Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Jetrea (ocriplasmin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - S01XA22

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaJetrea
Kodiċi ATCS01XA22
Sustanzaocriplasmin
ManifatturThromboGenics NV

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

JETREA 0.5 mg/0.2 mL konċentrat għal soluzzjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 0.5 mg ta’ ocriplasmin* f’0.2 mL soluzzjoni.

Wara dilwizzjoni b’0.2 mL ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni, 0.1 mL tas-soluzzjoni dilwita jkun fiha 0.125 mg ocriplasmin.

*Ocriplasmin huwa forma maqtugħa ta’ plażmin tal-bniedem magħmul permezz ta’ teknoloġija rikombinanti tad-DNA f’sistema ta’ espressjoni Pichia pastoris.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-injezzjoni (konċentrat sterili).

Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

JETREA hu indikat għall-uzu fl-adulti għall-kura ta’ ġbid vitreomakulari (VMT), inkluż meta jkun assoċjat ma’ toqba fil-makula ta’ dijametru inqas minn jew daqs 400 mikron (ara sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

JETREA għandu jkun ippreparat u mogħti minn oftalmologu b’esperjenza fl-injezzjonijiet ġol-vitriju. Id-dijanjosi ta’ ġbid vitreomakulari (VMT - vitreomacular traction) għandha tinkludi stampa klinika kompluta inkluża l-istorja tal-pazjent, eżami kliniku u investigazzjoni permezz ta’ mezzi ta’ dijanjosi li bħalissa huma aċċettati, bħal tomografija ta’ koerenza ottika (OCT - optical coherence tomography).

Pożoloġija

Id-doża rrakkomandata hija ta’ 0.125 mg (0.1 mL ta’ soluzzjoni dilwita) mogħtija permezz ta’ injezzjoni waħda ġol-vitriju fl-għajn affettwata bħala doża waħda. Kull kunjett għandu jintuża darba biss u għall-kura ta’ għajn waħda. Mhux irrakkomandata kura b’JETREA fl-għajn l-oħra fl-istess waqt jew fi żmien sebat ijiem mill-injezzjoni inizjali sabiex jiġi ssorveljat ir-riżultat ta’ wara injezzjoni inkluż il-potenzjal għal tnaqqis fil-vista fl-għajn injettata. Mhux irrakkomandat li jingħataw dożi ripetuti fl-istess għajn (ara sezzjoni 4.4).

Ara sezzjoni 4.4 għal istruzzjonijiet dwar il-monitoraġġ ta’ wara l-injezzjoni.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment renali

Ma sar l-ebda studju formali b’JETREA f’pazjenti b’indeboliment renali. M’hemmx previsti aġġustamenti tad-doża jew kunsiderazzjonijiet speċjali għall-pazjenti b’indeboliment renali (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment epatiku

Ma sar l-ebda studju formali b’JETREA f’pazjenti b’indeboliment epatiku. M’hemmx previst aġġustamenti tad-doża jew kunsiderazzjonijiet speċjali għall-pazjenti b’indeboliment epatiku (ara sezzjoni 5.2).

Anzjani

Il-popolazzjoni anzjana ġiet studjata fi studji kliniċi. Mhux meħtieġ aġġustament fid-doża.

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ JETREA fi tfal b’età inqas minn 18-il sena għall-indikazzjoni ta’ ġbid vitreomakulari (VMT), inkluż meta jkun assoċjat ma’ toqba fil-makula ta’ dijametru inqas minn jew daqs 400 mikron. Dejta disponibbli bħalissa dwar l-użu pedjatriku hi deskritta fis-sezzjoni 5.1.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Kunjett ta’ użu ta’ darba għall-użu fil-vitriju biss.

Qabel l-operazzjoni jistgħu jingħataw qtar kontra l-mikrobi skont id-diskrezzjoni tal-oftalmoloġista li qed jikkura.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tagћti l-prodott mediċinali

Il-proċedura tal-injezzjoni fil-vitriju għandha ssir taħt kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati, li jinkludu l-użu ta’ diżinfezzjoni tal-idejn permezz ta’ teknika użata waqt kirurġija, ingwanti sterili, drapp sterili, spekulu sterili għall-kappell tal-għajn (jew simili) u d-disponibilità ta’ paraċentesi sterili (jekk meħtieġ). Il-ġilda ta’ madwar l-għajn, il-kappell tal-għajn u s-superfiċje tal-għajn għandhom jiġu disinfettati u qabel l-injezzjoni għandhom jingħataw anestesija adegwata u mikrobijoċida topiku ta’ spettru wiesa’ skont il-prattika medika standard.

Għal istruzzjonijiet fuq id-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

Il-labra tal-injezzjoni għandha tiddaħħal 3.5-4.0 mm wara l-limbus f’direzzjoni lejn iċ-ċentru tal-ħofra tal-vitriju filwaqt li jiġi evitat il-meridjan orizzontali. Imbagħad, il-volum ta’ 0.1 mL tal-injezzjoni jingħata f’nofs il-vitriju.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Infezzjonijiet okulari jew periokulari attivi jew issuspettati.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Monitoraġġ ta’ wara l-injezzjoni

JETREA jingħata biss permezz ta’ injezzjoni ġol-vitriju. L-injezzjonijiet ġol-vitriju ġew assoċjati ma’ infjammazzjoni/infezzjoni fl-għajnejn, emorraġija fl-għajnejn u żieda fil-pressjoni fl-għajnejn (IOP). Dejjem għandhom jintużaw tekniki asettiċi ta’ injezzjoni. Wara l-injezzjoni ġol-vitriju, il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal xi effett mhux mixtieq bħal (iżda mhux biss) infjammazzjoni/infezzjoni fl-għajnejn u żieda fl-IOP. Żidiet temporanji fl-IOP inkluża għama temporanja u nuqqas ta’ perfużjoni tan-nerv ottiku ġew osservati fi żmien 60 minuta mill-injezzjoni b’JETREA. Il-monitoraġġ għaż-żidiet fl-IOP jista’ jikkonsisti f’kontroll għall-perfużjoni tar-ras

tan-nerv ottiku minnufih wara l-injezzjoni u tonometrija fi żmien 30 minuta wara l-injezzjoni. L-infjammazzjoni/infezzjoni fl-għajnejn tista’ tiġi evalwata permezz ta’ bijomikroskopija bejn jumejn u sebat ijiem wara l-injezzjoni. Il-pazjenti għandhom jingħataw istruzzjonijiet sabiex jirrappurtaw minnufih sintomi li jistgħu jindikaw il-preżenza ta’ infjammazzjoni/infezzjoni fl-għajnejn jew xi sintomi oħrajn viżwali jew marbuta mal-għajnejn. Jekk iseħħ xi wieħed minn dawn l-avvenimenti msemmija hawn fuq, il-pazjent għandu jiġi kkurat skont il-prattika medika standard.

Kura fiż-żewġ għajnejn

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ JETREA mogħti fiż-żewġ għajnejn fl-istess waqt ma ġewx studjati. Għalhekk mhux irrakkomandat li jingħata fiż-żewġ għajnejn fl-istess waqt.

Għoti ripetut

L-għoti ripetut ta’ JETREA fl-istess għajn ma ġiex studjat b’mod adegwat u għalhekk mhuwiex irrakkomandat.

Popolazzjoni bl-ebda dejta jew b’dejta limitata

JETREA ma ġiex studjat f’pazjenti b’toqob ta’ dijametru kbir fil-makula (>400 mikron), mijopija għolja (korrezzjoni sferika ta’ >8 dioptre jew tul assjali >28 mm), afakja, storja ta’ stakkar regmatoġenus tar-retina, nuqqas ta’ stabilità taz-zonule tal-lenti, kirurġija jew injezzjoni reċenti fl-għajnejn (inkluża t-terapija bil-lejżer), retinopatija dijabetika proliferattiva, retinopatiji iskemiċi, okklużjonijiet tal-vini tar-retina, deġenerazzjoni makulari eżudattiva marbuta mal-età (AMD) u emorraġija fil-vitriju. F’dawn il-pazjenti, il-kura mhijiex irrakkomandata.

Hemm ftit esperjenza f’pazjenti b’retinopatija dijabetika mhux proliferattiva jew b’passat ta’ uveite (inkluż infjammazzjoni attiva severa) jew trawma sinifikanti fl-għajn. Għandha tintuża kawtela fil-kura ta’ pazjenti bħal dawn.

Oħrajn

Il-potenzjal ta’ ċaqliq tal-lenti jew fakodonesi ma jistax jiġi eskluż. Jekk iseħħ dan l-avveniment, għandu jiġi kkurat skont prattika medika standard. Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati b’mod xieraq (ara sezzjoni 4.8 u 5.3).

L-effett ta’ ocriplasmin (speċjalment fl-induzzjoni ta’ fejqan ta’ twaħħil vitreomakulari jew biex jikkawża stakkar totali tal-vitriju ta’ wara [PVD - posterior vitreous detachment]) huwa anqas f’individwi b’membrana epiretinali (ERM) jew b’dijametru tal-VMA ta’ >1500 mikron (ara sezzjoni 5.1).

Hemm riskju ta’ tnaqqis sinifikanti fl-akutezza viżiva matul l-ewwel ġimgħa wara l-injezzjoni. Il- pazjenti għandhom jiġu ssorveljati b’mod xieraq (ara sezzjoni 4.8).

Eżaminazzjonijiet oftalmoloġiċi jistgħu ma jkunux normali wara l-għoti ta’ JETREA. Dawn jinkludu tomografija ta’ koerenza ottika (OCT - optical coherence tomography), oftalmoskopija (rifless foveal), test tal-vista tal-kuluri (Roth 28-hue) u full-field ERG. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta jintużaw dawn it-testijiet għad-dijanjosi jew il-monitoraġġ ta’ kondizzjonijiet oħra (ara sezzjoni 4.8).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju formali ta’ interazzjoni.

Ocriplasmin huwa enzima proteolitika b’attività tas-serine protease li tista’ tkun preżenti fl-għajn għal bosta ġranet wara l-injezzjoni ġol-vitriju (ara sezzjoni 5.2). L-għoti f’assoċjazzjoni temporali mill-qrib ma’ prodotti mediċinali oħrajn fl-istess għajn jista’ jaffettwa l-attività taż-żewġ prodotti mediċinali u għalhekk mhuwiex irrakkomandat.

M’hemmx dejta klinika dwar l-użu ta’ ocriplasmin flimkien ma’ inibituri ta’ VEGF (fattur tat-tkabbir tal-endotelju vaskulari).

Mhumiex previsti interazzjonijiet sistemiċi.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ JETREA f’nisa tqal. Ma sar l-ebda studju riproduttiv tossikoloġiku. L-espożizzjoni sistemika ta’ JETREA hija mistennija li tkun baxxa ħafna wara l-injezzjoni ġol-vitriju. JETREA għandu jintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċċju kliniku jkun akbar mir-riskji potenzjali.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk JETREA jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-omm. JETREA għandu jintuża biss waqt it-treddigħ jekk il-benefiċċju kliniku jkun akbar mir-riskji potenzjali.

Fertilità

M’hemmx tagħrif dwar l-effett ta’ JETREA fuq il-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

L-injezzjoni ta’ JETREA ġol-vitriju tista’ tkun segwita minn disturbi temporanji fil-vista (ara sezzjoni 4.8). F’dawn il-każijiet, il-pazjenti m’għandhomx isuqu jew iħaddmu magni sakemm jgħaddu dawn id-disturbi fil-vista.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Summarju tal-profil tas-sigurtà

Fi studji kliniċi ta’ intervent, aktar minn 1400 pazjent ġew ikkurati bid-doża rakkomandata ta’ 0.125 mg ta’ JETREA.

