Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Jentadueto (linagliptin / metformin) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BD11

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaJentadueto
Kodiċi ATCA10BD11
Sustanzalinagliptin / metformin
ManifatturBoehringer Ingelheim International GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Jentadueto 2.5 mg / 850 mg pilloli miksija b’rita Jentadueto 2.5 mg / 1,000 mg pilloli miksija b’rita linagliptin/metformin hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Jentadueto u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Jentadueto

3.Kif għandek tieħu Jentadueto

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Jentadueto

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Jentadueto u għalxiex jintuża

L-isem tal-pillola tiegħek hu Jentadueto. Fiha żewġ sustanzi attivi differenti: linagliptin u metformin.

-Linagliptin jappartjeni għal klassi ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ DPP-4 (inibituri ta’ dipeptidyl peptidase-4).

-Metformin jappartjeni għal klassi ta’ mediċini msejħa biguanides.

Kif jaħdem Jentadueto

Iż-żewġ sustanzi attivi jaħdmu flimkien biex jikkontrollaw il-livell ta’ zokkor fid-demm f’pazjenti adulti b’forma ta’ dijabete msejħa ‘dijabete mellitus ta’ tip 2’. Flimkien mad-dieta u l-eżerċizzju, din il-mediċina tgħin biex ittejjeb il-livelli u l-effetti ta’ insulina wara xi ikla u tbaxxi l-ammont ta’ zokkor li ġismek jipproduċi.

Din il-mediċina tista’ tintuża waħedha jew ma’ ċerti mediċini oħrajn kontra d-dijabete bħal sulphonylureas, empagliflozin, jew l-insulina.

X’inhi dijabete ta’ tip 2?

Dijabete ta’ tip 2 hi kundizzjoni li fiha ġismek ma jipproduċix biżżejjed insulina, u l-insulina li ġismek jipproduċi ma taħdimx tajjeb kemm suppost. Ġismek jista’ wkoll jipproduċi zokkor żejjed. Meta jiġri dan, iz-zokkor (glucose) jakkumula fid-demm. Dan jista’ jwassal għal problemi mediċi serji, bħal mard tal-qalb, mard tal-kliewi, li wieħed jagħma, u amputazzjoni.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Jentadueto

Tiħux Jentadueto

-jekk inti allerġiku għal linagliptin jew metformin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

-jekk għandek funzjoni tal-kliewi imnaqqsa b’mod sever.

-jekk għandek dijabete mhux ikkontrollata, b’pereżempju, ipergliċemija severa (glucose għoli fid-demm), dardir, rimettar, dijarea, telf mgħaġġel fil-piż, aċidożi lattika (ara "Riskju ta’ aċidożi lattika" hawn taħt) jew ketoaċidożi. Ketoaċidożi hija kundizzjoni fejn sustanzi msejħa ’korpi ta’

ketoni’ jakkumulaw fid-demm u jistgħu jwasslu għal prekoma dijabetika. Sintomi jinkludu wġigħ fl-istonku, teħid ta’ nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas jew in-nifs tiegħek jiżviluppa riħa ta’ frott mhux tas-soltu.

-jekk kellek pre-koma dijabetika;

-jekk għandek infezzjoni severa bħal infezzjoni li taffettwa l-pulmun jew is-sistema tal-bronki tiegħek jew il-kliewi tiegħek. Infezzjonijiet severi jistgħu jwasslu għal problemi tal-kliewi, li jistgħu jpoġġuk f’riskju ta’ aċidożi lattika (ara “Twissijiet u prekawzjonijiet”)

-jekk tlift ħafna ilma minn ġismek (deidratazzjoni), eż. minħabba dijarea li damet għal żmien twil jew severa, jew jekk irrimettejt ħafna drabi wara xulxin. Id-deidrazzjoni tista’ twassal għal problemi tal-kliewi li jistgħu jpoġġuk f’riskju ta’ aċidożi lattika (ara “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

-jekk qed tingħata trattament għal insuffiċjenza tal-qalb akuta jew dan l-aħħar kellek attakk tal-qalb, kellek problemi severi biċ-ċirkolazzjoni tiegħek (bħal ‘xokk’) jew għandek diffikultajiet biex tieħu n-nifs. Dan jista’ jwassal għal nuqqas tal-provvista ta’ ossiġnu lit-tessuti li jista’ jpoġġik f’riskju ta’ aċidożi lattika (ara “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

-jekk għandek problemi tal-fwied.

-jekk tixrob alkoħol żejjed, jew kuljum jew xi kultant (ara sezzjoni “Jentadueto mal-alkoħol”.

Tiħux Jentadueto jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Jentadueto

-jekk għandek dijabete ta’ tip 1 (ġismek ma jipproduċi l-ebda insulina), Jentadueto m’għandux jintuża għal kura ta’ din il-kundizzjoni.

-jekk qed tieħu l-insulina jew mediċina kontra d-dijabete magħrufa bħala ‘sulphonylurea’, it-tabib tiegħek jista’ jkun jixtieq li jnaqqas id-doża tiegħek ta’ insulina jew sulphonylurea meta tieħu kwalunkwe waħda minnhom flimkien ma’ Jentadueto sabiex tevita livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija).

-jekk għandek jew kellek mard tal-frixa.

Jekk għandek sintomi ta’ pankreatite akuta, bħal uġigħ ta’ żaqq persistenti u sever, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.

Jekk tiltaqa’ ma’ nfafet fuq il-ġilda, dan jista’ jkun sinjal ta’ kundizzjoni msejħa penfigojd bulluża. It- tabib tiegħek jista’ jitolbok twaqqaf Jentadueto.

Jekk m’intix ċert jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib jew infermier tiegħek qabel ma tieħu Jentadueto.

Problemi fil-ġilda kkawżati mid-dijabete huma kumplikazzjoni komuni. Inti avżat biex issegwi r-rakkomandazzjonijiet għat-trattament tal-ġilda u tas-saqajn li tingħata mit-tabib jew mill-infermiera tiegħek.

Riskju ta’ aċidożi lattika.

Minħabba l-komponent ta’ metformin, Jentadueto jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika, b’mod partikulari jekk il-kliewi tiegħek ma jkunux qed jaħdmu sew. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa aċidożi lattika jiżdied ukoll b’dijabete mhux ikkontrollata, infezzjonijiet serji, sawm fit-tul jew konsum ta’ alkoħol, deidratazzjoni (ara aktar informazzjoni hawn taħt), problemi fil-fwied u kwalunkwe kundizzjonijiet mediċi li fihom xi parti tal-ġisem jkollha provvista ta’ ossiġnu mnaqqsa (bħal mard tal-qalb sever u akut). Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Jentadueto għal żmien qasir jekk għandek kundizzjoni li tista’ tkun assoċjata ma’ deidratazzjoni (telf sinifikanti ta’ fluwidi tal-ġisem) bħal rimettar sever, dijarea, deni, esponiment għal sħana jew jekk tixrob inqas fluwidu min-normal. Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Jentadueto u kkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament jekk ikollok xi wħud mis-sintomi ta’ aċidożi lattika, għax din il-kundizzjoni tista’ twassal għal koma. Sintomi ta’ aċidożi lattika jinkludu:

rimettar

uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali)

bugħawwieġ fil-muskoli

sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx flimkien ma’ għeja severa

diffikultà biex tieħu n-nifs

temperatura tal-ġisem u taħbit tal-qalb imnaqqsa

Aċidożi lattika hija emerġenza medika u għandha tiġi ttrattata fi sptar.

Jekk għandek bżonn kirurġija maġġuri għandek tieqaf tieħu Jentadueto matul u għal xi żmien wara l- proċedura. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda it-trattament tiegħek b’Jentadueto mill-ġdid.

Waqt it-trattament b’Jentadueto, it-tabib tiegħek se jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek mill-inqas darba fis-sena jew aktar ta’ spiss jekk inti anzjan/a u/jew jekk għandek funzjoni tal-kliewi li qed tmur għall-agħar.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhijiex irrakkomandata għall-użu fi tfal jew adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Jentadueto

Jekk għandek bżonn tieħu injezzjoni ta’ mezz ta’ kuntrast li fih il-jodju fid-demm tiegħek, pereżempju f’kuntest ta’ X-ray jew skan, inti trid tieqaf tieħu Jentadueto qabel jew fil-ħin tal-injezzjoni. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Jentadueto mill- ġdid.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Jista’ jkollok bżonn testijiet tal-glucose fid-demm u tal-funzjoni tal-kliewi aktar ta’ spiss, jew it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-dożaġġ ta’ Jentadueto. Huwa importanti ħafna li wieħed isemmi dan li ġej:

-mediċini li jżidu l-produzzjoni tal-awrina (dijuretiċi)

-mediċini użati biex jittrattaw l-uġigħ u l-infjammazzjoni (NSAID u inibituri ta’ COX-2, bħal ibuprofen u celecoxib)

-ċerti mediċini għat-trattament ta’ pressjoni għolja (inibituri ta’ ACE u antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II)

-mediċini li jistgħu jibdlu l-ammont ta’ metformin fid-demm tiegħek, speċjalment jekk għandek funzjoni tal-kliewi mnaqqsa (bħal verapamil, rifampicin, cimetidine, dolutegravir, ranolazine, trimethoprime, vandetanib, isavuconazole, crizotinib, olaparib).

-carbamazepine, phenobarbital jew phenytoin. Dawn jistgħu jintużaw biex jikkontrollaw puplesiji (aċċessjonijiet) jew uġigħ kroniku.

-rifampicin. Dan hu antibijotiku li jintuża għall-kura ta’ infezzjonijiet bħal tuberkulosi.

-mediċini li jintużaw għall-kura ta’ mard li jinvolvi infjammazzjoni, bħal ażżma u artrite (kortikosterojdi).

-bronkodilaturi (β-simpatomimetiċi) għall-kura ta’ ażżma tal-bronki.

-mediċini li fihom l-alkoħol.

Jentadueto mal-alkoħol

Evita konsum eċċessiv ta’ alkoħol waqt li tkun qed tieħu Jentadueto peress li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tuża Jentadueto jekk inti tqila. Mhux magħruf jekk din il-mediċina tikkaġunax ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx.

Metformin jgħaddi ġol-ħalib tal-bniedem f’ammonti żgħar. Mhux magħruf jekk linagliptin jgħaddix ġol-ħalib tal-bniedem. Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq tredda’ waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jentadueto m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Madankollu, li tieħu Jentadueto flimkien ma’ mediċini msejħa sulphonylureas jew mal-insulina jista’ jikkawża livell baxx wisq ta’ zokkor fid-demm, li jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni jew taħdem mingħajr ma tpoġġi saqajk fis-sod.

3.Kif għandek tieħu Jentadueto

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

L-ammont ta’ Jentadueto li se tieħu jvarja skont il-kundizzjoni tiegħek u d-dożi ta’ metformin u/jew pilloli individwali ta’ linagliptin u metformin li qed tieħu bħalissa. It-tabib tiegħek ser jgħidlek eżattament id-doża ta’ din il-mediċina li għandek tieħu.

Kif tieħu din il-mediċina

-pillola waħda darbtejn kuljum mill-ħalq fid-doża li jkun tak riċetta għaliha t-tabib tiegħek.

-mal-ikel biex tnaqqas iċ-ċans li jkollok taqliba tal-istonku.

M’għandekx taqbeż id-doża massima rrakkomandata ta’ kuljum ta’ 5 mg ta’ linagliptin u 2,000 mg ta’ metformin hydrochloride.

Kompli ħu Jentadueto sakemm it-tabib tiegħek jibqa’ jagħtik riċetta għalih biex b’hekk tkun tista’ tkompli tikkontrolla l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik riċetta għal din il-mediċina flimkien ma’ mediċina oħra kontra d-dijabete li tittieħed mill-ħalq jew insulina. Ftakar biex tieħu l-mediċini kollha kif indikat mit-tabib tiegħek biex tikseb l-aħjar riżultati għas-saħħa tiegħek.

Għandek tkompli d-dieta tiegħek matul il-kura b’Jentadueto u għandek toqgħod tieħu ħsieb li t-teħid tal-karboidrati tiegħek ikun iddistribwit b’mod ugwali matul il-jum. Jekk għandek piż żejjed, kompli bid-dieta tiegħek ta’ enerġija ristretta skont il-parir li tkun ingħatajt. Din il-mediċina waħidha mhix mistennija li tikkawża livell baxx mhux normali ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija). Meta Jentadueto jintuża ma’ mediċina sulphonylurea jew mal-insulina, livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ, u t-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża tas-sulphonylurea jew tal-insulina tiegħek.

Jekk tieħu Jentadueto aktar milli suppost

Jekk tieħu Jentadueto pilloli aktar milli suppost, jista’ jkollok aċidożi lattika. Is-sintomi ta’ aċidożi lattika m'humiex speċifiċi bħal tħossok jew tkun ma tiflaħx ħafna, rimettar, uġigħ ta’ żaqq b’bugħawwieġ, tħossok ġeneralment ħażin u għajjien ħafna, u jkollok diffikultà tieħu nifs. Sintomi oħrajn huma tnaqqis fit-temperatura tal-ġisem u fit-taħbit tal-qalb. Jekk tħossok hekk, jista’ jkollok bżonn kura l-isptar immedjata, għaliex l-aċidożi lattika tista’ twassal għal koma. Waqqaf din il-mediċina immedjatament u kkuntattja lil tabib jew l-eqreb sptar minnufih (ara sezzjoni 2).

Jekk tinsa tieħu Jentadueto

Jekk tinsa tieħu xi doża, ħudha hekk kif tiftakar. Madankollu, jekk ikun kważi wasal il-ħin għad-doża li jmiss, tiħux id-doża li tkun qbiżt. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Qatt m’għandek tieħu żewġ dożi fl-istess ħin (filgħodu jew filgħaxija).

Jekk tieqaf tieħu Jentadueto

Kompli ħu Jentadueto sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf. Dan biex jgħin iżomm taħt kontroll il-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Xi sintomi jeħtieġu attenzjoni medika immedjata

Għandek tieqaf tieħu Jentadueto u tara lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok is-sintomi li ġejjin ta’ livell ta’ zokkor baxx fid-demm (ipogliċemija): rogħda, għaraq, ansjetà, vista mċajpra, tnemnim fix-xufftejn, sfurija, tibdil fil-burdata jew konfużjoni. L-ipogliċemija (frekwenza: komuni ħafna) (tista’ taffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10) hu effett sekondarju identifikat għall-kombinazzjoni ta’ Jentadueto flimkien ma’ sulphonylurea u għall-kombinazzjoni Jentadueto u l-insulina.

Jentadueto jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000 li qed jużawh), iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”). Jekk jiġri dan, inti trid tieqaf tieħu Jentadueto u tikkuntattja lit-tabib jew l- eqreb sptar immedjatament, għax aċidożi lattika tista’ twassal għal koma.

Xi pazjenti kellhom infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite; frekwenza mhux magħrufa, ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Għandek TIEQAF tieħu Jentadueto u tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota kwalunkwe mill-effetti sekondarji serji li ġejjin:

-Uġigħ sever u persistenti fiż-żaqq (fiż-żona tal-istonku) li jista' jasal sa dahrek, kif ukoll nawsja u rimettar, għax jista' jkun sinjal ta' frixa infjammata (pankreatite).

Effetti sekondarji oħra ta’ Jentadueto jinkludu:

Waqt li kienu qed jieħdu Jentadueto xi pazjenti kellhom reazzjonijiet allerġiċi (frekwenza rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)), li jistgħu jkunu serji, li jinkludu tħarħir u qtugħ ta’ nifs (reattività eċċessiva tal-bronki; frekwenza mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn

kull 100)). Xi pazjenti kellhom raxx (frekwenza mhix komuni), urtikarja (frekwenza rari), u nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien, u tal-gerżuma li tista’ tikkawża diffikultà biex tieħu n-nifs jew tibla’ (anġjoedema; frekwenza rari). Jekk ikollok kwalunkwe mis-sinjali ta’ mard imsemmija hawn fuq, għandek tieqaf tieħu Jentadueto u ċċempel lit-tabib tiegħek immedjatament. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik riċetta għal mediċina biex jikkura r-reazzjoni allerġika tiegħek u mediċina differenti għad-dijabete tiegħek.

Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu Jentadueto::

-Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): dijarea, żieda fl-enzimi fid-demm (żieda fil-lipase)

-Mhux komuni: imnieħer jew gerżuma infjammati (nażofarinġite), sogħla, telf ta’ aptit (nuqqas ta’ aptit), tħossok imdardar (dardir) jew tirremetti (rimettar), żieda ta’ enzimi fid-demm (żieda fil-livell ta’ amylase), ħakk (prurite)

-Frekwenza mhux magħrufa: infafet (pemfigojd bulloża)

Effetti sekondarji meta tieħu linagliptin waħdu:

L-effetti sekondarji kollha ta’ linagliptin waħdu huma elenkati għal Jentadueto.

Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu Jentadueto mal-insulina

-Mhux komuni: disturbi fil-funzjoni tal-fwied, stitikezza

Għal informazzjoni addizzjonali jekk jogħġbok irreferi għall-Fuljett ta’ Tagħrif għall-insulina.

Effetti sekondarji meta tieħu metformin waħdu, li ma kinux deskritti għal Jentadueto:

-Komuni ħafna: uġigħ ta’ żaqq.

-Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): togħma metallika (disturb fit-togħma).

-Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000): tnaqqis fil-livelli ta’ vitamina B12, disturbi fil-funzjoni tal-fwied, epatite (problema fil-fwied), reazzjoni tal-ġilda bħal ħmura tal-ġilda (eritema, raxx) u urtikarja.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V.

Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Jentadueto

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja, il-flixkun u fuq il-kaxxa tal-kartun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn l-ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna.

Folja: Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

Flixkun: Żomm il-flixkun magħluq sewwa sabiex tilqa’ mill-umdita’.

Tużax din il-mediċina jekk il-pakkett ikun fih il-ħsara jew juri sinjali ta’ tbagħbis.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Jentadueto

-Is-sustanzi attivi huma linagliptin u metformin hydrochloride.

Kull Jentadueto 2.5 mg/850 mg pillola miksija b’rita fiha 2.5 mg ta’ linagliptin u 850 mg ta’ metformin hydrochloride.

Kull Jentadueto 2.5 mg/1,000 mg pillola miksija b’rita fiha 2.5 mg ta’ linagliptin u 1,000 mg ta’ metformin hydrochloride.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

-Qalba tal-pillola: arginine, copovidone, magnesium stearate, maize starch, silica, colloidal anhydrous.

-Kisja tar-rita: hypromellose, titanium dioxide (E171), talc, propylene glycol.

Jentadueto 2.5 mg/850 mg pilloli miksija b’rita fihom ukoll iron oxide red (E172) u iron oxide yellow (E172).

Jentadueto 2.5 mg/1,000 mg pilloli miksija b’rita fihom ukoll iron oxide red (E172).

Kif jidher Jentadueto u l-kontenut tal-pakkett

Jentadueto 2.5 mg/850 mg huma pillola (pilloli) miksija b’rita, ovali, bikonvessi, ta’ lewn oranġjo ċar. Għandhom “D2/850” imnaqqxa fuq naħa waħda u l-logo ta’ Boehringer Ingelheim imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

Jentadueto 2.5 mg/1,000 mg huma pillola (pilloli) miksija b’rita, ovali, bikonvessi, ta’ lewn roża ċar. Għandhom “D2/1000” imnaqqxa fuq naħa waħda u l-logo ta’ Boehringer Ingelheim imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

Jentadueto hu disponibbli f’folji perforati ta’ doża waħda b’10 x 1, 14 x 1, 28 x 1, 30 x 1, 56 x 1, 60 x 1, 84 x 1, 90 x 1, 98 x 1, 100 x 1 u 120 x 1 pillola miksija b’rita u pakketti multipli li fihom

120 x 1 (2 pakketti ta’ 60 x 1), 180 x 1 (2 pakketti ta’ 90 x 1) u 200 x 1 (2 pakketti ta’ 100 x 1) pillola miksija b’rita.

Jentadueto hu disponibbli wkoll fi fliexken tal-plastik b’għatu tal-kamin tal-plastik u dessikant li jikkonsisti minn ġell tas-silika. Il-fliexken fihom 14, 60 jew 180 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Boehringer Ingelheim International GmbH

Binger Strasse 173

D-55216 Ingelheim am Rhein

Il-Ġermanja

Manifattur

Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG

Binger Strasse 173

D-55216 Ingelheim am Rhein

Il-Ġermanja

Boehringer Ingelheim Ellas A.E. 5th km Paiania - Markopoulo Koropi Attiki, 194 00

Greece

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

SCS Boehringer Ingelheim Comm.V

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Tél/Tel: +32 2 773 33 11

Lietuvos filialas

 

Tel: +370 37 473922

България

Luxembourg/Luxemburg

Бьорингер Ингелхайм РЦВ ГмбХ и Ко. КГ -

SCS Boehringer Ingelheim Comm.V

клон България

Tél/Tel: +32 2 773 33 11

Тел: +359 2 958 79 98

 

Česká republika

Magyarország

Boehringer Ingelheim spol. s r.o.

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Tel: +420 234 655 111

Magyarországi Fióktelepe

 

Tel: +36 1 299 8900

Danmark

Malta

Boehringer Ingelheim Danmark A/S

Boehringer Ingelheim Ltd.

Tlf: +45 39 15 88 88

Tel: +44 1344 424 600

Deutschland

Nederland

Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG

Boehringer Ingelheim b.v.

Tel: +49 (0) 800 77 90 900

Tel: +31 (0) 800 22 55 889

Lilly Deutschland GmbH

 

Tel. +49 (0) 6172 273 2222

 

Eesti

Norge

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Boehringer Ingelheim Norway KS

Eesti filiaal

Tlf: +47 66 76 13 00

Tel: +372 612 8000

 

Ελλάδα

Österreich

Boehringer Ingelheim Ellas A.E.

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Tηλ: +30 2 10 89 06 300

España

Polska

Boehringer Ingelheim España, S.A.

Boehringer Ingelheim Sp. z o.o.

Tel: +34 93 404 51 00

Tel: +48 22 699 0 699

Lilly S.A.

 

Tel: +34 91 663 50 00

 

France

Portugal

Boehringer Ingelheim France S.A.S.

Boehringer Ingelheim, Unipessoal, Lda.

Tél: +33 3 26 50 45 33

Tel: +351 21 313 53 00

Lilly France SAS

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33 1 55 49 34 34

Tel: +351 21 412 66 00

Hrvatska

România

Boehringer Ingelheim Zagreb d.o.o.

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Tel: +385 1 2444 600

Viena - Sucursala Bucureşti

 

Tel: +40 21 302 2800

Ireland

Slovenija

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd.

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Tel: +353 1 295 9620

Podružnica Ljubljana

 

Tel: +386 1 586 40 00

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

 

Tel: +353 1 661 4377

 

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Italia

Boehringer Ingelheim Italia S.p.A.

Tel: +39 02 5355 1

Eli Lilly Italia S.p.A.

Tel: +39 05 5425 71

Κύπρος

Boehringer Ingelheim Ellas A.E. Tηλ: +30 2 10 89 06 300

Latvija

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Latvijas filiāle

Tel: +371 67 240 011

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Slovenská republika

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG organizačná zložka

Tel: +421 2 5810 1211

Suomi/Finland

Boehringer Ingelheim Finland Ky

Puh/Tel: +358 10 3102 800

Sverige

Boehringer Ingelheim AB

Tel: +46 8 721 21 00

United Kingdom

Boehringer Ingelheim Ltd.

Tel: +44 1344 424 600

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +44 1256 315 000

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati