiazide. Kull pillola miksija b’rita ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/12.5 mg fiha 300 mg irbesartan u 12.5 mg hydrochlorothiazide.
Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, hypromellose, silicon dioxide, magnesium stearate, titanium dioxide, macrogol 3000, ferric oxides ħomor u sofor, carnauba wax.
Kif jidher Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u l-kontenut tal-pakkett
Il-pilloli miksijin b’rita Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/12.5 mg huma lewn il-ħawħa, ibbuzzati fuq iż-żewġ naħat, ovali, b’qalb ibbuzzata fuq naħa waħda u n-numru 2876 fuq in-naħa l- oħra.
Il-pilloli miksijin b’rita Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/12.5 mg huma fornuti fi strixxi ta’ 14, 28, 30, 56, 84, 90 jew 98 pillola miksija b’rita. Pakketti ta’ folji ta’ doża waħda ta’ 56 x 1 pillola miksija b’rita sabiex jitqassmu fl-isptarijiet huma wkoll disponibbli.
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur sanofi-aventis groupe
54, rue La Boétie, F-75008 Paris - Franza
Manifattur
SANOFI WINTHROP INDUSTRIE 1, rue de la Vierge
Ambarès & Lagrave
F-33565 Carbon Blanc Cedex - Franza
CHINOIN PRIVATE CO. LTD.
Lévai u.5.
2112 Veresegyház - L-Ungerija
SANOFI WINTHROP INDUSTRIE
30-36 Avenue Gustave Eiffel
37100 Tours - Franza
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
België/Belgique/Belgien | Lietuva |
Sanofi Belgium | UAB sanofi-aventis Lietuva |
Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 | Tel: +370 5 2755224 |
България | Luxembourg/Luxemburg |
sanofi-aventis Bulgaria EOOD | Sanofi Belgium |
Тел.: +359 (0)2 970 53 00 | Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien) |
Česká republika | Magyarország |
sanofi-aventis, s.r.o. | sanofi-aventis zrt., Magyarország |
Tel: +420 233 086 111 | Tel.: +36 1 505 0050 |
Danmark | Malta |
sanofi-aventis Denmark A/S | Sanofi Malta Ltd. |
Tlf: +45 45 16 70 00 | Tel: +356 21493022 |
Deutschland | Nederland |
Zentiva Pharma GmbH | sanofi-aventis Netherlands B.V. |
Tel.: +49(0)180 20 200 10 | Tel: +31 (0)182 557 755 |
Eesti | Norge |
sanofi-aventis Estonia OÜ | sanofi-aventis Norge AS |
Tel: +372 627 34 88 | Tlf: +47 67 10 71 00 |
Ελλάδα | Österreich |
sanofi-aventis AEBE | sanofi-aventis GmbH |
Τηλ: +30 210 900 16 00 | Tel: +43 1 80 185 – 0 |
España | Polska |
sanofi-aventis, S.A. | sanofi-aventis Sp. z o.o. |
Tel: +34 93 485 94 00 | Tel.: +48 22 280 00 00 |
France | Portugal |
sanofi-aventis France | Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda |
Tél: 0 800 222 555 | Tel: +351 21 35 89 400 |
Appel depuis l’étranger : +33 1 57 63 23 23 | |
Hrvatska | România |
sanofi-aventis Croatia d.o.o. | Sanofi Romania SRL |
Tel: +385 1 600 34 00 | Tel: +40 (0) 21 317 31 36 |
Ireland | Slovenija |
sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI | sanofi-aventis d.o.o. |
Tel: +353 (0) 1 403 56 00 | Tel: +386 1 560 48 00 |
Ísland | Slovenská republika |
Vistor hf. | sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o. |
Sími: +354 535 7000 | Tel: +421 2 33 100 100 |
Italia | Suomi/Finland |
Sanofi S.p.A. | Sanofi Oy |
Tel: +39.800.536389 | Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300 |
Κύπρος | Sverige | |
sanofi-aventis Cyprus Ltd. | Sanofi AB |
Τηλ: +357 22 871600 | Tel: +46 | (0)8 634 50 00 |
Latvija | United Kingdom |
sanofi-aventis Latvia SIA | Sanofi | |
Tel: +371 67 33 24 51 | Tel: +44 | (0) 845 372 7101 |
Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’
Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.
Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għalll-utent
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita. irbesartan/hydrochlorothiazide
Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
F’dan il-fuljett
1.X’inhu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għalxiex jintuża
2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
3.Kif għandek tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
4.Effetti sekondarji possibbli
5.Kif taħżen Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
1. X’inhu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għalxiex jintuża
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva hu kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi attivi, irbesartan u hydrochlorothiazide.
Irbesartan jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini magħrufin bħala antagonisti tar-riċetturi angiotensin-II. Angiotensin-II hija sustanza li jagħmel il-ġisem li tingħaqad mar-riċetturi fil-vini u ġġegħelhom jissikkaw. B’hekk tirriżulta żieda fil-pressjoni. Irbesartan ma jħallix angiotensin-II jingħaqad ma dawn ir-riċetturi, b’hekk il-vini tad-demm jirrilassaw u l-pressjoni tinżel.
Hydrochlorothiazide hija waħda mill-grupp ta’ mediċini (jissejħu dijuretiċi thiazide) li jikkaġunaw żieda fil-ħruġ ta’ l-awrina u b’hekk tinżel il-pressjoni.
Iż-żewġ sustanzi attivi f’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jaħdmu flimkien biex inaqqsu l- pressjoni iktar milli kieku jingħataw waħidhom.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jintuża biex jikkura pressjoni tad-demm għolja, meta l- kura b’irbesartan jew hydrochlorothiazide waħedhom ma tipprovdix kontroll adattat għall-pressjoni tiegħek.
2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
jekk inti allerġiku/a għal irbesartan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)
jekk inti allerġiku/a għal hydrochlorothiazide jew mediċini oħra derivati minn sulfonamide
jekk inti iktar minn 3 xhur tqila. (Ikun aħjar ukoll li tevita Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva kmieni fit-tqala – ara s-sezzjoni dwar it-tqala)
jekk inti għandek problemi severi tal-fwied jew tal-kliewi
jekk inti għandek diffikultà biex tagħmel l-awrina
jekk it-tabib tiegħek jistabbilixxi li għandek livelli persistenti ta’ calcium għoli jew potassium baxx fid-demm tiegħek
jekk għandek dijabete jew funzjoni indebolita tal-kliewi u inti kkurat b’ mediċina li tbaxxi l- pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.
Twissijiet u prekawzjonijiet
Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik:
jekk ikollok rimettar jew dijarea eċċessiva
jekk inti tbati minn problemi tal-kliewi, jew għandek trapjant tal-kliewi
jekk inti tbati minn problemi tal-qalb
jekk inti tbati minn problemi tal-fwied
jekk inti tbati mid-dijabete
jekk inti tbati minn lupus erythematosus (magħruf ukoll bħala lupus jew SLE)
jekk issofri minn aldosteroniżmu primarju (kundizzjoni relatata ma’ produzzjoni għolja ta’ l-ormon aldosterone, li jikkawża retenzjoni ta’ sodium u, li min-naħa tiegħu, iżid il-pressjoni fid-demm)
jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja.
-inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.
-aliskiren
It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.
Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva”.
Għandek tavża lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti tqila (jew li tista’ tinqabad tqila). Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat kmieni matul it-tqala, u m’għandux jittieħed jekk int iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dak l- istadju tat-tqala (ara s-sezzjoni dwar it-tqala).
Int għandek tgħid ukoll lit-tabib tiegħek:
jekk int qiegħed/qiegħda fuq dieta nieqsa mill-melħ
jekk int qed turi sinjali bħal għatx mhux tas-soltu, ħalq xott, għejja ġenerali, ngħas, uġigħ fil-muskoli jew bugħawwieġ, dardir, rimettar jew taħbit tal-qalb mgħaġġel mhux normali li jistgħu jseħħu minħabba effett eċċessiv ta’ hydrochlorothiazide (li hemm fi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva)
jekk tesperjenza żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx b’sintomi ta’ ħruq (bħal ħmura, ħakk, nefħa, bżieżaq) li jseħħu aktar frekwenti min-normal
jekk tkun se tagħmel xi operazzjoni (kirurġija) jew tkun se tirċievi anistetiku
jekk ikollok tibdil fil-viżta jew uġigħ f’waħda mill-għajnejn jew fiż-żewġ għajnejn meta tkun qed tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva. Dan jista’ jkun sinjal li inti qed tiżviluppa glawkoma, pressjoni miżjuda f’għajn minnhom jew fiż-żewġ għajnejn. Għandek tieqaf tieħu kura bi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għandek tfittex parir mediku minnufih.
Il-hydrochlorothiazide li jinstab f’din il-mediċina jista’ jirriżulta’ f’test posittiv ta’ l-anti-doping.
Tfal u adolexxenti
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva m’ghandux jingħata lil tfal u adolexxenti (taħt it-18 il-sena).
Mediċini oħra u Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra:
- Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”).
Dijuretiċi bħal hydrochlorothiazide li jinstab f’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jista’ jkollhom effett fuq mediċini oħra. Preparazzjonijiet li fihom lithium m’għandhomx jittieħdu ma’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jekk ma tkunx taħt is-superviżjoni mill-viċin tat-tabib tiegħek.
It-tabib jista’ jkollu bżonn jibdillek id-doża u/jew jieħu prekawzjonijiet oħra jekk inti qed tieħu aliskiren.
Jista’ jkollok bżonn tagħmel xi kontroll tad-demm jekk tieħu:
supplimenti tal-potassium
sostituti tal-melħ li fihom il-potassium
mediċini li fihom il-potassium, dijuretiċi oħra (pilloli ta’ l-ilma)
xi lassattivi
mediċini għall-kura tal-gotta
supplimenti terapewtiċi tal-vitamina D
mediċini biex jikkontrolaw ir-ritmu tal-qalb
mediċini għad-dijabete (mediċini li jittieħdu mill-ħalq jew insulina)
carbamazepine (mediċina għall-kura tal-epilessija).
Huwa importanti wkoll li tgħid lit-tabib tiegħek jekk tkun qed tieħu mediċini oħra biex tniżżel il-pressjoni tad-demm, sterojdi, mediċini biex tikkura il-kanċer, mediċini li jtaffu l-uġigħ, mediċini għall-artrite, jew colestyramine u reżini ta’ colestipol biex tbaxxi l-kolesterol fid-demm.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma’ ikel u xorb
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jista’ jittieħed bi jew mingħajr ikel.
Minħabba l-hydrochlorothiazide li hemm fi Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva, jekk tixrob l- alkoħol meta tkun qed tieħu l-kura b’din il-mediċina, jista’ jkollok sensazzjoni miżjuda ta’ sturdament meta tqum bil-wieqfa, b’mod speċjali meta tqum minn pożizzjoni bil-qiegħda.
Tqala, treddigħ u fertilità Tqala
Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieqaf tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva qabel ma toħroġ tqila jew hekk kif issir taf li inti tqila, u ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat matul it- tqala, u m’għandux jittieħed meta mara tkun iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.
Treddigħ
Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew jekk ser tibda tredda’. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhuwiex rakkomandat għal ommijiet li jkunu qed ireddgħu, u t-tabib tiegħek jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek tkun tat-twelid, jew jekk tkun twieldet qabel iż-żmien.
Sewqan u tħaddim ta’ magni
Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva mhux suppost li jtellfek milli ssuq jew tħaddem magni. Madankollu, xi kultant sturdament jew għeja jinħassu waqt il-kura ta’ kontra l-pressjoni għolja. Jekk tħoss xi ħaġa minn dawn, kellem lit- tabib tiegħek qabel ma tipprova ssuq jew tħaddem magni.
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva fih il-lactose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkor (ngħidu aħna lactose), ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il- mediċina.
3. Kif għandek tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Dożaġġ
Id-doża rakkomandata ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva hija pillola waħda kuljum. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ġeneralment jiġi preskritt mit-tabib tiegħek meta l-kura li kont tieħu qabel ma tnaqqasx il-pressjoni tad-demm biżżejjed. It-tabib tiegħek igħidlek kif għandek tagħmel biex taqleb mill-kura li kont qed tieħu qabel għal Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva.
Kif għandek tieħu l-mediċina
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva huwa għal użu orali. Ibla’ l-pilloli b’ammont suffiċjenti ta’ fluwidu (eż. tazza ilma). Tista’ tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva bi jew mingħajr ikel. Ipprova ħu d-doża ta’ kuljum tiegħek bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin tal-ġurnata kuljum. Huwa importanti li tkompli tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx mod ieħor.
L-effett massimu biex tinżel il-pressjoni għandu jintlaħaq f’6-8 ġimgħat wara li tinbeda l-kura.
Jekk tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva aktar milli suppost
Jekk aċċidentalment tieħu ħafna pilloli, għid lit-tabib tiegħek minnufih.
It-tfal ma għandhomx jieħdu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma għandux jingħata lil tfal iżgħar minn 18-il sena. Jekk tifel/tifla jibla’/tibla’ xi pilloli, għid lit-tabib tiegħek minnufih.
Jekk tinsa tieħu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Jekk aċċidentalment taqbeż id-doża tal-ġurnata, ħu d-doża li jmiss bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
4. Effetti sekondarji possibbli
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.
Xi wħud minn dawn l-effetti jistgħu jkunu serji u jistgħu jirrikjedu attenzjoni medika.
Każijiet rari ta’ reazzjonijiet allerġiċi tal-ġilda (raxx, urtikarja), kif ukoll nefħa lokalizzata tal-wiċċ, xofftejn u/jew ilsien ġew irrapportati f’pazjenti li jieħdu irbesartan.
Jekk ikollok xi sintomu minn dawn t’hawn fuq jew tesperjenza qtugħ ta’ nifs, waqqaf Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u għid lit-tabib tiegħek minnufih.
Il-frekwenza tal-effetti sekondarji elenkati hawn taħt hija definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10
Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100
L-effetti sekondarji rrapportati fi studji kliniċi għal pazjenti kkurati b’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva kienu:
Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)
dardir/rimettar
tagħmel l-awrina mhux normali
għeja
sturdament (anki meta tqum minn mimdud jew minn bil-qiegħda)
testijiet tad-demm jistgħu juru livelli ogħla ta’ enzim li jkejjel il-funzjoni tal-muskoli u tal-qalb (creatine kinase) jew livelli għoljin ta’ sustanzi li jkejlu l-funzjoni tal-kliewi (nitroġenu fl-urea
tad-demm, creatinine).
Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jikkawżalek xi problema, kellem lit-tabib tiegħek.
Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100))
dijarea
pressjoni baxxa
ħass ħażin
taħbit mgħaġġel tal-qalb
fwawar
nefħa
disturb sesswali (problemi fl-attività sesswali)
testijiet tad-demm jistgħu juru livelli aktar baxxi ta’ potassium u sodium fid-demm tiegħek.
Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jikkawżalek xi problema, kellem lit-tabib tiegħek.
Effetti sekondarji rrappuratati minn meta Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva tqiegħed fis- suq
Xi effetti mhux mixtieqa ġew irrapportati minn meta Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva tpoġġa fis-suq. Effetti mhux mixtieqa, fejn il-frekwenza mhijiex magħrufa huma: uġigħ ta’ ras, żarżir fil- widnejn, sogħla, disturbi fit-togħma, indiġestjoni, uġigħ fil-ġogi u fil-muskoli, funzjoni tal-fwied anormali u indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi, livell ogħla ta’ potassium f’demmek u reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx, ħorriqija, nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fil-ħalq, fl-ilsien jew fil-gerżuma. Każijiet mhux komuni ta’ suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew abjad tal-għajnejn) ġew irrapportati wkoll.
Bħal ma jiġri f’kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi attivi, effetti sekondarji assoċjati ma’ komponenti waħidhom ma jistgħux jiġu esklużi.
Effetti sekondarji assoċjati ma’ irbesartan waħdu
Flimkien ma’ l-effetti sekondarji irrapportati hawn fuq, ġie rrapportat ukoll uġigħ fis-sider.
Effetti sekondarji assoċjati ma’ hydrochlorothiazide waħdu
Nuqqas ta’ aptit; irritazzjoni ta’ l-istonku; bugħawwiġ fl-istonku; stitikezza, suffejra (sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-abjad ta’ l-għajnejn); infjammazzjoni tal-frixa kkaratterizzata b’uġigħ sever fil-parti ta’ fuq ta’ l-istonku, spiss b’dardir u rimettar; disturbi fl-irqad; dipressjoni; vista mċajpra; nuqqas ta’ ċelloli bojod tad-demm, li jistgħu jirriżultaw f’infezzjonijiet frekwenti, deni; tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits (ċellola tad-demm essenzjali għall-għaqid tad-demm), numru mnaqqas taċ-ċelloli tad-demm ħomor (anemija) ikkaratterizzat minn għejja, uġigħ ta’ ras, qtugħ ta’ nifs waqt eżerċizzju, sturdament u dehra pallida; mard fil-kliewi; problemi fil-pulmun inkluż pulmonite jew akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-pulmun; sensittività miżjuda tal-ġilda fix-xemx; infjammazzjoni tal-vażi tad-demm; marda tal-ġilda kkaratterizzata mit-tqaxxir tal-ġilda fuq il-ġisem kollu; lupus erythematosus tal-ġilda, li hija identifikata minn raxx li jista’ jidher fuq il-wiċċ, għonq u qorrija; reazzjonijiet allerġiċi; dgħjufija u spażmu tal-muskoli; rata tat-taħbit tal-qalb mibdula; tnaqqis fil-pressjoni tad-demm wara bidla fil-qagħda tal-ġisem; nefħa tal-glandoli tal-bżieq; livelli ta’ zokkor għoljin fid-demm; zokkor fl-awrina; żidiet f’xi tipi ta’ xaħam fid-demm; livelli ta’ aċidu uriku fid-demm għoljin, li jista’ jikkawża gotta.
Huwa magħruf li l-effetti sekondarji assoċjati ma’ hydrochlorothiazide jistgħu jiżdiedu ma’ dożi aktar għoljin ta’ hydrochlorothiazide.
Rappurtar tal-effetti sekondarji
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
5. Kif taħżen
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa jew fuq il-folja wara JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.
Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
X’fih Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva
Is-sustanzi attivi huma irbesartan u hydrochlorothiazide. Kull pillola miksija b’rita ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/25 mg fiha 300 mg irbesartan u 25 mg hydrochlorothiazide.
Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, croscarmellose sodium, hypromellose, silicon dioxide, magnesium stearate, titanium dioxide, macrogol 3350, ferric oxides ħomor, sofor u suwed, lamtu preġelatinizzat, carnauba wax.
Kif jidher Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva u l-kontenut tal-pakkett
Il-pilloli miksijin b’rita Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/25 mg huma roża, ibbuzzati fuq iż-żewġ naħat, ovali, b’qalb ibbuzzata fuq naħa waħda u n-numru 2788 fuq in-naħa l-oħra.
Il-pilloli miksijin b’rita Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva 300 mg/25 mg huma fornuti fi strixxi ta’ 14, 28, 30, 56, 84, 90 jew 98 pillola miksija b’rita. Pakketti ta’ folji ta’ doża waħda ta’
56 x 1 pillola miksija b’rita sabiex jitqassmu fl-isptarijiet huma wkoll disponibbli.

Kummenti