Ir-reazzjonijiet avversi kollha kienu fl-għajnejn. Fi 3 studji kliniċi b’segwitu minn 6 xhur (TG-MV-006 u TG-MV-007) sa 24 xahar (TG-MV-014), l-aktar reazzjonijiet avversi irrappurtati b’mod komuni kienu depożiti fil-vitriju, uġigħ fl-għajn, fotopsja u kromatopsja kif ukoll emorraġija konġuntivali kkawżata mill-proċedura tal-injezzjoni. Il-parti l-kbira tar-reazzjonijiet avversi seħħew fl-ewwel ġimgħa wara l-injezzjoni. Il-parti l-kbira ta’ dawn ir-reazzjonijiet ma kinux serji, kienu ħfief sa moderati fl-intensità u għaddew fi żmien ġimagħtejn sa tliet ġimgħat. Informazzjoni dwar l- għejbien ta’ avvenimenti speċifiċi bħal kromatopsja u bidliet fl-ERG jistgħu jinstabu fil-paragrafu rilevanti tas-sezzjoni ‘Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula’.

Kienu rrappurtati wkoll sintomi viżwali li dehru fl-għajn l-oħra jew fiż-żewġ għajnejn.

L-aktar reazzjonijiet avversi klinikament rilevanti kienu jinkludu għama temporanja, tiċrita fir-retina, distakk tar-retina, ċaqliq tal-lenti u progressjoni tat-toqba fil-makula.

Lista tabulata tar-reazzjonijiet avversi

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati fl-istudji kliniċi u/jew minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Ir-reazzjonijiet avversi b’possibbiltà raġonevoli ta’ relazzjoni kawżali mal-proċedura tal-injezzjoni jew ma’ JETREA huma elenkati skont is-sistema tas-sistema tal-klassifika tal-organi tal-MedDRA u skont il-frekwenza: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull grupp ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma ppreżentati skont is-serjetà tagħhom bl-aktar serji imniżżla l-ewwel.

Disturbi

Komuni ħafna

fl-għajnejn

Depożiti fil-vitriju, uġigħ fl-għajn, emorraġija konġuntivali, kromatopsja*

Komuni

Tnaqqis fl-akutezza tal-vista*, indeboliment fil-vista1), difett fil-kamp viżiv2), vista

mċajpra, emorraġija fir-retina, emorraġija fil-vitriju, toqba fil-makula*,

deġenerazzjoni tal-makula, deġenerazzjoni tar-retina, edima fil-makula3), edima

fir-retina4), epiteljopatija tal-kulur tar-retina, metamorfopsja, edima konġuntivali,

edima fil-kappell tal-għajn, vitrite, ċelluli kompartimentali anterjuri, tgħammix

kompartimentali anterjuri, irite, fotopsja, iperimja konġuntivali, iperimja okulari,

il-vitriju jinqala’, irritazzjoni fl-għajn, għajn tinħass xotta, sensazzjoni ta’ frak

fl-għajnejn, ħakk fl-għajnejn, skumdità fl-għajnejn, fotofobija, żieda fid-dmugħ

Mhux komuni

Għama temporanja, ċaqliq tal-lenti*, tiċrita fir-retina*5), distakk tar-retina*5),

għama matul il-lejl jew f’dawl baxx, indeboliment fir-rifless tal-ħabba tal-għajn,

diplopja, ħajfima, mijosi, pupilli mhux indaqs, brix tal-kornea, infjammazzjoni

fil-kompartiment anterjuri, infjammazzjoni fl-għajnejn, irritazzjoni konġuntivali

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna

Retinogramma mhux normali*, test tal-vista tal-kuluri mhux normali

Komuni

Żieda tal-pressjoni fl-għajnejn, rifless makulari mhux normali, tomografija ta’ koerenza ottika (OCT - optical coherence tomography) mhux normali*

* ara sezzjoni ‘Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula’

1)inkluż vista mċajpra

2)inkluż skotoma

3)inkluż edima makulari ċistojde

4)inkluż fluwidu taħt ir-retina

5)avvenimenti li jseħħu qabel il-vitrektomija

bl-użu tat-test tal-vista tal-kuluri Roth 28-hue. Ara wkoll sezzjoni 4.4.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Tnaqqis fl-akutezza viżiva

Fl-istudji pivitali kkontrollati bil-plaċebo ta’ fażi III (TG-MV-006 u TG-MV-007), 7.7% tal-pazjenti fuq JETREA u 1.6% tal-pazjenti fuq plaċebo kellhom telf akut ta’ ≥ 2-linji (≥ 10 ittri ETDRS) fl-aħjar akutezza viżiva kkoreġuta (BCVA - best corrected visual acuity) waqt l-ewwel ġimgħa wara l- injezzjoni bl-ebda spjegazzjoni alternattiva għall-bidla. It-tnaqqis fl-akutezza viżiva għadda sal-aħħar tal-istudji għall-maġġoranza tal-pazjenti fuq JETREA (80.6%) iżda kien hemm xi pazjenti li ma rkuprawx minkejja vitrektomija. Iż-żmien medjan għall-għejbien kien ta’ 22 jum. Fi studju TG-MV-014, 2.8% tal-pazjenti fuq JETREA u 1.4% tal-pazjenti fuq injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva kellhom telf akut ta’ ≥ 2 linji f’BCVA matul l-ewwel ġimgħa wara l-injezzjoni. Mill-4 pazjenti fuq JETREA bi tnaqqis akut fl-akutezza viżiva, 3 irkupraw wara vitrektomija. Ara sezzjoni 4.4 għal rakkomandazzjonijiet ta’ sorveljanza.

Kromatopsja (inklużi diskromatopsja u test tal-vista tal-kuluri mhux normali)

Bidliet fil-vista tal-kuluri (inkluż vista safranija u test tal-vista tal-kuluri Roth 28-hue mhux normali) kienu irrappurtata bħala reazzjoni avversa komuni ħafna f’pazjenti injettati b’JETREA. Il-maġġoranza tal-avvenimenti ma kinux serji, kienu ħfief u ġeneralment irriżolvew b’mod spontanju. Iż-żmien medju sakemm għebu kien ta’ tliet xhur.

Retinogramma mhux normali

Bidliet elettroretinografiċi (ERG) (tnaqqis fl-amplitudni tal-mewġ a- u b-) ġew irrappurtati bħala reazzjoni avversa komuni ħafna f’pazjenti injettati b’JETREA; fil-maġġoranza tal-każijiet ġew irrappurtati wkoll indeboliment fil-vista u kromatopsja. Fl-istudju TG-MV-014, sub-sett ta’ 40 pazjent li kienu qed jirċievu JETREA sistematikament sarilhom ittestjar ERG; il-bidliet fl-ERG li żviluppaw f’16 minn 40 pazjent għaddew fil-maġġoranza tal-pazjenti (13 minn 16). Iż-żmien medju sakemm

irriżolvew kien ta’ sitt xhur. Il-bidliet ERG ma kinux jipprevedu riżultati negattivi f’termini ta’ akutezza fil-vista; akutezza viżiva mtejba jew miżmuma fi 15 mis-16-il pazjent meta mqabbel mal- linja bażi.

Qsim fir-retina (tiċrit u stakkar)

Fl-istudji importanti ħafna tal-fażi III ikkontrollati bi plaċebo (TG-MV-006 u TG-MV-007), il-qsim fir-retina (tiċrit u stakkar) kien irrappurtat f’1.9% tal-pazjenti injettati b’JETREA meta mqabbla ma’ 4.3% injettati bil-plaċebo. Ħafna minn dawn l-avvenimenti seħħew waqt jew wara l-vitrektomija fiż-żewġ gruppi. L-inċidenza ta’ stakkar tar-retina li seħħ qabel il-vitrektomija kienet ta’ 0.4% fil-grupp ta’ JETREA u xejn fil-grupp tal-plaċebo, filwaqt li l-inċidenza ta’ tiċrit tar-retina (mingħajr stakkar) li seħħ qabel il-vitrektomija kienet ta’ 0.2% fil-grupp ta’ JETREA u ta’ 0.5% fil-grupp tal- plaċebo. Fi studju TG-MV-014, tiċrita tar-retina kienet irrappurtata f’1.4% tal-pazjenti injettati b’JETREA u f’6.8% ta’ dawk li rċevew injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva; l-inċidenza ta’ distakk tar-retina kien ta’ 1.4% fiż-żewġ gruppi. Fil-grupp li ma rċevewx is-sustanza attiva, ma seħħew l-ebda avvenimenti qabel il-vitrektomija. Fil-grupp ta’ JETREA, pazjent wieħed (0.7%) żviluppa tiċrita fir- retina u distakk tar-retina bejn Jum 0 u Jum 7 wara l-injezzjoni.

Toqba fil-makula

Fl-istudji pivitali kkontrollati bil-plaċebo ta’ fażi III (TG-MV-006 u TG-MV-007), avvenimenti ta’ toqba fil-makula (inklużi progressjoni kif ukoll bidu ġdid) ġew irrappurtati għal 6.7% tal-pazjenti kollha injettati b’JETREA meta mqabbla ma’ 9.6% injettati bil-plaċebo f’Xahar 6.

Fi studju TG-MV-014, avvenimenti ta’ toqba fil-makula (inklużi progressjoni kif ukoll bidu ġdid) ġew irrappurtati fi 15.8% tal-pazjenti li rċevew JETREA vs. 13.5% tal-pazjenti li rċevew injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva f’Xahar 24.

Rati ta’ progressjoni bikrija ta’ toqba fil-makula ta’ ħxuna sħieħa (sa Jum 7 wara l-injezzjoni) fil-livell tal-RPE (epitelju tal-pigment tar-retina [retinal pigment epithelium]) kienu ogħla fil-pazjenti ttrattati b’JETREA meta mqabbla ma’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva jew plaċebo. Madankollu, rati ta’ progressjoni wara Xahar 6, kienu ogħla f’dawk ittrattati b’injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva jew bi plaċebo milli f’dawk ittrattati b’JETREA. Kull persistenza jew progressjoni ta’ toqba fil-makula għandha tiġi ttrattata skont il-prattika normali.

Ċaqliq tal-lenti/fakodonesi

Każ wieħed ta’ ċaqliq tal-lenti/fakodonesi kien irrappurtat fi studji kliniċi f’adulti u jidher li possibbilment kien relatat ma’ kura b’JETREA. Fi studju pedjatriku li evalwa JETREA bħala żieda mal-vitrektomija, kien irrappurtat każ wieħed ta’ ċaqliq tal-lenti f’tarbija prematura li ngħatat injezzjoni waħda ta’ JETREA 0.175 mg ġol-vitriju. Ċaqliq tal-lenti kien osservat fi tliet speċijiet ta’ annimali f’konċentrazzjonijiet ta’ ocriplasmin ogħla mill-konċentrazzjoni klinika maħsuba (ara sezzjoni 5.3).

Abbażi tal-attività proteolitika ta’ ocriplasmin, sejbiet prekliniċi u kliniċi, il-potenzjal ta’ ċaqliq tal-lenti jew fakodonesi ma jistax ikun eskluż. Jekk iseħħ dan l-avveniment, dan għandu jiġi kkurat skont il-prattika medika standard.

Tomografija ta’ koerenza ottika mhux normali

Fi studju TG-MV-014, strixxa mhux kompluta tas-Segment ta’ Ġewwa/Segment ta’ Barra (IS/OS - Inner Segment/Outer Segment), magħrufa wkoll bħala Żona Ellipsojda, fl-erja ċentrali kienet komuni ħafna fil-linja bażi (65.8% fil-grupp ta’ JETREA u 62.2% fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva). Madankollu, wara t-trattament, proporzjon ogħla ta’ pazjenti fil-grupp ta’ JETREA kellhom bidla minn strixxa IS/OS intatta fil-linja bażi għal strixxa IS/OS mhux kompluta fl-erja ċentrali f’punt ta’ żmien aktar tard meta mqabbel mal-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva (7.7% u 2.8%, rispettivament f’Jum 28). Lil hinn mill-erja ċentrali, aspetti mhux normali tal-istrixxa IS/OS attribwiti lil JETREA ġew osservati f’sa 10% tal-pazjenti.

Ħsara fiż-Żona Ellipsojda fl-erja ċentrali u barra mill-erja ċentrali kienet irrappurtata fi studji mhux ta’ intervent u rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Fil-maġġoranza tal-każijiet irkupru seħħ fi żmien

6 xhur. Fluwidu taħt ir-retina u sinjali u sintomi ta’ funzjoni tal-fotoriċetturi indebolita inkluż tnaqqis fl- akutezza viżiva (f’xi każijiet severi) kienu rrappurtati f’assoċjazzjoni ma’ dawn l-avvenimenti.

Ara sezzjoni 4.4 għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-monitoraġġ. L-osservazzjoni ta’ rutina hija rrakkomandata fis-sitwazzjonijiet kollha msemmija hawn fuq.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Id-dejta klinika dwar l-effetti ta’ doża eċċesiva ta’ JETREA hija limitata. Ġie rrappurtat każ wieħed ta’ doża eċċesiva aċċidentali ta’ 0.250 mg ocriplasmin (darbtejn id-doża rakkomandata). Il-pazjent kellu tnaqqis f’BCVA ta’ 21 ittra ETDRS mil-linja bażi li reġgħet lura għal 9 ittri tal-linja bażi fi tmiem l-istudju. Il-pazjent żviluppa wkoll iperimja konġuntivali ħafifa, infjammazzjoni fl-għajn u mijosi li għebu b’taqtir ta’ kortikosterojdi għall-għajnejn.

Jekk tingħata doża eċċessiva, huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ mill-qrib. Jekk isseħħ reazzjoni avversa, għandha tkun ikkurata skont il-prattika medika standard.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Oftalmoloġiċi, Oftalmoloġiċi oħrajn, Kodiċi ATC: S01XA22

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Ocriplasmin għandu attività proteolitika kontra l-komponenti tal-proteina tal-materja tal-vitriju u s-superfiċje vitreoretinali (VRI) (eż. laminin, fibronectin u collagen) u jimmira li jħoll il-matriċi tal-proteina responsabbli għat-twaħħil vitreomakulari mhux normali (VMA). L-irbit strett tal-komponenti tal-proteina fiż-żona makulari tal-VRI jikkontribwixxi għall-ġbid vitreomakulari (VMT), li jwassal għal indeboliment fil-vista u/jew toqob fil-makula.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja klinika u s-sigurtà ta’ JETREA għat-trattament ta’ ġbid vitreomakulari (VMT - vitreomacular traction) kienu evalwati fi 3 studji double-masked.

Studji TG-MV-006 u TG MV-007

L-effikaċja ta’ JETREA intweriet f’żewġ studji pivitali ta’ sitt xhur, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double masked, ikkontrollati bi plaċebo u li saru f’diversi ċentri f’pazjenti b’VMT. Total ta’ 652 pazjent (JETREA 464, plaċebo 188) intgħażlu b’mod każwali f’dawn iż-żewġ studji.

Fiż-żewġ studji importanti ħafna, il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu fejqan tal-VMA fit-28 Jum (punt aħħari primarju) kien konsiderevolment (p≤0.003) ogħla fil-grupp ta’ JETREA meta mqabbel mal-grupp tal-plaċebo. Id-differenza kompliet tkun statistikament sinifikanti tul is-sitt Xahar f’kull studju (p ≤0.024). Fid-dejta integrata, 26.5% fil-grupp ta’ JETREAmeta mqabbel ma’ 10.1% fil-grupp tal-plaċebo kisbu fejqan tal-VMA fit-28 Jum (p <0.001). Id-differenza nżammet mis-7 Jum

sas-sitt Xahar (Figura 1).

Figura 1: Proporzjon ta’ pazjenti b’fejqan tal-VMA sal-180 Jum (is-6 Xahar) (TG-MV-006, TG-MV-007 u dejta integrata)

35%

TG-MV-006

30%

JETREA

VMA

TG-MV-007

25%

JETREA

JETREA

tal-

20%

Mħallat

Fejqan

15%

TG-MV-006

Plaċebo

ta’

10%

%

TG-MV-007

5%

Plaċebo

Plaċebo

0%

Mħallat

Ġranet wara l-injezzjoni

Il-ġranet kollha ta’ wara l-injezzjoni, p≤0.024 f’TG-MV-006, p≤0.009 f’TG-MV-007, p≤0.001 f’dejta integrata

Pazjenti mingħajr ERM fil-linja bażi kienu aktar probabbli li jilħqu fejqan tal-VMA f’Jum 28 meta mqabbla ma’ dawk li kellhom ERM fil-linja bażi. Fid-dejta integrata, ir-rata ta’ riżoluzzjoni tal-VMA f’Jum 28 kienet ogħla f’pazjenti kkurati b’JETREA meta mqabbla mal-plaċebo, kemm fis-sottogrupp mingħajr ERM (37.4% kontra 14.3%, p<0.001) kif ukoll f’dak b’ERM (8.7% kontra 1.5% , p=0.046).

Pazjenti b’dijametru iżgħar tal-VMA fil-linja bażi (≤ 1500 mikron) kienu aktar probabbli li jilħqu fejqan tal-VMA f’Jum 28 meta mqabbla ma’ dawk li kellhom dijametru ta’ > 1500 mikron. Fid-dejta integrata, ir-rata ta’ riżoluzzjoni tal-VMA f’Jum 28 kienet ogħla f’pazjenti kkurati b’JETREA meta mqabbla mal-plaċebo kemm fis-sottogrupp b’VMA ≤ 1500 mikron fil-linja bażi (34.7% kontra 14.6%, p<0.001) kif ukoll f’dak b’VMA > 1500 mikron fil-linja bażi (5.9% kontra 0%, p=0.113).

Fid-dejta integrata, toqba fil-makula ta’ ħxuna sħiħa (FTMH - full-thickness macular hole) kienet preżenti fil-linja bażi f’106/464 (22.8%) pazjent u f’47/188 (25%) pazjent fil-gruppi ta’ JETREA u tal-plaċebo, rispettivament. Minn dawn, il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu l-għeluq tal-FTMH mingħajr vitrektomija fit-28 Jum kien ogħla fil-grupp ta’ JETREA milli fil-grupp tal-plaċebo (40.6% meta mqabbla ma’ 10.6%, rispettivament; p <0.001). Id-differenza inżammet sal-aħħar tal-istudji (is-6 Xahar).

Perċentwal konsiderevolment ogħla ta’ pazjenti kkurati b’JETREA kellhom PVD totali fit-28 Jum meta mqabbla mal-pazjenti li ngħataw plaċebo (dejta integrata: 13.4% meta mqabbla ma’ 3.7%, rispettivament; p <0.001).

Waqt l-istudji, vitrektomija setgħet issir skont id-diskrezzjoni tal-Investigatur. Il-pazjenti kkurati b’JETREA kienu inqas probabbli li jkollhom vitrektomija sal aħħar tal-istudju (is-6 Xahar) meta mqabbla mal-pazjenti kkurati bil-plaċebo (dejta integrata: 17.7% meta mqabbla ma’ 26.6%, rispettivament; p=0.016).

Proporzjon ogħla ta’ pazjenti kkurati b’JETREA kisbu ≥2 jew ≥3 linji fil-BCVA (irrispettivament mill-vitrektomija) fis-sitt Xahar (28.0% u 12.3%, rispettivament) meta mqabbla mal-pazjenti kkurati bi plaċebo (17.1% u 6.4%) (p=0.003 u p=0.024, rispettivament). Barra dan il-proporzjon ta’ pazjenti li ggwadanjaw ≥ 2 jew ≥ 3 linji fil-BCVA mingħajr vitrektomija iffavorixxa JETREA f’Xahar 6 (23.7% kontra 11.2%, p<0.001 għal gwadann ta’ ≥ 2 linji u 9.7% kontra 3.7%, p=0.008 għal gwadann ta’ ≥ 3 linji).

Fl-analiżi integrata ta’ Kwestjonarju-25 tal-Funzjoni tal-Vista (VFQ-25 - Visual Function Questionnaire-25) tal-Istitut Nazzjonali tal-Għajnejn intweriet differenza numerika favur JETREA fuq il-plaċebo f’kull punteġġ sottoskala, kif ukoll il-punteġġ kompost. Id-differenza għat-titjib fil-punteġġ sottoskala ġenerali tal-vista kienet statistikament sinifikanti (6.1 JETREA kontra 2.1 plaċebo, p=0.024).

Studju TG-MV-014

L-effikaċja ta’ JETREA ġiet ikkonfermata aktar fi studju randomised, double-masked, ikkontrollat b’injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva, ta’ 24 xhar f’pazjenti b’VMT iffinaliżżat wara l- approvazzjoni inizjali tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. F’dan l-istudju kienu randomised total ta’ 220 pazjent (JETREA 146, injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva 74).

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu għejbien ta’ VMA f’Jum 28 (punt finali primarju) kien ta’ 41.7% fil- grupp ta’ JETREA meta mqabbel ma’ 6.2% fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva (p<0.001). Dan l-effett inżamm matul iż-żmien u l-għejbien ta’ VMA kienet akbar b’mod konsistenti fil-grupp ta’ JETREA f’kull vista wara l-injezzjoni tal-istudju meta mqabbel mal-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva.

F’dan l-istudju, FTMH kienet preżenti fil-linja bażi f’50/145 (34.5%) pazjent u f’26/73 (35.6%) pazjent fil-gruppi ta’ JETREA u ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva, rispettivament. Minn dawn, 30% tal-pazjenti ttrattati b’JETREA u 15.4% tal-pazjenti fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva esperjenzaw għeluq mhux kirurġiku tal-FTMH f’Xahar 24. Kollha kienu għamlu dan sa

Xahar 3.

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom vitrektomija kien iżgħar fil-grupp ta’ JETREA milli fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva fil-visti kollha. F’Xahar 24, il-proporzjonijiet kienu 48/145 (33.3%) u 32/73 (43%), rispettivament. Ir-raġuni l-aktar komuni għall-vitrektomija kienet FTMH (f’24.8% tal-pazjenti ttrattati b’JETREA u 23.3% tal-pazjenti ttrattati b’injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva). Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom vitrektomija minħabba avveniment ta’ VMA/VMT kien ta’ 8.3% fil-grupp ta’ JETREA meta mqabbel ma’ 19.2% fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva.

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu ≥ 2 jew ≥ 3 linji f’BCVA f’Xahar 6, irrispettivament minn vitrektomija, kien ftit ogħla fil-grupp ta’ JETREA (36.2%, 18.6%) milli fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva (28.6%, 13.1%). F’Xahar 24, il-proporzjon ta’ pazjenti b’titjib ta’ ≥ 2 linji mil-linja bażi f’BCVA kien akbar fil-grupp ta’ JETREA milli fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is- sustanza attiva (50.5% vs. 39.1%). Fis-sottogrupp li ma kellux FTMH fil-linja bażi l-proporzjon ta’ pazjenti b’titjib ta’ ≥ 3 linji mil-linja bażi kien akbar fil-grupp ta’ JETREA biss (23.4% vs. 12.8%, rispettivament). Il-gwadann ta’ ≥ 2 jew ≥ 3 linji f’BCVA mingħajr vitrektomija iffavorixxa JETREA mill-injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva kemm f’Xahar 6 (26.8%, 14.0%, vs. 15.62%, 6.2%, rispettivament) kif ukoll f’Xahar 24 (31.9%, 16.8%, vs. 11,7%, 4.1%, rispettivament).

Proporzjon akbar ta’ pazjenti fil-grupp ta’ JETREA kellhom titjib ta’ ≥ 5 punti fil-punteġġ tal-kompost VFQ-25 u fil-punteġġ tas-sub-skala, irrispettivament mill-vitrektomija, fil-visti kollha. F’Xahar 24, 51.4% tal-pazjenti fuq JETREA kellhom titjib ta’ ≥ 5 punti fil-punteġġ tal-kompost VFQ-25 meta mqabbel ma’ 30.1% fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’JETREA f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ ġbid vitreomakulari (VMT), inkluż meta jkun assoċjat ma’ toqba fil-makula ta’ dijametru inqas minn jew daqs 400 mikron (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ ocriplasmin f’individwi pedjatriċi skedati għal vitrektomija ġew investigati fi studju TG-MV-009. Injezzjoni waħda ġol-vitriju ta’ 0.175 mg (ogħla mid-doża rrakkomandata), jew plaċebo, ġew injettati fil-vitriju tan-nofs ta’ 24 għajn ta’ tfal b’età minn 0 sa 16-il sena, 30 sa 60 minuta qabel il-bidu ppjanat tal-vitrektomija. Ir-raġunijiet ewlenin għall-vitrektomija kienu distakk

tar-retina u retinopatija ta’ qabel il-maturità. Il-kura b’ocriplasmin ma wrietx effett fuq ir-rata ta’ qlugħ tal-vitriju ta’ wara, il-grad ta’ likwefazzjoni tal-vitriju, ir-rata ta’ twaħhil mill-ġdid tar-retina immedjatament wara l-operazzjoni, l-iżvilupp ta’ vitreoretinopatija proliferattiva, jew il-fażi tar- retinopatija ta’ qabel il-maturità. Is-sejbiet ta’ sigurtà osservati fl-istudju TG-MV-009 kienu konsistenti mal-profil tas-sigurtà magħruf għal JETREA. Ibbażat fuq ir-riżultati ta’ dan l-istudju, l-użu ta’ JETREA bħala żieda mal-vitrektomija fit-tfal, biex jiffaċilita s-separazzjoni u t-tneħħija tal-vitriju, mhux irrakkomandat.

Etniċità

L-esperjenza fi gruppi oħrajn minbarra l-Kawkasi hija limitata.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-livelli ta’ ocriplasmin fil-vitriju jonqsu malajr wara l-għoti ġol-vitriju. Fi studju kliniku f’pazjenti skedati għal vitrektomija li ngħataw 0.125 mg JETREA (li jikkorrispondi għal konċentrazzjoni teoretika inizjali ta’ 29 µg/mL vitriju), l-attività medja ta’ ocriplasmin kienet ta’ 9% tal-konċentrazzjoni teoretika inizjali 2-4 sigħat wara l-injezzjoni u taħt l-inqas livell ta’ kwantifikazzjoni fis-7 jum.

Minħabba d-doża żgħira mogħtija (0.125 mg), mhumiex mistennija livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ ocriplasmin fiċ-ċirkolazzjoni sistemika wara l-injezzjoni ġol-vitriju.

Meta jingħata ġol-vini, ocriplasmin jidħol fil-passaġġ tal-kataboliżmu tal-proteini endoġeni li permezz tiegħu jiġi inattivat b’mod rapidu permezz tal-interazzjonijiet tiegħu mal-inibitur protease α2-antiplasmin jew α2-macroglobulin. Il-kumpless ocriplasmin/α2-antiplasmin inattiv jiġi eliminat miċ-ċirkolazzjoni b’half-life (t1/2) ta’ diversi sigħat.

Indeboliment renali

Ma sar l-ebda studju sabiex tkun eżaminata l-farmakokinetika ta’ ocriplasmin f’pazjenti b’indeboliment renali minħabba li l-espożizzjoni sistemika hija mistennija li tkun baxxa ħafna wara l-għoti ġol-vitriju.

Indeboliment epatiku

Ma sar l-ebda studju sabiex tkun eżaminata l-farmakokinetika ta’ ocriplasmin f’pazjenti b’indeboliment epatiku minħabba li l-espożizzjoni sistemika hija mistennija li tkun baxxa ħafna wara l-għoti ġol-vitriju.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

It-tossiċità ġol-vitriju ta’ ocriplasmin ġiet evalwata fil-fniek, ix-xadini u l-minipigs. Ocriplasmin ikkawża rispons infjammatorju u bidliet ERG temporanji fil-fniek u x-xadini, filwaqt li ma ġiet osservata l-ebda infjammazzjoni jew bidla ERG fil-minipigs. Fil-fniek u x-xadini, l-inċidenza ta’ infiltrati fiċ-ċelluli tal-vitriju kellha t-tendenza li tgħaddi maż-żmien. Fix-xadini, wara l-għoti ta’

125 µg/għajn (68 µg/mL ta’ vitriju) l-ERG kien irkuprat għal kollox sal-55 Jum. Iċ-ċaqliq fil-lenti kien osservat fit-3 speċijiet f’konċentrazzjonijiet ta’ ocriplasmin ta’ 41 µg/mL ta’ vitriju jew aktar, konċentrazzjoni ogħla mill-konċentrazzjoni klinika maħsuba ta’ 29 µg/mL. Dan l-effett deher li huwa relatat mad-doża u kien osservat fl-annimali kollha li ngħataw ocriplasmin ġol-vitriju aktar minn darba. Bidliet patoloġiċi marbuta ma’ emorraġija fl-għajnejn kienu osservati fil-fniek u x-xadini. Għadu mhux ċar jekk din l-emorraġija hijiex marbuta mal-proċedura tal-injezzjoni nnifisha jew mal-għoti ta’ ocriplasmin. Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità sistemika wara l-għoti ġol-vitriju ta’ ocriplasmin.

It-tossiċità sistemika ta’ ocriplasmin ġiet evalwata kemm fil-firien kif ukoll fil-klieb. L-għoti ġol-vina ta’ 10 mg/kg kien ġeneralment ittollerat tajjeb kemm fil-firien kif ukoll fil-klieb kemm jekk mogħti bħala doża waħda kif ukoll jekk mogħti f’dożi ripetuti.

M’hemmx dejta disponibbli dwar ir-riskju ta’ kanċer, effett tossiku fuq il-ġeni jew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l-iżvilupp.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol

Citric acid

Sodium hydroxide (NaOH) (għall-aġġustament tal-pH)

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn, minbarra dilwent sterili, mingħajr preservattivi, mhux newtralizzat ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin meta jinħażen fi friża (-20 °C ± 5 °C).

Wara li jinħall

Il-prodott mediċinali għandu jiġi ddilwit u jintuża minnufih. Madankollu, stabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu tal-prodott mhux miftuħ fil-kartuna oriġinali protett mid-dawl intweriet sa 8 sigħat meta jinħażen f’temperatura taħt 25 °C. Ladarba jinħall terġax tiffriża l-kunjett.

Wara li jinfetaħ/wara d-dilwizzjoni

Minn perspettiva mikrobijoloġika, il-prodott mediċinali għandu jintuża minnufih wara li jinfetaħ/wara d-dilwizzjoni. Il-kunjett u kwalunkwe fdal mhux użat tas-soluzzjoni dilwita jrid jintrema wara użu ta’ darba.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-friża (-20 °C ± 5 °C). Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara li jinħall u jinfetaħ/wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Soluzzjoni ta’ 0.2 mL f’kunjett (ħġieġ tat-tip I) magħluq b’tapp tal-lastiku tal-chlorobutyl u għatu flip- off oranġjo tal-polypropylene. Il-pakkett fih kunjett wieħed.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Il-kunjetti huma għal użu ta’ darba biss.

Biex tipprepara JETREA għall-injezzjoni ġol-vitriju, segwi dawn l-istruzzjonijiet:

1.Oħroġ il-kunjett minn ġol-friża u ħallih jinħall f’temperatura tal-kamra (dan jieħu madwar

2 minuti).

2.Ladarba jinħall għal kollox, aqla’ l-għatu flip-off protettiv oranġjo tal-polypropylene mill-kunjett.

JETREA 0.5 mg/0.2 mL konċentrat għal soluzzjoni għall-injezzjoni

3.Iddiżinfetta l-parti ta’ fuq tal-kunjett b’biċċa mxarrba bl-alkoħol.

4.Permezz ta’ teknika asettika, iddilwi billi żżid 0.2 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride (sterili, mingħajr preservattivi, mhux newtralizzata) fil-kunjett ta’ JETREA u dawwar il-kunjett bil-mod sakemm jitħalltu s-soluzzjonijiet. Id-dilwent għandu jinġibed minn kontenitur magħluq li għandu jintuża darba biss. Il-bqija tas-soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride għandha tintrema. Is- soluzzjoni dilwita għandha tintuża minnufih.

Injezzjoni ta’

0.2 ml ta’

9 mg/ml sodium chloride

JETREA 0.5 mg/0.2 mL konċentrat għal soluzzjoni għall-injezzjoni

JETREA 0.5 mg/0.2 mL konċentrat għal soluzzjoni għall-injezzjoni

5.Spezzjona l-kunjett viżwalment biex tara jekk fihx xi frak. Għandha tintuża biss soluzzjoni ċara, bla kulur, mingħajr frak viżibbli.

6.Permezz ta’ teknika asettika, iġbed is-soluzzjoni dilwita kollha permezz ta’ labra sterili xierqa (mejjel ftit il-kunjett sabiex tkun tista’ tiġbed is-soluzzjoni b’mod aktar faċli) u armi l-labra wara li tiġbed il-kontenut tal-kunjett. Tużax din il-labra għall-injezzjoni ġol-vitriju.

JETREA 0.5 mg/0.2 mL

konċentrat għal soluzzjoni għall-injezzjoni

7.

Issostitwixxi l-labra ma’ labra sterili xierqa, b’attenzjoni

0.1 ml ta’

neħħi l-volum żejjed mis-siringa billi tagħfas il-planġer

JETREA

bil-mod biex it-tarf tal-planġer jinġieb mal-linja ta’

dilwit

0.1 mL fuq is-siringa (li tikkorrispondi għal 0.125 mg

ocriplasmin).

JETREA 0.5 mg/0.2 mL konċentrat għal soluzzjoni għall-injezzjoni

8.Injetta 0.1 mL tas-soluzzjoni dilwita minnufih fil-vitriju tan-nofs.

9.Armi l-kunjett u kwalunkwe fdal mhux użat tas-soluzzjoni dilwita wara użu ta’ darba.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

ThromboGenics NV

Gaston Geenslaan 1

B-3001 Leuven

Il-Belġju

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/819/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 13 ta’ Marzu 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

JETREA 0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 0.375 mg ta’ ocriplasmin* f’0.3 mL soluzzjoni (1.25 mg/mL). Dan jipprovdi ammont li jista’ jintuża biex tingħata doża waħda ta’ 0.1 mL

li jkun fiha 0.125 mg ocriplasmin.

*Ocriplasmin huwa forma maqtugħa ta’ plażmin tal-bniedem magħmul permezz ta’ teknoloġija rikombinanti tad-DNA f’sistema ta’ espressjoni Pichia pastoris.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni).

Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

JETREA hu indikat għall-uzu fl-adulti għall-kura ta’ ġbid vitreomakulari (VMT), inkluż meta jkun assoċjat ma’ toqba fil-makula ta’ dijametru inqas minn jew daqs 400 mikron (ara sezzjoni 5.1).

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

JETREA għandu jingħata minn oftalmologu b’esperjenza fl-injezzjonijiet ġol-vitriju. Id-dijanjosi ta’ ġbid vitreomakulari (VMT - vitreomacular traction) għandha tinkludi stampa klinika kompluta inkluża l-istorja tal-pazjent, eżami kliniku u investigazzjoni permezz ta’ mezzi ta’ dijanjosi li bħalissa huma aċċettati, bħal tomografija ta’ koerenza ottika (OCT - optical coherence tomography).

Pożoloġija

JETREA 0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni huwa formulazzjoni ‘dilwita lesta’, mhux meħtieġa akter dilwizzjoni. Id-doża rrakkomandata hija ta’ 0.125 mg f’0.1 mL ta’ soluzzjoni mogħtija permezz ta’ injezzjoni waħda ġol-vitriju fl-għajn affettwata bħala doża waħda. Kull kunjett għandu jintuża darba biss u għall-kura ta’ għajn waħda. Mhux irrakkomandata kura b’JETREA fl-għajn l-oħra fl-istess waqt jew fi żmien sebat ijiem mill-injezzjoni inizjali sabiex jiġi ssorveljat ir-riżultat ta’ wara injezzjoni inkluż il-potenzjal għal tnaqqis fil-vista fl-għajn injettata. Mhux irrakkomandat li jingħataw dożi ripetuti fl-istess għajn (ara sezzjoni 4.4).

Ara sezzjoni 4.4 għal istruzzjonijiet dwar il-monitoraġġ ta’ wara l-injezzjoni.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment renali

Ma sar l-ebda studju formali b’JETREA f’pazjenti b’indeboliment renali. M’hemmx previsti aġġustamenti tad-doża jew kunsiderazzjonijiet speċjali għall-pazjenti b’indeboliment renali (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment epatiku

Ma sar l-ebda studju formali b’JETREA f’pazjenti b’indeboliment epatiku. M’hemmx previst aġġustamenti tad-doża jew kunsiderazzjonijiet speċjali għall-pazjenti b’indeboliment epatiku (ara sezzjoni 5.2).

Anzjani

Il-popolazzjoni anzjana ġiet studjata fi studji kliniċi. Mhux meħtieġ aġġustament fid-doża.

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ JETREA fi tfal b’età inqas minn 18-il sena għall-indikazzjoni ta’ ġbid vitreomakulari (VMT), inkluż meta jkun assoċjat ma’ toqba fil-makula ta’ dijametru inqas minn jew daqs 400 mikron. Dejta disponibbli bħalissa dwar l-użu pedjatriku hi deskritta fis-sezzjoni 5.1.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Kunjett ta’ użu ta’ darba għall-użu fil-vitriju biss.

Qabel l-operazzjoni jistgħu jingħataw qtar kontra l-mikrobi skont id-diskrezzjoni tal-oftalmoloġista li qed jikkura.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tagћti l-prodott mediċinali

Il-proċedura tal-injezzjoni fil-vitriju għandha ssir taħt kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati, li jinkludu l-użu ta’ diżinfezzjoni tal-idejn permezz ta’ teknika użata waqt kirurġija, ingwanti sterili, drapp sterili, spekulu sterili għall-kappell tal-għajn (jew simili) u d-disponibilità ta’ paraċentesi sterili (jekk meħtieġ). Il-ġilda ta’ madwar l-għajn, il-kappell tal-għajn u s-superfiċje tal-għajn għandhom jiġu disinfettati u qabel l-injezzjoni għandhom jingħataw anestesija adegwata u mikrobijoċida topiku ta’ spettru wiesa’ skont il-prattika medika standard.

Għandu jingħata biss 0.1 mL mit-total ta’ 0.3 mL ta’ soluzzjoni fil-kunjett. Kwalunkwe volum żejjed għandu jitneħħa qabel l-injezzjoni biex tingħata doża waħda ta’ 0.1 mL li jkun fiha 0.125 mg ocriplasmin. Għall-immaniġġjar tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.6.

Il-labra tal-injezzjoni għandha tiddaħħal 3.5-4.0 mm wara l-limbus f’direzzjoni lejn iċ-ċentru tal-ħofra tal-vitriju filwaqt li jiġi evitat il-meridjan orizzontali. Imbagħad, il-volum ta’ 0.1 mL tal-injezzjoni jingħata f’nofs il-vitriju.

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Infezzjonijiet okulari jew periokulari attivi jew issuspettati.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Monitoraġġ ta’ wara l-injezzjoni

JETREA jingħata biss permezz ta’ injezzjoni ġol-vitriju. L-injezzjonijiet ġol-vitriju ġew assoċjati ma’ infjammazzjoni/infezzjoni fl-għajnejn, emorraġija fl-għajnejn u żieda fil-pressjoni fl-għajnejn (IOP). Dejjem għandhom jintużaw tekniki asettiċi ta’ injezzjoni. Wara l-injezzjoni ġol-vitriju, il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal xi effett mhux mixtieq bħal (iżda mhux biss) infjammazzjoni/infezzjoni fl-għajnejn u żieda fl-IOP. Żidiet temporanji fl-IOP inkluża għama temporanja u nuqqas ta’ perfużjoni tan-nerv ottiku ġew osservati fi żmien 60 minuta mill-injezzjoni

b’JETREA. Il-monitoraġġ għaż-żidiet fl-IOP jista’ jikkonsisti f’kontroll għall-perfużjoni tar-ras tan-nerv ottiku minnufih wara l-injezzjoni u tonometrija fi żmien 30 minuta wara l-injezzjoni. L-infjammazzjoni/infezzjoni fl-għajnejn tista’ tiġi evalwata permezz ta’ bijomikroskopija bejn jumejn u sebat ijiem wara l-injezzjoni. Il-pazjenti għandhom jingħataw istruzzjonijiet sabiex jirrappurtaw minnufih sintomi li jistgħu jindikaw il-preżenza ta’ infjammazzjoni/infezzjoni fl-għajnejn jew xi sintomi oħrajn viżwali jew marbuta mal-għajnejn. Jekk iseħħ xi wieħed minn dawn l-avvenimenti msemmija hawn fuq, il-pazjent għandu jiġi kkurat skont il-prattika medika standard.

Kura fiż-żewġ għajnejn

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ JETREA mogħti fiż-żewġ għajnejn fl-istess waqt ma ġewx studjati. Għalhekk mhux irrakkomandat li jingħata fiż-żewġ għajnejn fl-istess waqt.

Għoti ripetut

L-għoti ripetut ta’ JETREA fl-istess għajn ma ġiex studjat b’mod adegwat u għalhekk mhuwiex irrakkomandat.

Popolazzjoni bl-ebda dejta jew b’dejta limitata

JETREA ma ġiex studjat f’pazjenti b’toqob ta’ dijametru kbir fil-makula (>400 mikron), mijopija għolja (korrezzjoni sferika ta’ >8 dioptre jew tul assjali >28 mm), afakja, storja ta’ stakkar regmatoġenus tar-retina, nuqqas ta’ stabilità taz-zonule tal-lenti, kirurġija jew injezzjoni reċenti fl-għajnejn (inkluża t-terapija bil-lejżer), retinopatija dijabetika proliferattiva, retinopatiji iskemiċi, okklużjonijiet tal-vini tar-retina, deġenerazzjoni makulari eżudattiva marbuta mal-età (AMD) u emorraġija fil-vitriju. F’dawn il-pazjenti, il-kura mhijiex irrakkomandata.

Hemm ftit esperjenza f’pazjenti b’retinopatija dijabetika mhux proliferattiva jew b’passat ta’ uveite (inkluż infjammazzjoni attiva severa) jew trawma sinifikanti fl-għajn. Għandha tintuża kawtela fil-kura ta’ pazjenti bħal dawn.

Oħrajn

Il-potenzjal ta’ ċaqliq tal-lenti jew fakodonesi ma jistax jiġi eskluż. Jekk iseħħ dan l-avveniment, għandu jiġi kkurat skont prattika medika standard. Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati b’mod xieraq (ara sezzjoni 4.8 u 5.3).

L-effett ta’ ocriplasmin (speċjalment fl-induzzjoni ta’ fejqan ta’ twaħħil vitreomakulari jew biex jikkawża stakkar totali tal-vitriju ta’ wara [PVD - posterior vitreous detachment]) huwa anqas f’individwi b’membrana epiretinali (ERM) jew b’dijametru tal-VMA ta’ >1500 mikron (ara sezzjoni 5.1).

Hemm riskju ta’ tnaqqis sinifikanti fl-akutezza viżiva matul l-ewwel ġimgħa wara l-injezzjoni. Il- pazjenti għandhom jiġu ssorveljati b’mod xieraq (ara sezzjoni 4.8).

Eżaminazzjonijiet oftalmoloġiċi jistgħu ma jkunux normali wara l-għoti ta’ JETREA. Dawn jinkludu tomografija ta’ koerenza ottika (OCT - optical coherence tomography), oftalmoskopija (rifless foveal), test tal-vista tal-kuluri (Roth 28-hue) u full-field ERG. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta jintużaw dawn it-testijiet għad-dijanjosi jew il-monitoraġġ ta’ kondizzjonijiet oħra (ara sezzjoni 4.8).

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju formali ta’ interazzjoni.

Ocriplasmin huwa enzima proteolitika b’attività tas-serine protease li tista’ tkun preżenti fl-għajn għal bosta ġranet wara l-injezzjoni ġol-vitriju (ara sezzjoni 5.2). L-għoti f’assoċjazzjoni temporali mill-qrib ma’ prodotti mediċinali oħrajn fl-istess għajn jista’ jaffettwa l-attività taż-żewġ prodotti mediċinali u għalhekk mhuwiex irrakkomandat.

M’hemmx dejta klinika dwar l-użu ta’ ocriplasmin flimkien ma’ inibituri ta’ VEGF (fattur tat-tkabbir tal-endotelju vaskulari).

Mhumiex previsti interazzjonijiet sistemiċi.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ JETREA f’nisa tqal. Ma sar l-ebda studju riproduttiv tossikoloġiku. L-espożizzjoni sistemika ta’ JETREA hija mistennija li tkun baxxa ħafna wara l-injezzjoni ġol-vitriju. JETREA għandu jintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċċju kliniku jkun akbar mir-riskji potenzjali.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk JETREA jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-omm. JETREA għandu jintuża biss waqt it-treddigħ jekk il-benefiċċju kliniku jkun akbar mir-riskji potenzjali.

Fertilità

M’hemmx tagħrif dwar l-effett ta’ JETREA fuq il-fertilità.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

L-injezzjoni ta’ JETREA ġol-vitriju tista’ tkun segwita minn disturbi temporanji fil-vista (ara sezzjoni 4.8). F’dawn il-każijiet, il-pazjenti m’għandhomx isuqu jew iħaddmu magni sakemm jgħaddu dawn id-disturbi fil-vista.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Summarju tal-profil tas-sigurtà

Fi studji kliniċi ta’ intervent, aktar minn 1400 pazjent ġew ikkurati bid-doża rakkomandata ta’ 0.125 mg ta’ JETREA.

Ir-reazzjonijiet avversi kollha kienu fl-għajnejn. Fi 3 studji kliniċi b’segwitu minn 6 xhur (TG-MV-006 u TG-MV-007) sa 24 xahar (TG-MV-014), l-aktar reazzjonijiet avversi irrappurtati b’mod komuni kienu depożiti fil-vitriju, uġigħ fl-għajn, fotopsja u kromatopsja kif ukoll emorraġija konġuntivali kkawżata mill-proċedura tal-injezzjoni. Il-parti l-kbira tar-reazzjonijiet avversi seħħew fl-ewwel ġimgħa wara l-injezzjoni. Il-parti l-kbira ta’ dawn ir-reazzjonijiet ma kinux serji, kienu ħfief sa moderati fl-intensità u għaddew fi żmien ġimagħtejn sa tliet ġimgħat. Informazzjoni dwar l- għejbien ta’ avvenimenti speċifiċi bħal kromatopsja u bidliet fl-ERG jistgħu jinstabu fil-paragrafu rilevanti tas-sezzjoni ‘Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula’.

Kienu rrappurtati wkoll sintomi viżwali li dehru fl-għajn l-oħra jew fiż-żewġ għajnejn.

L-aktar reazzjonijiet avversi klinikament rilevanti kienu jinkludu għama temporanja, tiċrita fir-retina, distakk tar-retina, ċaqliq tal-lenti u progressjoni tat-toqba fil-makula.

Lista tabulata tar-reazzjonijiet avversi

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati fl-istudji kliniċi u/jew minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Ir-reazzjonijiet avversi b’possibbiltà raġonevoli ta’ relazzjoni kawżali mal-proċedura tal-injezzjoni jew ma’ JETREA huma elenkati skont is-sistema tas-sistema tal-klassifika tal-organi tal-MedDRA u skont il-frekwenza: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull grupp ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma ppreżentati skont is-serjetà tagħhom bl-aktar serji imniżżla l-ewwel.

Disturbi

Komuni ħafna

fl-għajnejn

Depożiti fil-vitriju, uġigħ fl-għajn, emorraġija konġuntivali, kromatopsja*

Komuni

Tnaqqis fl-akutezza tal-vista*, indeboliment fil-vista1), difett fil-kamp viżiv2), vista

mċajpra, emorraġija fir-retina, emorraġija fil-vitriju, toqba fil-makula*,

deġenerazzjoni tal-makula, deġenerazzjoni tar-retina, edima fil-makula3), edima

fir-retina4), epiteljopatija tal-kulur tar-retina, metamorfopsja, edima konġuntivali,

edima fil-kappell tal-għajn, vitrite, ċelluli kompartimentali anterjuri, tgħammix

kompartimentali anterjuri, irite, fotopsja, iperimja konġuntivali, iperimja okulari,

il-vitriju jinqala’, irritazzjoni fl-għajn, għajn tinħass xotta, sensazzjoni ta’ frak

fl-għajnejn, ħakk fl-għajnejn, skumdità fl-għajnejn, fotofobija, żieda fid-dmugħ

Mhux komuni

Għama temporanja, ċaqliq tal-lenti*, tiċrita fir-retina*5), distakk tar-retina*5),

għama matul il-lejl jew f’dawl baxx, indeboliment fir-rifless tal-ħabba tal-għajn,

diplopja, ħajfima, mijosi, pupilli mhux indaqs, brix tal-kornea, infjammazzjoni

fil-kompartiment anterjuri, infjammazzjoni fl-għajnejn, irritazzjoni konġuntivali

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna

Retinogramma mhux normali*, test tal-vista tal-kuluri mhux normali

Komuni

Żieda tal-pressjoni fl-għajnejn, rifless makulari mhux normali, tomografija ta’ koerenza ottika (OCT - optical coherence tomography) mhux normali*

* ara sezzjoni ‘Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula’

1)inkluż vista mċajpra

2)inkluż skotoma

3)inkluż edima makulari ċistojde

4)inkluż fluwidu taħt ir-retina

5)avvenimenti li jseħħu qabel il-vitrektomija

bl-użu tat-test tal-vista tal-kuluri Roth 28-hue. Ara wkoll sezzjoni 4.4.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Tnaqqis fl-akutezza viżiva

Fl-istudji pivitali kkontrollati bil-plaċebo ta’ fażi III (TG-MV-006 u TG-MV-007), 7.7% tal-pazjenti fuq JETREA u 1.6% tal-pazjenti fuq plaċebo kellhom telf akut ta’ ≥ 2-linji (≥ 10 ittri ETDRS) fl-aħjar akutezza viżiva kkoreġuta (BCVA - best corrected visual acuity) waqt l-ewwel ġimgħa wara l- injezzjoni bl-ebda spjegazzjoni alternattiva għall-bidla. It-tnaqqis fl-akutezza viżiva għadda sal-aħħar tal-istudji għall-maġġoranza tal-pazjenti fuq JETREA (80.6%) iżda kien hemm xi pazjenti li ma rkuprawx minkejja vitrektomija. Iż-żmien medjan għall-għejbien kien ta’ 22 jum. Fi studju TG-MV-014, 2.8% tal-pazjenti fuq JETREA u 1.4% tal-pazjenti fuq injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva kellhom telf akut ta’ ≥ 2 linji f’BCVA matul l-ewwel ġimgħa wara l-injezzjoni. Mill-4 pazjenti fuq JETREA bi tnaqqis akut fl-akutezza viżiva, 3 irkupraw wara vitrektomija. Ara sezzjoni 4.4 għal rakkomandazzjonijiet ta’ sorveljanza.

Kromatopsja (inklużi diskromatopsja u test tal-vista tal-kuluri mhux normali)

Bidliet fil-vista tal-kuluri (inkluż vista safranija u test tal-vista tal-kuluri Roth 28-hue mhux normali) kienu irrappurtata bħala reazzjoni avversa komuni ħafna f’pazjenti injettati b’JETREA. Il-maġġoranza tal-avvenimenti ma kinux serji, kienu ħfief u ġeneralment irriżolvew b’mod spontanju. Iż-żmien medju sakemm għebu kien ta’ tliet xhur.

Retinogramma mhux normali

Bidliet elettroretinografiċi (ERG) (tnaqqis fl-amplitudni tal-mewġ a- u b-) ġew irrappurtati bħala reazzjoni avversa komuni ħafna f’pazjenti injettati b’JETREA; fil-maġġoranza tal-każijiet ġew irrappurtati wkoll indeboliment fil-vista u kromatopsja. Fl-istudju TG-MV-014, sub-sett ta’ 40 pazjent li kienu qed jirċievu JETREA sistematikament sarilhom ittestjar ERG; il-bidliet fl-ERG li żviluppaw f’16 minn 40 pazjent għaddew fil-maġġoranza tal-pazjenti (13 minn 16). Iż-żmien medju sakemm

irriżolvew kien ta’ sitt xhur. Il-bidliet ERG ma kinux jipprevedu riżultati negattivi f’termini ta’ akutezza fil-vista; akutezza viżiva mtejba jew miżmuma fi 15 mis-16-il pazjent meta mqabbel mal- linja bażi.

Qsim fir-retina (tiċrit u stakkar)

Fl-istudji importanti ħafna tal-fażi III ikkontrollati bi plaċebo (TG-MV-006 u TG-MV-007), il-qsim fir-retina (tiċrit u stakkar) kien irrappurtat f’1.9% tal-pazjenti injettati b’JETREA meta mqabbla ma’ 4.3% injettati bil-plaċebo. Ħafna minn dawn l-avvenimenti seħħew waqt jew wara l-vitrektomija fiż-żewġ gruppi. L-inċidenza ta’ stakkar tar-retina li seħħ qabel il-vitrektomija kienet ta’ 0.4% fil-grupp ta’ JETREA u xejn fil-grupp tal-plaċebo, filwaqt li l-inċidenza ta’ tiċrit tar-retina (mingħajr stakkar) li seħħ qabel il-vitrektomija kienet ta’ 0.2% fil-grupp ta’ JETREA u ta’ 0.5% fil-grupp tal- plaċebo. Fi studju TG-MV-014, tiċrita tar-retina kienet irrappurtata f’1.4% tal-pazjenti injettati b’JETREA u f’6.8% ta’ dawk li rċevew injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva; l-inċidenza ta’ distakk tar-retina kien ta’ 1.4% fiż-żewġ gruppi. Fil-grupp li ma rċevewx is-sustanza attiva, ma seħħew l-ebda avvenimenti qabel il-vitrektomija. Fil-grupp ta’ JETREA, pazjent wieħed (0.7%) żviluppa tiċrita fir- retina u distakk tar-retina bejn Jum 0 u Jum 7 wara l-injezzjoni.

Toqba fil-makula

Fl-istudji pivitali kkontrollati bil-plaċebo ta’ fażi III (TG-MV-006 u TG-MV-007), avvenimenti ta’ toqba fil-makula (inklużi progressjoni kif ukoll bidu ġdid) ġew irrappurtati għal 6.7% tal-pazjenti kollha injettati b’JETREA meta mqabbla ma’ 9.6% injettati bil-plaċebo f’Xahar 6.

Fi studju TG-MV-014, avvenimenti ta’ toqba fil-makula (inklużi progressjoni kif ukoll bidu ġdid) ġew irrappurtati fi 15.8% tal-pazjenti li rċevew JETREA vs. 13.5% tal-pazjenti li rċevew injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva f’Xahar 24.

Rati ta’ progressjoni bikrija ta’ toqba fil-makula ta’ ħxuna sħieħa (sa Jum 7 wara l-injezzjoni) fil-livell tal-RPE (epitelju tal-pigment tar-retina [retinal pigment epithelium]) kienu ogħla fil-pazjenti ttrattati b’JETREA meta mqabbla ma’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva jew plaċebo. Madankollu, rati ta’ progressjoni wara Xahar 6, kienu ogħla f’dawk ittrattati b’injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva jew bi plaċebo milli f’dawk ittrattati b’JETREA. Kull persistenza jew progressjoni ta’ toqba fil-makula għandha tiġi ttrattata skont il-prattika normali.

Ċaqliq tal-lenti/fakodonesi

Każ wieħed ta’ ċaqliq tal-lenti/fakodonesi kien irrappurtat fi studji kliniċi f’adulti u jidher li possibbilment kien relatat ma’ kura b’JETREA. Fi studju pedjatriku li evalwa JETREA bħala żieda mal-vitrektomija, kien irrappurtat każ wieħed ta’ ċaqliq tal-lenti f’tarbija prematura li ngħatat injezzjoni waħda ta’ JETREA 0.175 mg ġol-vitriju. Ċaqliq tal-lenti kien osservat fi tliet speċijiet ta’ annimali f’konċentrazzjonijiet ta’ ocriplasmin ogħla mill-konċentrazzjoni klinika maħsuba (ara sezzjoni 5.3).

Abbażi tal-attività proteolitika ta’ ocriplasmin, sejbiet prekliniċi u kliniċi, il-potenzjal ta’ ċaqliq tal-lenti jew fakodonesi ma jistax ikun eskluż. Jekk iseħħ dan l-avveniment, dan għandu jiġi kkurat skont il-prattika medika standard.

Tomografija ta’ koerenza ottika mhux normali

Fi studju TG-MV-014, strixxa mhux kompluta tas-Segment ta’ Ġewwa/Segment ta’ Barra (IS/OS - Inner Segment/Outer Segment), magħrufa wkoll bħala Żona Ellipsojda, fl-erja ċentrali kienet komuni ħafna fil-linja bażi (65.8% fil-grupp ta’ JETREA u 62.2% fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva). Madankollu, wara t-trattament, proporzjon ogħla ta’ pazjenti fil-grupp ta’ JETREA kellhom bidla minn strixxa IS/OS intatta fil-linja bażi għal strixxa IS/OS mhux kompluta fl-erja ċentrali f’punt ta’ żmien aktar tard meta mqabbel mal-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva (7.7% u 2.8%, rispettivament f’Jum 28). Lil hinn mill-erja ċentrali, aspetti mhux normali tal-istrixxa IS/OS attribwiti lil JETREA ġew osservati f’sa 10% tal-pazjenti.

Ħsara fiż-Żona Ellipsojda fl-erja ċentrali u barra mill-erja ċentrali kienet irrappurtata fi studji mhux ta’ intervent u rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Fil-maġġoranza tal-każijiet irkupru seħħ fi żmien

6 xhur. Fluwidu taħt ir-retina u sinjali u sintomi ta’ funzjoni tal-fotoriċetturi indebolita inkluż tnaqqis fl- akutezza viżiva (f’xi każijiet severi) kienu rrappurtati f’assoċjazzjoni ma’ dawn l-avvenimenti.

Ara sezzjoni 4.4 għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-monitoraġġ. L-osservazzjoni ta’ rutina hija rrakkomandata fis-sitwazzjonijiet kollha msemmija hawn fuq.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Id-dejta klinika dwar l-effetti ta’ doża eċċesiva ta’ JETREA hija limitata. Ġie rrappurtat każ wieħed ta’ doża eċċesiva aċċidentali ta’ 0.250 mg ocriplasmin (darbtejn id-doża rakkomandata). Il-pazjent kellu tnaqqis f’BCVA ta’ 21 ittra ETDRS mil-linja bażi li reġgħet lura għal 9 ittri tal-linja bażi fi tmiem l-istudju. Il-pazjent żviluppa wkoll iperimja konġuntivali ħafifa, infjammazzjoni fl-għajn u mijosi li għebu b’taqtir ta’ kortikosterojdi għall-għajnejn.

Jekk tingħata doża eċċessiva, huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ mill-qrib. Jekk isseħħ reazzjoni avversa, għandha tkun ikkurata skont il-prattika medika standard.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Oftalmoloġiċi, Oftalmoloġiċi oħrajn, Kodiċi ATC: S01XA22

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Ocriplasmin għandu attività proteolitika kontra l-komponenti tal-proteina tal-materja tal-vitriju u s-superfiċje vitreoretinali (VRI) (eż. laminin, fibronectin u collagen) u jimmira li jħoll il-matriċi tal-proteina responsabbli għat-twaħħil vitreomakulari mhux normali (VMA). L-irbit strett tal-komponenti tal-proteina fiż-żona makulari tal-VRI jikkontribwixxi għall-ġbid vitreomakulari (VMT), li jwassal għal indeboliment fil-vista u/jew toqob fil-makula.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja klinika u s-sigurtà ta’ JETREA għat-trattament ta’ ġbid vitreomakulari (VMT - vitreomacular traction) kienu evalwati fi 3 studji double-masked.

Studji TG-MV-006 u TG MV-007

L-effikaċja ta’ JETREA intweriet f’żewġ studji pivitali ta’ sitt xhur, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double masked, ikkontrollati bi plaċebo u li saru f’diversi ċentri f’pazjenti b’VMT. Total ta’ 652 pazjent (JETREA 464, plaċebo 188) intgħażlu b’mod każwali f’dawn iż-żewġ studji.

Fiż-żewġ studji importanti ħafna, il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu fejqan tal-VMA fit-28 Jum (punt aħħari primarju) kien konsiderevolment (p≤0.003) ogħla fil-grupp ta’ JETREA meta mqabbel mal-grupp tal-plaċebo. Id-differenza kompliet tkun statistikament sinifikanti tul is-sitt Xahar f’kull studju (p ≤0.024). Fid-dejta integrata, 26.5% fil-grupp ta’ JETREAmeta mqabbel ma’ 10.1% fil-grupp tal-plaċebo kisbu fejqan tal-VMA fit-28 Jum (p <0.001). Id-differenza nżammet mis-7 Jum

sas-sitt Xahar (Figura 1).

Figura 1: Proporzjon ta’ pazjenti b’fejqan tal-VMA sal-180 Jum (is-6 Xahar) (TG-MV-006, TG-MV-007 u dejta integrata)

35%

TG-MV-006

30%

JETREA

VMA

TG-MV-007

25%

JETREA

JETREA

tal-

20%

Mħallat

Fejqan

15%

TG-MV-006

Plaċebo

ta’

10%

%

TG-MV-007

5%

Plaċebo

Plaċebo

0%

Mħallat

Ġranet wara l-injezzjoni

Il-ġranet kollha ta’ wara l-injezzjoni, p≤0.024 f’TG-MV-006, p≤0.009 f’TG-MV-007, p≤0.001 f’dejta integrata

Pazjenti mingħajr ERM fil-linja bażi kienu aktar probabbli li jilħqu fejqan tal-VMA f’Jum 28 meta mqabbla ma’ dawk li kellhom ERM fil-linja bażi. Fid-dejta integrata, ir-rata ta’ riżoluzzjoni tal-VMA f’Jum 28 kienet ogħla f’pazjenti kkurati b’JETREA meta mqabbla mal-plaċebo, kemm fis-sottogrupp mingħajr ERM (37.4% kontra 14.3%, p<0.001) kif ukoll f’dak b’ERM (8.7% kontra 1.5% , p=0.046).

Pazjenti b’dijametru iżgħar tal-VMA fil-linja bażi (≤ 1500 mikron) kienu aktar probabbli li jilħqu fejqan tal-VMA f’Jum 28 meta mqabbla ma’ dawk li kellhom dijametru ta’ > 1500 mikron. Fid-dejta integrata, ir-rata ta’ riżoluzzjoni tal-VMA f’Jum 28 kienet ogħla f’pazjenti kkurati b’JETREA meta mqabbla mal-plaċebo kemm fis-sottogrupp b’VMA ≤ 1500 mikron fil-linja bażi (34.7% kontra 14.6%, p<0.001) kif ukoll f’dak b’VMA > 1500 mikron fil-linja bażi (5.9% kontra 0%, p=0.113).

Fid-dejta integrata, toqba fil-makula ta’ ħxuna sħiħa (FTMH - full-thickness macular hole) kienet preżenti fil-linja bażi f’106/464 (22.8%) pazjent u f’47/188 (25%) pazjent fil-gruppi ta’ JETREA u tal-plaċebo, rispettivament. Minn dawn, il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu l-għeluq tal-FTMH mingħajr vitrektomija fit-28 Jum kien ogħla fil-grupp ta’ JETREA milli fil-grupp tal-plaċebo (40.6% meta mqabbla ma’ 10.6%, rispettivament; p <0.001). Id-differenza inżammet sal-aħħar tal-istudji (is-6 Xahar).

Perċentwal konsiderevolment ogħla ta’ pazjenti kkurati b’JETREA kellhom PVD totali fit-28 Jum meta mqabbla mal-pazjenti li ngħataw plaċebo (dejta integrata: 13.4% meta mqabbla ma’ 3.7%, rispettivament; p <0.001).

Waqt l-istudji, vitrektomija setgħet issir skont id-diskrezzjoni tal-Investigatur. Il-pazjenti kkurati b’JETREA kienu inqas probabbli li jkollhom vitrektomija sal aħħar tal-istudju (is-6 Xahar) meta mqabbla mal-pazjenti kkurati bil-plaċebo (dejta integrata: 17.7% meta mqabbla ma’ 26.6%, rispettivament; p=0.016).

Proporzjon ogħla ta’ pazjenti kkurati b’JETREA kisbu ≥2 jew ≥3 linji fil-BCVA (irrispettivament mill-vitrektomija) fis-sitt Xahar (28.0% u 12.3%, rispettivament) meta mqabbla mal-pazjenti kkurati bi plaċebo (17.1% u 6.4%) (p=0.003 u p=0.024, rispettivament). Barra dan il-proporzjon ta’ pazjenti li ggwadanjaw ≥ 2 jew ≥ 3 linji fil-BCVA mingħajr vitrektomija iffavorixxa JETREA f’Xahar 6 (23.7% kontra 11.2%, p<0.001 għal gwadann ta’ ≥ 2 linji u 9.7% kontra 3.7%, p=0.008 għal gwadann ta’ ≥ 3 linji).

Fl-analiżi integrata ta’ Kwestjonarju-25 tal-Funzjoni tal-Vista (VFQ-25 - Visual Function Questionnaire-25) tal-Istitut Nazzjonali tal-Għajnejn intweriet differenza numerika favur JETREA fuq il-plaċebo f’kull punteġġ sottoskala, kif ukoll il-punteġġ kompost. Id-differenza għat-titjib fil-punteġġ sottoskala ġenerali tal-vista kienet statistikament sinifikanti (6.1 JETREA kontra 2.1 plaċebo, p=0.024).

Studju TG-MV-014

L-effikaċja ta’ JETREA ġiet ikkonfermata aktar fi studju randomised, double-masked, ikkontrollat b’injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva, ta’ 24 xhar f’pazjenti b’VMT iffinaliżżat wara l- approvazzjoni inizjali tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. F’dan l-istudju kienu randomised total ta’ 220 pazjent (JETREA 146, injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva 74).

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu għejbien ta’ VMA f’Jum 28 (punt finali primarju) kien ta’ 41.7% fil- grupp ta’ JETREA meta mqabbel ma’ 6.2% fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva (p<0.001). Dan l-effett inżamm matul iż-żmien u l-għejbien ta’ VMA kienet akbar b’mod konsistenti fil-grupp ta’ JETREA f’kull vista wara l-injezzjoni tal-istudju meta mqabbel mal-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva.

F’dan l-istudju, FTMH kienet preżenti fil-linja bażi f’50/145 (34.5%) pazjent u f’26/73 (35.6%) pazjent fil-gruppi ta’ JETREA u ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva, rispettivament. Minn dawn, 30% tal-pazjenti ttrattati b’JETREA u 15.4% tal-pazjenti fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva esperjenzaw għeluq mhux kirurġiku tal-FTMH f’Xahar 24. Kollha kienu għamlu dan sa

Xahar 3.

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom vitrektomija kien iżgħar fil-grupp ta’ JETREA milli fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva fil-visti kollha. F’Xahar 24, il-proporzjonijiet kienu 48/145 (33.3%) u 32/73 (43%), rispettivament. Ir-raġuni l-aktar komuni għall-vitrektomija kienet FTMH (f’24.8% tal-pazjenti ttrattati b’JETREA u 23.3% tal-pazjenti ttrattati b’injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva). Il-proporzjon ta’ pazjenti li kellhom vitrektomija minħabba avveniment ta’ VMA/VMT kien ta’ 8.3% fil-grupp ta’ JETREA meta mqabbel ma’ 19.2% fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva.

Il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu ≥ 2 jew ≥ 3 linji f’BCVA f’Xahar 6, irrispettivament minn vitrektomija, kien ftit ogħla fil-grupp ta’ JETREA (36.2%, 18.6%) milli fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva (28.6%, 13.1%). F’Xahar 24, il-proporzjon ta’ pazjenti b’titjib ta’ ≥ 2 linji mil-linja bażi f’BCVA kien akbar fil-grupp ta’ JETREA milli fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is- sustanza attiva (50.5% vs. 39.1%). Fis-sottogrupp li ma kellux FTMH fil-linja bażi l-proporzjon ta’ pazjenti b’titjib ta’ ≥ 3 linji mil-linja bażi kien akbar fil-grupp ta’ JETREA biss (23.4% vs. 12.8%, rispettivament). Il-gwadann ta’ ≥ 2 jew ≥ 3 linji f’BCVA mingħajr vitrektomija iffavorixxa JETREA mill-injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva kemm f’Xahar 6 (26.8%, 14.0%, vs. 15.62%, 6.2%, rispettivament) kif ukoll f’Xahar 24 (31.9%, 16.8%, vs. 11,7%, 4.1%, rispettivament).

Proporzjon akbar ta’ pazjenti fil-grupp ta’ JETREA kellhom titjib ta’ ≥ 5 punti fil-punteġġ tal-kompost VFQ-25 u fil-punteġġ tas-sub-skala, irrispettivament mill-vitrektomija, fil-visti kollha. F’Xahar 24, 51.4% tal-pazjenti fuq JETREA kellhom titjib ta’ ≥ 5 punti fil-punteġġ tal-kompost VFQ-25 meta mqabbel ma’ 30.1% fil-grupp ta’ injezzjoni mingħajr is-sustanza attiva.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’JETREA f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ ġbid vitreomakulari (VMT), inkluż meta jkun assoċjat ma’ toqba fil-makula ta’ dijametru inqas minn jew daqs 400 mikron (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ ocriplasmin f’individwi pedjatriċi skedati għal vitrektomija ġew investigati fi studju TG-MV-009. Injezzjoni waħda ġol-vitriju ta’ 0.175 mg (ogħla mid-doża rrakkomandata), jew plaċebo, ġew injettati fil-vitriju tan-nofs ta’ 24 għajn ta’ tfal b’età minn 0 sa 16-il sena, 30 sa 60 minuta qabel il-bidu ppjanat tal-vitrektomija. Ir-raġunijiet ewlenin għall-vitrektomija kienu distakk

tar-retina u retinopatija ta’ qabel il-maturità. Il-kura b’ocriplasmin ma wrietx effett fuq ir-rata ta’ qlugħ tal-vitriju ta’ wara, il-grad ta’ likwefazzjoni tal-vitriju, ir-rata ta’ twaħhil mill-ġdid tar-retina immedjatament wara l-operazzjoni, l-iżvilupp ta’ vitreoretinopatija proliferattiva, jew il-fażi tar- retinopatija ta’ qabel il-maturità. Is-sejbiet ta’ sigurtà osservati fl-istudju TG-MV-009 kienu konsistenti mal-profil tas-sigurtà magħruf għal JETREA. Ibbażat fuq ir-riżultati ta’ dan l-istudju, l-użu ta’ JETREA bħala żieda mal-vitrektomija fit-tfal, biex jiffaċilita s-separazzjoni u t-tneħħija tal-vitriju, mhux irrakkomandat.

Etniċità

L-esperjenza fi gruppi oħrajn minbarra l-Kawkasi hija limitata.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Il-livelli ta’ ocriplasmin fil-vitriju jonqsu malajr wara l-għoti ġol-vitriju. Fi studju kliniku f’pazjenti skedati għal vitrektomija li ngħataw 0.125 mg JETREA (li jikkorrispondi għal konċentrazzjoni teoretika inizjali ta’ 29 µg/mL vitriju), l-attività medja ta’ ocriplasmin kienet ta’ 9% tal-konċentrazzjoni teoretika inizjali 2-4 sigħat wara l-injezzjoni u taħt l-inqas livell ta’ kwantifikazzjoni fis-7 jum.

Minħabba d-doża żgħira mogħtija (0.125 mg), mhumiex mistennija livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ ocriplasmin fiċ-ċirkolazzjoni sistemika wara l-injezzjoni ġol-vitriju.

Meta jingħata ġol-vini, ocriplasmin jidħol fil-passaġġ tal-kataboliżmu tal-proteini endoġeni li permezz tiegħu jiġi inattivat b’mod rapidu permezz tal-interazzjonijiet tiegħu mal-inibitur protease α2-antiplasmin jew α2-macroglobulin. Il-kumpless ocriplasmin/α2-antiplasmin inattiv jiġi eliminat miċ-ċirkolazzjoni b’half-life (t1/2) ta’ diversi sigħat.

Indeboliment renali

Ma sar l-ebda studju sabiex tkun eżaminata l-farmakokinetika ta’ ocriplasmin f’pazjenti b’indeboliment renali minħabba li l-espożizzjoni sistemika hija mistennija li tkun baxxa ħafna wara l-għoti ġol-vitriju.

Indeboliment epatiku

Ma sar l-ebda studju sabiex tkun eżaminata l-farmakokinetika ta’ ocriplasmin f’pazjenti b’indeboliment epatiku minħabba li l-espożizzjoni sistemika hija mistennija li tkun baxxa ħafna wara l-għoti ġol-vitriju.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

It-tossiċità ġol-vitriju ta’ ocriplasmin ġiet evalwata fil-fniek, ix-xadini u l-minipigs. Ocriplasmin ikkawża rispons infjammatorju u bidliet ERG temporanji fil-fniek u x-xadini, filwaqt li ma ġiet osservata l-ebda infjammazzjoni jew bidla ERG fil-minipigs. Fil-fniek u x-xadini, l-inċidenza ta’ infiltrati fiċ-ċelluli tal-vitriju kellha t-tendenza li tgħaddi maż-żmien. Fix-xadini, wara l-għoti ta’

125 µg/għajn (68 µg/mL ta’ vitriju) l-ERG kien irkuprat għal kollox sal-55 Jum. Iċ-ċaqliq fil-lenti kien osservat fit-3 speċijiet f’konċentrazzjonijiet ta’ ocriplasmin ta’ 41 µg/mL ta’ vitriju jew aktar, konċentrazzjoni ogħla mill-konċentrazzjoni klinika maħsuba ta’ 29 µg/mL. Dan l-effett deher li huwa relatat mad-doża u kien osservat fl-annimali kollha li ngħataw ocriplasmin ġol-vitriju aktar minn darba. Bidliet patoloġiċi marbuta ma’ emorraġija fl-għajnejn kienu osservati fil-fniek u x-xadini. Għadu mhux ċar jekk din l-emorraġija hijiex marbuta mal-proċedura tal-injezzjoni nnifisha jew mal-għoti ta’ ocriplasmin. Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità sistemika wara l-għoti ġol-vitriju ta’ ocriplasmin.

It-tossiċità sistemika ta’ ocriplasmin ġiet evalwata kemm fil-firien kif ukoll fil-klieb. L-għoti ġol-vina ta’ 10 mg/kg kien ġeneralment ittollerat tajjeb kemm fil-firien kif ukoll fil-klieb kemm jekk mogħti bħala doża waħda kif ukoll jekk mogħti f’dożi ripetuti.

M’hemmx dejta disponibbli dwar ir-riskju ta’ kanċer, effett tossiku fuq il-ġeni jew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l-iżvilupp.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Sodium chloride (NaCl)

Mannitol

Citric acid

Sodium hydroxide (NaOH) (għall-aġġustament tal-pH)

Hydrochloric acid (HCl) (għall-aġġustament tal-pH)

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2 Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn meta jinħażen fi friża (-20 °C ± 5 °C).

Wara li jinħall

Il-kunjett mhux miftuħ fil-kartuna oriġinali protett mid-dawl jista’ jinħażen fi friġġ (2 °C sa 8 °C) għal perjodu ta’ mhux aktar minn ġimgħa. Id-data ta’ meta jiskadi ta’ waqt l-użu l-ġdida għandha tiġi ikkalkulata u nnotata fuq il-kartuna qabel ma dan jitqiegħed fil-friġġ.

Ladarba jitneħħa mill-friża jew mill-friġġ, il-prodott mediċinali jista’ jinżamm f’temperatura ta’ inqas minn 25 °C għal perjodu ta’ mhux aktar minn 8 sigħat. Fl-aħħar ta’ dan il-perjodu il-prodott għandu jintuża jew jintrema.

Wara li jinfetaħ

Minn perspettiva mikrobijoloġika, il-prodott mediċinali għandu jintuża minnufih wara li jinfetaħ. Il-kunjett u kwalunkwe fdal mhux użat tas-soluzzjoni jrid jintrema wara użu ta’ darba.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-friża (-20 °C ± 5 °C). Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara li jinħall/jinfetaħ il-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Soluzzjoni ta’ 0.3 mL f’kunjett (ħġieġ tat-tip I) magħluq b’tapp tal-lastiku tal-chlorobutyl u għatu flip- off blu tal-polypropylene. Il-pakkett fih kunjett wieħed.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Il-kunjetti huma għal użu ta’ darba biss.

JETREA 0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni huwa formulazzjoni ‘dilwita lesta’, mhux meħtieġa akter dilwizzjoni. Għandu jingħata biss 0.1 mL mit-total ta’ 0.3 mL ta’ soluzzjoni fil-kunjett. Kwalunkwe volum żejjed għandu jitneħħa qabel l-injezzjoni biex tingħata doża waħda ta’ 0.1 mL li jkun fiha 0.125 mg ocriplasmin.

Istruzzjonijiet għall-użu

1.Oħroġ il-kunjett minn ġol-friża u ħallih jinħall f’temperatura tal-kamra (dan jieħu madwar

2 minuti).

2.Ladarba jinħall għal kollox, neħħi l-għatu flip-off protettiv blu tal-polypropylene mill-kunjett.

JETREA 0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

3.Iddiżinfetta l-parti ta’ fuq tal-kunjett b’biċċa mxarrba bl-alkoħol.

JETREA 0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

4.Spezzjona l-kunjett viżwalment biex tara jekk fihx xi frak. Għandha tintuża biss soluzzjoni ċara, bla kulur, mingħajr frak viżibbli.

5.Permezz ta’ teknika asettika, iġbed is-soluzzjoni kollha permezz ta’ labra sterili xierqa (mejjel ftit il-kunjett sabiex tkun tista’ tiġbed is-soluzzjoni b’mod aktar faċli) u armi l-labra wara li tiġbed il-kontenut tal-kunjett. Tużax din il-labra għall-injezzjoni ġol-vitriju.

JETREA 0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

6.Issostitwixxi l-labra ma’ labra sterili xierqa, b’attenzjoni neħħi l-volum żejjed mis-siringa billi tagħfas il-planġer bil-mod biex it-tarf tal-planġer jinġieb mal-linja ta’

0.1 mL fuq is-siringa (li tikkorrispondi għal 0.125 mg ocriplasmin).

JETREA 0.375 mg/0.3 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

7. Injetta 0.1 ml tas-soluzzjoni dilwita minnufih fil-vitriju tan-nofs.

8.Armi l-kunjett u kwalunkwe fdal mhux użat tas-soluzzjoni wara użu ta’ darba.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

ThromboGenics NV

Gaston Geenslaan 1

B-3001 Leuven

Il-Belġju

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/819/002

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 24 ta’ April 2015

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati